<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0056</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">It-tisħiħ tas-sigurtà tal-karti tal-identità taċ-ċittadini tal-Unjoni u tad-dokumenti ta’ residenza maħruġa liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom li jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta’ moviment liberu</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0041/2025 - Rapporteur: Malik Azmani)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' April 2025 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tas-sigurtà tal-karti tal-identità taċ-ċittadini tal-Unjoni u tad-dokumenti ta’ residenza li jinħarġu liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom li jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta’ moviment liberu (COM(2024)0316 – C10-0112/2024 – 2024/0187(CNS))</STRING></TI><NOTE>(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)</NOTE><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA><P><NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2024)0316),</P></VISA><VISA><P><NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 77(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C10‑0112/2024),</P></VISA><VISA><P><NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 84 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,</P></VISA><VISA><P><NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A10-0041/2025),</P></VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION><P><NO.P>1.</NO.P>Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;</P></ACTION><ACTION><P><NO.P>2.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;</P></ACTION><ACTION><P><NO.P>3.</NO.P>Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;</P></ACTION><ACTION><P><NO.P>4.</NO.P>Jitlob lill-Kunsill biex jerġa’ jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod sustanzjali;</P></ACTION><ACTION><P><NO.P>5.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.</P></ACTION></ACTLST></DISPOSITIF><AMDLST><HD><HEAD.OLD><STRING ITALIC="on">Test propost mill-Kummissjoni</STRING></HEAD.OLD><HEAD.NEW><STRING ITALIC="on">Emenda</STRING></HEAD.NEW></HD><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		1</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Premessa 19</STRING></STI.AMD><OLD><P><NO.P>(19)</NO.P>Dan ir-Regolament ma jipprevedix bażi <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">legali</STRING></STRING> għall-istabbiliment jew iż-żamma ta’ bażijiet ta’ data fil-livell nazzjonali għall-ħżin ta’ data bijometrika fl-Istati Membri, <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">li hija kwistjoni</STRING></STRING> ta’ <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">liġi nazzjonali li trid tikkonforma mal-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni</STRING></STRING> tad-data, <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">fosthom ir-rekwiżiti dwar in-neċessità u l-proporzjonalità.</STRING></STRING> <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Barra minn hekk, dan ir-Regolament ma jipprevedix bażi ġuridika għall-istabbiliment</STRING></STRING> jew iż-żamma ta’ bażi ta’ data ċentralizzata fil-livell tal-Unjoni.</P></OLD><NEW><P><NO.P>(19)</NO.P>Dan ir-Regolament ma jipprevedix bażi <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">ġuridika</STRING></STRING> għall-istabbiliment jew iż-żamma ta’ bażijiet ta’ data fil-livell nazzjonali għall-ħżin ta’ data bijometrika fl-Istati Membri<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">.</STRING></STRING> Barra minn hekk, dan ir-Regolament ma jipprevedix bażi ġuridika għall-istabbiliment jew iż-żamma ta’ bażi ta’ data ċentralizzata fil-livell tal-Unjoni. <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kif fakkar il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fl-opinjoni 21/2024 tiegħu, l-istabbiliment jew iż-żamma ta’ bażijiet ta’ data fil-livell nazzjonali għall-ħżin ta’ data bijometrika fl-Istati Membri, jew analogament, l-istabbiliment jew iż-żamma ta’ bażi ta’ data ċentralizzata fil-livell tal-Unjoni, flimkien mal-użu potenzjali ta’ tali data għal finijiet oħra, ikollhom jgħaddu minn test rigoruż ta’ neċessità u proporzjonalità fl-ambitu tal-Karta, kif interpretat il-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja.