<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0057</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-implimentazzjoni tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni – rapport annwali 2024</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0010/2025 - Rapporteur: David McAllister)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' April 2025 dwar l-implimentazzjoni tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni – rapport annwali 2024 (2024/2080(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b’mod partikolari l-Artikoli 14, 16, 21, 24, 36 u 41 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2020/1222/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (VP/RGħ) tal-20 ta’ Ġunju 2024 intitolat “Rapport dwar il-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni – Il-prijoritajiet tagħna fl-2024”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-“Boxxla Strateġika għas-Sigurtà u d-Difiża – Għal Unjoni Ewropea li tipproteġi liċ-ċittadini, il-valuri u l-interessi tagħha u tikkontribwixxi għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali”, approvata mill-Kunsill Ewropew fil-21 ta’ Marzu 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Kunċett Strateġiku 2022 tan-NATO, adottat fid-29 ta’ Ġunju 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-22 ta’ Marzu 2024, tat-18 ta’ April 2024, tas-27 ta’ Ġunju 2024, tad-19 ta’ Diċembru 2024, tas-6 ta’ Marzu 2025 u tal-20 ta’ Marzu 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin tat-18 ta’ Marzu 2024, tat-22 ta’ April 2024, tal-24 ta’ Mejju 2024, tal-24 ta’ Ġunju 2024, tat-22 ta’ Lulju 2024, tal-14 ta’ Ottubru 2024, tat-18 ta’ Novembru 2024, tas-16 ta’ Diċembru 2024, tas-27 ta’ Jannar 2025, tal-24 ta’ Frar 2025 u tas-17 ta’ Marzu 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-Summit bejn l-UE u l-Komunità ta’ Stati tal-Amerka Latina u tal-Karibew (CELAC) adottata fit-18 ta’ Lulju 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/509 tat-22 ta’ Marzu 2021 li tistabbilixxi Faċilità Ewropea għall-Paċi, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2015/528<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 102, 24.3.2021, p. 14, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/509/2024-03-18.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Linji Gwida Politiċi tal-President tal-Kummissjoni għall-2024 – 2029,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapporti dwar it-tkabbir tal-2024 ippreżentati mill-Kummissjoni fit-30 ta’ Ottubru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ottubru 2024 bit-titolu “Komunikazzjoni tal-2024 dwar il-politika ta’ tkabbir tal-UE” (COM(2024)0690),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/1449 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024 dwar l-istabbiliment tal-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Balkani tal-Punent<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1449, 24.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1449/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2025/535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Marzu 2025 li jistabilixxi l-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għar-Repubblika tal-Moldova<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2025/535, 21.3.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/535/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Sauli Niinistö tat-30 ta’ Ottubru 2024 dwar it-tisħiħ tal-preparatezza u l-istat ta’ tħejjija ċivili u militari tal-Ewropa,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, adottati fl-2004, aġġornati fl-2008 u ssupplimentati ulterjorment fl-2020 b’nota ta’ gwida dwar l-implimentazzjoni tal-Linji Gwida,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar każijiet ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt, adottati f’konformità mal-Artikolu 150 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-20 ta’ Ġunju 2023 dwar Strateġija Ewropea ta’ Sigurtà Ekonomika (JOIN(2023)0020),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tas-16 ta’ Diċembru 2020 bit-titolu “L-istrateġija tal-UE dwar iċ-Ċibersigurtà għad-Deċennju Diġitali” (JOIN(2020)0018),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Ottubru 2023 dwar oqsma teknoloġiċi kritiċi għas-sigurtà ekonomika tal-UE għal valutazzjoni tar-riskju ulterjuri mal-Istati Membri (C(2023)6689),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/797 tas-17 ta’ Mejju 2019 dwar miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu lill-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 129 I, 17.5.2019, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/797/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta’ Ġunju 2023 dwar l-indħil barrani fil-proċessi demokratiċi kollha fl-Unjoni Ewropea, inkluża d-diżinformazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/1226, 21.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1226/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Ottubru 2024 dwar it-tisħiħ tar-reżiljenza tal-Moldova kontra l-indħil Russu qabel l-elezzjonijiet presidenzjali u r-referendum kostituzzjonali dwar l-integrazzjoni fl-UE li jmiss<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/204, 14.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/204/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ Ottubru 2024 dwar l-interpretazzjoni ħażina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina tar-Riżoluzzjoni 2758 tan-NU u l-provokazzjonijiet militari kontinwi tagħha madwar it-Tajwan<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/487, 29.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/487/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Jannar 2024 dwar l-implikazzjonijiet għas-sigurtà u d-difiża tal-influwenza taċ-Ċina fuq l-infrastruttura kritika fl-Unjoni Ewropea<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/5719, 17.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5719/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-24 ta’ Ottubru 2024 dwar is-sitwazzjoni fl-Ażerbajġan, il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt internazzjonali u r-relazzjonijiet mal-Armenja<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/486, 29.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/486/oj.</FIELD></FOOTNOTE> u tal-5 ta’ Ottubru 2023 dwar is-sitwazzjoni fin-Nagorno-Karabakh wara l-attakk mill-Ażerbajġan u t-theddid kontinwu kontra l-Armenja<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/1188, 23.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1188/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar it-tifkira tal-istorja, inklużi r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-2 ta’ April 2009 dwar il-kuxjenza Ewropea u t-totalitarjaniżmu<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 137 E, 27.5.2010, p. 25.</FIELD></FOOTNOTE>, tad-19 ta’ Settembru 2019 dwar l-importanza tat-tifkira tal-istorja Ewropea għall-ġejjieni tal-Ewropa<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 171, 6.5.2021, p. 25.</FIELD></FOOTNOTE>, tal-15 ta’ Diċembru 2022 dwar id-90 sena wara l-Holodomor: ir-rikonoxximent tal-qtil tal-massa bil-ġuħ bħala ġenoċidju<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 177, 17.5.2023, p. 112.</FIELD></FOOTNOTE> u tas-17 ta’ Jannar 2024 dwar kuxjenza storika Ewropea<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/5721, 17.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5721/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tad-9 ta’ Mejju 2022 dwar l-eżitu finali tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri u l-Għoti tas-Setgħa lin-Nisa fl-Azzjoni Esterna tal-UE 2021 – 2025 (GAP III),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika (il-Konvenzjoni ta’ Istanbul), li daħlet fis-seħħ fl-UE fl-1 ta’ Ottubru 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tan-NU adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fil-25 ta’ Settembru 2015 fis-Summit tan-NU dwar l-Iżvilupp Sostenibbli fi New York bit-titolu “Transforming our World: the 2030 Agenda for Sustainable Development” (Nittrasformaw id-dinja tagħna: l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli – Aġenda 2030), li stabbiliet l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tan-NU adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fit-8 ta’ Diċembru 1949 dwar l-assistenza lir-rifuġjati Palestinjani,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tat-22 ta’ Novembru 1967 dwar soluzzjoni paċifika u aċċettata tas-sitwazzjoni tal-Lvant Nofsani,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tal-11 ta’ Awwissu 2006 dwar is-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Prevenzjoni u l-Kastig tad-Delitt ta’ Ġenoċidju tal-1948 u r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU tat-22 ta’ Ġunju 2020 dwar il-prevenzjoni tal-ġenoċidju,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Istatut ta’ Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ftehim bejn il-Qorti Kriminali Internazzjonali u l-Unjoni Ewropea tat-28 ta’ April 2006 dwar kooperazzjoni u assistenza<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 115, 28.4.2006, p. 50, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2006/313/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni konsultattiva mitluba mill-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fir-riżoluzzjoni tagħha tat-30 ta’ Diċembru 2022 dwar prattiki Iżraeljani li jaffettwaw id-drittijiet tal-bniedem tal-poplu Palestinjan fit-Territorju Palestinjan Okkupat, inkluża Ġerusalemm tal-Lvant,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tad-19 ta’ Marzu 2025 intitolata “White Paper Konġunta għall-Prontezza tad-Difiża Ewropea 2030” (JOIN(2025)0120),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A10-0010/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi d-dinja qed tiffaċċja bidliet ġeopolitiċi mgħaġġla, fejn potenzi awtokratiċi, kemm individwalment kif ukoll fi sforzi kkoordinati, qed jisfidaw b’mod attiv kemm is-sistema internazzjonali bbażata fuq ir-regoli u l-istituzzjonijiet multilaterali proprja, id-dritt internazzjonali, l-istituzzjonijiet u s-soċjetajiet demokratiċi, kif ukoll l-alleanzi tagħna; billi għandu jiġi vvalutat l-ingranaġġ kollu tal-UE sabiex il-pajjiżi jiġu skoraġġuti milli jappoġġjaw l-aggressjoni tar-Russja;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi s-summit tal-BRICS li sar f’Kazan, ir-Russja, mit-22 sal-24 ta’ Ottubru 2024 jissottolinja kif Putin jingrana l-pjattaformi internazzjonali biex jikkontrobatti l-iżolament u jibni l-alleanzi; billi huwa meħtieġ rispons unifikat u strateġiku tal-UE biex jiġu rrispettati l-prinċipji tas-sistema internazzjonali bbażata fuq ir-regoli;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom jeżaminaw mill-ġdid l-għajnuna għall-iżvilupp li tingħata lill-gvernijiet ta’ pajjiżi li jappoġġjaw apertament il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u jimmonitorjaw il-voti tagħhom dwar ir-riżoluzzjonijiet rilevanti tan-NU;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-konfrontazzjoni ġeopolitika bejn id-demokraziji u r-reġimi awtoritarji u dittatorjali qed tikber, il-kunflitti qed jimmultiplikaw, u l-użu tal-forza qed jiġi ttrattat dejjem aktar bħala għodda standard biex jintlaħqu l-għanijiet politiċi; billi l-forza hija eżerċitata mhux biss mill-istati iżda wkoll minn firxa dejjem tikber ta’ atturi mhux statali; billi l-UE jeħtieġ li tirrinforza r-relazzjonijiet trans-Atlantiċi u tibni sħubijiet kostruttivi ma’ sħab tal-istess fehma fin-Nofsinhar Globali;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-kuntest ġeopolitiku li fih qed topera l-UE aċċentwa l-ħtieġa ta’ azzjoni tal-UE aktar ambizzjuża, kredibbli, deċiżiva u unifikata u politika barranija Ewropea sħiħa fix-xena dinjija u enfasizza l-ħtieġa li l-Istati Membri juru r-rieda politika meħtieġa biex jibnu mill-ġdid il-kapaċitajiet ta’ difiża tagħhom, filwaqt li jsaħħu r-rabtiet u s-sħubijiet trans-Atlantiċi tal-UE mal-pajjiżi tal-istess fehma; billi l-politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK) jeħtieġ li ssir politika sħiħa tal-UE li permezz tagħha l-UE tista’ tindirizza l-isfidi ġeopolitiċi ewlenin; billi fl-azzjoni esterna tagħha l-UE għandha tkun iggwidata mill-valuri u l-prinċipji minquxa fl-Artikolu 2, fl-Artikolu 3(5) u fl-Artikolu 21 tat-TUE, li ispiraw il-ħolqien, l-iżvilupp u t-tkabbir tal-UE; billi huwa fl-interess tal-UE li tiddefendi kif xieraq il-valuri, in-normi u l-prinċipji universali bħalma huma l-libertà u l-istandards demokratiċi, kif ukoll id-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt, il-ġustizzja internazzjonali u l-Att Finali ta’ Helsinki, b’mod partikolari fir-rigward tal-invjolabbiltà tal-fruntieri internazzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-UE qed tiffaċċja żieda bil-ħeffa ta’ theddid ġdid fil-fruntieri tagħha u fit-territorju tagħha, b’mod partikolari diżinformazzjoni mmirata, attakki ċibernetiċi u ibridi, strumentalizzazzjoni tal-flussi migratorji, flimkien ma’ terroriżmu internazzjonali u radikaliżmu reliġjuż, u dan it-theddid qed jiddestabbilizza l-funzjonament tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi awtonomija strateġika tirrikjedi li l-UE taġixxi b’mod indipendenti fix-xena globali meta dan ikun meħtieġ, b’mod partikolari fil-politika barranija u ta’ sigurtà; billi l-UE rrikonoxxiet il-ħtieġa li titnaqqas id-dipendenza indebita fuq atturi esterni għas-salvagwardja tal-interessi tagħha f’dinja imprevedibbli u multipolari;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-UE jeħtieġ li tiżviluppa diplomazija Ewropea indipendenti u awtonoma, inkluża diplomazija pubblika u kulturali, ekonomika, klimatika, diġitali u ċibernetika, immexxija minn servizz diplomatiku tal-UE xprunat minn kultura diplomatika komuni;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna tmur kontra s-sistema internazzjonali bbażata fuq ir-regoli, il-prinċipji fundamentali tad-dritt internazzjonali kif minquxa fil-Karta tan-NU u konvenzjonijiet u riżoluzzjonijiet ewlenin, l-Att Finali ta’ Helsinki u l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-ksur Russu tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra dwar il-Priġunieri tal-Gwerra jinkludi eżekuzzjonijiet ta’ priġunieri u ċaħda tal-aċċess għall-organizzazzjonijiet umanitarji u t-trattament mediku għall-priġunieri;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-QKI ħarġet mandat ta’ arrest għal Vladimir Putin u l-Kummissarju Għoli Russu għat-Tfal, Maria Lvova-Belova, għall-involviment tagħhom fil-ħtif ta’ tfal Ukreni lejn ir-Russja; billi r-Russja, assistita mir-reġim Belarussu, qed tipprova teduka mill-ġdid it-tfal Ukreni u tħassar l-identità Ukrena tagħhom; billi r-reġim ta’ Aliaksandr Lukashenka fil-Belarussja jrid jinżamm kompletament responsabbli għall-kompliċità tiegħu fil-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna u d-delitti tal-gwerra bħall-ħtif ta’ eluf ta’ tfal Ukreni;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-QKI ħarġet ukoll mandati ta’ arrest għall-mexxejja militari Sergei Shoigu, Valery Gerasimov, Viktor Sokolov u Sergei Kobylash, akkużati li mexxew attakki fuq miri ċivili;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-Gvern Ungeriż qed jimblokka l-Fond ta’ Assistenza għall-Ukrajna ta’ EUR 5 biljun stabbilit f’Marzu 2024 fi ħdan il-Faċilità Ewropea għall-Paċi (EPF); billi l-Gvern Ungeriż ilu jimblokka t-tmien segment tar-rimborżi tal-EPF għall-Istati Membri li taw għajnuna militari lill-Ukrajna minn Mejju 2023;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi t-tankers tal-flotta mistura Russi joħolqu riskju konsiderevoli għas-sigurtà marittima u ambjentali peress li jitfu jew jimmanipulaw is-sistemi ta’ identifikazzjoni awtomatika tagħhom; billi dawn it-tankers jipprovdu madwar USD 12-il biljun għall-baġit tal-gwerra tar-Russja kull xahar, u b’hekk jiffinanzjaw direttament l-operazzjonijiet militari aggressivi tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi r-reġim ta’ Vladimir Putin strumentalizza l-istorja biex jipprova jiżgura l-lealtà tal-popolazzjoni Russa billi ħoloq nostalġija għall-allegata grandjożità tal-Imperu Sovjetiku, iffalsifika l-istorja tar-Russja u tal-Ukrajna, irrifjuta l-politika ta’ Nikita Khrushchev li jiġu rikonoxxuti u kkundannati d-delitti Stalinisti, mar lura fuq ir-rikonoxximent u l-kundanna ta’ Mikhail Gorbachev tal-Patt Molotov-Ribbentrop u ddikjara l-kollass tal-Unjoni Sovjetika bħala l-akbar traġedja tas-seklu preċedenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi r-Russja u atturi malinni oħra fil-pajjiżi ġirien tagħha jippromwovu retorika kontra l-Punent u diviżiva u jisfruttaw it-tensjonijiet etniċi fil-Balkani tal-Punent sabiex iqanqlu l-kunflitti u jaqsmu l-komunitajiet, inkluż permezz tal-istrumentalizzazzjoni tal-Knisja Ortodossa Serba;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi fis-sena 2024 fakkarna l-20 anniversarju tal-akbar tkabbir, meta 10 pajjiżi ssieħbu fl-UE; billi t-tkabbir huwa tal-akbar importanza strateġika għall-UE, peress li jirrappreżenta investiment ġeostrateġiku fil-prosperità, il-protezzjoni tal-klima, is-sigurtà, l-istabbiltà, id-demokrazija u l-paċi fit-tul madwar il-kontinent, u b’mod partikolari fid-dawl tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna; billi t-tħejjija għat-tkabbir tirrikjedi riformi fl-UE u billi l-UE għandha tmexxi l-proċess tat-tkabbir b’mod parallel mar-riformi istituzzjonali u tat-teħid ta’ deċiżjonijiet meħtieġa biex tissalvagwardja l-kapaċità ta’ integrazzjoni tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi l-UE jeħtiġilha żżomm il-momentum għall-aċċellerazzjoni tal-politika tat-tkabbir tagħha filwaqt li l-pajjiżi tal-adeżjoni jkomplu jirriformaw u jiksbu l-punti ta’ riferiment meħtieġa b’rabta mal-acquis tal-UE; billi messaġġi konsistenti u perkors ċar lejn l-integrazzjoni għall-pajjiżi kandidati huma vitali biex il-perspettiva favur l-Ewropa tinżamm ħajja;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi l-futur tal-Balkani u tal-pajjiżi fil-Viċinat tal-Lvant jinsab fl-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi l-Unjoni hija msejsa fuq il-valuri tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt u tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, li jagħmlu parti mill-kriterji ta’ Copenhagen, li huma s-sett ewlieni ta’ kriterji għas-sħubija fl-UE; billi l-proċess ta’ adeżjoni huwa proċess riversibbli u bbażat fuq il-mertu;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi s-sħubija fl-UE tirrikjedi allinjament tal-politika barranija, inkluż fir-rigward tal-votazzjonijiet dwar ir-riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, l-appoġġ għall-Ukrajna u l-allinjament mas-sanzjonijiet kontra r-Russja; billi l-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent laħqu livelli għoljin ta’ allinjament mal-PESK, bl-eċċezzjoni notevoli tas-Serbja;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi l-Maċedonja ta’ Fuq ikkonkludiet il-Ftehim ta’ Prespa mal-Greċja u t-Trattat ta’ ħbiberija, relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat u kooperazzjoni mal-Bulgarija;
</CONS><CONS>
<NO.P>W.</NO.P>billi ċ-ċittadini tal-Georgia wrew l-impenn tagħhom favur il-valuri demokratiċi u li pajjiżhom jagħmel progress fl-integrazzjoni fl-UE; billi r-rigress demokratiku fil-Georgia jeħtieġ li jitreġġa’ lura; billi l-awtoritajiet Georgjani għandhom jagħtu widen lir-rieda tal-poplu Georgjan li jissieħeb fl-UE u għandhom jiżguraw elezzjonijiet liberi u ġusti, iwaqqfu r-rigress demokratiku, jabbandunaw il-liġijiet li jipperikolaw il-futur Ewropew tal-Georgia u jsegwu riformi demokratiċi favur l-Ewropa; billi l-Georgia għandha tallinja ruħha mal-PESK tal-UE, inkluż fir-rigward tas-sanzjonijiet adottati unanimament kontra r-Russja;
</CONS><CONS>
<NO.P>X.</NO.P>billi kwalunkwe ftehim ta’ sħubija bejn l-UE u l-Ażerbajġan – inkluż dwar l-enerġija – irid ikollu kundizzjonijiet b’saħħithom marbuta mar-rispett tad-dritt internazzjonali, id-drittijiet fundamentali u l-obbligi internazzjonali u, b’mod partikolari, li l-Ażerbajġan jagħmel progress sostanzjali lejn ftehim ta’ paċi komprensiv u sostenibbli mal-Armenja;
</CONS><CONS>
<NO.P>Y.</NO.P>billi l-Mediterran huwa ta’ importanza kbira għall-UE, kemm storikament kif ukoll ġeografikament; billi l-pajjiżi tal-Viċinat tan-Nofsinhar għandhom rwol importanti fl-iżgurar li l-flussi migratorji irregolari jiġu ġestiti abbażi tal-prinċipji ta’ solidarjetà, bilanċ u responsabbiltà kondiviża u f’konformità sħiħa mad-dritt applikabbli tal-UE u dak internazzjonali u, b’mod partikolari, id-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju;
</CONS><CONS>
