<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0043</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Mariusz Kamiński</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0032/2025 - Rapporteur: Mario Furore)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' April 2025 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Mariusz Kamiński (2024/2046(IMM))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Mariusz Kamiński imressqa mill-Prosekutur Ġenerali tar-Repubblika tal-Polonja, fid-29 ta’ Lulju 2024, li twassal talba mressqa mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Reġjonali f’Varsavja, b’rabta mal-proċedimenti kriminali miġjuba kontra Mariusz Kamiński, u mħabbra fis-seduta plenarja fis-16 ta’ Settembru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li sema’ lil Mariusz Kamiński fit-30 ta’ Jannar 2025, skont l-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, u wara li kkunsidra d-dokumenti imressqa minnu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta’ Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b’vot dirett universali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-21 ta’ Ottubru 2008, fid-19 ta’ Marzu 2010, fis-6 ta’ Settembru 2011, fis-17 ta’ Jannar 2013, fid-19 ta’ Diċembru 2019 u fil-5 ta’ Lulju 2023<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Ottubru 2008, Marra vs De Gregorio u Clemente, C-200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2010, Gollnisch vs Il-Parlament, T-42/06 ECLI:EU:T:2010:102; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Settembru 2011, Patriciello, C-163/10, ECLI: EU:C:2011:543; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2013, Gollnisch vs Il-Parlament, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Diċembru 2019, Junqueras Vies, C-502/19, ECLI:EU:C:2019:1115; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Lulju 2023, Puigdemont i Casamajó et vs Il-Parlament, T-272/21, ECLI:EU:T:2023:373.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 105(2) u (5) tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Polonja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 5(2), l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 9 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A10-0032/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi permezz ta’ ittra tad-29 ta’ Lulju 2024, il-Prosekutur Ġenerali tal-Polonja bagħat talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Mariusz Kamiński, imressqa mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Reġjonali f’Varsavja, b’rabta ma’ allegati reati skont l-Artikolu 244 tal-Kodiċi Kriminali Pollakk flimkien mal-Artikolu 12 ta’ dak il-Kodiċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi t-talba tindika li l-azzjonijiet li huwa allegat li wettaq Mariusz Kamiński fil-21 u fit-28 ta’ Diċembru 2023 f’Varsavja, b’intenzjoni premeditata u f’intervalli qosra, kisru l-projbizzjoni ta’ ħames snin milli jokkupa pożizzjoni pubblika, liema projbizzjoni kienet ġiet imposta fuqu minn sentenza finali u vinkolanti li ngħatat fl-20 ta’ Diċembru 2023 mill-Qorti Reġjonali f’Varsavja, sa fejn Mariusz Kamiński wettaq id-dmirijiet ta’ Membru tas-Sejm (il-kamra inferjuri tal-Parlament Pollakk) tar-Repubblika tal-Polonja billi pparteċipa fis-sessjoni tas-Sejm li saret fil-21 ta’ Diċembru 2023 inkluż ħa sehem fil-votazzjoni u billi pparteċipa f’laqgħa organizzata mill-Kumitat għall-Amministrazzjoni u l-Affarijiet Interni tas-Sejm fit-28 ta’ Diċembru 2023; billi l-allegati azzjonijiet jikkostitwixxu reat skont l-Artikolu 244 tal-Kodiċi Kriminali Pollakk flimkien mal-Artikolu 12 ta’ dak il-Kodiċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-akkużi msemmija hawn fuq tressqu kontra Mariusz Kamiński fit-18 ta’ April 2024; billi Mariusz Kamiński ġie elett għall-Parlament Ewropew fl-elezzjonijiet Ewropej f’Ġunju 2024;billi Mariusz Kamiński ma kienx Membru tal-Parlament Ewropew fi żmien l-allegat reat;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-allegat reat u t-talba sussegwenti għat-tneħħija tal-immunità tiegħu mhumiex relatati ma’ opinjoni espressa jew vot mitfugħ minn Mariusz Kamiński fil-qadi ta’ dmirijietu fis-sens tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-Artikolu 9, l-ewwel paragrafu, il-punt (a), tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jiddisponi li l-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom igawdu, fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lil membri tal-parlament tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi, skont l-Artikolu 105(2) u (5) tal-Kostituzzjoni Pollakka, mill-jum li fih jitħabbru r-riżultati tal-elezzjonijiet sal-iskadenza tal-mandat tiegħu, Deputat ma għandux ikun soġġett għal responsabbiltà kriminali mingħajr l-approvazzjoni tas-Sejm tar-Repubblika tal-Polonja u lanqas ma għandu jiġi detenut jew arrestat mingħajr l-approvazzjoni tas-Sejm, għajr f’każijiet meta jkun inqabad in flagrante delicto u fejn id-detenzjoni tiegħu tkun meħtieġa biex jiġi żgurat l-andament xieraq tal-proċedimenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-għan tal-immunità parlamentari huwa li tipproteġi lill-Parlament u lill-Membri tiegħu minn proċedimenti ġudizzjarji relatati ma’ attivitajiet imwettqa fil-qadi tad-dmirijiet parlamentari u li huma inseparabbli minn dawn l-attivitajiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi, skont l-Artikolu 5(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, l-immunità parlamentari mhix privileġġ personali ta’ Membru imma garanzija tal-indipendenza tal-Parlament kollu kemm hu u tal-Membri tiegħu;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi, f’dan il-każ, il-Parlament ma setax jikkonstata l-eżistenza ta’ fumus persecutionis, jiġifieri elementi fattwali li jindikaw li l-proċedimenti ġudizzjarjiinkwistjoni kellhom l-intenzjoni li jimminaw l-attività politika tal-Membru bħala Membru tal-Parlament Ewropew;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi, minn naħa, il-Parlament ma jistax jitqies bħala qorti u, min-naħa l-oħra, il-Membru ma jistax, fil-kuntest ta’ proċedura għat-tneħħija tal-immunità, jitqies bħala “akkużat”<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2019, Briois vs Il-Parlament, T-214/18, ECLI:EU:T:2019:266.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta’ Mariusz Kamiński;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Polonja u lil Mariusz Kamiński.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST></SDOCTA>