</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		2</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Premessa 20</STRING></STI.AMD><OLD><P><NO.P>(20)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-identifikaturi bijometriċi</STRING></STRING> jenħtieġ li <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">jinġabru u</STRING></STRING> jinħażnu fil-medium ta’ memorja tal-identità u fid-dokumenti ta’ residenza għall-finijiet ta’ verifika tal-awtentiċità tad-dokument u tal-identità tad-detentur. <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Minħabba l-firma elettronika fuq il-medium ta’ memorja tal-karti tal-identità, l-identifikazzjoni tad-detentur permezz tal-medium ta’ memorja, li fiha l-istess data bijografika bħal dik stampata fuq id-dokument, hija aktar affidabbli minn verifika viżiva tad-dokument.</STRING></STRING> <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Għalhekk, iċ-ċittadini tal-Unjoni</STRING></STRING> jenħtieġ li <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">jitħallew jużaw id-data maħżuna fil-medium ta’ memorja tal-karta tal-identità tagħhom biex jidentifikaw ruħhom ma’ entitajiet privati. Madankollu, il-verifika tal-marki tas-swaba’ maħżuna fil-medium ta’ memorja jenħtieġ li ssir minn persunal debitament awtorizzat biss u meta jkun hemm obbligu legali</STRING></STRING> li <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">d-dokument jiġi ppreżentat biss</STRING></STRING>.</P></OLD><NEW><P><NO.P>(20)</NO.P>Jenħtieġ li <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">l-aċċess għall-immaġnijiet tal-wiċċ li</STRING></STRING> jinħażnu fil-medium ta’ memorja tal-identità u fid-dokumenti ta’ residenza <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">jsir biss mill-persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti </STRING></STRING>għall-finijiet ta’ verifika tal-awtentiċità tad-dokument u tal-identità tad-detentur.<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"> Tali aċċess jenħtieġ li jirrispetta l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data. L-immaġnijiet tal-wiċċ jenħtieġ</STRING></STRING> li <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">ma jinżammux għal</STRING></STRING> aktar <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">żmien milli jkun neċessarju għal dawk il-finijiet,</STRING></STRING> jenħtieġ li <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">jitħassru malli jintlaħqu dawk il-finijiet u jenħtieġ li ma jiġux ittrasferiti lil pajjiżi terzi jew lil organizzazzjonijiet internazzjonali sakemm ma jkunx permess mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data. Dawk is-salvagwardji huma maħsuba biex jiżguraw protezzjoni xierqa tal-immaġni tal-wiċċ filwaqt</STRING></STRING> li <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">ma jipprojbux l-użu tagħha</STRING></STRING>.</P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		3</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Premessa 20a (ġdida)</STRING></STI.AMD><OLD/><NEW><P><NO.P>(20a)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-verifika tal-marki tas-swaba’ maħżuna fil-medium ta’ memorja jenħtieġ li ssir biss minn persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u tal-aġenziji tal-Unjoni u biss meta jkun meħtieġ mid-dritt tal-Unjoni u minn dak nazzjonali li d-dokument jiġi ppreżentat.</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		4</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Premessa 23</STRING></STI.AMD><OLD><P><NO.P>(23)</NO.P>Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jiddeċiedu jekk jinkludux il-ġeneru ta’ persuna fuq dokument kopert minn dan ir-Regolament. Meta Stat Membru jinkludi l-ġeneru ta’ persuna fuq tali dokument, jenħtieġ li jintużaw l-ispeċifikazzjonijiet tad-Dokument 9303 tal-ICAO “F”, “M” jew “X”, jew l-inizjali unika korrispondenti użata fil-lingwa jew lingwi ta’ dak l-Istat Membru, kif ikun xieraq.</P></OLD><NEW><P><NO.P>(23)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Mingħajr preġudizzju għall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</STRING></STRING><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"><STRING SUPERSCRIPT="on">1a</STRING></STRING></STRING><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">,</STRING></STRING> jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jiddeċiedu jekk jinkludux il-ġeneru ta’ persuna fuq dokument kopert minn dan ir-Regolament. Meta Stat Membru jinkludi l-ġeneru ta’ persuna fuq tali dokument, jenħtieġ li jintużaw l-ispeċifikazzjonijiet tad-Dokument 9303 tal-ICAO “F”, “M” jew “X”, jew l-inizjali unika korrispondenti użata fil-lingwa jew lingwi ta’ dak l-Istat Membru, kif ikun xieraq.