<NO.P>Z.</NO.P>billi l-ftehimiet u s-sħubijiet strateġiċi bejn l-UE u l-pajjiżi ta’ oriġini u ta’ tranżitu, bħal dawk bejn l-UE u l-Mauritania, qed juru li huma mudell ta’ suċċess għall-prevenzjoni tal-migrazzjoni irregolari u l-ġlieda kontra l-faċilitaturi ta’ dħul klandestin ta’ migranti;
</CONS><CONS>
<NO.P>AA.</NO.P>billi l-provvista ta’ eluf ta’ droni Shahed mir-Repubblika Iżlamika tal-Iran lir-Russja kompliet issaħħaħ ir-rwol tal-Iran bħala stat pariah; billi l-Korea ta’ Fuq u ċ-Ċina qed ikomplu juru d-disprezz stinat tagħhom lejn il-liġijiet u n-normi internazzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>AB.</NO.P>billi fit-28 ta’ Mejju 2024, in-Norveġja, l-Irlanda u Spanja rrikonoxxew l-Istat tal-Palestina, u sussegwentement, fl-4 ta’ Ġunju 2024, il-parlament tas-Slovenja ddeċieda li jagħmel l-istess;
</CONS><CONS>
<NO.P>AC.</NO.P>billi ċ-Ċina tiddefinixxi lilha nnifisha bħala “stat viċin l-Artiku” u tagħmel ħilitha biex tiżviluppa, fi sħubija mill-qrib mar-Russja, Triq tal-Ħarir Polari;
</CONS><CONS>
<NO.P>AD.</NO.P>billi l-Inizjattiva “Belt and Road”, magħrufa fiċ-Ċina bħala l-Inizjattiva One Belt One Road, tirrappreżenta sfida għall-interessi tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>AE.</NO.P>billi fl-14 ta’ Ottubru 2024, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u s-Segretarju għall-Affarijiet Barranin Brittaniku qablu li jniedu konsultazzjonijiet strateġiċi dwar kwistjonijiet bħall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, l-Indo-Paċifiku, il-Balkani tal-Punent u t-theddid ibridu;
</CONS><CONS>
<NO.P>AF.</NO.P>billi l-aġenziji kollha tan-NU jinkorporaw is-sistema internazzjonali bbażata fuq ir-regoli peress li jirrispettaw u jimplimentaw kemm l-ittra kif ukoll l-ispirtu tal-Karta tan-NU, li l-istati membri kollha tan-NU jeħtiġilhom jirrispettaw;
</CONS><CONS>
<NO.P>AG.</NO.P>billi l-kredibbiltà u l-koerenza tal-UE huma rekwiżit fundamentali għall-implimentazzjoni korretta tal-azzjoni esterna tagħha, peress li dan isaħħaħ il-fiduċja fl-UE fost diversi atturi u pajjiżi mhux tal-UE; billi l-effiċjenza tal-azzjonijiet tal-UE madwar id-dinja hija kontinġenti fuq l-iżgurar tal-ogħla livell ta’ koordinazzjoni u koerenza fl-azzjoni esterna tal-UE; billi l-koordinazzjoni bejn il-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) għandha tissaħħaħ, b’mod partikolari minħabba l-baġit operattiv insuffiċjenti tas-SEAE;
</CONS><CONS>
<NO.P>AH.</NO.P>billi l-implimentazzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u tal-Aġenda dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà (WPS) tirrikjedi inizjattivi li jippromwovu tmexxija reattiva għall-kwistjonijiet tal-ġeneru, jipproteġu d-drittijiet tan-nisa u jiġġieldu l-vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru f’kuntesti ta’ kunflitt u ta’ wara kunflitt; billi l-finanzjament ta’ dawn l-inizjattivi huwa essenzjali biex jiġu appoġġjati l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili lokali u biex jingħata appoġġ iċċentrat fuq is-superstiti;
</CONS><CONS>
<NO.P>AI.</NO.P>billi d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem (DDB) huma l-alleati ewlenin tal-UE fid-difiża u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem lil hinn mill-UE; billi d-DDB huma dejjem aktar f’riskju ta’ attakki u theddid minn atturi statali u mhux statali; billi l-Parlament talab b’mod konsistenti l-implimentazzjoni xierqa u koordinata tal-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem (2008); billi l-Istati Membri, flimkien mal-istituzzjonijiet tal-UE, għandhom jimplimentaw dawk il-Linji Gwida, li jinkludu firxa ta’ impenji speċifiċi, bħal rappurtar regolari, koordinazzjoni u azzjoni b’appoġġ għad-DDB;
</CONS><CONS>
<NO.P>AJ.</NO.P>billi l-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima se jkollhom effett dejjem akbar fuq diversi sferi tal-ħajja tal-bniedem, inklużi l-ordni ġeopolitiku u l-istabbiltà globali; billi huwa ta’ importanza kruċjali li l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, il-ħtieġa li tittieħed azzjoni klimatika, u l-għoti ta’ għajnuna lil dawk l-aktar milquta mir-riperkussjonijiet tat-tibdil fil-klima, isiru l-ġebla tax-xewka tal-PESK; jissottolinja r-rwol fundamentali li l-Kummissjoni u l-Istati Membri, f’approċċ konġunt, irid ikollhom fl-avvanz tad-diplomazija dwar il-klima globalment;
</CONS><CONS>
<NO.P>AK.</NO.P>billi r-rapport bit-titolu “Safer Together – Strengthening Europe’s Civilian and Military Preparedness and Readiness” (Aktar Sikuri Flimkien – It-Tisħiħ tal-Preparatezza u l-Prontezza Ċivili u Militari tal-Ewropa), ippreżentat minn Sauli Niinistö, Konsulent Speċjali tal-President tal-Kummissjoni Ewropea, jipprovdi rakkomandazzjonijiet strateġiċi għat-tisħiħ tal-preparatezza ċivili u militari tal-Ewropa fid-dawl tat-theddid dejjem jikber u kumpless għas-sigurtà;
</CONS><CONS>
<NO.P>AL.</NO.P>billi dan ir-rapport jeżamina l-ewwel nett ir-rapport annwali dwar il-PESK tal-VP/RGħ u sussegwentement jikkomplementah bil-pożizzjonijiet tal-Parlament dwar l-objettivi tal-PESK fl-2025; billi, b’dan il-mod, ir-rapport jelabora partikolarment fuq (1) il-konsegwenzi globali tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, (2) il-kunflitt u l-paċi fil-Lvant Nofsani, (3) il-kooperazzjoni mas-sħab tal-istess fehma u (4) il-viżibbiltà ġenerali u l-influwenza tal-azzjoni tal-UE lil hinn mill-UE; billi l-pożizzjoni li tħares ’il quddiem tal-Parlament fil-qasam tal-PESK hija fl-aħħar mill-aħħar issottolinjata mir-rikjesti prinċipali relatati mal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) u mas-sorveljanza parlamentari fil-konfront tal-QFP; billi jeħtieġ li niddefendu u nsaħħu s-sistema internazzjonali bbażata fuq ir-regoli, in-normi, il-valuri u l-prinċipji universali tal-Karta tan-NU bħalma huma d-drittijiet tal-bniedem u l-ġustizzja internazzjonali, il-multilateraliżmu, u l-Att Finali ta’ Helsinki, b’mod partikolari fir-rigward tal-invjolabbiltà tal-fruntieri internazzjonali;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jissottolinja li r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar l-implimentazzjoni tal-PESK huma komponent ewlieni tal-kontribut tiegħu għat-tfassil tal-politika barranija tal-UE; jissottolinja li dawn ir-riżoluzzjonijiet juru l-implikazzjoni prattika tad-dritt imsaħħaħ ta’ skrutinju fil-qasam tal-politika barranija mogħti lill-Parlament bit-Trattat ta’ Liżbona; ifakkar li r-riżoluzzjoni tal-2024 hija l-ewwel waħda ta’ din ix-xorta f’din il-leġiżlatura u għandha l-għan li sservi ta’ gwida għall-eżekuttiv tal-UE meta jkun qed jistabbilixxi l-prijoritajiet tal-politika barranija għal din il-leġiżlatura; jenfasizza l-fatt li f’ambjent internazzjonali dejjem aktar volatili, l-UE jeħtieġ li tindirizza simultanjament diversi sfidi tal-politika barranija li jaffettwawha direttament jew indirettament, bħall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja li għaddejja bħalissa kontra l-Ukrajna, il-kunflitti fil-Lvant Nofsani, iż-żieda fil-kompetizzjoni bejn il-potenzi l-kbar, it-tentattivi kostanti biex tiġi mminata s-sistema internazzjonali multilaterali bbażata fuq ir-regoli u r-rabta akbar bejn il-kriżijiet barranin u dawk interni; jemmen bis-sħiħ li sabiex tibqa’ rilevanti fix-xena internazzjonali, l-UE jeħtieġ li ssegwi politika barranija determinata, dixxiplinata u assertiva li tissodisfa l-objettivi strateġiċi tagħha stess u tkompli tiddefinixxi, tasserixxi u tiddefendi l-interessi tagħha madwar id-dinja; ifakkar li l-UE għandha tkun iggwidata fl-azzjoni esterna tagħha mill-valuri u l-prinċipji minquxa fl-Artikolu 2, fl-Artikolu 3(5) u fl-Artikolu 21 tat-TUE, li ispiraw il-ħolqien, l-iżvilupp u t-tkabbir tal-UE stess, inklużi d-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-universalità u l-indiviżibbiltà tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, u l-prinċipji tal-ugwaljanza u s-solidarjetà; jemmen ukoll li l-PESK għandha tiżgura l-implimentazzjoni tal-SDGs u l-Aġenda 2030 tan-NU;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jenfasizza li l-prinċipji fundamentali tal-PESK tal-UE huma ankrati fl-impenn sod tal-UE favur ordni internazzjonali multilaterali bbażat fuq ir-regoli, kif minqux fil-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, u fil-preferenza ċara tal-UE għal kooperazzjoni diplomatika paċifika bejn l-Istati Membri kollha tagħha; jinkoraġġixxi lill-partijiet kollha jsolvu t-tilwim bid-djalogu, fir-rispett reċiproku tad-dritt internazzjonali, tas-sovranità u tal-integrità territorjali; itenni l-impenn tiegħu biex jagħmel progress fil-paċi u fl-istabbiltà fid-dinja billi jippromwovi inizjattivi diplomatiċi mmirati lejn il-prevenzjoni tal-kunflitti u r-riżoluzzjoni tat-tilwim kif ukoll biex titrawwem il-kollaborazzjoni internazzjonali fuq l-isfidi globali ewlenin, pereżempju t-tibdil fil-klima, id-drittijiet tal-bniedem u l-iżvilupp ekonomiku sostenibbli; jitlob li jkun hemm sħubijiet permanenti ma’ atturi internazzjonali bil-għan li tiġi żgurata l-effikaċja tal-isforzi dinjin taż-żamma tal-paċi u tal-konsolidazzjoni tal-paċi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT>I.<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ir-rapport annwali 2024 tal-VP/RGħ</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Josserva li r-rapport ġie ppreżentat lill-Parlament Ewropew fl-20 ta’ Ġunju 2024; ifakkar li n-natura tar-rapport għandha tkun waħda li tħares ’il quddiem; jesprimi minn hawn ’il quddiem osservazzjonijiet dwar diversi żviluppi enfasizzati fir-rapport tal-VP/RGħ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="DASH"><INT.LI LEVEL="0">Jilqa’ b’mod partikolari:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>is-soċjetajiet ċivili lokali u vibranti fil-pajjiżi tat-tkabbir li għandhom rwol kostruttiv fil-proċessi ta’ integrazzjoni fl-UE, filwaqt li jissottolinja li s-soċjetà ċivili hija vitali fit-trawwim tad-demokrazija u l-pluraliżmu u l-promozzjoni kemm tal-governanza tajba kif ukoll tal-progress soċjali u li l-pajjiżi tat-tkabbir għandhom jipprovdu spazju abilitanti u qafas xieraq għall-kooperazzjoni biex jiżguraw l-involviment sinifikanti tagħhom;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>il-finalizzazzjoni b’suċċess tal-proċess ta’ skrinjar għall-Albanija fi tmiem l-2023 u l-ftuħ tal-ewwel ġabra ta’ kapitoli ta’ negozjar dwar l-elementi fundamentali u dwar ir-relazzjonijiet esterni (Ġabra 6) fl-2024; jilqa’ l-ambizzjoni tal-Albanija li tagħlaq in-negozjati tal-adeżjoni malajr; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu intensifikati aktar ir-riformi ħalli jiġu indirizzati n-nuqqasijiet persistenti fir-rigward tal-“elementi fundamentali”, b’mod partikolari fir-rigward tal-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata; iwissi kontra l-imminar tal-ħidma ta’ istituzzjonijiet indipendenti bħall-Istruttura Speċjali Kontra l-Korruzzjoni u l-Kriminalità Organizzata (SPAK); jissottolinja l-importanza ta’ pluraliżmu politiku vijabbli u oppożizzjoni kompetittiva u jitlob djalogu u impenn kostruttiv bejn il-maġġoranza u l-oppożizzjoni biex tingħeleb il-polarizzazzjoni politika qawwija fil-pajjiż u biex jitrawmu proċessi demokratiċi inklużivi li jirrispettaw lill-partijiet kollha, inklużi l-minoranzi Griegi, Rom u Eġizzjani fil-pajjiż; ifaħħar l-allinjament konsistenti u sħiħ tal-pajjiż mal-politika barranija u ta’ sigurtà tal-UE, inkluż mal-miżuri restrittivi tal-UE kontra r-Russja u l-Belarussja;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>id-deċiżjoni dwar il-ftuħ tan-negozjati tal-adeżjoni mal-Bożnija-Ħerzegovina; jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet jieħdu l-passi rilevanti kollha indikati fir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Ottubru 2022; iħeġġeġ lill-mexxejja politiċi tal-pajjiż jimplimentaw sett sostanzjali ta’ riformi, inklużi r-riformi elettorali, f’konformità mad-deċiżjonijiet tal-qrati nazzjonali u internazzjonali sabiex jiġu żgurati l-prinċipji tal-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni għaċ-ċittadini u għall-popli kostitwenti kollha, kif minqux fil-kostituzzjoni tiegħu u b’rispett sħiħ tas-sentenzi tal-qrati nazzjonali u internazzjonali, inklużi s-sentenzi kollha tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem rigward il-Bożnija-Ħerzegovina; jiddenunzja l-liġijiet u l-politiki seċessjonisti u r-retorika xewwiexa rikorrenti tat-tmexxija tal-entità “Republika Srpska” (RS), inkluża ċ-ċelebrazzjoni ta’ “Jum ir-RS”, festa antikostituzzjonali, fid-9 ta’ Jannar 2025; jistieden lill-Istati Membri u lir-rappreżentanti tal-komunità internazzjonali fil-Bożnija-Ħerzegovina jippromwovu u jappoġġjaw l-implimentazzjoni ta’ dawn is-sentenzi; jieħu nota tas-sentenza tal-Qorti tal-Bożnija-Ħerzegovina fil-kawża ta’ Milorad Dodik tas-26 ta’ Frar 2025 u jikkundanna l-attakki bla preċedent tiegħu fuq l-istituzzjonijiet tal-Bożnija-Ħerzegovina, flimkien mal-mexxejja tar-RS, u l-intimidazzjonijiet fil-konfront tal-oppożizzjoni fir-RS; itenni l-appell tiegħu għal sanzjonijiet immirati kontra atturi destabbilizzanti fil-Bożnija-Ħerzegovina, b’mod partikolari Milorad Dodik, kif ukoll kontra uffiċjali ta’ livell għoli oħra tar-RS u uffiċjali Serbi li qed jipprovdu appoġġ politiku u materjali għal politiki seċessjonisti; japprova d-dikjarazzjoni li għamel is-Segretarju Ġenerali tan-NATO Mark Rutte fl-10 ta’ Marzu 2025 f’Sarajevo u jitlob li jkun hemm djalogu bejn il-partijiet kollha biex titħares l-istabbiltà fil-pajjiż; jistieden lill-Istati Membri kollha jiżguraw li tali sanzjonijiet ikunu jistgħu jiġu adottati mill-Kunsill u jimponuhom bilateralment jew flimkien ma’ Stati Membri oħra jekk l-adozzjoni tagħhom fil-Kunsill ma tkunx possibbli; jilqa’ l-ftehim milħuq biex il-mandat tal-forzi tal-UE fl-Operazzjoni Althea tal-Bożnija-Ħerzegovina jiġi estiż sa Novembru 2025 u jfakkar li din il-missjoni għad għandha rwol ċentrali fis-sigurtà u fl-istabbiltà tal-Bożnija-Ħerzegovina; jilqa’ l-wasla tal-forzi ta’ riżerva tal-EUFOR Althea; iħeġġeġ lill-missjoni militari tal-UE tipprevjeni b’mod attiv il-parati illegali u l-provokazzjonijiet l-oħra kif ukoll it-theddid kontra dawk kollha li jaħdmu biex jgħinu lill-vittmi tal-ġenoċidju, u tinvesti fir-rikonċiljazzjoni interetnika u fil-futur paċifiku tal-pajjiż; jitlob li tiġi żgurata s-sigurtà fiċ-Ċentru tal-Mafkar ta’ Srebrenica-Potočari;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>il-progress fid-Djalogu bejn Belgrad u Pristina, speċjalment fl-oqsma tal-libertà tal-moviment u tal-enerġija; jistieden lill-Kosovo u lis-Serbja jimpenjaw ruħhom kontinwament f’dan id-djalogu b’rieda tajba u fi spirtu ta’ kompromess biex jintlaħaq ftehim komprensiv u legalment vinkolanti dwar in-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet tagħhom, abbażi tar-rikonoxximent reċiproku, skont id-dritt internazzjonali u mingħajr aktar dewmien; jiddispjaċih, f’dan il-kuntest, bin-nuqqas ta’ progress fl-implimentazzjoni tal-perkors lejn in-normalizzazzjoni u jitlob li jsiru sforzi u tiġi ddedikata l-kapaċità meħtieġa għad-djalogu ffaċilitat mill-UE; jimpenja ruħu, għalhekk, li jaħdem mill-qrib mar-Rappreżentant Speċjali tal-UE uxxenti u dak sussegwenti għad-Djalogu bejn Belgrad u Pristina u kwistjonijiet reġjonali oħra tal-Balkani tal-Punent; jistieden lill-VP/RGħ tieħu vantaġġ mit-terminu l-ġdid tal-Kummissjoni biex tegħleb l-istaġnar u tagħti impetu ġdid lid-djalogu u toħroġ b’approċċ ġdid, innovattiv u bbilanċjat għall-medjazzjoni;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>ir-Rapport dwar it-Tkabbir 2024 fir-rigward tas-Serbja, li ġie ppreżentat mill-Kummissjoni fil-31 ta’ Ottubru 2024; itenni l-pożizzjoni tiegħu li n-negozjati tal-adeżjoni mas-Serbja għandhom javvanzaw biss jekk il-pajjiż jallinja ruħu mas-sanzjonijiet tal-UE kontra r-Russja u jagħmel progress sinifikanti fir-riformi tiegħu relatati mal-UE, b’mod partikolari fil-qasam tal-“elementi fundamentali”; ifakkar lill-awtoritajiet Serbi li l-funzjonament xieraq tal-istituzzjonijiet demokratiċi jinsab fil-qalba tal-proċess ta’ adeżjoni tas-Serbja mal-UE u tal-metodoloġija ta’ adeżjoni mal-UE; ifakkar, f’dan il-kuntest, fil-pożizzjoni tiegħu li l-elezzjonijiet parlamentari u lokali Serbi li saru fis-17 ta’ Diċembru 2023 iddevjaw mill-istandards internazzjonali u mill-impenji tas-Serbja favur elezzjonijiet liberi u ġusti; itenni t-tħassib serju tiegħu dwar dawk l-irregolaritajiet u l-kuntest elettorali ġenerali, li waqgħu taħt l-istandards mistennija minn pajjiż kandidat tal-UE; iħeġġeġ lit-tmexxija politika tas-Serbja tiżgura djalogu kostruttiv u inklużiv fl-ispettru politiku kollu u twettaq ir-riformi meħtieġa biex is-Serbja tagħmel progress fil-perkors lejn l-adeżjoni mal-UE; segwa b’attenzjoni l-mobilizzazzjoni kbira tal-istudenti, flimkien ma’ gruppi oħrajn ta’ ċittadini, wara l-inċident traġiku li seħħ fl-istazzjon tal-ferrovija ta’ Novi Sad; ifakkar li l-libertà tal-għaqda hija dritt fundamentali u jsostni politika ta’ tolleranza żero fil-konfront tal-vjolenza kontra d-dimostranti paċifiċi; jikkundanna l-każijiet li ġew rapportati ta’ attakki abbużivi, ta’ sorveljanza diġitali u ta’ fastidju fil-konfront tal-ġurnalisti, tal-attivisti għad-drittijiet tal-bniedem u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fis-Serbja, fosthom, dan l-aħħar, perkwiżizzjonijiet min-naħa tal-pulizija ta’ erba’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili ewlenin fil-25 ta’ Frar 2025 apparentement minħabba l-użu ħażin min-naħa tagħhom tal-fondi USAID; jitlob investigazzjoni bir-reqqa, imparzjali u rapida tal-allegazzjonijiet ta’ vjolenza kontra d-dimostranti u tal-kondotta ħażina tal-pulizija matul il-protesti; jesprimi s-solidarjetà tiegħu mal-parteċipanti tad-dimostrazzjonijiet paċifiċi, b’mod partikolari ma’ dawk preżenti għad-dimostrazzjoni tal-15 ta’ Marzu 2025, l-akbar protesta tal-massa fl-istorja moderna tas-Serbja; jiddispjaċih dwar l-approċċ akkomodanti tal-Kummissjoni fil-konfront tas-Serbja minkejja rigress tagħha, li ilu għaddej sena, fir-rigward tal-istat tad-dritt, id-demokrazija u d-drittijiet fundamentali, kif ukoll l-influwenza destabbilizzanti tagħha fuq ir-reġjun kollu; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, anki fl-ogħla livell, tuża lingwaġġ aktar ċar fir-rigward tas-Serbja u tindirizza b’mod konsistenti n-nuqqasijiet sinifikanti, l-assenza ta’ progress u saħansitra r-rigress tal-pajjiż, b’hekk tkun tiddefendi l-valuri fundamentali tal-UE;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>l-applikazzjoni tal-Kosovo għas-sħubija fl-UE u r-Rapport dwar il-Kosovo 2024 u jtenni t-talba tiegħu lill-Istati Membri fil-Kunsill Ewropew biex jagħtu mandat  lill-Kummissjoni ħalli tippreżenta l-kwestjonarju u tippreżenta l-opinjoni tagħha dwar il-merti tal-applikazzjoni tal-pajjiż; ifakkar li l-offerta tal-Kosovo biex jitqies bħala pajjiż kandidat se tiġi evalwata abbażi tal-merti tiegħu stess u tas-suċċess tiegħu fl-issodisfar tal-kriterji ta’ Copenhagen għas-sħubija fl-UE; jilqa’, madankollu, it-tneħħija tar-rekwiżiti ta’ viża għaċ-ċittadini tal-Kosovo; jiddispjaċih dwar il-miżuri restrittivi imposti mill-Kunsill kontra l-Kosovo u jitlob it-tneħħija immedjata tagħhom, kif propost mill-VP/RGħ;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>il-progress li għamel il-Montenegro f’dak li għandu x’jaqsam mar-rispett tal-parametri referenzjarji interim għall-Kapitoli 23 u 24 tal-acquis tal-UE; jinkoraġġixxi lill-pajjiż ikompli jagħmel progress fir-rigward tar-riformi relatati mal-UE u jimplimentahom malajr; jesprimi, madankollu, it-tħassib tiegħu dwar l-ideat kontroversjali espressi fil-pubbliku rigward proposti leġiżlattivi dwar iċ-ċittadinanza u l-aġenti barranin; jisħaq fuq l-importanza li l-gvern il-ġdid ikun determinat u kapaċi javvanza r-riformi relatati mal-UE u jżomm lill-Montenegro fermament fil-perkors strateġiku tal-UE; jistenna li l-pajjiż jibda jagħlaq il-kapitoli fin-negozjati tal-adeżjoni u jkun lest li jissieħeb fl-UE fis-snin li ġejjin;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>il-finalizzazzjoni b’suċċess, fi tmien l-2023, tal-proċess ta’ eżami analitiku għall-Maċedonja ta’ Fuq; iħeġġeġ lill-gvern tal-Maċedonja ta’ Fuq jikseb riżultati tanġibbli fit-twettiq tal-obbligu tiegħu skont il-qafas ta’ negozjar tal-UE u l-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tat-18 ta’ Lulju 2022, inklużi l-bidliet kostituzzjonali rilevanti, f’konformità mal-impenji tal-pajjiż;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>l-issoktar pożittiv tad-djalogu PESK bejn l-UE u s-sħab tagħha fil-Balkani tal-Punent u l-importanza ta’ dawn is-sħubijiet għall-paċi u s-sigurtà; ifakkar li t-tkabbir tal-UE jikkostitwixxi investiment ġeostrateġiku, li jirrikjedi involviment kemm mill-UE kif ukoll mill-pajjiżi tat-tkabbir fil-perkorsi tagħhom lejn l-adeżjoni; ifakkar, f’dan il-kuntest, fil-ħtieġa kontinwa ta’ riformi fir-rigward tal-istat tad-dritt, id-drittijiet fundamentali u l-amministrazzjoni pubblika, u ta’ allinjament mal-PESK, anki fir-rigward tas-sanzjonijiet u l-politika tal-UE dwar il-viżi; jenfasizza, barra minn hekk, it-theddid maħluq mill-indħil barrani malinn fir-reġjun u jissottolinja l-importanza li tiġi miġġielda d-diżinformazzjoni biex titrażżan ir-retorika diviżiva u kontra l-Punent li tfittex li tisfrutta u taggrava t-tensjonijiet etniċi fir-reġjun; iwissi kontra l-involviment mar-rivali sistemiċi tal-UE, peress li dan jista’ jimmina l-futur prosperu, sostenibbli u sigur li toffri l-adeżjoni mal-UE; ifakkar, f’dan il-kuntest, fil-valur miżjud tal-investimenti magħmula mill-UE fl-ambitu tal-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni III, il-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Balkani tal-Punent li għadha kif ġiet stabbilita, u l-Qafas ta’ Investiment għall-Balkani tal-Punent; jistieden lill-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent jużaw ir-riżorsi kollha disponibbli biex jappoġġjaw l-allinjament tagħhom mal-acquis tal-UE; jistieden lill-Kummissarju għat-Tkabbir iżid il-viżibbiltà tal-azzjoni tal-UE fil-Balkani;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>id-deċiżjoni dwar il-ftuħ tan-negozjati tal-adeżjoni mal-Ukrajna u mal-Moldova; ifaħħar il-fatt li r-rata ta’ allinjament mal-PESK tal-Moldova żdiedet b’mod sostanzjali minn 54 % fl-2022 għal 86 % fl-2024 u jħeġġeġ lill-Ukrajna u lill-Moldova jkomplu din ix-xejra pożittiva lejn allinjament sħiħ; jitlob li jitħaffef il-proċess ta’ eżami analitiku u l-organizzazzjoni tempestiva tal-konferenzi intergovernattivi sussegwenti;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>id-Deċiżjoni tal-Armenja li tissospendi l-parteċipazzjoni tagħha fl-Organizzazzjoni tat-Trattat dwar is-Sigurtà Kollettiva u twaqqaf il-pagamenti kollha għall-baġit tagħha fl-2024, wara li r-Russja naqset milli tassisti lill-Armenja kontra l-aggressjoni militari tal-Ażerbajġan, u li tfittex arkitettura tas-sigurtà aktar affidabbli; jappoġġja t-talba uffiċjali tal-Armenja lill-Federazzjoni Russa li tirtira l-gwardji tal-fruntiera tas-Servizz tas-Sigurtà Federali tagħha mill-ajruport internazzjonali tagħha u mill-fruntiera bejn l-Armenja u l-Iran; jilqa’ l-laqgħat regolari fl-ambitu tal-format tad-Djalogu Politiku u ta’ Sigurtà bejn l-UE u l-Armenja u l-Kunsill ta’ Sħubija UE-Armenja u jfaħħar id-deċiżjoni li jiġu adottati l-miżuri ta’ assistenza fl-ambitu tal-EPF b’appoġġ għall-forzi armati Armeni fit-13 ta’ Ġunju u fit-22 ta’ Lulju 2024 rispettivament;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>il-konklużjoni b’suċċess tan-negozjati bejn l-Armenja u l-Ażerbajġan dwar it-test sħiħ tal-abbozz ta’ Ftehim dwar il-Paċi u l-Istabbiliment ta’ Relazzjonijiet Interstatali; ifaħħar lill-Armenja talli wittiet it-triq għall-finalizzazzjoni tat-test u jħeġġeġ lit-tmexxija tal-Ażerbajġan tiffirma u timplimenta l-ftehim ta’ paċi in bona fide, kif konkluż fin-negozjati; jinkoraġġixxi progress ulterjuri fil-qafas tal-proċess ta’ delimitazzjoni tal-fruntieri bejn l-Armenja u l-Ażerbajġan, li wassal għal ftehim dwar diversi sezzjonijiet tal-fruntiera u l-ftuħ tal-komunikazzjonijiet reġjonali abbażi tas-sovranità u l-ġurisdizzjoni taż-żewġ pajjiżi, u r-reċiproċità u l-ugwaljanza, bħala miżura ewlenija kemm biex jiġi żblukkat l-iżvilupp reġjonali, tissaħħaħ il-konnettività u jitrawmu l-paċi u l-prosperità sostenibbli, kif ukoll biex tiġi ffaċilitata r-rikonċiljazzjoni fost il-komunitajiet abbażi ta’ żieda fil-kuntatti bejn il-persuni; jafferma mill-ġdid l-appoġġ tiegħu għas-sovranità u l-integrità territorjali kemm tal-Armenja kif ukoll tal-Ażerbajġan u jappoġġja bil-qawwa n-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet tagħhom abbażi tal-prinċipji tar-rikonoxximent reċiproku tal-integrità territorjali u l-invjolabbiltà tal-fruntieri, f’konformità mad-Dikjarazzjoni ta’ Alma-Ata tal-1991; itenni t-talba tiegħu għall-irtirar tat-truppi tal-Ażerbajġan mit-territorju sovran kollu tal-Armenja u l-ħelsien tat-23 ostaġġ Armen li fadal;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>l-attivitajiet tal-Missjoni ċivili tal-Unjoni Ewropea fl-Armenja (EUMA) fl-ambitu tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni (PSDK), li tikkontribwixxi għas-sigurtà fir-reġjun billi tnaqqas b’mod sostanzjali l-għadd ta’ inċidenti fiż-żoni affettwati mill-kunflitti u ż-żoni tal-fruntiera, u tnaqqas il-livell ta’ riskji għall-popolazzjonijiet li jgħixu f’tali żoni; jilqa’ l-assistenza tal-Armenja fl-attivitajiet tal-EUMA fit-territorju tagħha; ifaħħar lill-Kunsill għad-deċiżjoni li jżid kemm l-għadd ta’ osservaturi mibgħuta kif ukoll il-kapaċità tal-missjoni u li jestendi l-perjodu ta’ żmien għall-iskjerament tagħha; jitlob aktar espansjoni u preżenza fir-reġjun; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi appoġġ lill-Armenja għat-tneħħija tal-mini;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>il-ħidma kontinwa tas-SEAE dwar l-indirizzar u l-ġlieda kontra l-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-interferenza minn barranin (FIMI) permezz tas-Sett ta’ Għodod tal-UE kontra l-FIMI, l-istabbiliment ta’ taskforce STRATCOM, u permezz ta’ kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, is-sħab internazzjonali, is-soċjetà ċivili u l-partijiet ikkonċernati rilevanti l-oħra; itenni t-talba tiegħu li jiġi promoss il-fluss kontinwu ta’ intelligence mill-Istati Membri lejn is-SEAE dwar kwistjonijiet barranin u ta’ sigurtà li jseħħu barra mill-UE; jitlob, f’dan ir-rigward, it-tisħiħ tal-INTCEN tal-UE, taċ-Ċentru ta’ Rispons għall-Kriżijiet tas-SEAE u taċ-Ċentru Satellitari tal-UE billi jiżdiedu l-persunal, ir-riżorsi finanzjarji u l-kapaċitajiet tagħhom;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>il-proposta tal-VP/RGħ għal reġim ta’ sanzjonijiet kontra l-korruzzjoni, li jippermetti lill-UE timmira atti serji ta’ korruzzjoni madwar id-dinja; jitlob l-adozzjoni bil-ħeffa tagħha mill-Kunsill;</ITEM></LIST>
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="DASH"><INT.LI LEVEL="0">Jikkundanna b’mod partikolari:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>il-gwerra ta’ aggressjoni illegali u mhux ġustifikabbli tar-Russja kontra l-Ukrajna li għaddejja bħalissa u l-attakki Russi dejjem jiżdiedu kontra miri ċivili u infrastruttura ċivili fl-Ukrajna; jitlob li r-Russja u l-forzi bi prokura tagħha jtemmu kull azzjoni militari u li l-Federazzjoni Russa tirtira minnufih u mingħajr kundizzjonijiet it-truppi u t-tagħmir tagħha mill-Ukrajna u minn kwalunkwe pajjiż ieħor li t-territorju tiegħu, jew partijiet minnu, tokkupa illegalment; itenni l-politika tiegħu ta’ nonrikonoxximent tat-territorji Ukreni okkupati temporanjament mir-Russja, inkluża iżda mhux biss il-Peniżola tal-Krimea; jikkundanna kwalunkwe attakk ibridu mwettaq mir-Russja fl-Ukrajna u jiddenunzja bil-qawwa t-tixrid tal-propaganda tar-Russja dwar il-gwerra tagħha fl-Ukrajna;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>ir-rwol tar-reġim illeġittimu ta’ Aliaksandr Lukashenka li jippermetti li l-pajjiż iservi ta’ bażi militari Russa, u li effettivament iċedi s-sovranità nazzjonali lill-Kremlin sabiex iżomm il-ħakma tiegħu fuq il-Belarussja, filwaqt li jgħakkas brutalment lill-poplu Belarussu ħalli jibqa’ fil-poter; jiddeplora l-fatt li twettqu abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fit-tħejjija għall-elezzjoni fittizja tas-26 ta’ Jannar 2025; jinsab allarmat bl-istrumentalizzazzjoni tal-migrazzjoni mir-reġim ta’ Putin u ta’ Lukashenka, b’mod partikolari fid-dawl tal-influss ta’ eluf ta’ migranti fil-Polonja, fil-Litwanja u fil-Latvja, li r-Russja u l-Belarussja jorkestraw biex jisforzaw il-passaġġ tagħhom fl-UE; jiddeplora l-istrumentalizzazzjoni politika tal-migrazzjoni mir-reġim ta’ Putin, li wasslet għall-għeluq tal-fruntiera Finlandiża mar-Russja;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>l-involviment illegali tal-Korea ta’ Fuq fil-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna billi tibgħat tagħmir militari u munizzjon lir-Russja, kif ukoll billi tibgħat eluf ta’ suldati biex iwettqu gwerra kontra l-Ukrajna;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>l-ittestjar bla heda tal-armi mill-Korea ta’ Fuq u l-iżvilupp tal-programm nukleari tagħha, bi ksur tar-riżoluzzjoni tan-NU, u l-eskalazzjoni tat-tensjonijiet fir-reġjun Indo-Paċifiku; jeżiġi li l-Korea ta’ Fuq tabbanduna l-programmi tal-missili ballistiċi u l-armi tal-qerda tal-massa tagħha b’mod sħiħ, verifikabbli u irriversibbli; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Korea ta’ Fuq iwaqqfu d-delitti li għaddejjin kontra l-umanità u jwettqu proċess ta’ riforma li permezz tiegħu d-drittijiet tal-bniedem kollha jiġu rrispettati u protetti;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>iż-żieda fl-attivitajiet malizzjużi, l-indħil u l-gwerer ibridi użati mill-Federazzjoni Russa, u mill-istituzzjonijiet u l-proxies tagħha, biex timmina u tnawwar l-istabbiltà demokratika u s-sovranità tal-Georgia u tar-Repubblika tal-Moldova u b’mod partikolari l-indħil reċenti fir-referendum kostituzzjonali dwar l-adeżjoni mal-UE u l-elezzjonijiet presidenzjali;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>l-attakk fuq uffiċjali tal-pulizija tal-Kosovo minn paramilitari Serbi organizzati tajjeb f’Banjska/Banjskë fit-Tramuntana tal-Kosovo fl-24 ta’ Settembru 2023 li rriżulta fil-mewt tal-uffiċjal tal-pulizija tal-Kosovo Afrim Bunjaku u l-korriment ta’ żewġ uffiċjali tal-pulizija tal-Kosovo oħra; jikkundanna l-attakk terroristiku faħxi fuq infrastruttura kritika qrib Zubin Potok; jisħaq li l-awturi ta’ dawn l-attakki deplorevoli jeħtieġ li jinżammu responsabbli u jiffaċċjaw il-ġustizzja mingħajr dewmien;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>l-okkupazzjoni illegali kontinwa, skont id-dritt internazzjonali, mit-Turkija, pajjiż membru tan-NATO, ta’ 37 % ta’ Ċipru, Stat Membru tal-UE;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>l-attakki terroristiċi brutali u indiskriminati mwettqa mill-Ħamas madwar Iżrael fis-7 ta’ Ottubru 2023, li wasslu għal rispons militari min-naħa ta’ Iżrael u kunflitt f’Gaża li għandu effett devastanti fuq il-popolazzjoni ċivili u kkawża sitwazzjoni umanitarja katastrofika;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>il-fatt li l-Ħamas ħataf u għadu qed iżomm persuni innoċenti, inklużi nisa u tfal, ostaġġi, u jitlob il-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet tal-ostaġġi;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>l-eskalazzjoni intenzjonata u malinna ta’ sitwazzjoni ta’ tensjoni eċċezzjonali, permezz ta’ attakki ripetuti mmirati lejn Iżrael mis-7 ta’ Ottubru 2023, minn atturi statali u mhux statali fir-reġjun fejn l-Iran huwa l-instigatur ewlieni, kif ukoll il-Houthi fil-Jemen u l-Hezbollah fil-Libanu li jaġixxu bħala wħud mill-proxies tiegħu;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>in-nuqqas ta’ konformità persistenti tal-Iran mal-obbligi ta’ salvagwardja legali tiegħu skont il-Ftehim ta’ Salvagwardji Komprensivi tiegħu u mal-impenji tiegħu skont il-Pjan ta’ Azzjoni Komprensiv Konġunt (PAKK) u jikkundanna, barra minn hekk, il-progress tal-programm nukleari tiegħu lil hinn minn kull ġustifikazzjoni ċivili kredibbli u d-destabbilizzazzjoni tal-Lvant Nofsani li dan jikkawża, inkluż permezz tal-proxies, bħall-attakki fuq Iżrael u l-isponsorjar tat-terroriżmu u l-kunflitti ċivili; l-attakki mwettqa jew it-tentattivi ta’ attakki fl-UE minn networks u organizzazzjonijiet terroristiċi affiljati mal-Iran;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>id-detenzjoni inġusta ta’ ċittadini Ewropej fl-Iran, l-eżekuzzjoni taċ-ċittadin Ewropew b’ċittadinanza doppja Ġermaniża-Iranjana Jamshid Sharmahd fid-29 ta’ Ottubru 2024, u l-oppressjoni brutali tal-poplu tal-Iran, b’mod partikolari tan-nisa; itenni l-appoġġ sod tiegħu għan-nisa tal-Iran, li għadhom soġġetti għal ksur gravi tad-drittijiet fundamentali tagħhom sentejn wara li l-moviment Nisa, Ħajja u Libertà ġie mrażżan brutalment; iħeġġeġ lill-VP/RGħ tagħmel l-almu tagħha biex teħles lil dawn iċ-ċittadini u ttemm il-prattika Iranjana tad-diplomazija tal-ostaġġi, li permezz tagħha L-Iran iżomm f’detenzjoni persuni ċivili barranin u persuni b’ċittadinanza doppja, inkluż billi tinkoraġġixxi lill-Istati Membri jirrakkomandaw liċ-ċittadini tagħhom biex jevitaw li jivvjaġġaw lejn l-Iran;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>il-kooperazzjoni militari dejjem tikber bejn l-Iran u r-Russja, b’mod partikolari l-intenzjoni li jiġi ffirmat trattat dwar sħubija strateġika komprensiva u l-forniment mill-Iran ta’ droni u missili ballistiċi lir-Russja biex jintużaw kontra l-Ukrajna u l-poplu tagħha;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>l-adozzjoni reċenti tal-liġi dwar “il-promozzjoni tal-virtù u l-prevenzjoni tal-vizzji” fl-Afganistan, kif ukoll il-ksur sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, b’mod partikolari l-interpretazzjoni estrema tax-Xarija li tħassar lin-nisa mill-ħajja pubblika, iżżommhom milli jaħdmu, u xxekkel l-aċċess tagħhom għall-postijiet pubbliċi kollha jekk ma jkunux akkumpanjati minn membru raġel tal-familja u għall-edukazzjoni wara s-sitt klassi, peress li dan jammonta għal apartheid tal-ġeneru; jeżiġi lill-awtoritajiet <STRING ITALIC="on">de facto</STRING> tal-Afganistan ineħħu r-restrizzjonijiet kollha bbażati fuq il-ġeneru imposti fuq in-nisa u jisħaq li dan irid ikun kundizzjoni ewlenija għal kwalunkwe involviment tal-komunità internazzjonali mat-Talibani; jinsisti li jinżamm impenn rigoruż u kundizzjonali mat-Talibani, abbażi tal-ħames parametri ta’ riferiment stabbiliti mill-Kunsill biex ikun hemm djalogu mal-awtoritajiet <STRING ITALIC="on">de facto</STRING> u li dawk responsabbli jagħtu kont tal-ksur gravi tad-drittijiet tal-bniet u tan-nisa, anki permezz ta’ miżuri restrittivi;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>il-firxa u l-intensità dejjem akbar tal-operazzjonijiet, inklużi l-attakki ċibernetiċi u l-manipulazzjoni tal-informazzjoni barranija mill-Gvern Ċiniż, kif ukoll bastimenti u inġenji tal-ajru li jippruvaw jintimidaw lill-ġirien taċ-Ċina, peress li dan jikser il-paċi u l-istabbiltà fl-Istrett tat-Tajwan u fl-ilmijiet internazzjonali tal-madwar u jimpedixxu l-libertà tad-drittijiet tan-navigazzjoni tal-partijiet l-oħra kollha; jikkundanna bil-qawwa d-dikjarazzjonijiet tal-President Ċiniż li r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina qatt mhu se tirrinunzja għad-dritt li tuża l-forza fir-rigward tat-Tajwan, u jinsisti li l-użu ta’ miżuri koerċittivi biex tinkiseb l-unifikazzjoni jmur kontra d-dritt internazzjonali;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>is-sistema mmexxija mill-gvern ta’ xogħol furzat u l-ksur persistenti tad-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari r-repressjoni sistematika tal-Ujguri fil-Provinċja ta’ Xinjiang; josserva bi tħassib ir-repressjoni intensa tal-minoranzi etniċi fit-Tibet, f’Hong Kong u fil-Macao u r-ripressjoni transnazzjonali tad-dissidenti Ċiniżi, kif ukoll il-preżenza persistenti ta’ uffiċjali tal-pulizija Ċiniżi fit-territorju tal-UE; ħa nota u jiddeplora lir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina talli ma implimentatx ir-rakkomandazzjonijiet tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR); jistieden lir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina tippermetti lill-OHCHR aċċess indipendenti għar-<STRING ITALIC="on">Reġjun Awtonomu Xinjiang Uyghur</STRING> u jistieden lill-OHCHR joħroġ aġġornament komprensiv tas-sitwazzjoni u pjan ta’ azzjoni biex ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina tinżamm responsabbli; jistieden lill-Istati Membri kollha tal-UE jissospendu t-trattati ta’ estradizzjoni ma’ Hong Kong u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u jipproteġu lil dawk l-individwi li qed jiġu ffastidjati u ppersegwitati;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>id-deterjorament tal-istabbiltà fis-Saħel, aggravat mill-għadd kbir ta’ kolpi ta’ stat militari fir-reġjun f’dawn l-aħħar snin; ifakkar li l-istabbiltà fis-Saħel għandha riperkussjonijiet diretti għas-sigurtà tal-fruntieri esterni Ewropej u l-ġestjoni tal-flussi migratorji irregolari mill-kontinent Afrikan; jenfasizza li l-UE għandha tirrieżamina b’urġenza l-istrateġija reġjonali tagħha għas-Saħel;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>il-kolpi ta’ stat fil-Burkina Faso u fin-Niġer, fejn il-President Bazoum qed jinżamm taħt detenzjoni u l-kostituzzjoni ġiet sospiża; jinsab dejjem aktar imħasseb dwar id-deċiżjoni tar-reġimi militari tas-Saħel ċentrali fil-Burkina Faso, fil-Mali u fin-Niġer li joħorġu mill-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika tal-Punent (ECOWAS), u li b’hekk daħħlu lill-ECOWAS fi kriżi politika profonda; jikkundanna wkoll l-attakk fiżiku fid-29 ta’ Settembru 2024 fuq Membru tal-Parlament tal-ECOWAS u parteċipanti oħra f’dimostrazzjoni tal-oppożizzjoni ddikjarata uffiċjalment f’Lomé; jistieden lill-awtoritajiet Togoliżi jiżguraw il-promozzjoni u l-protezzjoni tal-prinċipji fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem u tal-popli minquxa fl-Artikolu 4 tat-Trattat rivedut tal-ECOWAS, bħad-drittijiet ta’ għaqda paċifika, u l-libertà ta’ assoċjazzjoni, twemmin u espressjoni; jistieden lill-awtoritajiet tal-ECOWAS u lill-istati membri tagħha jappoġġjaw l-isforzi meħtieġa biex jissalvagwardjaw il-prinċipji tal-Karta Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli fis-sottoreġjun kollu; jieħu nota tal-għeluq tal-Missjoni ta’ Sħubija Militari tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUMPM Niger) u tal-Missjoni ta’ Bini tal-Kapaċità fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) u n-nuqqas ta’ tiġdid tal-Missjoni ta’ Taħriġ tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUTM); josserva bi tħassib kif ir-Russja intensifikat l-iżvilupp tar-relazzjonijiet bejn stat u ieħor u l-inizjattivi ta’ kooperazzjoni mal-istati Afrikani permezz ta’ kooperazzjoni militari u impenn ta’ kooperazzjoni fl-iżvilupp tal-enerġija nukleari; jikkundanna ż-żieda fl-attakki terroristiċi u t-telf kbir fost il-popolazzjoni ċivili fis-Saħel, kif ukoll il-preżenza u l-attivitajiet ta’ predazzjoni tal-paramilitari Russi, li wasslu għal spostament tal-popolazzjoni u influss ta’ rifuġjati, ikkawżati wkoll mill-instabbiltà fir-reġjun; jiddeplora l-fatt li l-vojt li ħallew il-forzi taż-żamma tal-paċi tan-NU effettivament imtela mill-merċenarji tal-Grupp Wagner u mill-forzi militari tar-Russja u tat-Turkija, li l-industriji tagħhom ifornu l-armi lill-bliet kapitali tas-Saħel;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>il-gwerra ċivili fis-Sudan, il-konsegwenzi devastanti għall-popolazzjoni ċivili, l-atroċitajiet imwettqa kontrihom u, b’mod partikolari, l-użu ta’ min jistmerr tal-istupru fuq skala kbira bħala arma tal-gwerra;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>ir-restrizzjonijiet tattiċi u tekniċi tal-aħħar minuta imposti mill-awtoritajiet tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK), li ma ħallewx lill-Missjoni ta’ Osservazzjoni Elettorali tal-UE timmonitorja l-elezzjonijiet presidenzjali; jikkundanna l-vjolenza mwettqa mill-moviment ribelli M23 appoġġjat mir-Rwanda li qed jiddestabbilizza l-Lvant tar-RDK; jitlob rieżami tal-istrateġija tal-UE għar-reġjun tal-Lagi l-Kbar;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>ir-reġim awtoritarju ta’ Daniel Ortega u Rosario Murillo, li qegħdin idgħajfu sistematikament l-istrutturi demokratiċi tan-Nikaragwa; ifakkar li r-reġim tan-Nikaragwa għandu rabtiet b’saħħithom ma’ awtokraziji oħra, pereżempju dawk fl-Iran, fil-Venezwela u f’Kuba; jikkundanna l-ksur u l-abbużi sistematiċi tad-drittijiet tal-bniedem min-naħa tar-reġim Kuban; jikkundanna bil-qawwa u jirrifjuta kategorikament il-frodi elettorali orkestrati mir-reġim fil-Venezwela u jeżiġi li l-gvern Maduro jwaqqaf il-politika ta’ repressjoni tiegħu u l-attakki fuq is-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni; ifakkar li fid-19 ta’ Settembru 2024, il-Parlament irrikonoxxa lil Edmundo González Urrutia bħala l-President leġittimu u elett demokratikament tal-Venezwela, u lil María Corina Machado bħala l-mexxejja tal-forzi demokratiċi fil-Venezwela; jenfasizza l-fatt li diversi stati demokratiċi fir-reġjun u madwar id-dinja rrikonoxxew lil González Urrutia bħala l-president elett; ifakkar li hu kellu jieħu l-ġurament tal-ħatra fl-10 ta’ Jannar 2025; jesprimi s-sodisfazzjoni tiegħu għall-fatt li fis-17 ta’ Diċembru 2024, il-Parlament ta l-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb 2024 lil María Corina Machado, bħala l-mexxejja tal-forzi demokratiċi fil-Venezwela, u lill-President elett Edmundo González Urrutia, li jirrappreżentaw lill-Venezwelani kollha fil-pajjiż u barra minnu li