</P></NEW><OLD/><NEW><P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">_________________</STRING></STRING></P></NEW><OLD/><NEW><P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"><STRING SUPERSCRIPT="on">1a</STRING></STRING></STRING> <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta’ Ottubru 2024, Mirin, C-4/23, ECLI:EU:C:2024:845.</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		5</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Premessa 26</STRING></STI.AMD><OLD><P><NO.P>(26)</NO.P>Meta l-Istati Membri jiltaqgħu diffikultajiet biex jiġbru l-identifikaturi bijometriċi, jenħtieġ li jiżguraw li jkun hemm stabbiliti proċeduri xierqa li jirrispettaw id-dinjità tal-persuna kkonċernata. Għalhekk, jenħtieġ li jitqiesu kunsiderazzjonijiet speċifiċi relatati mal-ġeneru u mal-ħtiġijiet speċifiċi tat-tfal u tal-persuni vulnerabbli.</P></OLD><NEW><P><NO.P>(26)</NO.P>Meta l-Istati Membri jiltaqgħu <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">ma’</STRING></STRING> diffikultajiet biex jiġbru l-identifikaturi bijometriċi, jenħtieġ li jiżguraw li jkun hemm stabbiliti proċeduri xierqa li jirrispettaw id-dinjità tal-persuna kkonċernata. Għalhekk, jenħtieġ li jitqiesu kunsiderazzjonijiet speċifiċi relatati mal-ġeneru u mal-ħtiġijiet speċifiċi tat-tfal u tal-persuni vulnerabbli. <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-persunal kwalifikat jenħtieġ li jirċievi taħriġ dwar l-aħjar prattiki għall-ġbir tal-identifikaturi bijometriċi mit-tfal u mill-persuni vulnerabbli, filwaqt li tiġi żgurata s-sensittività għall-ħtiġijiet speċifiċi għall-ġeneru u għall-età filwaqt li jirrispetta d-dinjità tal-individwi kollha.</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		6</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Premessa 32</STRING></STI.AMD><OLD><P><NO.P>(32)</NO.P>Jenħtieġ li l-Istati Membri jiskambjaw ma’ xulxin tali informazzjoni skont kif ikun meħtieġ rigward l-aċċess, l-awtentikazzjoni u l-verifika tal-informazzjoni li tinsab fil-medium ta’ memorja sigur. Il-formati użati għall-medium ta’ memorja sigur jenħtieġ li jkunu interoperabbli, inkluż fir-rigward ta’ punti awtomatizzati tal-qsim tal-fruntiera.</P></OLD><NEW><P><NO.P>(32)</NO.P>Jenħtieġ li l-Istati Membri jiskambjaw ma’ xulxin tali informazzjoni skont kif ikun meħtieġ rigward l-aċċess, l-awtentikazzjoni u l-verifika tal-informazzjoni li tinsab fil-medium ta’ memorja sigur. Il-formati użati għall-medium ta’ memorja sigur jenħtieġ li jkunu interoperabbli, inkluż fir-rigward ta’ punti awtomatizzati tal-qsim tal-fruntiera.<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"> Jenħtieġ li l-Kummissjoni tippromwovi l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri bil-għan li tali objettivi jingħataw appoġġ.</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		7</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Premessa 43</STRING></STI.AMD><OLD><P><NO.P>(43)</NO.P>F’konformità mal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar ir-Regolamentazzjoni Aħjar<STRING SUPERSCRIPT="on">30</STRING>, jenħtieġ li, sitt snin wara d-data <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">ta’ applikazzjoni ta’</STRING></STRING> dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tagħmel evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament, fosthom abbażi tal-informazzjoni li tinġabar permezz ta’ arranġamenti ta’ monitoraġġ speċifiċi, sabiex tivvaluta l-effetti reali ta’ dan ir-Regolament u l-ħtieġa li tittieħed kwalunkwe azzjoni ulterjuri. Għall-fini tal-monitoraġġ, l-Istati Membri jenħtieġ li jiġbru statistika dwar l-għadd ta’ karti tal-identità u dokumenti ta’ residenza li joħorġu.</P></OLD><NEW><P><NO.P>(43)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrapporta dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament sentejn u ħdax-il sena wara d-data li fiha jidħol fis-seħħ, inkluż dwar l-idoneità tal-livell ta’ sigurtà, filwaqt li tqis l-impatt tiegħu fuq id-drittijiet fundamentali u l-prinċipji tal-protezzjoni tad-data.</STRING></STRING> F’konformità mal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar ir-Regolamentazzjoni Aħjar<STRING SUPERSCRIPT="on">30</STRING>, jenħtieġ li, sitt snin wara d-data <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">li fiha jidħol fis-seħħ</STRING></STRING> dan ir-Regolament<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">, u kull sitt snin wara</STRING></STRING>, il-Kummissjoni tagħmel evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament, fosthom abbażi tal-informazzjoni li tinġabar permezz ta’ arranġamenti ta’ monitoraġġ speċifiċi, sabiex tivvaluta l-effetti reali ta’ dan ir-Regolament u l-ħtieġa li tittieħed kwalunkwe azzjoni ulterjuri. Għall-fini tal-monitoraġġ, l-Istati Membri jenħtieġ li jiġbru statistika dwar l-għadd ta’ karti tal-identità u dokumenti ta’ residenza li joħorġu.