qegħdin jiġġieldu biex jerġgħu jiġu stabbiliti l-libertà u d-demokrazija;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>l-impjieg tas-“servizz mediku Kuban” f’xi pajjiżi Ewropej bħala forma ta’ ksur tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, u ta’ skjavitù u xogħol furzat;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>ir-riskju ta’ kollass tal-istrutturi tal-istat u s-sitwazzjoni umanitarja diffiċli fil-Ħaiti minħabba l-vjolenza rampanti minn gruppi organizzati;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>il-fatt li r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, ir-Russja, l-Iran u reġimi totalitarji jew awtoritarji oħra jużaw il-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-interferenza malinna bħala strumenti integrali biex jagħmlu pressjoni fuq l-istituzzjonijiet multilaterali u l-valuri u n-normi demokratiċi, biex jabbużaw mill-poter, biex iżidu l-inċidenza u s-severità tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, biex jillimitaw l-ispazji għas-soċjetà ċivili, għall-media indipendenti u għall-movimenti demokratiċi tal-oppożizzjoni, biex ixerrdu diżinformazzjoni kontra l-Punent u biex jużaw diversi forom ta’ repressjoni tranżnazzjonali biex jintimidaw u jillimitaw l-ispazji għas-soċjetà ċivili, għall-media indipendenti u għall-movimenti tal-oppożizzjoni demokratika fid-dijaspora;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>iż-żieda fl-attakki, il-fastidju, id-detenzjoni arbitrarja, it-tortura u l-qtil tad-DDB madwar id-dinja, speċjalment dawk li jippromwovu d-drittijiet ambjentali, indiġeni, tan-nisa, tal-LGBTQI+ u kontra l-korruzzjoni; jinnota wkoll it-tattiċi dejjem aktar sofistikati użati minn atturi statali u mhux statali, inklużi kampanji ta’ sorveljanza diġitali u ta’ malafama, bil-għan li jsikktu lid-DDB; jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti li jiġu protetti d-DDB, li għandhom ukoll rwol kritiku fir-rispett tad-demokrazija u l-istat tad-dritt globalment; jitlob mekkaniżmi msaħħa ta’ appoġġ u protezzjoni għad-DDB li jiffaċċjaw theddid, fastidju u vjolenza, speċjalment dawk f’żoni ta’ riskju għoli jew li jaħdmu fuq kwistjonijiet sensittivi bħad-drittijiet ambjentali, indiġeni u tan-nisa;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>it-tentattivi biex jiġu evitati s-sanzjonijiet tal-UE u dawk internazzjonali, li jqis bħala strateġiji li joħolqu theddid dirett għas-sistema internazzjonali bbażata fuq ir-regoli;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>in-nuqqas min-naħa tal-Ażerbajġan li jikkonforma mal-ordni tas-17 ta’ Novembru 2023, maħruġa mill-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja, li tindika miżuri proviżorji rigward ir-ritorn sikur, mingħajr xkiel u malajr ta’ 100 000 persuna ta’ etniċità Armena li kienu ħarbu min-Nagorno-Karabakh wara l-attakk militari ppjanat minn qabel u mhux ġustifikat ta’ Settembru 2023 mill-Ażerbajġan, kif ukoll ir-rifjut min-naħa tal-awtoritajiet tal-Ażerbajġan li jeħilsu lit-23 priġunier tal-gwerra Armen kollha attwalment miżmuma taħt detenzjoni minnu; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu appoġġjati l-inizjattivi u l-attivitajiet kollha li jistgħu jwasslu biex tiġi stabbilita paċi dejjiema bejn l-Armenja u l-Ażerbajġan; jeżiġi, għal dak il-għan, l-irtirar tat-truppi tal-Ażerbajġan mit-territorju sovran kollu tal-Armenja u jwissi, fl-istess ħin, li kwalunkwe azzjoni militari ulterjuri kontra l-Armenja tkun inaċċettabbli u jkollha konsegwenzi serji għas-sħubija bejn l-Ażerbajġan u l-UE; jenfasizza l-fatt li l-kwistjonijiet ta’ konnettività tal-Ażerbajġan mal-exclave tiegħu ta’ Nakhchivan għandhom jiġu solvuti b’rispett sħiħ għas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Armenja; itenni l-pożizzjoni tiegħu li l-UE għandha tkun lesta timponi sanzjonijiet fuq kwalunkwe individwu u entità li jheddu s-sovranità, l-indipendenza u l-integrità territorjali tal-Armenja; jisħaq li t-twissijiet multipli tal-Parlament dwar is-sitwazzjoni ma wasslu għall-ebda bidla fil-pożizzjoni tal-UE fil-konfront tal-Ażerbajġan; jitlob lill-UE ttemm id-dipendenza tagħha fuq l-esportazzjonijiet tal-gass mill-Ażerbajġan; jistieden lill-Kummissjoni tissospendi l-memorandum ta’ qbil tal-2022 dwar is-sħubija strateġika fil-qasam tal-enerġija u taġixxi kif xieraq; jinsisti li kwalunkwe ftehim ta’ sħubija futur bejn l-UE u l-Ażerbajġan ikun jiddependi fuq il-ħelsien tal-priġunieri politiċi kollha u t-titjib tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż; jikkundanna l-“ħasil tal-gass” mir-Russja tramite l-Ażerbajġan u l-iffaċilitar, min-naħa tal-awtoritajiet tal-Ażerbajġan, taċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet tal-UE mir-Russja; jitlob lill-UE twaqqaf l-assistenza teknika u finanzjarja kollha lill-Ażerbajġan li taf tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet militari jew ta’ sigurtà tiegħu; jistieden lill-Istati Membri jiffriżaw l-esportazzjonijiet tat-tagħmir militari u ta’ sigurtà kollu lejn l-Ażerbajġan; jikkundanna t-tentattivi ripetuti tal-Ażerbajġan biex jimmalafama u jiddestabbilizza lill-Istati Membri, inkluż permezz tal-hekk imsejjaħ Grupp ta’ Inizjattiva ta’ Baku; jikkundanna d-deterjorament kontinwu tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż;</ITEM></LIST>
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="DASH"><INT.LI LEVEL="0">Jaqbel ma’:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>il-bżonn li jitjiebu r-relazzjonijiet mat-Turkija; jilqa’ t-tnaqqis parzjali tat-tensjonijiet fil-Lvant tal-Mediterran u fl-Eġew iżda jtenni t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li l-politika barranija tat-Turkija għadha tmur kontra l-prijoritajiet tal-UE fl-ambitu tal-PESK; ifakkar, f’dan il-kuntest, fl-iffirmar u l-evokazzjoni tal-memorandum ta’ qbil bejn it-Turkija u l-Libja dwar is-sigurtà komprensiva u l-kooperazzjoni militari u dwar id-delimitazzjoni taż-żoni marittimi;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>l-appell lit-Turkija biex taħdem fuq approċċ kostruttiv li la jkun assertiv u lanqas aggressiv, fil-konfront tal-pajjiżi ġirien tagħha, inkluż il-Kawkasu tan-Nofsinhar; jiddispjaċih għall-fatt li t-Turkija għadha tikkontesta s-sovranità u d-drittijiet sovrani ta’ Stat Membru tal-UE; ifakkar li l-proċess ta’ adeżjoni tat-Turkija jiddependi fuq il-konformità sħiħa tagħha mal-kriterji ta’ Copenhagen u man-normalizzazzjoni tagħha tar-relazzjonijiet mal-Istati Membri kollha tal-UE, inkluża r-Repubblika ta’ Ċipru; jitlob li jiġi rrispettat l-istatus tal-linja l-ħadra u l-mandat tal-Forza tan-Nazzjonijiet Uniti għaż-Żamma tal-Paċi f’Ċipru; iħeġġeġ lit-Turkija u lill-mexxejja Ċiprijotti Torok iwaqqfu u jirrevokaw dawn l-attivitajiet unilaterali kollha u jżommu lura minn kwalunkwe provokazzjoni u azzjoni ulterjuri; jitlob impenn f’negozjati paċifiċi mmexxija min-NU u progress reali fit-taħditiet ta’ riżoluzzjoni rigward Ċipru, strettament fil-qafas maqbul tan-NU, li huwa l-uniku qafas aċċettat mill-UE u mill-komunità internazzjonali, u bi qbil mad-dritt, il-valuri u l-prinċipji tal-UE;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>il-valutazzjoni li, fin-nuqqas ta’ bidla drastika fid-direzzjoni mill-Gvern Tork u r-rikonoxximent tar-Repubblika ta’ Ċipru bħala Stat sovran, il-proċess ta’ adeżjoni mal-UE tat-Turkija ma jistax jitkompla; jinsab allarmat bl-arrest reċenti tas-Sindku tal-Muniċipalità Metropolitana ta’ Istanbul, Ekrem İmamoğlu, tal-Partit Popolari Repubblikan (CHP), jiem qabel ma ntgħażel mis-CHP bħala l-kandidat tiegħu għall-elezzjoni presidenzjali li jmiss, u jiddeplora l-attakki kontinwi fuq l-oppożizzjoni politika;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>il-ħtieġa urġenti li l-UE u l-Gvern Tork jipprogressaw lejn proċess ta’ riflessjoni reċiproka, inkluż ftehim ta’ assoċjazzjoni modernizzat, li jwassal għal sħubija aktar dinamika, strateġika u ta’ benefiċċju reċiproku, b’kundizzjonalità stretta fir-rigward tar-rispett tal-istat tad-dritt, id-drittijiet fundamentali, id-dritt internazzjonali, inkluża l-<STRING ITALIC="on">Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar</STRING>, u relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat, filwaqt li jitqies ir-rwol ewlieni tat-Turkija, pereżempju, fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed u s-sinifikat tagħha bħala alleat tan-NATO;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>il-fatt li t-Turkija mhijiex qed tagħmel sforzi adegwati biex tkun allinjata mal-PESK tal-UE, anki fir-rigward tas-sanzjonijiet u tal-antiċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet, kif ukoll il-bżonn li t-Turkija tikkoopera mill-qrib mal-Mibgħut tas-Sanzjonijiet tal-UE; jiddeplora n-natura inaċċettabbli tas-solidarjetà u l-appoġġ li l-President tat-Turkija wera pubblikament lill-organizzazzjoni terroristika Ħamas; itenni t-tħassib tiegħu dwar id-deterjorament kontinwu tal-istandards demokratiċi fit-Turkija; ifakkar li t-Turkija timmira wkoll lejn l-UE b’manipulazzjoni tal-informazzjoni u interferenza minn barranin u li l-gvern tagħha qed jikkunsidra li jintroduċi liġi dwar l-aġenti barranin ispirata minn dik Russa; jissottolinja l-inkompatibbiltà bejn il-kandidatura tat-Turkija għall-BRICS+ u l-PESK tal-UE;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>it-tħassib dwar ir-rigress demokratiku fil-Georgia, immanifestat mill-fatt li l-elezzjonijiet parlamentari li saru fis-26 ta’ Ottubru 2024 ma rrispettawx l-istandards internazzjonali għall-elezzjonijiet demokratiċi jew l-impenji tagħha bħala membru tal-OSKE li twettaq elezzjonijiet liberi u ġusti, u li dan immina l-leġittimità tar-riżultati u l-fiduċja tal-pubbliku fil-gvern; jenfasizza li l-ksur tal-integrità elettorali huwa inkompatibbli mal-istandards mistennija minn pajjiż kandidat tal-UE; jirrifjuta kwalunkwe rikonoxximent tal-elezzjonijiet parlamentari u jqis lill-Georgia bħala stat maqbud mir-reġim illeġittimu ta’ Ħolma Georgjana u għaldaqstant jirrifjuta kwalunkwe deċiżjoni meħuda mill-korp li ħa l-kontroll tal-pajjiż, bħall-adozzjoni mgħaġġla ta’ emendi għall-Kodiċi dwar ir-Reati Amministrattivi, il-Kodiċi Kriminali u l-Liġi dwar l-Assemblej u l-Manifestazzjonijiet; jitlob b’urġenza elezzjonijiet bikrija f’ambjent elettorali mtejjeb, ġestiti minn amministrazzjoni elettorali indipendenti u imparzjali b’osservazzjoni internazzjonali mifruxa, biex jiġi żgurat proċess ġenwinament liberu, ġust u trasparenti li jirrappreżenta r-rieda tal-poplu tal-Georgia; jaqbel mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-27 ta’ Ġunju 2024 li n-nuqqas li jitreġġgħu lura l-linji ta’ azzjoni attwali, inklużi l-liġi dwar “it-trasparenza tal-influwenza barranija”, il-liġi dwar “il-valuri tal-familja u l-protezzjoni tal-minorenni”, kif ukoll il-bidliet fil-Kodiċi Elettorali, jipperikola l-perkors tal-Georgia lejn l-UE, u <STRING ITALIC="on">de facto </STRING>jwassal għal waqfien fil-proċess ta’ adeżjoni; ikompli jirrikonoxxi lil Salome Zourabichvili bħala l-President leġittima tal-Georgia u r-rappreżentanta tal-poplu Georgjan; ifaħħar l-isforzi tagħha biex b’mod paċifiku tiddirezzjona lill-pajjiż lura fil-perkors ta’ żvilupp demokratiku u Ewropew; jistieden lill-President tal-Kunsill Ewropew biex jistieden lil President Zourabichvili biex tirrappreżenta lill-Georgia f’laqgħa li ġejja tal-Kunsill Ewropew u fis-summit li jmiss tal-Komunità Politika Ewropea; itenni l-appoġġ sod tiegħu għall-aspirazzjonijiet Ewropej leġittimi tal-poplu Georgjan, li qed jiġu kkalpestati mill-Gvern tal-Georgia; jeżiġi l-ħelsien immedjat tal-persuni kollha detenuti talli pprotestaw b’mod paċifiku kontra d-deċiżjonijiet reċenti mill-Georgia rigward is-sospensjoni tal-integrazzjoni fl-UE; jappella biex il-mekkaniżmi ta’ finanzjament tal-UE jiġu aġġustati b’tali mod li jqisu l-ħtiġijiet li jirriżultaw f’ambjent aktar ostili u antidemokratiku; jenfasizza l-urġenza tal-ħtieġa li tiġi appoġġjata s-soċjetà ċivili fid-dawl tar-repressjoni dejjem akbar u s-sospensjoni tal-attivitajiet tal-Aġenzija tal-Istati Uniti għall-Iżvilupp Internazzjonali (USAID), u għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni żżid l-appoġġ mingħajr dewmien; isostni l-fehma li l-miżuri meħuda s’issa mill-UE b’reazzjoni għar-rigress demokratiku flagranti u n-nuqqas ta’ żamma mal-impenji preċedenti għadhom ma jirriflettux bis-sħiħ is-severità tas-sitwazzjoni fil-Georgia u l-aħħar żviluppi; jilqa’ d-deċiżjoni tal-Kunsill li jissospendi l-ivvjaġġar mingħajr viża għad-diplomatiċi u l-uffiċjali Georgjani, iżda jqis li huwa meħtieġ li tinbeda riflessjoni dwar is-sospensjoni possibbli tal-istatus mingħajr viża tal-Georgia, abbażi tan-nuqqas ta’ konformità mal-parametri referenzjarji tad-drittijiet fundamentali; jiddeplora l-ostakolar min-naħa tal-Gvern Ungeriż u dak Slovakk tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar l-introduzzjoni ta’ sanzjonijiet kontra individwi responsabbli għar-rigress demokratiku fil-Georgia; jitlob lill-Kummissjoni tuża l-EUR 120 miljun iffriżati, oriġinarjament maħsuba bħala appoġġ għall-awtoritajiet Georgjani, biex ittejjeb l-appoġġ tal-UE lis-soċjetà ċivili tal-Georgia, b’mod partikolari lis-settur mhux governattiv u lill-media indipendenti, li qed jispiċċaw dejjem aktar taħt pressjoni bla bżonn mill-partit politiku fil-gvern u mill-awtoritajiet, kif ukoll sabiex jappoġġjaw programmi li jippromwovu r-reżiljenza demokratika u l-integrità elettorali; iħeġġeġ bil-qawwa lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jintroduċu sanzjonijiet personali kontra l-persuni ewlenin kollha tar-reġim politiku, kif ukoll il-membri tal-familja tagħhom u l-faċilitaturi tar-reġim fl-amministrazzjoni, in-negozju, il-media, is-sistema ġudizzjarja u l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi; jistieden lill-UE, f’kooperazzjoni ma’ ġurisdizzjonijiet oħra, b’mod partikolari r-Renju Unit, tiffriża l-assi finanzjarji ta’ Bidzina Ivanishvili; iħeġġeġ lill-Istati Membri individwali u lill-organizzazzjonijiet reġjonali rilevanti jevitaw li jilleġittimizzaw b’mod attiv lill-awtoritajiet awtoproklamati tal-partit Ħolma Georgjana u jitlob, f’dan ir-rigward, li l-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Georgia jiġi sospiż;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>l-osservazzjoni li r-Russja u ċ-Ċina saru atturi sinifikanti fil-Viċinat tan-Nofsinhar, speċjalment fl-Afrika ta’ Fuq, filwaqt li t-Turkija u l-istati tal-Golf, ewlenin fosthom ir-Renju tal-Arabja Sawdija, il-Qatar u l-Emirati Għarab Magħquda, ħarġu bħala l-forzi reġjonali; jargumenta li l-idea ta’ “viċinat” uniku kemm għall-Ewropa tal-Lvant kif ukoll għal dik tan-Nofsinhar tinjora l-isfidi distinti tagħhom; jaqbel ukoll mar-rilevanza strateġika tal-Viċinat tan-Nofsinhar, l-istabbiltà, l-iżvilupp ekonomiku u l-prosperità tiegħu; ifakkar li l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fil-Viċinat tan-Nofsinhar għadhom sfida kontinwa għall-ġestjoni tal-fruntieri esterni Ewropej; jissottolinja l-indħil tal-kompetituri strateġiċi fir-reġjun u jitlob bil-qawwa lill-UE tibgħat messaġġ politiku solidu u ċar favur kooperazzjoni mġedda mal-pajjiżi tal-Viċinat tan-Nofsinhar; jistieden lill-VP/RGħ u lill-Kummissjoni jirrilaxxaw, bħala kwistjoni urġenti, il-patt il-ġdid għall-Mediterran u jiżguraw riżorsi adegwati għall-implimentazzjoni f’waqtha u effettiva tiegħu; itenni li fiċ-ċentru tal-patt il-ġdid għandu jkun hemm network dinamiku ta’ sħubijiet strateġiċi mfassla għall-ħtiġijiet u l-aspirazzjonijiet speċifiċi ta’ kull pajjiż fil-Viċinat tan-Nofsinhar tagħna; jemmen, f’dan il-kuntest, li l-UE għandha twettaq rieżami bir-reqqa tal-istruttura ta’ inċentivi attwali li tgħaqqad il-wegħda ta’ assistenza finanzjarja u benefiċċji kummerċjali bi skambju għal riformi politiċi u ekonomiċi u tiżgura li tkun allinjata mal-objettivi usa’ tal-UE, inkluża l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-valuri demokratiċi; jisħaq li minbarra li tipprijoritizza l-kooperazzjoni bilaterali, l-UE għandha tkompli trawwem ukoll il-kooperazzjoni reġjonali permezz ta’ oqfsa eżistenti bħall-Unjoni għall-Mediterran, li toffri pjattaforma siewja għall-promozzjoni tad-djalogu u l-azzjoni konġunta dwar kwistjonijiet ta’ tħassib komuni;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>it-tħassib dwar il-pressjoni eżerċitata mir-Russja u miċ-Ċina fl-Asja Ċentrali u jisħaq fuq il-ħtieġa li tiżdied il-preżenza tal-UE fir-reġjun b’rispons għal dan, fid-dawl tal-importanza ġeostrateġika tiegħu; jenfasizza l-eżitazzjoni tal-istati tal-Asja Ċentrali biex jagħtu appoġġ lill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja minħabba l-effett li l-gwerra qed ikollha fuq ir-reġjun; jissottolinja l-interess tal-UE fit-tisħiħ tar-relazzjonijiet ekonomiċi u l-intensifikazzjoni tar-rabtiet politiċi mal-pajjiżi tal-Asja Ċentrali, parzjalment biex tindirizza ċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet kontra r-Russja u l-Belarussja; jistieden lill-awtoritajiet tal-istati tal-Asja Ċentrali, b’mod partikolari l-Każakistan, il-Kirgistan u l-Użbekistan, jikkooperaw mill-qrib mal-UE, b’mod partikolari mal-Mibgħut tas-Sanzjonijiet tagħha; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jippromwovu riformi politiċi u ekonomiċi li jsaħħu l-istat tad-dritt, id-demokrazija, il-governanza tajba u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>il-fatt li l-Artiku huwa ta’ importanza ġeostrateġika fir-rigward tal-espansjoni tar-rotot marittimi potenzjali, l-aċċess għar-riżorsi naturali, il-konservazzjoni tal-klima u l-pretensjonijiet territorjali; jisħaq li din l-importanza hija msaħħa mhux biss mill-espansjoni militari Russa fit-Tramuntana Estrema iżda wkoll mill-preżenza u l-interess dejjem akbar taċ-Ċina fir-reġjun, u l-awtoproklamazzjoni tagħha bħala “stat viċin l-Artiku”; jissottolinja l-ħtieġa li jiġu żgurati l-libertà u s-sikurezza tan-navigazzjoni fost l-influwenza u l-militarizzazzjoni dejjem akbar ta’ dawn iż-żewġ stati; jissottolinja l-importanza li jiġu ppreservati s-sigurtà, l-istabbiltà u l-kooperazzjoni fl-Artiku; jisħaq li r-reġjun irid jibqa’ liberu mit-tensjonijiet militari u l-isfruttament tar-riżorsi naturali, filwaqt li jiġu rrispettati d-drittijiet tal-popli indiġeni; itenni l-ħtieġa li l-politika tal-UE dwar l-Artiku tiġi inkluża fil-PESK u jkun hemm kooperazzjoni effettiva man-NATO; jitlob li l-Artiku jiġi indirizzat b’mod regolari fil-laqgħat tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà u tal-Kunsill;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>l-importanza strateġika tal-Istrett tat-Tajwan u tal-Indo-Paċifiku fid-dawl taż-żieda fl-intimidazzjoni Ċiniża fir-reġjun, inkluż permezz ta’ mezzi militari u ibridi, u jisħaq fuq il-ħtieġa li tiżdied il-preżenza tal-UE fir-reġjun; jissottolinja l-interess tal-UE li żżid ir-relazzjonijiet ekonomiċi u tintensifika r-rabtiet sostanzjali ma’ sħab tal-istess fehma fir-reġjun, inkluż it-Tajwan; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsegwu strateġija koordinata tal-UE ta’ tħejjija u antiċipazzjoni ta’ xenarji possibbli fl-Istrett tat-Tajwan, filwaqt li jinformaw regolarment lill-Parlament u jipprovdu valutazzjoni tal-impatt;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>l-effettività tal-implimentazzjoni ta’ strateġija dwar il-Golf, li tavvanza fi sħubija strateġika ma’ kull wieħed mill-pajjiżi tal-Golf u toħloq kollaborazzjoni favur il-promozzjoni tas-sigurtà u l-prosperità globali u reġjonali;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>l-enfasi fuq il-kisba tal-akkontabbiltà fiċ-ċiberspazju, permezz tal-operazzjonalizzazzjoni tas-sett ta’ għodod tal-UE għad-diplomazija diġitali u l-attenzjoni mogħtija lit-tisħiħ tar-reżiljenza ċibernetika globali; jitlob enfasi akbar fuq il-bini tal-kapaċità tar-reżiljenza ċibernetika tad-demokraziji li qed jiżviluppaw li qed jiffaċċjaw sfidi ibridi għas-sistemi elettorali tagħhom; jitlob li jiżdiedu l-eżerċizzji konġunti taċ-ċiberdifiża bejn l-UE u n-NATO sabiex jittejbu l-interoperabbiltà u l-istat ta’ tħejjija ħalli jiġi miġġieled it-theddid ibridu;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>l-impenn li l-promozzjoni tad-demokrazija titqiegħed fuq quddiem nett tal-PESK u li jiġi żgurat ir-rwol proattiv tal-UE f’dan ir-rigward, fuq il-bażi tat-tagħlimiet meħuda minn azzjonijiet preċedenti ta’ appoġġ għad-demokrazija, b’mod partikolari b’appoġġ għas-soċjetà ċivili, għad-DDB, għall-vuċijiet kritiċi, għall-oppożizzjoni demokratika u għall-media;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>il-ħtieġa li tiġi miġġielda l-impunità u li jissaħħu l-isforzi ta’ akkontabbiltà globalment, inkluż permezz tal-QKI, u li jiġu rrispettati d-dritt internazzjonali u d-dritt umanitarju internazzjonali; għadu mħasseb ħafna dwar ix-xejra tal-uffiċjali tal-istat li jimminaw id-deċiżjonijiet tal-istituzzjonijiet internazzjonali u l-impjegati tagħhom; jesprimi l-ikbar tħassib tiegħu dwar is-sanzjonijiet tal-Istati Uniti kontra l-QKI, il-prosekuturi, l-imħallfin u l-persunal tagħha, li jikkostitwixxu attakk serju fuq is-sistema ġudizzjarja internazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni tattiva b’mod urġenti l-istatut ta’ mblukkar, u lill-Istati Membri jżidu b’mod urġenti l-isforzi diplomatiċi tagħhom sabiex jipproteġu u jissalvagwardjaw il-QKI bħala pedament indispensabbli tas-sistema ġudizzjarja internazzjonali; jiddispjaċih li xi stati membri tal-QKI naqsu milli jeżegwixxu mandati ta’ arrest tal-QKI, u b’hekk dgħajfu l-ħidma tal-QKI;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>il-ħtieġa urġenti u kontinwa li jiġu promossi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-għoti tas-setgħa lin-nisa permezz tal-azzjoni esterna kollha tal-UE u politika barranija li tqis l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri f’konformità mal-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Ġeneru 2021 – 2025, speċjalment fid-dawl tar-rigress globali attwali fid-drittijiet tan-nisa; jenfasizza li bir-rata attwali ta’ progress, il-kisba tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri madwar id-dinja se tieħu 131 sena oħra, filwaqt li jissottolinja l-importanza kritika li jitħaffu l-isforzi biex jiġu ssalvagwardjati u avvanzati d-drittijiet u l-opportunitajiet tan-nisa;</ITEM></LIST>
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT>II.<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-objettivi tal-PESK fl-2025</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jidentifika, f’din it-taqsima li ġejja, l-objettivi tal-PESK tal-Parlament fl-2025, li jikkomplementaw il-fehmiet espressi fir-rapport annwali dwar il-PESK tal-VP/RGħ;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on"><STRING UNDERLINE="on">L-indirizzar tal-konsegwenzi globali tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jenfasizza li l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u l-konsegwenzi tagħha, inklużi l-inċertezza ekonomika, l-insigurtà tal-ikel u l-prezzijiet għoljin tal-enerġija, flimkien mal-imġiba reviżjonista tal-Federazzjoni Russa kontra għadd ta’ stati ġirien tal-Baħar l-Iswed, tiddestabbilizza u thedded lill-Viċinat tal-Lvant u lill-Balkani tal-Punent, u dan sussegwentement inaqqar l-arkitettura tas-sigurtà Ewropea; jissottolinja, f’dan il-kuntest, il-ħtieġa li jissaħħu l-kapaċitajiet tal-UE biex tappoġġja l-istituzzjonijiet demokratiċi fil-viċinat immedjat tagħna; jissottolinja wkoll l-importanza tal-protezzjoni tal-fruntiera tal-Lvant tal-UE, li tikkontribwixxi għas-sigurtà tal-UE kollha kemm hi; jisħaq li t-Tarka tal-Lvant u l-Linja tad-Difiża tal-Baltiku għandhom ikunu l-proġetti emblematiċi tal-UE għat-trawwim tad-deterrenza u biex jingħelbu t-theddidiet potenzjali mil-lvant, u jistabbilixxu sistema integrata ta’ ġestjoni tal-fruntieri tal-art li tkun imfassla biex issaħħaħ il-fruntiera esterna tal-art tal-UE mar-Russja u l-Belarussja kontra theddidiet militari u ibridi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Josserva li r-rispons tal-UE għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna qed jiġi segwit b’attenzjoni kbira minn atturi awtokratiċi madwar id-dinja u se jkollu influwenza determinanti fit-tiswir tal-imġiba tagħhom fix-xena internazzjonali; jinsab imħasseb dwar il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni dejjem akbar fost ir-reġimi awtokratiċi, inkluż permezz tal-appoġġ materjali jew appoġġ ieħor tagħhom għall-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna; iħeġġeġ lill-Kunsill jimponi miżuri restrittivi kontra pajjiżi li jipprovdu merkanzija militari, bħall-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u l-missili mill-wiċċ għall-wiċċ, lill-Federazzjoni Russa għall-użu kontra miri ċivili; ifakkar li l-użu ta’ tali oġġetti militari kontra miri ċivili huwa delitt tal-gwerra; jinnota, bi tħassib serju, il-kooperazzjoni dejjem akbar bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK), u jissottolinja li l-iskjerament tat-truppi tal-Korea ta’ Fuq mir-Russja qed iwessa’ l-iskala tal-kunflitt; jenfasizza, bl-istess mod, il-ħtieġa urġenti ta’ aktar sanzjonijiet kontra l-Belarussja, li jirriflettu s-sanzjonijiet kollha kontra r-Russja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Huwa tal-fehma li l-UE u l-Istati Membri tagħha issa huma l-uniċi alleati strateġiċi tal-Ukrajna u għalhekk jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jżidu u jħaffu b’mod sinifikanti l-appoġġ militari u ekonomiku, l-assistenza umanitarja, kif ukoll l-għajnuna finanzjarja b’kull mod possibbli biex l-Ukrajna titqiegħed f’pożizzjoni ta’ saħħa, sabiex tillibera l-poplu kollu tagħha u u tiskoraġġixxi kwalunkwe aggressjoni ulterjuri mir-Russja wara ftehim potenzjali ta’ waqfien mill-ġlied; jissuġġerixxi, għal dan il-għan, li tissaħħaħ il-Missjoni ta’ Assistenza Militari tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għall-Ukrajna, li ħarrġet madwar 75 000 suldat Ukren, u jissottolinja l-ħtieġa urġenti li l-Ukrajna tingħata aktar difiża tal-ajru u kapaċitajiet mill-wiċċ għall-wiċċ biex tiddefendi l-infrastruttura kritika tal-enerġija tagħha, u jistieden lill-Istati Membri jneħħu minnufih ir-restrizzjonijiet fuq l-użu ta’ sistemi tal-armi tal-Punent, bħall-missili Taurus fuq distanza twila, ikkonsenjati lill-Ukrajna, kontra miri militari leġittimi fit-territorju Russu, peress li dan ikun kompletament konformi mad-dritt tal-Ukrajna għall-awtodifiża skont il-Karta tan-NU;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jafferma mill-ġdid l-impenn tiegħu li jappoġġja x-xewqa tal-Ukrajna għal paċi ġusta u dejjiema u għall-formula ta’ paċi u l-Pjan tar-Rebħa ppreżentati mill-President tal-Ukrajna, Volodymyr Zelensky; ifakkar li kwalunkwe inizjattiva, b’mod partikolari fir-rigward ta’ soluzzjonijiet diplomatiċi, immirata biex tinġieb fi tmiemha l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja u tinkiseb paċi ġusta u dejjiema jeħtieġ li tissejjes fuq it-termini u l-kontribut ipprovduti mill-Ukrajna u, fl-aħħar mill-aħħar, aċċettati mill-poplu Ukren; jesprimi, f’dan il-kuntest, tħassib serju dwar il-bidla apparenti fil-pożizzjoni tal-Istati Uniti fir-rigward tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja, li inkludiet li sfaċċatament tat it-tort lill-Ukrajna għall-gwerra li għaddejja, issospendiet l-għajnuna militari tal-Istati Uniti, u għamlet tentattiv biex tisforza lill-Ukrajna ċċedi d-dritt leġittimu tagħha ta’ awtodifiża; jiddeplora bil-qawwa kwalunkwe tentattiv ta’ rikatt tat-tmexxija tal-Ukrajna biex iċċedi għall-aggressur Russu għall-iskop uniku li jitħabbar l-hekk imsejjaħ ftehim ta’ paċi u jqis li t-tentattiv attwali mill-amministrazzjoni tal-Istati Uniti biex tinnegozja ftehim ta’ waqfien mill-ġlied u ta’ paċi mingħajr l-involviment tal-Istati Ewropej, li fl-aħħar mill-aħħar se jkollhom iġarrbu l-eżitu, huwa kontroproduttiv, peress li jagħti s-setgħa lill-Istat Russu belliġeranti, u juri li l-politika aggressiva ma tiġix ikkastigata iżda ppremjata; jinsab ottimist b’kawtela dwar il-proposta għal ftehim ta’ waqfien mill-ġlied ta’ 30 jum; ifakkar li waqfien mill-ġlied jista’ jkun għodda effettiva għas-sospensjoni tal-ostilitajiet, iżda biss jekk l-aggressur jaderixxi bis-sħiħ miegħu; jistenna għalhekk li r-Russja taqbel miegħu u ssegwih billi twaqqaf l-attakki kollha fuq l-Ukrajna, u fuq il-pożizzjonijiet militari, il-popolazzjoni ċivili, l-infrastruttura u t-territorju tagħha; jikkonkludi, madankollu, filwaqt li jqis l-istorja tal-vjolazzjonijiet mir-Russja ta’ ftehimiet preċedenti, li l-paċi tista’ tinkiseb biss billi l-Ukrajna tingħata s-setgħa permezz ta’ garanziji ta’ sigurtà robusti; għall-kuntrarju, huwa tal-opinjoni li kwalunkwe soluzzjoni li ddgħajjef l-aspirazzjonijiet leġittimi tal-Ukrajna, bħad-dritt tagħha li tagħżel l-arranġamenti ta’ sigurtà tagħha stess, jew li ma jkollhiex garanziji kredibbli ta’ sigurtà, se tirriskja li tissoġġetta lill-Ukrajna u lil pajjiżi Ewropej oħra għal aggressjoni Russa mġedda; jinsisti, għalhekk, li l-UE timpenja ruħha f’impenji ta’ sigurtà fil-konfront tal-Ukrajna kif rakkomandat fil-Patt ta’ Sigurtà ta’ Kiev sabiex tiskoraġġixxi li jkun hemm aktar aggressjoni Russa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jenfasizza li l-appoġġ finanzjarju pprovdut mill-UE u l-Istati Membri tagħha lill-Ukrajna jeċċedi lil dak ta’ kwalunkwe pajjiż individwali ieħor, u dan jirrifletti l-impenn mingħajr paragun tal-UE lejn l-Ukrajna; jenfasizza li r-rwol tal-UE fi kwalunkwe negozjati li għandhom impatt fuq is-sigurtà tal-Ewropa jrid ikun proporzjonat mal-piż politiku u ekonomiku tagħha; jafferma mill-ġdid li ma jistax ikun hemm negozjati dwar is-sigurtà Ewropea mingħajr ma l-UE tkun mal-mejda;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jistenna lill-Istati Membri jżommu fis-seħħ is-sanzjonijiet tagħha kontra r-Russja sakemm ikun meħtieġ biex jiżguraw paċi ġusta u dejjiema u sakemm ma tiġi ddeterminata r-responsabbiltà; jitlob, sadanittant, lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jsaħħu l-effettività u l-impatt tal-pakketti ta’ sanzjonijiet li adottaw sal-lum u jaqblu dwar oħrajn ġodda malli jkun hemm il-bżonn; jiġbed l-attenzjoni, f’dan il-kuntest, għas-setturi ta’ importanza speċjali għall-ekonomija Russa, b’mod partikolari s-settur bankarju, il-metallurġija, is-setturi nukleari, kimiċi u agrikoli, u tal-materja prima bħall-aluminju, l-azzar, l-uranju, it-titanju u n-nikil; jappella għal projbizzjoni jew tariffi mmirati fuq l-importazzjonijiet Russi lejn l-UE bil-għan li jingħalaq kompletament il-fluss tal-qamħ, tal-potaxx u tal-fertilizzanti; ifakkar li l-implimentazzjoni stretta u l-applikazzjoni konsistenti u uniformi tal-miżuri restrittivi fl-Istati Membri kollha hija prekundizzjoni għall-kredibbiltà u l-effettività tal-azzjoni esterna tal-UE; jissottolinja, għalhekk, l-importanza li jintemmu l-importazzjonijiet kollha ta’ enerġija Russa fl-UE u li jiġu appoġġjati l-isforzi tal-G7 biex jitnaqqas il-limitu massimu tal-prezz taż-żejt; jistieden lill-Kummissjoni timponi penali fuq il-kumpaniji Ewropej kollha li jkomplu jwettqu negozju mal-Federazzjoni Russa, u tkompli tivvaluta u tiġġieled iċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jappella għal diplomazija proattiva ma’ pajjiżi mhux tal-UE sabiex tiġi minimizzata ċ-ċirkomvenzjoni ta’ dawn is-sanzjonijiet; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta b’mod kritiku l-assistenza tal-UE li tingħata lil pajjiżi mhux tal-UE li jappoġġjaw b’mod attiv l-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u jħeġġeġ lill-Kunsill jimponi miżuri restrittivi fuq pajjiżi mhux tal-UE li qed jippermettu l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja, kemm permezz tal-faċilitazzjoni taċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet kif ukoll permezz tal-forniment ta’ assistenza militari diretta, bħal fil-każ tal-Bellarussja, tal-Iran jew tal-Korea ta’ Fuq; jistieden lill-pajjiżi kollha jallinjaw bis-sħiħ mal-pakketti kollha ta’ sanzjonijiet tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jiddeplora s-sħubija “bla limiti” bejn ir-Russja u ċ-Ċina, b’mod partikolari l-impenn imġedded li jsaħħu r-rabtiet militari tagħhom; jilqa’ d-deċiżjoni tal-Kunsill li jimponi sanzjonijiet fuq kumpaniji Ċiniżi għall-appoġġ tagħhom favur il-gwerra tar-Russja fl-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jesprimi t-tħassib l-aktar serju tiegħu dwar is-sorveljanza u s-sabotaġġ mir-Russja u miċ-Ċina ta’ infrastruttura marittima kritika, bħall-kejbils ta’ komunikazzjoni f’qiegħ il-baħar u l-faċilitajiet tal-enerġija lil hinn mill-kosta; jesprimi b’mod partikolari t-tħassib serju tiegħu dwar il-ħsara lil żewġ kejbils ta’ komunikazzjoni taħt il-baħar, wieħed li jgħaqqad il-Finlandja u l-Ġermanja u l-ieħor li jgħaqqad l-Iżvezja mal-Litwanja, fi żmien inqas minn 24 siegħa fis-17 u t-18 ta’ Novembru 2024, u dwar il-ħsara minn tanker tal-flotta mistura Russa tal-kejbil tal-elettriku EstLink2, li jgħaqqad l-Estonja u l-Finlandja, fil-25 ta’ Diċembru 2024; jistieden lill-UE tistabbilixxi sistemi effettivi ta’ monitoraġġ u sorveljanza u kooperazzjoni reġjonali tal-gwardja tal-kosta biex tiżgura l-prevenzjoni u l-identifikazzjoni bil-ħeffa tal-attakki kontra tali infrastruttura; jilqa’ f’dan ir-rigward, it-tnedija tal-operazzjoni “Baltic Sentry” min-NATO, bil-parteċipazzjoni ta’ diversi Stati Membri, biex tittejjeb is-sigurtà tal-infrastruttura kritika taħt il-baħar fil-Baħar Baltiku; jistieden lill-Istati Membri jirrispettaw bis-sħiħ l-impenji tad-dikjarazzjoni konġunta ta’ New York dwar is-sigurtà u r-reżiljenza tal-kejbils ta’ taħt il-baħar; ifakkar ukoll li fl-Istrett tat-Tajwan qed jitwettqu attivitajiet simili ta’ sabotaġġ immirati lejn infrastruttura kritika taħt l-ilma;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jeżerċitaw kontroll strett fuq il-flotta mistura tar-Russja filwaqt li jipprevjenu u jillimitaw l-attivitajiet tagħha, peress li minbarra li tikser is-sanzjonijiet tal-UE u tal-G7, toħloq theddida ekoloġika enormi għall-ekosistemi minħabba n-nuqqasijiet tekniċi u l-ħsarat frekwenti tagħha; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu azzjoni fil-pront, fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-UE mal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali, u tfassal sanzjonijiet aktar immirati kontra l-flotta mistura fil-pakkett ta’ sanzjonijiet li jmiss kontra r-Russja; jispeċifika li tali sanzjonijiet għandhom jiddeżinjaw il-bastimenti tal-flotta mistura individwali kollha possibbli, kif ukoll is-sidien, l-operaturi, il-maniġers tagħhom, eċċ.; jirrakkomanda l-projbizzjoni tal-bejgħ ta’ tankers lill-pajjiżi li jiffaċilitaw il-kummerċ mar-Russja; jinnota li l-istati tal-bandiera li jikkontribwixxu għall-flotta mistura Russa qed jgħinu wkoll l-isforz tal-gwerra tar-Russja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu biex jittieħdu l-miżuri meħtieġa ħalli jiġu rritornati t-tfal Ukreni deportati bil-forza u adottati illegalment mir-Russja jew mit-territorju okkupat tal-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jiddeżinjaw lill-Grupp militari privat ta’ Wagner iffinanzjat mill-Istat Russu bħala organizzazzjoni terroristika; jiġbed l-attenzjoni għall-hekk imsejjaħ “Korp tal-Afrika” li nħoloq wara l-mewt tal-eks mexxej tal-Grupp Wagner Yevgeny Prigozhin, f’Awwissu 2023, u li tqiegħed direttament taħt il-kontroll tal-Ministeru għad-Difiża Russu, fi sforz biex l-elementi Wagner jerġgħu jinġabru taħt il-kontroll tal-gvern;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Itenni li l-Ukrajna, bħala vittma ta’ aggressjoni, għandha d-dritt leġittimu li tiddefendi lilha nnifisha, f’konformità mal-Artikolu 51 tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti; jistieden lill-VP/RGħ, lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri kkonċernati jagħtu lok għal kontromiżuri effettivi Ukreni kontra r-Russja; ifakkar li r-Russja kisret id-dritt internazzjonali u li l-qbid sħiħ tal-assi ffriżati Russi jikkostitwixxi miżuri xierqa bil-għan li jiġi infurzat l-obbligu fuq ir-Russja li tirrispetta d-dritt internazzjonali, u biex tikkumpensa lill-Ukrajna u lill-partijiet l-oħra li ġarrbu dannu għat-telf ikkawżat mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi reġim legali sod għall-konfiska tal-assi tal-Istat Russu ffriżati mill-UE; ifakkar lill-Kummissjoni li kwalunkwe proposta bħal din ma tneħħix il-ħtieġa ta’ appoġġ finanzjarju, politiku, militari u umanitarju kontinwu; jitlob li l-assi kollha tal-Istat Russu, tal-awtoritajiet lokali Russi, tal-kumpaniji tal-Istat Russu, u tal-individwi jiġu inklużi fil-lista tas-sanzjonijiet tal-UE, u li dawk l-assi jintużaw biex jikkumpensaw lill-Ukrajna għad-dannu kkawżat minn din il-gwerra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jiġbed l-attenzjoni għall-istima tal-aħħar Valutazzjoni Rapida tal-Ħsara u tal-Ħtiġijiet skont liema se jkunu meħtieġa mill-inqas EUR 506 biljun tul l-għaxar snin li ġejjin għall-irkupru u għar-rikostruzzjoni tal-Ukrajna; jilqa’ l-Faċilità għall-Ukrajna tal-UE, li għandha baġit ta’ kważi EUR 50 biljun, u l-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna tal-UE, li joffri self lill-Ukrajna li jammonta sa EUR 45 biljun u li jirrispondi għat-talba tal-Parlament u jibni kemm fuq id-deċiżjoni tal-Kunsill li d-dħul straordinarju li jirriżulta minn assi tal-Istat Russu immobilizzati jiġi ddirezzjonat lejn il-Fond ta’ Assistenza għall-Ukrajna u l-Faċilità għall-Ukrajna, kif ukoll fuq id-deċiżjoni tal-G7 li joffri lill-Ukrajna self ta’ USD 50 biljun garantit permezz ta’ assi tal-Istat Russu immobilizzati; jesprimi l-konvinzjoni tiegħu li l-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna l-ġdid huwa pass sostanzjali biex ir-Russja tikkumpensa finanzjarjament għall-ħsara enormi li qed tkompli tikkawża fl-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jiddenunzja l-użu abbużiv mill-Gvern Ungeriż tas-setgħa ta’ veto tiegħu biex idewwem jew jimblokka b’mod effettiv l-għajnuna essenzjali tal-UE milli tingħata lill-Ukrajna, bit-tentattiv li jimmina l-pożizzjoni unifikata tal-UE dwar l-Ukrajna; jistieden lill-VP/RGħ u lill-President tal-Kunsill kif ukoll lill-Istati Membri jużaw l-għodod disponibbli kollha biex jimpedixxu lill-Gvern Ungeriż li jkompli bl-imblokkar tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Iħeġġeġ lill-VP/RGħ u lill-Istati Membri l-oħra jegħlbu l-imblokk mill-Gvern Ungeriż tad-deċiżjoni dwar il-finanzjament u l-iżborż tal-EPF, jiġifieri dik tal-EUR 450 miljun lill-Polonja, li jikkostitwixxu kumpens għat-tagħmir li kkonsenjat lill-Ukrajna; iħeġġiġhom jiggarantixxu li l-uniku strument tal-UE b’appoġġ għall-għajnuna militari lill-Ukrajna jerġa’ jsir kompletament funzjonali; jistieden lill-VP/RGħ tavvanza proposti biex tali mblokki jiġu evitati fil-futur jew biex jinstab mekkaniżmu alternattiv li jkun kompletament affidabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jissottolinja l-bżonn urġenti li l-UE u l-Istati Membri tagħha jinsistu biex jinħoloq tribunal internazzjonali speċjali b’ġuriżdizzjoni li jinvestiga u jieħu ħsieb il-prosekuzzjoni tad-delitt ta’ aggressjoni kommess kontra l-Ukrajna min-naħa tal-mexxejja politiċi u militari tal-Federazzjoni Russa u tal-alleati tagħha; jikkundanna bil-qawwa l-eżekuzzjoni ta’ priġunieri tal-gwerra Ukreni min-naħa tal-forzi Russi; jissottolinja li l-ebda paċi mhi se tkun sostenibbli mingħajr il-ġustizzja; jilqa’ l-ħolqien taċ-Ċentru Internazzjonali għall-Prosekuzzjoni tad-Delitt ta’ Aggressjoni kontra l-Ukrajna f’The Hague; jesprimi appoġġ għall-attivitajiet kollha tal-QKI u tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja fil-prosekuzzjoni tad-delitti mwettqa fit-territorju Ukren; jilqa’ r-ratifika tal-Ukrajna tal-Istatut ta’ Ruma tal-QKI, li ppermettielha ssir stat parti għalih minn Jannar 2025;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Ifaħħar lill-Ukrajna għall-progress min-naħa tagħha fl-eżami analitiku tal-adeżjoni mal-UE minkejja l-kundizzjonijiet ta’ gwerra u jistieden lill-Ukrajna tkompli tagħmel progress favur is-sħubija fl-UE billi tuża r-riżorsi kollha li tqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħha fl-ambitu tal-Faċilità għall-Ukrajna u tiżgura l-involviment sinifikattiv tas-soċjetà ċivili tagħha fil-fażijiet ta’ implimentazzjoni u ta’ monitoraġġ tal-proċess; ifakkar li l-adeżjoni mal-UE hija proċess strettament ibbażat fuq il-mertu li jirrikjedi l-issodisfar tal-kriterji ta’ Copenhagen għas-sħubija fl-UE, inklużi dawk li jikkonċernaw id-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-valuri fundamentali u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jemmen li l-adeżjoni kemm tal-Ukrajna kif ukoll tar-Repubblika tal-Moldova mal-UE tkun investiment ta’ benefiċċju reċiproku f’Ewropa magħquda u b’saħħitha; jilqa’ l-pjan ta’ tkabbir għar-Repubblika tal-Moldova u l-adozzjoni tal-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għar-Repubblika tal-Moldova b’valur ta’ EUR 1,9 biljun, li jservi l-għan li jitħaffu r-riformi relatati mal-UE; jesprimi tħassib dwar il-konsegwenzi negattivi tas-sospensjoni tal-USAID lill-Moldova; iqis li dan in-nuqqas għandu jimtela kemm jista’ jkun mis-sorsi tal-UE, mill-Fond Ewropew għad-Demokrazija u minn oħrajn; jistieden lill-koleġiżlaturi kollha javvanzaw l-atti leġiżlattivi rilevanti malajr kemm jista’ jkun; iħeġġeġ lill-VP/RGħ issaħħaħ ukoll is-sħubija tal-PESK mal-Ukrajna u l-Moldova u f’dan il-kuntest jilqa’ l-iffirmar tas-sħubija għas-sigurtà u d-difiża bejn l-UE u l-Moldova f’Mejju 2024; ifakkar fil-fatt li s-sigurtà tar-Repubblika tal-Moldova hija marbuta b’mod inseparabbli mas-sigurtà tal-Ukrajna; jissottolinja, għaldaqstant, il-ħtieġa li jiżdiedu l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-EPF