</P></NEW><OLD><P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">_________________</STRING></STRING></P></OLD><NEW><P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">_________________</STRING></STRING></P></NEW><OLD><P><STRING SUPERSCRIPT="on">30</STRING> ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2016/512/oj.</P></OLD><NEW><P><STRING SUPERSCRIPT="on">30</STRING> ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2016/512/oj.</P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		8</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 3 – paragrafu 2 – subparagrafu 2</STRING></STI.AMD><OLD><P>B’deroga mill-ewwel subparagrafu, in-numru tad-dokument jista’ jiddaħħal fiż-żona I u l-indikazzjoni tal-ġeneru ta’ persuna għandha tkun fakultattiva.</P></OLD><NEW><P>B’deroga mill-ewwel subparagrafu, in-numru tad-dokument jista’ jiddaħħal fiż-żona I u l-indikazzjoni tal-ġeneru ta’ persuna għandha tkun fakultattiva. <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Meta Stat Membru jinkludi l-ġeneru ta’ persuna fuq dokument kopert minn dan id-dokument, għandhom jintużaw l-ispeċifikazzjonijiet tad-Dokument 9303 tal-ICAO “F”, “M” jew “X”, jew l-inizjali unika korrispondenti użata bil-lingwa jew lingwi uffiċjali ta’ dak l-Istat Membru, kif ikun xieraq.</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		9</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 3 – paragrafu 5</STRING></STI.AMD><OLD><P><NO.P>5.</NO.P>Il-karti tal-identità għandhom jinkludu medium ta’ memorja sigur ħafna li għandu jkun fih data bijometrika li tikkonsisti esklużivament f’immaġni tal-wiċċ tad-detentur tal-karta u żewġ marki tas-swaba’ f’formati diġitali interoperabbli. Fir-rigward tal-ġbir <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">tal-identifikaturi</STRING></STRING> bijometriċi, l-Istati Membri għandhom japplikaw l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi kif stabbiliti mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2018)7767<STRING SUPERSCRIPT="on">33</STRING> kif emendata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2021)<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"> </STRING></STRING>3726<STRING SUPERSCRIPT="on">34</STRING>.</P></OLD><NEW><P><NO.P>5.</NO.P>Il-karti tal-identità għandhom jinkludu medium ta’ memorja sigur ħafna li għandu jkun fih data bijometrika li tikkonsisti esklużivament f’immaġni tal-wiċċ tad-detentur tal-karta u żewġ marki tas-swaba’ f’formati diġitali interoperabbli. Fir-rigward tal-ġbir <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">ta’ żewġ tipi ta’ identifikaturi</STRING></STRING> bijometriċi, l-Istati Membri għandhom japplikaw l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi kif stabbiliti mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2018)<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"> </STRING></STRING>7767<STRING SUPERSCRIPT="on">33</STRING> kif emendata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2021) 3726<STRING SUPERSCRIPT="on">34</STRING>.</P></NEW><OLD><P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">_________________</STRING></STRING></P></OLD><NEW><P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">_________________</STRING></STRING></P></NEW><OLD><P><STRING SUPERSCRIPT="on">33</STRING> Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2018)7767 tat-30 ta’ Novembru 2018 li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-format uniformi għal permessi ta’ residenza għal ċittadini ta’ pajjiż terz u li tħassar id-Deċiżjoni C(2002)3069.</P></OLD><NEW><P><STRING SUPERSCRIPT="on">33</STRING> Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2018)<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"> </STRING></STRING>7767 tat-30 ta’ Novembru 2018 li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-format uniformi għal permessi ta’ residenza għal ċittadini ta’ pajjiż terz u li tħassar id-Deċiżjoni C(2002)<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"> </STRING></STRING>3069.</P></NEW><OLD><P><STRING SUPERSCRIPT="on">34</STRING> Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C (2021) 3726 tal-4 ta’ Ġunju 2021 li temenda l-Anness III tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C (2018) 7767 fir-rigward tal-lista ta’ referenzi normattivi.