biex jissaħħu aktar il-kapaċitajiet ta’ difiża tal-Moldova;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Ifaħħar lill-Moldova talli mexxiet l-elezzjoni presidenzjali u r-referendum b’mod professjonali u b’sens straordinarju ta’ dmir u dedikazzjoni, minkejja l-indħil kontinwu u fuq skala enormi mir-Russja u mill-proxies tagħha; jilqa’ l-eżitu tar-referendum tal-2024 dwar is-sħubija tal-Moldova fl-Unjoni Ewropea li naqqax l-impenn tas-sħubija fl-UE fil-kostituzzjoni tal-pajjiż; jesprimi l-appoġġ tiegħu lill-Moldova f’dak li għandu x’jaqsam mad-difiża tad-demokrazija tagħha; jikkundanna bil-qawwa tali tentattivi kostanti u kkoordinati mill-Federazzjoni Russa, l-oligarki favur ir-Russja u l-proxies lokali sponsorjati mir-Russja biex jiddestabbilizzaw ir-Repubblika tal-Moldova, jiżirgħu d-diviżjonijiet fis-soċjetà tal-Moldova u jxekklu d-direzzjoni pro-Ewropea tal-pajjiż permezz ta’ attakki ibridi, l-użu tal-provvisti tal-enerġija bħala arma, il-kampanji ta’ diżinformazzjoni, it-theddid ta’ bombi u protesti orkestrati, kif ukoll it-theddida jew l-użu tal-vjolenza; ifaħħar l-istabbiliment u l-operazzjonijiet tal-Missjoni ta’ Sħubija tal-UE fil-Moldova li saħħew il-kapaċitajiet tal-awtoritajiet tal-Moldova biex jindirizzaw l-indħil mir-Russja; jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-SEAE jipprovdu r-riżorsi addizzjonali, inklużi r-riżorsi umani u finanzjarji, it-tagħmir u l-esperti ċivili meħtieġa biex ikomplu jimplimentaw il-mandat tal-missjoni wara Mejju 2025;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza tal-EPF biex tissaħħaħ il-kapaċità tal-UE li tipprevjeni l-kunflitti, tibni l-paċi u ssaħħaħ is-sigurtà internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jilqa’ t-tnedija tal-grupp konsultattiv Belarussja-UE biex jippermetti djalogu kontinwu bejn l-UE u l-forzi demokratiċi Belarussi; itenni l-appoġġ tiegħu għall-ħelsien tal-priġunieri politiċi kollha u għall-attivisti u l-ġurnalisti kuraġġużi fil-Belarussja li għadhom jirreżistu r-reġim tal-mexxej illeġittimu minkejja r-repressjonijiet li għaddejjin, b’mod partikolari l-fatt li qed jiġi rrifjutat li l-passaporti tal-Belarussja jiġġeddu barra mill-pajjiż, u li esprimew ix-xewqa tagħhom għall-iżvilupp demokratiku fil-Belarussja u għas-sħubija tagħha fl-UE, inkluż fil-Konferenza tal-Belarussja l-Ġdida li saret f’Varsavja f’Awwissu 2023; jissottolinja li tali sforzi juru r-rwol fundamentali tas-soċjetà ċivili fit-tisħiħ tad-demokrazija;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on"><STRING UNDERLINE="on">Ir-riżoluzzjoni tal-kunflitt u l-appoġġ favur il-paċi fil-Lvant Nofsani</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jafferma d-dritt ta’ Iżrael għall-awtodifiża kif minqux u limitat mid-dritt internazzjonali; ifakkar li Iżrael għandu l-obbligu li jindirizza r-riskju ta’ ġuħ tal-massa u t-tifqigħa ta’ epidemiji ta’ mard f’Gaża; ifakkar li Iżrael għandu wkoll l-obbligu li jipproteġi lill-popolazzjoni ċivili u li l-operazzjonijiet militari jridu jkunu proporzjonati u konformi mad-dritt umanitarju internazzjonali; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-azzjoni militari mill-Forzi tad-Difiża Iżraeljani fl-Istrixxa ta’ Gaża, fix-Xatt tal-Punent u fil-Libanu; jitlob il-waqfien mill-ġlied immedjat u permanenti, inkluż il-ħelsien mingħajr kundizzjonijiet tal-ostaġġi kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jiddispjaċih ħafna għall-l-interruzzjoni tal-waqfien mill-ġlied f’Gaża, li kkawżat għadd kbir ta’ vittmi ċivili fl-attakki mill-ajru li saru dan l-aħħar; jiddeplora, f’dan il-kuntest, ir-rifjut ta’ Ħamas li jikkonsenja l-ostaġġi li fadal; jitlob li s-sitwazzjoni tmur minnufih lura għall-implimentazzjoni sħiħa tal-ftehim tal-waqfien mill-ġlied u tal-ħelsien tal-ostaġġi u jisħaq fuq il-bżonn li jsir progress lejn it-tieni fażi tal-ftehim; ifaħħar l-impenn tal-medjaturi, fosthom l-Istati Uniti, l-Eġittu, u l-Qatar, li l-isforzi tagħhom kienu kruċjali biex jinkiseb il-ftehim tal-waqfien mill-ġlied u tal-ħelsien tal-ostaġġi fl-ewwel lok; jinsab lest li jidħol fid-diskussjonijiet dwar il-kontributi konkreti futuri biex jirfdu waqfien mill-ġlied; iqis li huwa kruċjali li l-obbligi kollha li jsiru skont il-ftehim jiġu rispettati, filwaqt li jiġi żgurat il-ħelsien tal-ostaġġi kollha u jiġi stabbilit waqfien dejjiemi tal-vjolenza, kif ukoll jiġu awtorizzati l-aċċess bla restrizzjonijiet u t-tqassim kontinwu tal-assistenza umanitarja u medika fl-Istrixxa ta’ Gaża; jilqa’, għal dak il-għan, ir-riskjerament tal-EU BAM Rafah fil-31 ta’ Jannar 2025 bil-għan li tappoġġja lill-Awtorità Palestinjana biex taġevola l-qsim għall-evakwazzjonijiet mediċi; jesprimi l-inkwetudni tiegħu dwar l-għeluq li sar dan l-aħħar tal-punt ta’ qsim ta’ Rafah sakemm jiġi ordnat mod ieħor bħala riżultat tal-operazzjonijiet militari f’Gaża li bdew fit-18 ta’ Marzu 2025; jitlob lill-partijiet kollha jimpenjaw ruħhom bis-sħiħ favur l-obbligi tagħhom u jagħtu prijorità lill-protezzjoni tal-popolazzjoni ċivili; iħeġġeġ lill-atturi Ewropej u internazzjonali kollha jissorveljaw b’mod attiv l-implimentazzjoni tal-waqfien mill-ġlied u jżommu responsabbli lil dawk li jonqsu milli jirrispettawh;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jemmen li l-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni ma’ Iżrael, li sar Brussell fl-24 ta’ Frar 2025, jirrappreżenta l-ewwel pass lejn l-issuktar ta’ diskussjoni sinċiera u miftuħa mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Iżraeljan, li jeħtieġ li tingħata segwitu; jirrikonoxxi l-valur ta’ djalogu ma’ Iżrael biex jissaħħaħ ir-rwol tal-UE fil-Lvant Nofsani, filwaqt li jiġi enfasizzat il-fatt li s-sħubija trid tkun ibbażata fuq ir-rispett tad-drittijiet u tal-valuri; ifakkar li r-rispett tal-Artikolu 2 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni huwa element kruċjali tas-sħubija u jitlob li jsiru monitoraġġ u valutazzjoni kontinwi tal-implimentazzjoni tiegħu min-naħa tal-Gvern Iżraeljan; jilqa’ d-Djalogu ta’ Livell Għoli antiċipat mal-Prim Ministru Palestinjan f’April 2025;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Itenni l-appoġġ sod tiegħu għal soluzzjoni nnegozjata ta’ żewġ stati abbażi tal-fruntieri tal-1967, b’żewġ stati sovrani u demokratiċi bħala ġirien paċifiċi u b’Ġerusalemm bħala l-kapitali komuni, li tibqa’ l-perkors l-aktar vijabbli għal paċi u sigurtà dejjiema kemm għall-Iżraeljani kif ukoll għall-Palestinjani; jitlob lill-VP/RGħ tappoġġja l-isforzi kollha għal dan il-għan, u b’mod partikolari l-Alleanza Globali għall-Implimentazzjoni tas-Soluzzjoni ta’ Żewġ Stati; jistieden lill-partijiet kollha jġeddu l-isforzi biex ineħħu l-ostakli għal din is-soluzzjoni u jimpenjaw ruħhom fi djalogu mmirat biex jinkisbu fehim u rispett reċiproċi; jilqa’ l-prospett ta’ ritorn tal-Awtorità Palestinjana lejn Gaża; jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-Awtorità Palestinjana ilha ma torganizza elezzjonijiet mill-2005, li jfixkel il-kredibbiltà tagħha, u jistenna li jsiru elezzjonijiet dalwaqt; jinsab konvint li ma jista’ jkun hemm l-ebda prospett ta’ paċi, sigurtà, stabbiltà u prosperità għal Gaża kif ukoll għal rikonċiljazzjoni bejn il-popolazzjonijiet tal-Palestina u ta’ Iżrael dment li l-Ħamas u gruppi terroristiċi oħra jkollhom rwol fl-Istrixxa ta’ Gaża; jistieden, għaldaqstant, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għall-Proċess ta’ Paċi fil-Lvant Nofsani jappoġġja l-isforzi biex tiġi miġġielda r-radikalizzazzjoni ulterjuri taż-żgħażagħ fir-reġjun; jikkundanna l-bini mgħaġġel tal-insedjamenti illegali Iżraeljani fit-territorju Palestinjan, li jikser id-dritt internazzjonali, idgħajjef l-isforzi biex tinkiseb is-soluzzjoni ta’ żewġ stati u joħloq ostaklu sinifikanti għall-paċi dejjiema; jesprimi tħassib rigward il-vjolenza dejjem aktar frekwenti mwettqa mill-forzi Iżraeljani u mill-abitanti estremisti tal-insedjamenti fix-Xatt tal-Punent u f’Ġerusalemm tal-Lvant u jilqa’ s-sanzjonijiet adottati kontra l-abitanti estremisti Iżraeljani; itenni r-rwol importanti tal-Ftehimiet ta’ Abraham bħala qafas għall-kisba tal-prosperità, l-istabbiltà u l-paċi dejjiema fil-Lvant Nofsani; jilqa’ l-Pjan Għarbi ta’ Rkupru u Rikostruzzjoni ppreżentat fis-Summit tal-Kajr fl-4 ta’ Marzu 2025, li jirrappreżenta bażi serja għad-diskussjonijiet dwar il-futur tal-Istrixxa ta’ Gaża; iħeġġeġ lill-VP/RGħ u lill-Kummissarju għall-Mediterran jimpenjaw ruħhom b’mod kostruttiv mas-sħab Għarab biex jipprovdu soluzzjonijiet kredibbli għar-rikostruzzjoni, il-governanza u s-sigurtà ta’ Gaża; jirrifjuta, min-naħa l-oħra, il-proposta ta’ Trump għal Gaża, li tinjora l-kundizzjonijiet volatili tas-sigurtà fil-Lvant Nofsani; huwa tal-fehma li l-firxa tal-qerda u t-tbatija umana f’Gaża teħtieġ impenn internazzjonali komprensiv, mal-Istati Uniti, flimkien mal-UE, in-NU, l-istati Għarab, u sħab internazzjonali oħra, li jikkomplementa l-isforzi ta’ xulxin sabiex in-negozjati jerġaw jibdew u jkunu kostruttivi; huwa impenjat favur l-isforzi futuri ta’ normalizzazzjoni bejn Iżrael u l-Istati Għarab fir-reġjun;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jappoġġja soluzzjoni ġusta u vijabbli għall-kwistjoni tar-rifuġjati Palestinjani; jissottolinja li l-Aġenzija ta’ Fondi u tax-Xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati tal-Palestina fil-Lvant Qarib (UNRWA) għandha rwol importanti fl-għoti ta’ għajnuna umanitarja u servizzi essenzjali li fiċ-ċirkostanzi attwali ma jridux jiġu interrotti, u jqis li l-aġenziji kollha tan-NU attivi fir-reġjun iridu jiġu appoġġjati fl-isforzi tagħhom; ifakkar, madankollu, fit-tħassib tiegħu dwar allegazzjonijiet serji li saru kontra membri tal-persunal tal-UNRWA li jissuġġerixxu li l-UNRWA impjegat membri tal-organizzazzjoni terroristika Ħamas; jilqa’ l-azzjonijiet li ħadu n-NU wara l-allegazzjonijiet rigward il-persunal tal-Aġenzija u jilqa’ l-impenn sħiħ tal-UNRWA li timplimenta r-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mir-“rapport Colonna”; itenni l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-17 ta’ Ottubru 2024 li jikkundannaw kwalunkwe tentattiv biex jitħassar il-ftehim tal-1967 bejn Iżrael u l-UNRWA; jinsisti li l-Kummissjoni tiżgura li l-ebda fond mill-baġit tal-UE ma jiffinanzja, jikkontribwixxi jew jappoġġja l-attivitajiet tal-Ħamas jew tal-Hezbollah; jisħaq li fil-futur jistgħu jkunu meħtieġa miżuri addizzjonali biex isir sforz għal saħansitra aktar trasparenza u akkontabbiltà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar iż-żieda fit-tensjonijiet fil-Lvant Nofsani u jħeġġeġ lill-partijiet kollha involuti jirrispettaw id-dritt umanitarju internazzjonali, juru trażżin massimu u jimpenjaw ruħhom biex inaqqsu t-tensjonijiet peress li kunflitt reġjonali jrid jiġi evitat akkost ta’ kollox; jiddeplora t-telf ta’ eluf ta’ ħajjiet ċivili; iħeġġeġ id-diżarm tal-Hezbollah bħala parti minn miżuri usa’ biex jitnaqqsu l-ostilitajiet u tiġi żgurata l-istabbiltà reġjonali; jistieden lill-VP/RGħ tressaq strateġija komprensiva tal-UE għal-Lvant Nofsani, iżżid il-preżenza effettiva tal-UE fir-reġjun, tippromwovi l-istabbiltà u l-paċi fit-tul fir-reġjun u ssaħħaħ is-sħubijiet mal-partijiet ikkonċernati reġjonali ewlenin; jisħaq li l-istrateġija trid tiġi elaborata fl-ewwel xhur tal-mandat tal-Kummissjoni l-ġdida u għandha tiġi riflessa fil-QFP li jmiss biex ikollha xi impatt tanġibbli fuq sitwazzjoni li qed tiddeterjora malajr; jissottolinja l-ħtieġa li l-Istati Membri jintensifikaw l-isforzi diplomatiċi tagħhom mas-sħab internazzjonali, fosthom il-pajjiżi tal-Golf, bil-għan li jinkoraġġixxu t-tnaqqis urġenti tat-tensjonijiet u djalogu sinifikattiv; jissottolinja l-ħtieġa li jiġu prijoritizzati u msaħħa l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fir-reġjun, b’mod partikolari l-organizzazzjonijiet li jaħdmu fuq il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-konsolidazzjoni tal-paċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa r-rwol destabbilizzanti li għandhom fir-reġjun ir-reġim Iranjan u n-network tiegħu ta’ atturi mhux tal-istat; ifakkar fil-fatt li l-Iran m’għadux jinħeba wara l-proxies tiegħu u jikkundanna ż-żewġ attakki diretti u miftuħa tal-Iran fuq it-territorju ta’ Iżrael fl-2024, li t-tnejn li huma rriżultaw f’ritaljazzjoni min-naħa ta’ Iżrael u wasslu għal żieda bla preċedent fil-kunflitt; jikkundanna bil-qawwa l-attakki tal-Hezbollah kontra Iżrael li wasslu għal invażjoni fuq l-art min-naħa ta’ Iżrael fil-Libanu li kkawżat għadd kbir ta’ vittmi ċivili, spostament furzat u vjolenza li qed teskala fil-Libanu; jieħu nota tal-waqfien mill-ġlied bejn Iżrael u l-Hezbollah, li ntlaħaq qbil dwaru fis-27 ta’ Novembru 2024 għal perjodu ta’ 60 jum; iħeġġeġ lil Iżrael jirtira min-Nofsinhar tal-Libanu f’konformità mar-Riżoluzzjoni 1701 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU; ifakkar fil-ħtieġa ta’ waqfien permanenti tal-ostilitajiet mill-aktar fis possibbli biex jinħoloq spazju għal soluzzjoni diplomatika tul il-Linja Blu; jeżiġi l-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni 1701 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fl-intier tagħha, bħala l-uniku perkors biex jitnaqqsu t-tensjonijiet u tiġi stabbilizzata l-fruntiera ta’ bejn Iżrael u l-Libanu b’mod dejjiemi u jiġu rrestawrati bis-sħiħ is-sovranità, l-integrità territorjali u l-istabbiltà tal-Libanu; jilqa’ d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Jannar 2025 li jadotta t-tielet miżura ta’ assistenza fl-ambitu tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi b’valur ta’ EUR 60 miljun għall-benefiċċju tal-Forzi Armati Libaniżi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jistieden lill-Kunsill u lill-VP/RGħ iżidu lill-Hezbollah kollu kemm hu fil-lista tal-UE tal-organizzazzjonijiet terroristiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jieħu nota tal-mandat ta’ arrest maħruġ mill-QKI fil-21 ta’ Novembru 2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Itenni l-appell tal-President tal-QKI, l-Imħallef Tomoko Akane, sabiex l-UE tieħu azzjoni immedjata biex tipproteġi l-QKI u l-istat tad-dritt fil-komunità internazzjonali, inkluż billi temenda malajr l-istatut ta’ mblukkar tal-UE biex il-QKI tiddaħħal fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jilqa’ l-formazzjoni ta’ gvern ġdid; jawgura lill-President Joseph Aoun u lill-Prim Ministru Nawaf Salam suċċess fit-twettiq tal-aspirazzjonijiet tal-poplu Libaniż; huwa impenjat li jappoġġja lill-pajjiż fil-bini mill-ġdid tal-istituzzjonijiet statali li kapaċi jwettqu l-missjoni tagħhom għas-servizz taċ-ċittadini kollha, fl-avvanzar ta’ aġenda orjentata lejn ir-riforma u li tħares ’il quddiem, b’mod partikolari fir-rigward tal-libertajiet ċivili u l-istat tad-dritt; jappoġġja l-isforzi ta’ rikostruzzjoni filwaqt li jittieħed perkors ta’ stabbilizzazzjoni politika u rkupru soċjoekonomiku; jistieden lill-VP/RGħ tniedi mill-ġdid is-Sħubija UE-Libanu, inkluż billi torganizza Kunsill ta’ Assoċjazzjoni dalwaqt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-attakki reċenti kontra l-Forza Interim tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Libanu (UNIFIL) mill-Forzi tad-Difiża Iżraeljani u l-Hezbollah; itenni l-invjolabbiltà tal-persunal u l-bini kollu tan-NU u jafferma mill-ġdid ir-rwol ta’ stabbilizzazzjoni essenzjali tal-UNIFIL fin-Nofsinhar tal-Libanu, li għalih jikkontribwixxu 16-il Stat Membru, u jitlob li jintemmu minnufih dawn l-attakki;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jilqa’ d-deċiżjoni tal-UE li ġġedded is-sanzjonijiet kontra l-Iran sa Lulju 2025, anke billi timponi sanzjonijiet fuq il-produzzjoni Iranjana ta’ droni mingħajr bdot abbord u missili kif ukoll il-forniment tagħhom lir-Russja u lir-reġjun tal-Lvant Nofsani kollu kemm hu; jenfasizza r-rabtiet b’saħħithom bejn l-Iran u l-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iranjana (IRGC), il-proxies tiegħu bħall-Houthi u l-milizzji li joperaw fl-Iraq u fis-Sirja; jikkundanna bil-qawwa l-għadd kbir ta’ attakki terroristiċi u ta’ qtil, jew attentati ta’ attakki, imwettqa mill-IRGC madwar id-dinja kollha, inkluż fit-territorju Ewropew, matul dawn l-aħħar ftit għexieren ta’ snin; itenni t-talba tiegħu biex l-IRGC jiżdied mal-lista tal-UE ta’ organizzazzjonijiet terroristiċi; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li fost l-għażliet f’termini ta’ sanzjonijiet li għadhom ma ġewx eżawriti hemm approċċ ferm aktar restrittiv għat-trasferimenti tat-teknoloġija permezz tal-esportazzjonijiet ta’ prodotti li mhumiex klassifikati bħala “b’użu doppju”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-attakki destabbilizzanti mill-Houthi kontra bastimenti kemm kummerċjali kif ukoll militari li jgħaddu mill-Baħar l-Aħmar; jisħaq li dawn ikkawżaw tfixkil sinifikanti fil-kummerċ globali, peress li l-kumpaniji tat-tbaħħir huma mġiegħla jirridirezzjonaw ir-rotta ta’ ħafna mit-traffiku tal-Baħar l-Aħmar għal madwar il-ponta tan-Nofsinhar tal-Afrika; jitlob li tittieħed azzjoni kollettiva u jinkoraġġixxi kooperazzjoni internazzjonali u involviment tal-UE msaħħa, u jħeġġeġ bil-qawwa azzjoni kontinwa biex tiġi żgurata l-libertà tan-navigazzjoni f’wieħed mill-aktar passaġġi fuq l-ilma kritiċi tad-dinja; jitlob il-waqfien immedjat ta’ dawn l-attakki illegali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jikkondividi l-objettiv li jiġi impedit akkost ta’ kollox li l-Iran jikseb armi nukleari; jiġbed l-attenzjoni, madankollu, għall-fatt li r-reġim f’Tehran irrifjuta b’mod ċar ir-riattivazzjoni tal-PAKK u, fit-tilwim attwali, irrifjuta li jikkoopera mal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika; jenfasizza li, fl-istess ħin, l-Iran żied il-kapaċità tiegħu fil-qasam tal-armi nukleari; jesprimi dispjaċir għall-fatt li bħalissa ma teżisti l-ebda strateġija fis-seħħ intiża li tipperswadi lill-Iran jastjeni milli jibni kapaċità nukleari militari, u lanqas pjan ta’ azzjoni fl-eventwalità li l-Iran jaqbeż is-soll nukleari; jistieden lill-VP/RGħ tressaq strateġija riveduta fil-konfront tal-Iran li tħejji għal kull eventwalità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar ir-retorika xewwiexa, xprunata minn miżinformazzjoni u diżinformazzjoni, li tinsab madwar dan il-kunflitt, u l-istrumentalizzazzjoni tagħha minn atturi malizzjużi biex jiżirgħu n-nuqqas ta’ fiduċja u l-mibegħda anke fi ħdan is-soċjetajiet Ewropej, kif evidenzjat b’mod partikolari, iżda mhux biss, miż-żieda inkwetanti tal-antisemitiżmu; iwissi li fil-ġlieda tal-UE kontra d-diżinformazzjoni dan għandu jkun enfasi primarja u jitlob approċċ ikkoordinat mill-Kummissjoni, li jqis id-dimensjonijiet esterni u interni tal-politiki tagħha, inkluż iżda mhux biss il-pjan ta’ komunikazzjoni strateġika li jmiss biex jiġi promoss ir-rwol tal-UE fil-Viċinat tan-Nofsinhar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jilqa’ l-waqgħa storika tar-reġim ta’ Assad fis-Sirja; ifakkar li r-reġim baqa’ fil-poter għal daqstant żmien bis-saħħa tal-appoġġ tal-alleati Russi u Iranjani tiegħu u li l-kollass tiegħu juri li dawn iddgħajfu; jilqa’ l-bidu ġdid fir-relazzjonijiet bejn l-UE u s-Sirja, muri bil-ħatra ta’ Chargé d’Affaires tal-UE f’Damasku, l-involviment diplomatiku u l-laqgħat ta’ livell għoli mwettqa mill-Istati Membri u l-mexxejja tal-UE, kif ukoll id-disa’ Konferenza ta’ Brussell li saret fis-17 ta’ Marzu 2025 bil-parteċipazzjoni tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin interim Asaad al-Shibani; iqis li l-istabbiliment ta’ relazzjonijiet diplomatiċi mal-awtoritajiet Sirjani l-ġodda ma għandux ikun pretest għall-klemenza għaċ-ċittadini tal-Istati Membri li ġġieldu bħala parti mill-gruppi Iżlamisti fis-Sirja; jiddikjara li dawn il-ġellieda għadhom jirrappreżentaw theddida għall-pajjiżi li tagħhom huma ċittadini u għall-Istati Membri kollha tal-UE; itenni l-appoġġ sod tiegħu għall-integrità territorjali tas-Sirja u jenfasizza l-ħtieġa li jiżdiedu b’mod urġenti l-għajnuna umanitarja u l-protezzjoni għas-16,7-il miljun persuna fil-bżonn; jilqa’, għal dan il-fini, l-estensjoni indefinita tal-eżenzjonijiet umanitarji u s-sospensjoni gradwali, iżda kundizzjonali, tas-sanzjonijiet fuq firxa ta’ setturi ekonomiċi sabiex l-ekonomija Sirjana tingħata n-nifs ġdid tant meħtieġ; iwiegħed li jimmonitorja mill-qrib il-proċess ta’ tranżizzjoni politika u jistieden lill-Istati Membri jreġġgħu lura t-tneħħija tas-sanzjonijiet jekk l-awtoritajiet Sirjani ma jirrispettawx l-impenji ddikjarati tagħhom; jirrikonoxxi l-isfida għall-bini ordnat tal-istat marbuta mar-riskju ta’ ribelljoni minn gruppi armati leali lejn ir-reġim preċedenti u jħeġġeġ lill-awtoritajiet proviżorji jorganizzaw b’mod urġenti diżarm paramilitari u ċivili, speċjalment wara l-immirar ta’ ritaljazzjoni inaċċettabbli kontra l-komunità Alevita abbażi tal-assoċjazzjoni perċepita tagħha mar-reġim ta’ Assad; għalhekk jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jappoġġjaw il-proċess ta’ implimentazzjoni tal-ftehim bejn il-gvern tranżizzjonali Sirjan u l-Forzi Demokratiċi Sirjani mmexxija mill-Kurdi, sabiex jiggarantixxu lill-komunità Kurda rikonoxximent sħiħ u parteċipazzjoni politika fis-Sirja; jistieden lill-partijiet kollha jikkontribwixxu għal tranżizzjoni politika paċifika u mmexxija mis-Sirjani lejn mudell ta’ governanza inklużiv u demokratiku li jiżgura r-rappreżentanza, il-parteċipazzjoni u d-drittijiet ugwali tan-nisa, tal-minoranzi u tal-membri kollha tas-soċjetà Sirjana irrispettivament mill-etniċità jew mir-reliġjon, u li jqiegħed il-funzjonament tajjeb tal-istituzzjonijiet tal-istat u l-benesseri tal-poplu Sirjan fil-qalba tal-azzjonijiet proprji; jilqa’ r-rikonoxximent tal-President proviżorju al-Sharaa tad-diversità tas-Sirja filwaqt li jinnota li l-kompożizzjoni tal-gvern interim attwali hija nieqsa f’dan ir-rigward; jemmen bis-sħiħ li s-suċċess tat-tranżizzjoni politika Sirjana, b’mod partikolari s-salvagwardja tal-paċi ċivili u tal-bini tal-fiduċja fl-istituzzjonijiet tal-istat, jiddependi fuq il-ġustizzja tranżizzjonali u r-rikonċiljazzjoni bħala perkors biex tiġi miġġielda l-impunità tal-partijiet kollha responsabbli għall-ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali; jisħaq li l-ġlieda kontra l-impunità fis-Sirja hija imperattiv morali u politiku għall-Ewropa u għall-komunità internazzjonali; jistieden lill-UE u l-Istati Membri tagħha jappoġġjaw il-Mekkaniżmu Internazzjonali, Imparzjali u Indipendenti biex Jassisti fl-Investigazzjoni u l-Prosekuzzjoni tal-Persuni Responsabbli għad-Delitti l-Aktar Serji skont id-Dritt Internazzjonali li Twettqu fir-Repubblika Għarbija Sirjana sa minn Marzu 2011; iħeġġeġ lis-Sirja tirratifika l-Istatut ta’ Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI) u tallinja l-leġiżlazzjoni nazzjonali skont dan, kif ukoll tagħti lill-QKI ġuriżdizzjoni retroattiva permezz ta’ dikjarazzjoni; jistieden lill-UE u l-Istati Membri tagħha jikkunsidraw l-istabbiliment ta’ missjoni speċjali, f’kooperazzjoni mas-sħab internazzjonali, biex tgħin tiddokumenta każijiet ta’ reati serji mir-reġim ta’ Assad, kif ukoll mill-fazzjonijiet l-oħra kollha; jisħaq fuq l-importanza li tiġi ppreservata l-integrità territorjali tas-Sirja, anke biex tiġi ppreservata l-istabbiltà fir-reġjun; jistieden lill-VP/RGħ u lill-Istati Membri jieħdu passi immedjati biex jipprevjenu kwalunkwe stabbiliment mill-ġdid jew tisħiħ tal-forzi, paramilitari jew tal-intelligence Russi fil-pajjiż;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on"><STRING UNDERLINE="on">L-inċentivazzjoni tal-kooperazzjoni mas-sħab tal-istess fehma</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jirrikonoxxi li r-rekwiżit għall-unanimità jġiegħel lill-Istati Membri jaħdmu bla heda biex jiksbu kompromess u unità, li huwa s-sors tal-ingranaġġ politiku tal-UE fix-xena dinjija; jirrimarka, madankollu, li l-kompromess bejn l-ideal tal-unità u l-kostijiet għoljin tal-unanimità f’termini ta’ kredibbiltà fix-xena globali għandu jiġi vvalutat b’mod kritiku, b’mod partikolari fid-dawl tal-funzjonament effettiv ta’ UE estiża;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jesprimi dispjaċir, f’dan il-kuntest, għall-fatt li l-Istati Membri individwali użaw id-dritt tal-veto tagħhom biex idgħajfu l-ftehimiet, idewmu t-teħid ta’ deċiżjonijiet jew ifixklu kompletament politika komuni; jiddispjaċih li qatt ma ntuża l-potenzjal ta’ azzjoni barranija, ta’ sigurtà u ta’ difiża malajr, effiċjenti u effettiva, kif previst, fost l-oħrajn, mill-klawżoli “passerelle” tat-TUE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu lill-Kunsill biex gradwalment jaqleb għal votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata għal deċiżjonijiet fl-oqsma tal-PESK li ma għandhomx implikazzjonijiet militari jew ta’ difiża; jirrikonoxxi t-tħassib ta’ xi Stati Membri, li jibżgħu minn kapaċità mnaqqsa li jinfluwenzaw il-politika barranija u ta’ sigurtà fil-livell tal-UE; iħeġġeġ, sakemm issir l-applikazzjoni sħiħa tal-votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata għal deċiżjonijiet mingħajr implikazzjonijiet militari jew ta’ difiża, l-użu sħiħ tal-possibbiltajiet kollha eżistenti bħalissa biex tissaħħaħ id-determinazzjoni f’dan ir-rigward, inkluż l-użu ta’ astensjoni kostruttiva f’konformità mal-Artikolu 31(1) tat-TUE; jirrikonoxxi li l-progress lejn l-applikazzjoni tal-votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata jista’ jkun gradwali biss, filwaqt li jibni fuq il-formazzjoni ta’ kultura strateġika Ewropea;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jenfasizza li d-dinja qed issir aktar multipolari u anqas multilaterali; jenfasizza li l-fora multilaterali, l-ewwel fosthom in-Nazzjonijiet Uniti u l-aġenziji tagħhom, għandhom jitqiesu l-format preferut ta’ kooperazzjoni tal-UE; jistieden lill-Istati Membri jsaħħu forom inklużivi ta’ governanza multilaterali u jħeġġeġ, f’dan il-kuntest, lill-Kummissjoni, lis-SEAE u lill-Kunsill iżidu l-kooperazzjoni interistituzzjonali ma’ organizzazzjonijiet multilaterali li huma integrali għas-sistema internazzjonali bbażata fuq ir-regoli u b’hekk iħarsu lin-NU u lis-sistema multilaterali kollha kemm hi; jesprimi tħassib, f’dan ir-rigward, dwar ir-rilevanza dejjem akbar tal-forom esklużivi ta’ kooperazzjoni, li jġarrbu kompetizzjoni dejjem akbar; jesprimi tħassib dwar is-sħubija dejjem tikber tal-grupp BRICS, li bħalissa jinkludi 45 % tal-popolazzjoni tad-dinja; jisħaq li tali kooperazzjoni tipprovdi lir-Russja l-mezzi biex tevita miżuri maħsuba biex jiżolaw lill-pajjiż politikament u tippermetti liċ-Ċina tkompli testendi l-influwenza tagħha permezz tal-<STRING ITALIC="on">modus operandi</STRING> tagħha tal-finanzjament ta’ proġetti ta’ infrastruttura; jissottolinja li s-serjetà tal-impenn taċ-Ċina se tiddependi fuq ir-rieda tagħha li tagħti konċessjonijiet biex tindirizza l-ġestjoni u r-ristrutturar tad-dejn tal-pajjiżi tan-Nofsinhar Globali; josserva, fl-istess ħin, li l-istituzzjonijiet u n-normi internazzjonali qed jiġu dejjem aktar strumentalizzati u mdgħajfa mir-reġimi awtokratiċi; jisħaq fuq il-fatt li din it-tendenza tqiegħed lill-UE f’pożizzjoni delikata, peress li jkollha tibbilanċja l-ħtieġa li tappella għal kunċett wiesa’ u inklużiv ta’ multilateraliżmu filwaqt li ssaħħaħ il-kooperazzjoni ma’ sħab magħżula tal-istess fehma;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jevalwaw mill-ġdid u jivvalutaw mill-ġdid l-approċċ tal-UE lejn il-grupp BRICS u s-sħab tiegħu u jiżviluppaw politika separata tal-UE fir-rigward tal-BRICS+;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jappella bil-qawwa għal rieżami tal-assistenza finanzjarja tal-UE lil pajjiżi terzi biex jiġi żgurat li din ma tappoġġjax lill-gvernijiet li jisfidaw il-valuri Ewropej, ixerrdu propaganda kontra l-Punent, jappoġġjaw il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u jdgħajfu l-ordni internazzjonali attwali li tiddefendi d-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jisħaq fuq il-fatt li, f’dan ir-rigward, il-kuntest ġeopolitiku li fih qiegħda topera l-UE għadu kkaratterizzat minn inċertezza radikali u minn bidla mill-kooperazzjoni għall-kompetizzjoni; josserva bi tħassib kif it-tipi kollha ta’ interazzjoni qed jiġu strumentalizzati u jinnota li din it-tendenza tostakola l-kooperazzjoni internazzjonali f’mument meta t-tranżizzjonijiet globali jeħtieġ li jsiru aktar malajr ħalli l-isfidi globali jiġu indirizzati b’mod effettiv; ifakkar li l-UE ma tistax tingħalaq fiha nnifisha u jeħtiġilha tibqa’ miftuħa u impenjata fid-dinja biex tiddefendi l-valuri u l-interessi tagħha; jissottolinja li, fid-dawl tal-isforzi intensifikati minn pajjiżi terzi biex jiddestabbilizzaw is-sistema internazzjonali u jimminaw il-multilateraliżmu billi jxerrdu d-diżinformazzjoni, il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni msaħħa ma’ sħab tal-istess fehma huma essenzjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jitlob lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri jappoġġjaw b’mod attiv riforma istituzzjonali komprensiva tal-istituzzjonijiet multilaterali, l-ewwel u qabel kollox is-sistema tan-NU u b’mod partikolari l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, li għandu jinkludi miżuri li jkollhom l-għan li jillimitaw l-użu tas-setgħat tal-veto, jagħtu spinta lir-rappreżentanza reġjonali, jagħmlu lill-korp eżekuttiv responsabbli għall-assemblea li teleġġih, u jiddefinixxu mill-ġdid il-kompożizzjoni tiegħu biex tkun riflessa aħjar ir-realtà ġeopolitika, inkluż bl-istabbiliment ta’ sede permanenti għall-UE; jisħaq li tali riformi huma essenzjali biex jissaħħaħ il-multilateraliżmu, jittejbu l-governanza globali u t-teħid ta’ deċiżjonijiet ibbażat fuq il-valuri, u jiġu indirizzati l-isfidi internazzjonali b’mod aktar inklużiv u reattiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Ifakkar fl-importanza ta’ sħubija b’saħħitha u kostruttiva mar-Renju Unit mhux biss minħabba l-eżistenza ta’ Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni komprensiv u mingħajr preċedent, il-pedament ta’ valuri kondiviżi bħad-demokrazija, l-appoġġ għall-multilateraliżmu u d-drittijiet tal-bniedem, iżda wkoll l-ambitu tal-kwistjonijiet ta’ interess komuni f’oqsma bħad-difiża, il-klima u l-enerġija, il-ġestjoni tal-fruntieri, il-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-kriminalità organizzata u l-promozzjoni tal-paċi u l-istabbiltà; jilqa’, b’mod speċjali, l-impetu mġedded mill-Gvern il-ġdid tar-Renju Unit biex jirrifletti flimkien mal-UE dwar il-possibbiltajiet ta’ kooperazzjoni aktar mill-qrib u aktar permanenti fil-qasam tal-politika barranija u ta’ sigurtà, mirfuda minn azzjonijiet konkreti u li jibnu fuq il-kooperazzjoni tajba fil-livell tan-NU kif ukoll fuq il-koordinazzjoni effettiva bejn l-UE u r-Renju Unit dwar l-adozzjoni u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tas-sanzjonijiet kontra r-Russja; jemmen li tali koordinazzjoni hija ta’ valur miżjud kemm għall-UE kif ukoll għar-Renju Unit u għaldaqstant jilqa’ l-ftehim biex issir ħidma favur il-ħolqien ta’ sħubija ta’ sigurtà bejn l-UE u r-Renju Unit ibbażata fuq interess kondiviż u responsabbiltà kollettiva; jemmen li fl-ambitu ta’ tali sħubija, għandhom jiġu kkonsultati suġġetti bħas-sigurtà marittima; jeżiġi li l-Parlament ikun involut b’mod xieraq f’dawn ir-riflessjonijiet u jkun informat bihom qabel u wara s-Summit antiċipat bejn ir-Renju Unit u l-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jieħu nota tar-riżultat tal-elezzjonijiet presidenzjali u tal-Kungress fl-Istati Uniti; jesprimi tħassib dwar il-pass mgħaġġel li bih l-amministrazzjoni l-ġdida tal-Istati Uniti qed treġġa’ lura s-sħubijiet stabbiliti u t-tradizzjoni diplomatika; jesprimi diżappunt dwar il-politika attwali li hija konċiljatorja lejn ir-Russja u tattakka l-alleati tradizzjonali; jiddispjaċih għall-kummenti reċenti li saru mill-Viċi President Vance tal-Istati Uniti, li jqajmu dubji dwar il-valuri kondiviżi li jirfdu s-sħubija trans-Atlantika; iwissi li permezz ta’ tali politika erratika, l-amministrazzjoni ta’ Trump qed tipperikola ħaġa skarsa, il-fiduċja fl-Istati Uniti; jemmen, madankollu, li r-relazzjoni trans-Atlantika tibqa’ indispensabbli għas-sigurtà tas-sħab fuq iż-żewġ naħat tal-Atlantiku u għalhekk ta’ min ninvestu fiha; iqis li huwa aktar kruċjali minn qatt qabel li jitkompla l-involviment mal-kontropartijiet tal-Istati Uniti fil-livell federali u dak tal-istat; iħeġġeġ lill-Istati Membri jsegwu l-kanali diplomatiċi bilaterali mal-kontropartijiet fl-Istati Uniti bħala l-format ippreferut ta’ kooperazzjoni mill-amministrazzjoni tal-Istati Uniti, b’turija tal-unità u l-impenn favur pożizzjoni komuni tal-UE; itenni l-importanza li s-summits bejn l-UE u l-Istati Uniti jsiru fuq bażi regolari biex jipprovdu impetu tal-ogħla livell għall-kooperazzjoni futura; jappoġġja bis-sħiħ l-approfondiment tal-kooperazzjoni fil-qafas tad-djalogu trans-Atlantiku bejn l-UE u l-Istati Uniti, pereżempju permezz tad-diplomazija parlamentari trans-Atlantika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jiddeplora d-deċiżjoni tal-Istati Uniti li jwaqqfu għal għarrieda l-biċċa l-kbira tal-għajnuna umanitarja u l-assistenza għall-iżvilupp tagħhom, inkluż iżda mhux limitat għall-għajnuna pprovduta s’issa mill-Aġenzija tal-Istati Uniti għall-Iżvilupp Internazzjonali (USAID), b’effetti devastanti fuq il-ħajja ta’ għadd bla limitu ta’ persuni, iżda li tirriskja wkoll konsegwenzi serji għad-drittijiet tal-bniedem u għas-sigurtà globali; jirrikonoxxi li l-UE ma tistax tissostitwixxi l-USAID, iżda jeħtieġ li talloka mill-ġdid ir-riżorsi b’mod strateġiku u intelliġenti permezz ta’ approċċ ta’ Tim Ewropa sabiex ittaffi l-impatti, kemm fl-interess tal-pajjiżi affettwati kif ukoll fl-interess tagħna stess; jilqa’ t-tħabbira mill-Kummissjoni u mis-SEAE li qed isiru sforzi biex tiġi injettata l-likwidità f’żoni affettwati serjament permezz ta’ riallokazzjoni u żieda fil-prefinanzjament; ifaħħar id-deċiżjoni li jingħata bidu għall-immappjar fil-livell tal-UE, li għandu jqis ukoll l-effetti sekondarji, u jitlob li r-riżultati jiġu kondiviżi mal-Istati Membri u mal-Parlament; jitlob lill-Kummissjoni toħroġ dikjarazzjoni li tqis ir-rispons olistiku tal-UE għal din il-kriżi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni trawwem rabtiet aktar stretti mal-Kanada, bil-għan li tegħleb l-isfidi globali li jolqtu l-valuri u l-interessi, kif ukoll is-sigurtà u l-prosperità komuni tagħna; jemmen li d-djalogu bilaterali dwar is-sigurtà u d-difiża kif ukoll is-sħubija li jmiss għas-sigurtà u d-difiża jipprovdu l-bażi għal kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża, inkluż dwar inizjattivi rispettivi biex tingħata spinta lill-produzzjoni tal-industrija tad-difiża;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Itenni, irrispettivament, il-ħtieġa li l-Istati Membri jħaddmu bis-sħiħ il-kunċett tal-awtonomija strateġika tal-UE u t-tħejjija għad-difiża u għal dan il-għan jagħmlu investimenti kollettivi u kkoordinati tajjeb fl-oqsma tas-sigurtà u d-difiża tagħhom bl-objettiv li tinkiseb Unjoni Ewropea tad-Difiża ġenwina li tkun interoperabbli u komplementari mal-alleanza tan-NATO u li tkun tista’ taġixxi b’mod indipendenti meta jkun meħtieġ; iqis li l-UE jeħtiġilha taġixxi b’mod urġenti biex tnaqqas id-dipendenzi tagħha fuq pajjiżi mhux tal-UE għall-kapaċitajiet ta’ difiża tagħha, b’mod partikolari għall-faċilitaturi strateġiċi, filwaqt li tiżgura s-sigurtà awtonoma tagħha stess; ifakkar li l-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea (EDTIB) hija assi strateġiku kemm għas-sigurtà u d-difiża tal-Unjoni kif ukoll għall-politika barranija tagħha; jappella għat-tisħiħ sinifikanti tagħha u għall-approfondiment tas-sħubijiet industrijali tad-difiża u l-integrazzjoni tal-bażi industrijali ta’ sħab affidabbli tal-istess fehma fl-EDTIB, l-ewwel u qabel kollox l-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Iħeġġeġ ir-relazzjonijiet stretti mal-pajjiżi tal-Ewropa tal-Punent li mhumiex parti mill-UE, b’mod partikolari, il-kooperazzjoni f’ċerti oqsma tal-azzjoni esterna tal-UE; jilqa’ f’dan il-kuntest il-konklużjoni tan-negozjati dwar pakkett wiesa’ ta’ miżuri għar-relazzjonijiet futuri bejn l-UE u l-Iżvizzera, li jikkostitwixxu pass sinifikanti fl-avvanz u fl-approfondiment tar-relazzjoni diġà mill-qrib; jistieden lill-Kummissjoni timmodernizza u tapprofondixxi r-relazzjonijiet bilaterali bejn l-UE u l-Iżvizzera; jisħaq fuq l-importanza li jiġu promossi relazzjonijiet aktar b’saħħithom man-Norveġja, b’mod partikolari fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-sħubija għas-sigurtà u d-difiża kif ukoll il-ġestjoni kooperattiva tal-istokkijiet kondiviżi u l-kontinwazzjoni ta’ attivitajiet tas-sajd li ilhom jeżistu; jitlob li jiġi ffirmat malajr il-ftehim ta’ assoċjazzjoni bejn l-UE u Andorra u San Marino;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jilqa’ l-momentum ġdid fir-relazzjonijiet bilaterali bejn l-UE u l-Armenja, li huwa appoġġjat bil-qawwa mill-awtoritajiet ta’ Yerevan; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jappoġġjaw b’mod attiv ix-xewqa tal-Armenja ta’ aktar kooperazzjoni mal-UE; jesprimi appoġġ sħiħ għall-ħidma li għadha kif tnediet fuq l-Aġenda ta’ Sħubija bejn l-UE u l-Armenja, li tistabbilixxi prijoritajiet konġunti aktar ambizzjużi għall-kooperazzjoni fid-dimensjonijiet kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jesprimi l-appoġġ qawwi tiegħu għall-attivitajiet tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea fl-Armenja (EUMA) u jissottolinja r-rwol importanti li għandha; jistieden lill-EUMA tkompli ssegwi mill-qrib is-sitwazzjoni tas-sigurtà fuq il-post li qed tevolvi, tipprovdi rapportar trasparenti lill-Parlament u tikkontribwixxi b’mod attiv għall-isforzi favur ir-riżoluzzjoni tal-kunflitti; jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jsaħħu l-mandat tal-EUMA, iżidu d-daqs tagħha u jestendu d-durata tagħha; jistieden lill-awtoritajiet tal-Ażerbajġan jaqblu li jkollhom missjoni ċivili bħal din fuq in-naħa tagħhom tal-fruntiera wkoll;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Huwa tal-fehma li ċ-ċentru ta’ gravità fis-sistema globali qed jimxi lejn ir-reġjun Indo-Paċifiku u li l-UE jeħtiġilha ssaħħaħ ir-rwol attiv u l-preżenza tagħha f’dan ir-reġjun biex tissalvagwardja l-interessi tagħha, tippromwovi l-istabbiltà u żżomm sistema internazzjonali bbażata fuq ir-regoli; itenni li reġjun Indo-Paċifiku li fih isaltnu l-paċi, il-libertà u l-istabbiltà u li jkun ibbażat fuq ir-regoli huwa ta’ interess vitali għall-Ewropa; jinsab imħasseb li l-kompetizzjoni bejn il-potenzi l-kbar fir-reġjun qed timponi parametri fuq il-kapaċità tal-UE li tippromwovi l-multilateraliżmu fir-reġjun; jirrimarka, f’dan il-kuntest, li l-Laqgħa bejn l-Asja u l-Ewropa għadha mxekkla minħabba t-tensjonijiet ġeopolitiċi mar-Russja; jitlob, f’dan il-kuntest, rabtiet aktar stretti fir-rigward tal-politika barranija, ta’ sigurtà u ta’ difiża mas-sħab tal-istess fehma fir-reġjun bi qbil mal-istrateġija tal-UE għall-kooperazzjoni fir-reġjun Indo-Paċifiku; jinkoraġġixxi lill-VP/RGħ tippromwovi l-viżibbiltà u l-impatt tal-azzjoni esterna tal-UE flimkien ma’ sħabna fir-reġjun Indo-Paċifiku, b’mod partikolari l-Awstralja, l-Indja, New Zealand, il-Korea t’Isfel, il-Ġappun u t-Tajwan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Ifakkar, f’dan il-kuntest, fis-sħubija strateġika li l-UE għandha mal-Ġappun, li għandha sservi ta’ mudell għal sħubija bilaterali produttiva li tippermetti tfassil effettiv tal-politiki fil-kuntesti multilaterali; jinnota li fl-2024, l-UE u l-Ġappun iċċelebraw 50 sena mill-istabbiliment tal-missjonijiet diplomatiċi rispettivi tagħhom u jenfasizza bil-qawwa l-interess tal-UE li tapprofondixxi u twessa’ din is-sħubija fuq livell bilaterali fil-50 sena li ġejjin; jilqa’, għal dan il-għan, il-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-UE u l-Ġappun u l-Ftehim ta’ Sħubija Strateġika UE-Ġappun; dan tal-aħħar jipprevedi, fost affarijiet oħra, konsultazzjonijiet dwar l-iżvilupp tal-inizjattivi ta’ difiża rispettivi, fosthom l-iskambju ta’ informazzjoni dwar kwistjonijiet relatati mal-industrija tad-difiża, kif ukoll il-fattibbiltà ta’ involviment reċiproku possibbli fl-inizjattivi ta’ difiża rispettivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Jinnota li l-isfidi ġeopolitiċi saħħu l-interess komuni tal-UE u tal-Indja biex jiżguraw is-sigurtà, il-prosperità u l-iżvilupp sostenibbli; jitlob li jsir summit bejn l-Indja u l-UE biex ir-relazzjonijiet bilaterali jinżammu prijorità fl-aġenda; jidentifika t-tibdil fil-klima u t-tkabbir ekoloġiku, id-diġitalizzazzjoni u t-teknoloġiji l-ġodda, ir-riċerka u l-iżvilupp, il-konnettività, il-kummerċ u l-investiment, il-politika barranija, ta’ sigurtà u ta’ difiża bħala l-oqsma ewlenin tal-kooperazzjoni; jitlob, f’dan ir-rigward, parteċipazzjoni aktar b’saħħitha mill-Istati Membri; jistieden, bl-istess mod, lill-Istati Membri jespandu u jwessgħu l-kooperazzjoni bejn l-Indja u l-UE dwar is-sigurtà marittima b’rispons għall-preżenza taċ-Ċina li qed tevolvi fir-reġjun Indo-Paċifiku; jenfasizza l-ħtieġa ta’ involviment mal-Indja fir-rigward tad-dipendenza militari qawwija tagħha fuq ir-Russja kif ukoll dwar il-provvista min-naħa tagħha ta’ teknoloġiji kritiċi ristretti lir-Russja; iħeġġeġ lill-Indja tikkundanna l-gwerra illegali ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u tingħaqad mal-politika ta’ sanzjonijiet tal-UE fil-konfront tar-Russja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Iqis lill-Indja bħala sieħeb demokratiku importanti u jħeġġeġ lill-UE taħdem mill-qrib mal-Gvern Indjan dwar ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, kemm internament kif ukoll madwar id-dinja; jitlob li jiġu implimentati bis-sħiħ l-Istrateġija tal-UE dwar l-Indja tal-2018 u l-Pjan Direzzjonali UE-Indja sal-2025 f’koordinazzjoni mill-qrib mal-azzjonijiet proprji tal-Istati Membri; jisħaq b’mod partikolari fuq il-ħtieġa li jiġu promossi sinerġiji akbar fil-politika barranija u ta’ sigurtà permezz ta’ mekkaniżmi ta’ djalogu eżistenti u fora oħra stabbiliti skont il-Pjan Direzzjonali UE-Indja sal-2025; jemmen li ż-żjara importanti tal-President tal-Kummissjoni u tal-Kulleġġ tal-Kummissarji fl-Indja fis-27 u t-28 ta’ Frar 2025 immarkat il-bidu ta’ kapitolu ġdid fl-istorja tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Indja u affermat mill-ġdid ir-rabta strateġika u l-potenzjal mhux sfruttat tagħha; jilqa’ t-tħabbira tal-aġenda strateġika li jmiss bejn l-UE u l-Indja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Ifakkar fl-impenn tal-UE favur il-politika tagħha ta’ “Ċina Waħda” bħala wieħed mill-prinċipji tar-relazzjonijiet UE-Ċina; jissottolinja li t-Tajwan huwa sieħeb demokratiku ewlieni għall-UE fir-reġjun Indo-Paċifiku; jirrikonoxxi l-importanza tat-Tajwan biex jiġu żgurati ktajjen ta’ provvista globali, speċjalment fis-settur tat-teknoloġija avvanzata, u jħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jidħlu f’kooperazzjoni aktar stretta mat-Tajwan sabiex jissaħħu aktar ir-rabtiet ekonomiċi, kummerċjali u tal-investiment; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tniedi, mingħajr dewmien, miżuri preparatorji għal negozjati dwar ftehim ta’ investiment mat-Tajwan; jenfasizza li kwalunkwe tentattiv minn reġimi awtoritarji biex jirrestrinġu l-iżvilupp tajjeb tar-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Tajwan mhuwiex aċċettabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-provokazzjonijiet militari kontinwi taċ-Ċina kontra t-Tajwan u jtenni ċ-ċaħda soda tiegħu għal kwalunkwe bidla unilaterali fl-istatus quo fl-Istrett tat-Tajwan; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jiżguraw, permezz ta’ sinjali ċari u konsistenti, li kwalunkwe tentattiv biex jinbidel unilateralment l-istatus quo fl-Istrett tat-Tajwan, b’mod partikolari permezz tal-forza jew il-koerċizzjoni, ma jistax jiġi aċċettat u se jkollu kostijiet għoljin; jenfasizza li t-talbiet territorjali taċ-Ċina ma għandhom l-ebda bażi fid-dritt internazzjonali u li l-gvern tat-Tajwan elett demokratikament biss jista’ jirrappreżenta lill-poplu Tajwaniż; jiddenunzja, barra minn hekk, l-imblukkar min-naħa taċ-Ċina tal-parteċipazzjoni sinifikanti tat-Tajwan f’organizzazzjonijiet multilaterali, bħad-WHO, l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali u l-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima, permezz tad-distorsjoni kontinwa tagħha tar-Riżoluzzjoni 2758 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU; jitlob, għaldaqstant, lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jappoġġjaw il-parteċipazzjoni sinifikattiva tat-Tajwan fl-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>69.