</P></OLD><NEW><P><STRING SUPERSCRIPT="on">34</STRING> Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2021)<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"> </STRING></STRING>3726 tal-4 ta’ Ġunju 2021 li temenda l-Anness III tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2018)<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"> </STRING></STRING>7767 fir-rigward tal-lista ta’ referenzi normattivi.</P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		10</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 10 – paragrafu 3</STRING></STI.AMD><OLD><P><NO.P>3.</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Barra meta jkun obbligatorju għall-fini ta’ pproċessar f’konformità mad-dritt tal-Unjoni u dak nazzjonali,</STRING></STRING> l-identifikaturi bijometriċi li jinħażnu għall-fini tal-personalizzazzjoni tal-karti tal-identità jew tad-dokumenti ta’ residenza għandhom jinżammu b’mod sigur ħafna u biss sad-data meta jinġabar id-dokument u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 90 jum mid-data tal-ħruġ ta’ dak id-dokument. Wara dan il-perjodu, <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">dawn</STRING></STRING> l-identifikaturi bijometriċi għandhom jitħassru jew jinqerdu minnufih.</P></OLD><NEW><P><NO.P>3.</NO.P>L-identifikaturi bijometriċi li jinħażnu għall-fini tal-personalizzazzjoni tal-karti tal-identità jew tad-dokumenti ta’ residenza għandhom jinżammu b’mod sigur ħafna u biss sad-data meta jinġabar id-dokument u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 90 jum mid-data tal-ħruġ ta’ dak id-dokument. Wara dan il-perjodu, <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">dawk</STRING></STRING> l-identifikaturi bijometriċi għandhom jitħassru jew jinqerdu minnufih. <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-ipproċessar ta’ dik id-data għal finijiet oħra għandu jkun suġġett għal limitazzjonijiet u kundizzjonijiet previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data.</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		11</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 11 – paragrafu 4</STRING></STI.AMD><OLD><P><NO.P>4.</NO.P>Il-kooperazzjoni mal-fornituri tas-servizzi esterni ma għandha teskludi l-ebda responsabbiltà min-naħa ta’ Stat Membru li tista’ tirriżulta skont id-dritt tal-Unjoni jew dak nazzjonali dwar ksur ta’ obbligi fir-rigward tad-data personali.</P></OLD><NEW><P><NO.P>4.</NO.P>Il-kooperazzjoni mal-fornituri tas-servizzi esterni ma għandha teskludi l-ebda responsabbiltà min-naħa ta’ Stat Membru li tista’ tirriżulta skont id-dritt tal-Unjoni jew dak nazzjonali dwar ksur ta’ obbligi fir-rigward tad-data personali. <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri esterni kollha jirrispettaw l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u dik nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data, u għandhom jiġu adottati miżuri xierqa li jimpedixxu kwalunkwe aċċess mhux awtorizzat jew użu ħażin tad-data personali matul il-proċessi esternalizzati.</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		12</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 11 – paragrafu 6 – subparagrafu 1 – parti introduttorja</STRING></STI.AMD><OLD><P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Id-data</STRING></STRING> li tinħażen fil-medium ta’ memorja tal-karti tal-identità u d-dokumenti ta’ residenza <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">għandha tintuża</STRING></STRING> biss f’konformità <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">mad-dritt</STRING></STRING> tal-Unjoni <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">u dak nazzjonali</STRING></STRING> għall-finijiet <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">tal-verifikazzjoni</STRING></STRING>:</P></OLD><NEW><P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-aċċess għall-immaġni tal-wiċċ tad-detentur</STRING></STRING> li tinħażen fil-medium ta’ memorja tal-karti tal-identità u d-dokumenti ta’ residenza <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">għandu jsir</STRING></STRING> biss <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">minn persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, tal-aġenziji tal-Unjoni u ta’ entitajiet privati u </STRING></STRING>f’konformità <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">mal-leġiżlazzjoni</STRING></STRING> tal-Unjoni <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">dwar il-protezzjoni tad-data</STRING></STRING> għall-finijiet <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">tal-verifika</STRING></STRING>:</P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		13</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 11 – paragrafu 6 – subparagrafu 1a (ġdid)</STRING></STI.AMD><OLD/><NEW><P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-aċċess għall-immaġni tal-wiċċ minn entitajiet privati għandu jirrikjedi wkoll il-kunsens tad-detentur, sakemm l-aċċess, indipendentement mill-kunsens, ma jkunx strettament meħtieġ għall-finijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu u previst mid-dritt tal-Unjoni jew minn dak nazzjonali f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data.</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		14</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 11 – paragrafu 6 – subparagrafu 2</STRING></STI.AMD><OLD><P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Iż-żewġ</STRING></STRING> marki tas-swaba’ li jinħażnu fil-medium ta’ memorja <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">għandhom jiġu aċċessati</STRING></STRING> biss minn persunal awtorizzat kif xieraq tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u tal-aġenziji tal-Unjoni.</P></OLD><NEW><P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-aċċess għaż-żewġ</STRING></STRING> marki tas-swaba’<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"> tad-detentur</STRING></STRING> li jinħażnu fil-medium ta’ memorja <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">għandu jsir</STRING></STRING> biss minn persunal awtorizzat kif xieraq tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u tal-aġenziji tal-Unjoni<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">, għall-finijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u ma’ dik nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data</STRING></STRING>.</P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		15</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 13 – titolu</STRING></STI.AMD><OLD><P>Evalwazzjoni</P></OLD><NEW><P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Rapportar u </STRING></STRING>evalwazzjoni</P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		16</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 13 – paragrafu -1 (ġdid)</STRING></STI.AMD><OLD/><NEW><P><NO.P>-1.</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Sa [sentejn wara d-data li fiha jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament] u sa [11-il sena wara d-data li fiha jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament] il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari dwar il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u tad-data personali.</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		17</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 13 – paragrafu 1 – parti introduttorja</STRING></STI.AMD><OLD><P><NO.P>1.</NO.P>Mhux aktar tard minn [sitt snin wara li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ], il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet prinċipali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. B’mod partikolari, ir-rapport għandu jiffoka fuq:</P></OLD><NEW><P><NO.P>1.</NO.P>Mhux aktar tard minn [sitt snin wara li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ], <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">u kull sitt snin wara, </STRING></STRING>il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet prinċipali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. B’mod partikolari, ir-rapport għandu jiffoka fuq:</P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		18</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)</STRING></STI.AMD><OLD/><NEW><P><NO.P>(da)</NO.P>	<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">il-ħtieġa li jiġu introdotti karatteristiċi ta’ sigurtà komuni ta’ dokumenti ta’ identifikazzjoni użati fuq bażi provviżorja fid-dawl tar-rikonoxximent aħjar tagħhom;</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		19</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt db (ġdid)</STRING></STI.AMD><OLD/><NEW><P><NO.P>(db)</NO.P>	<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">il-ħtieġa li jiġu armonizzati aktar il-karatteristiċi ta’ sigurtà tad-dokumenti ta’ residenza.</STRING></STRING></P></NEW></AMEND></AMDLST></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>