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar l-aħħar bidliet fil-pożizzjoni domestika u militari taċ-Ċina mill-20 kungress nazzjonali tal-Partit Komunista Ċiniż; huwa tal-fehma li ċ-Ċina turi li għandha kemm l-intenzjoni kif ukoll, dejjem aktar, is-setgħa ekonomika, diplomatika, teknoloġika u militari li tiddefinixxi mill-ġdid is-sistema globali; jissottolinja li l-istrateġija ta’ fużjoni militari-ċivili hija xhieda ta’ dawn il-mezzi; jisħaq, f’dan il-kuntest, li l-UE jeħtieġ li tkun aktar assertiva u unifikata fl-approċċ tagħha lejn iċ-Ċina u għalhekk jistieden lill-VP/RGħ u lill-Istati Membri jirrieżaminaw l-istrateġija lejn iċ-Ċina li tqis bis-sħiħ il-politiki domestiċi dejjem aktar oppressivi, il-politika barranija assertiva kif ukoll l-użu tal-koerċizzjoni ekonomika bħala mezz li bih iċ-Ċina għandha l-għan li tilħaq l-objettivi tagħha; iqis li l-isfidi li jirriżultaw mill-fatt li ċ-Ċina qiegħda tikber bħala attur globali jirrikjedu rispons multidimensjonali bbilanċjat skont il-prinċipju ta’ “kooperazzjoni fejn possibbli, kompetizzjoni fejn meħtieġ u konfrontazzjoni fejn meħtieġ”, li permezz tiegħu l-UE żżomm l-impenn selettiv tagħha maċ-Ċina bħala membru permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar għadd ta’ kwistjonijiet ewlenin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>70.</NO.P>Jenfasizza li l-pożizzjoni dejjem aktar aggressiva tar-RPĊ toħloq theddida għal-libertà tan-navigazzjoni u tipperikola l-istabbiltà li hija vitali għall-kummerċ globali; jenfasizza li din is-sitwazzjoni qed tiġi osservata bi tħassib minn għadd dejjem jikber ta’ sħab tal-istess fehma impenjati favur il-paċi u l-istabbiltà fir-reġjun; jissottolinja l-ħtieġa li tissaħħaħ id-deterrenza kontra l-imġiba destabbilizzanti, inkluż permezz ta’ operazzjonijiet regolari biex tiġi affermata l-libertà tan-navigazzjoni fuq it-tentattivi tar-RPĊ li timponi kontroll fuq l-ilmijiet internazzjonali u l-ispazju tal-ajru;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>71.</NO.P>Huwa tal-fehma li ċ-Ċina, permezz tat-tkabbir kontinwu tas-sħubija strateġika Sino-Russa, inkluż fl-oqsma tat-trasferimenti tat-teknoloġija u tal-kapaċitajiet militari, tippermetti (indirettament) l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>72.</NO.P>Itenni l-kundanna tiegħu għan-nuqqas ta’ konformità min-naħa taċ-Ċina mal-impenji internazzjonali tagħha, għall-ksur tagħha tad-Dikjarazzjonijiet Konġunti Sino-Brittaniċi u Sino-Portugiżi, tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, tal-prinċipju ta’ “pajjiż wieħed, żewġ sistemi” u tal-Liġi Bażika ta’ Hong Kong, u jikkundanna r-repressjoni tal-awtonomija u l-figuri tal-oppożizzjoni tar-reġjun amministrattiv speċjali, inklużi l-membri tas-soċjetà ċivili u l-membri tal-familja tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-istatus awtonomu ta’ Hong Kong u l-Macao fid-dawl tal-ksur miċ-Ċina tad-Dikjarazzjonijiet Konġunti Sino-Brittanika u Sino-Portugiża u r-repressjoni tal-awtonomija ta’ Hong Kong;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>73.</NO.P>Jinsab imħasseb dwar il-penetrazzjoni ekonomika dejjem tikber tal-kumpaniji Ċiniżi fl-UE, inkluż f’setturi strateġiċi bħall-manifattura tal-batteriji; jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti li titkompla l-politika ta’ tneħħija tar-riskji billi tkompli titnaqqas id-dipendenza ekonomika f’setturi kritiċi, f’konformità mal-istrateġija tas-sigurtà ekonomika tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>74.</NO.P>Itenni li l-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN) hija sieħeb fundamentali biex jissaħħaħ il-multilateraliżmu bbażat fuq ir-regoli; jappoġġja l-isforzi tal-ASEAN biex jiġu konklużi n-negozjati maċ-Ċina dwar kodiċi ta’ kondotta effettiv u sostanzjali fil-Baħar taċ-Ċina tan-Nofsinhar; jinkoraġġixxi involviment u kooperazzjoni msaħħa tal-UE mal-ASEAN u sforzi lejn sħubija strateġika komprensiva, li tibni fuq ir-rabtiet ekonomiċi u t-tkabbir sostenibbli, u b’mod partikolari fuq il-kooperazzjoni politika fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija; jitlob li jingħata aktar appoġġ lill-gvern ta’ unità nazzjonali tal-Myanmar u li tiġi applikata pressjoni akbar fuq il-pajjiżi tal-ASEAN biex jallinjaw ruħhom mas-sanzjonijiet internazzjonali kontra l-ġunta militari tal-Myanmar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>75.</NO.P>Iħeġġeġ lill-VP/RGħ u l-Istati Membri jikkonċentraw fuq ir-relazzjonijiet bilaterali ma’ sħab fl-Afrika, fosthom l-Afrika t’Isfel, il-Ghana, il-Marokk, il-Kenja, is-Senegal u l-Mauritania, filwaqt li jqisu l-bżonnijiet u l-interessi reċiproċi ħalli jrawmu sħubijiet reali u bbilanċjati; jemmen li fir-relazzjonijiet mal-pajjiżi mhux tal-UE għandu jiġi integrat għalkollox il-prinċipju “aktar għal aktar”, li abbażi tiegħu l-UE tiżviluppa sħubijiet aktar b’saħħithom ma’ dawk il-pajjiżi li jirrispettaw il-prinċipji tal-PESK u tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni (PSDK) u l-valuri fundamentali tal-UE; huwa tal-fehma li l-UE jeħtieġ li żżomm enfasi kontinwa fuq l-Afrika, li diġà hija kontinent strateġiku u se ssir attur dejjem aktar importanti fil-futur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>76.</NO.P>Jitlob lill-UE tissospendi kemm il-Memorandum ta’ Qbil tagħha dwar il-materja prima kif ukoll il-kooperazzjoni militari kollha mar-Rwanda, inkluż permezz tal-EPF jew kwalunkwe mekkaniżmu ieħor, sakemm ir-Rwanda ttemm l-appoġġ illegali tagħha għall-gruppi armati u tirrispetta bis-sħiħ is-sovranità u l-integrità territorjali tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK); jikkundanna l-ksur tas-sovranità u tal-integrità territorjali tal-Lvant tar-RDK mir-ribelli tal-M23; jikkundanna l-ħtif ta’ Goma u Bukavu mill-grupp armat M23 u l-offensiva kontinwa tiegħu fin-Nofsinhar ta’ Kivu, li kompla jaggrava l-kriżi umanitarja akuta, żied ir-riskju tad-destabbilizzazzjoni tar-RDK u ta’ gwerra reġjonali fuq skala sħiħa; jappoġġja l-proċess ta’ paċi ta’ Luanda Nairobi biex tinkiseb soluzzjoni politika għall-kunflitt b’mezzi diplomatiċi u jħeġġeġ lill-VP/RGħ tkompli s-sensibilizzazzjoni diplomatika tal-kunflitt u l-partijiet reġjonali u żżid il-pressjoni fuq il-partijiet biex jerġgħu jimpenjaw ruħhom permezz ta’ negozjati paċifiċi, inkluż permezz tal-posponiment tal-Konsultazzjonijiet tal-UE dwar is-Sigurtà u d-Difiża mar-Rwanda u l-adozzjoni ta’ sanzjonijiet skont is-sitwazzjoni fuq il-post u l-progress fil-proċessi ta’ medjazzjoni reġjonali li għaddejjin; jinsab ferm imħasseb dwar is-sitwazzjoni umanitarja ta’ eluf ta’ persuni spostati fiż-żona; iħeġġeġ lill-VP/RGħ timpenja ruħha f’azzjonijiet ċari f’konformità mal-istrateġija tal-UE għal-Lagi l-Kbar sabiex terġa’ tiġi restawrata l-istabbiltà u ssir kooperazzjoni mal-Missjoni għall-Istabbilizzazzjoni tan-NU fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (MONUSCO) biex tiġi protetta l-popolazzjoni ċivili fil-Lvant tar-RDK;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>77.</NO.P>Jissottolinja li l-iżviluppi reċenti fit-Tuneżija qajmu tħassib dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-istandards demokratiċi, u r-rapporti jindikaw trasparenza limitata, parteċipazzjoni ristretta tal-oppożizzjoni u kompetizzjoni politika mnaqqsa fl-elezzjoni presidenzjali; jissottolinja l-impenn u l-appoġġ kontinwu tal-UE favur it-Tuneżija matul dan il-perjodu politikament u soċjoekonomikament sensittiv, biż-żamma ta’ kuntatt f’diversi livelli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>78.</NO.P>Jissottolinja li l-UE għandha interess dirett u vitali fl-istabbiltà, fis-sigurtà u fit-tkabbir ekonomiku tal-baċir tal-Mediterran kif ukoll tal-Viċinat tan-Nofsinhar usa’; ifakkar li l-politika Ewropea tal-viċinat tnediet bil-għanijiet ta’ min ifaħħarhom li, fin-Nofsinhar tal-Mediterran, jitrawmu l-istabbiltà, il-prosperità u l-governanza tajba; jirrikonoxxi, madankollu, li llum huwa evidenti li l-istrumenti, l-objettivi u l-prinċipji tagħha m’għadhomx allinjati mar-realtajiet attwali tar-reġjun; jesprimi dispjaċir għall-fatt li, kważi 30 sena wara t-tnedija tal-hekk imsejjaħ Proċess ta’ Barċellona, il-ħolqien ta’ żona ta’ prosperità, stabbiltà u libertà kondiviżi mal-pajjiżi Mediterranji tal-Viċinat tan-Nofsinhar għadu ma nkisibx; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta patt ġdid għall-Mediterran; jemmen li l-UE u l-pajjiżi tal-Viċinat tan-Nofsinhar għandhom jikkonkludu memoranda ta’ qbil immirati lejn il-promozzjoni tal-istabbiltà, tal-prosperità u tad-difiża tad-drittijiet tal-bniedem, bil-kundizzjoni li jikkooperaw fir-rigward tal-migrazzjoni; ifakkar li l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fil-Viċinat tan-Nofsinhar għadhom sfida kontinwa għall-ġestjoni tal-fruntieri esterni Ewropej; jargumenta li, filwaqt li tagħti prijorità lir-relazzjonijiet bilaterali mal-pajjiżi fir-reġjun, l-UE għandha tkompli trawwem ukoll il-kooperazzjoni reġjonali permezz ta’ oqfsa eżistenti bħall-Unjoni għall-Mediterran; jilqa’ l-ħatra ta’ Kummissarju inkarigat mill-Mediterran;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>79.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-UE ssaħħaħ u tapprofondixxi l-kooperazzjoni tagħha mal-pajjiżi Għarab u l-Golf, b’rispons għall-isfidi ġeopolitiċi, soċjali u ekonomiċi urġenti li qed jiffaċċja r-reġjun; jenfasizza li kollaborazzjoni msaħħa għandha tipprijoritizza oqsma ewlenin bħall-migrazzjoni, it-trasformazzjoni diġitali, is-sigurtà, it-tranżizzjoni ekoloġika u l-iskambju kulturali biex tinbena sħubija reżiljenti; jitlob approċċ strateġiku li jfassal l-involviment ma’ kull pajjiż biex irawwem l-iżvilupp sostenibbli u l-fehim reċiproku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>80.</NO.P>Jilqa’ l-konklużjoni b’suċċess tal-ewwel Summit bejn l-UE u l-Kunsill ta’ Kooperazzjoni tal-Golf (GCC) u jemmen li dan is-summit ikkostitwixxa mument kruċjali fir-relazzjoni bejn l-UE u s-sħab tagħha mill-GCC, filwaqt li enfasizza l-impenn reċiproku biex jissaħħu r-rabtiet bejn iż-żoni strateġiċi, ekonomiċi u kulturali ewlenin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>81.</NO.P>Jissottolinja kemm hu importanti li jiġu protetti u promossi l-valuri demokratiċi fir-reġjun; jikkundanna ż-żieda fid-diskors ta’ mibegħda, inkluż kontra l-istituzzjonijiet Ewropej, u l-attakki fuq il-libertajiet individwali u s-sistema internazzjonali, kemm fl-Istati Membri kif ukoll lil hinn minnhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>82.</NO.P>Jenfasizza li l-pajjiżi tal-UE, tal-Amerka Latina u tal-Karibew għandhom l-istess fehma u jikkondividu valuri, lingwi, storja, kultura u reliġjon, li għandhom jagħmluhom sħab naturali fil-kuntest ġeopolitiku tal-lum; jinnota li l-involviment tal-UE fir-reġjun naqas f’dawn l-aħħar deċennji, u dan ħoloq vakwu għall-influwenza li qed tikber miċ-Ċina u mir-Russja; iħeġġeġ lill-pajjiżi fl-Amerka Latina jadottaw attitudni aktar soda ta’ kundanna tal-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna; jistieden lill-Istati Membri u lis-SEAE jsegwu diplomazija proattiva fir-reġjun, b’enfasi qawwija fuq id-difiża tal-ordni globali multilaterali, tad-dritt internazzjonali u tar-rispett tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem; iħeġġeġ inizjattivi multilaterali biex tiġi indirizzata l-instabbiltà politika fl-aktar pajjiżi volatili fir-reġjun, pereżempju fil-Haiti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>83.</NO.P>Jilqa’ l-iffirmar tal-Ftehim Qafas Avvanzat bejn l-UE u ċ-Ċilì u jitlob ir-ratifika malajr u sħiħa tiegħu; jilqa’, bl-istess mod, il-konklużjoni tan-negozjati dwar il-Ftehim Globali modernizzat bejn l-UE u l-Messiku, imħabbar mill-Kummissjoni fis-17 ta’ Jannar 2025 u li għalih il-Parlament għad irid jagħti l-approvazzjoni tiegħu; jenfasizza li l-ftehim isaħħaħ is-sħubija strateġika tal-UE mal-Messiku, filwaqt li jirrikonoxxi r-rwol ċentrali tal-pajjiż fl-Amerika Latina u l-ambizzjoni tiegħu li jiddiversifika s-sħubijiet ta’kummerċ u politiċi biex titnaqqas id-dipendenza ekonomika fuq l-Istati Uniti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>84.</NO.P>Jieħu nota tal-konklużjoni tal-ftehim mal-Mercosur; jesprimi tħassib rigward l-impatt potenzjalment negattiv tiegħu fuq l-istandards ta’ sostenibbiltà u sikurezza tal-UE u fuq il-kompetittività tas-settur agroalimentari tal-UE, u jissottolinja li l-Parlament jrid jeżamina jekk il-ftehim jissodisfax l-istandards ta’ sostenibbiltà tal-UE u jikkonformax mal-prinċipju ta’ reċiproċità, qabel ma tkun tista’ tiġi kkunsidrata r-ratifika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>85.</NO.P>Jilqa’ l-laqgħa informali bejn l-UE u l-Komunità ta’ Stati tal-Amerka Latina u tal-Karibew (CELAC) u l-implimentazzjoni ta’ inizjattivi skont il-Pjan Direzzjonali UE-CELAC 2023 – 2025 u, f’dan ir-rigward, jissottolinja l-ħtieġa li jiġi adottat pjan direzzjonali ġdid u ambizzjuż fis-summit tal-2025, li jkompli jsaħħaħ is-sħubija u jqis l-aħjar prattiki miksuba s’issa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>86.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa ta’ approċċ aktar strett biex tiġi indirizzata l-vjolenza kontra d-difensuri ambjentali u jiżdiedu l-isforzi tal-UE biex tassisti fil-preservazzjoni tal-bijodiversità u fl-adattament għall-emerġenza klimatika; jissuġġerixxi li tkompli tissaħħaħ il-kooperazzjoni kontra l-kriminalità organizzata u t-traffikar tad-droga, peress li dan għandu impatt ukoll fuq l-UE; jitlob żieda sostanzjali fil-kooperazzjoni bireġjonali biex jiġi miġġieled dan il-fenomenu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>87.</NO.P>Jistieden lill-VP/RGħ tagħmel il-kollaborazzjoni mad-demokraziji tal-istess fehma prijorità tal-mandat tagħha u tissistematizza l-kooperazzjoni u l-konsultazzjoni mas-sħab demokratiċi tal-istess fehma sabiex tippromwovi d-demokrazija u ttejjeb il-preparatezza komuni u l-aċċess għar-riżorsi ta’ rispons għall-kriżijiet; itenni, f’dan il-kuntest, ir-rakkomandazzjoni li jiġu approfonditi r-rabtiet ma’ organizzazzjonijiet reġjonali bħall-ASEAN u l-Unjoni Afrikana biex jissaħħu l-oqfsa ta’ sigurtà kooperattivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>88.</NO.P>Itenni l-appoġġ tiegħu għall-Komunità Politika Ewropea bħala pjattaforma għal diskussjoni, djalogu u kooperazzjoni ma’ sħab Ewropej dwar il-politika barranija u l-isfidi ta’ sigurtà li qed niffaċċjaw, bil-għan li jissaħħu s-sigurtà u l-istabbiltà fl-Ewropa u li tiġi segwita kooperazzjoni politika u ta’ sigurtà bbażata fuq interessi komuni; jitlob l-involviment mill-qrib tal-Parlament fil-kjarifika tal-kamp ta’ applikazzjoni u l-ħidma futura ta’ din il-komunità; jissottolinja li, għas-suċċess u l-koerenza futuri ta’ dan il-format, xi livell ta’ allinjament mal-valuri u l-prinċipji demokratiċi huwa essenzjali; itenni li l-Komunità Politika Ewropea ma tista’ taħt l-ebda ċirkostanza ssir skuża għal dewmien fl-adeżjoni mal-UE tal-pajjiżi tat-tkabbir;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>89.</NO.P>Jemmen ukoll fl-importanza li jinbnew alleanzi ġodda, fost oħrajn mal-pajjiżi tal-viċinat tagħna u tan-Nofsinhar Globali, u jitqiesu l-bżonnijiet u l-interessi ta’ xulxin bil-għan li jitrawmu sħubijiet reali, ibbilanċjati u ugwali; jisħaq fuq l-importanza li jiġu stabbiliti dawn il-ftehimiet politiċi ma’ pajjiżi terzi, ibbażati fuq valuri Ewropej komuni u fuq id-drittijiet fundamentali; jistieden lill-UE tirrispondi għall-aspettattivi tal-pajjiżi sħab u tagħmel malajr ftehimiet politiċi magħhom sabiex turi li l-UE hija sieħeb affidabbli u strateġiku u li s-sistema internazzjonali bbażata fuq ir-regoli tista’ tindirizza l-isfidi kontemporanji; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-involviment attiv tal-Parlament fl-istabbiliment, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tas-sħubijiet futuri ta’ kummerċ u investiment nodfa; jappella, f’dan il-kuntest, għal inizjattivi kollaborattivi bejn l-UE u l-pajjiżi tan-Nofsinhar Globali biex tiġi vvalutata u indirizzata l-kriżi tad-dejn; jinnota li l-ftehimiet man-Nofsinhar Globali, speċjalment dwar il-materja prima, għandhom jikkontribwixxu għall-iżvilupp ekonomiku lokali aktar milli japprofondixxu d-dipendenza u l-isfruttament eċċessiv tar-riżorsi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on"><STRING UNDERLINE="on">It-trawwim tal-azzjoni tal-UE barra mill-UE </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>90.</NO.P>Jenfasizza r-rwol tal-VP/RGħ bħala pont bejn il-PESK u r-relazzjonijiet esterni tal-UE biex jiżgura l-ogħla livell ta’ koordinament u koerenza fl-azzjoni esterna tal-UE; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-UE trawwem il-viżibbiltà u l-effettività tal-azzjoni esterna u l-isforzi ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp tagħha iżda jiddispjaċih li f’xi każijiet hemm nuqqas ta’ ċarezza fir-rappreżentanza esterna tal-UE, nuqqas li jfixkel il-komunikazzjoni strateġika tal-UE barra mill-pajjiż; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu ddefiniti b’mod ċar il-kompetenzi tal-VP/RGħ, tal-President tal-Kummissjoni u tal-President tal-Kunsill Ewropew fir-rigward tal-azzjoni esterna u tar-rappreżentanza tal-UE sabiex il-vuċi tal-UE tkun koerenti u pperċepita bħala tali mis-sħab tagħha; jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-koordinazzjoni tagħha mas-SEAE fl-azzjoni esterna, inkluż billi tiżgura konformità sħiħa mal-Artikolu 3.2 u l-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni tas-SEAE<FOOTNOTE><FIELD> Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta’ Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (ĠU L 201, 3.8.2010, p. 30, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/427/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, li jista’ jkun meħtieġ li tiġi aġġornata;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>91.</NO.P>Jitlob li s-SEAE – kemm is-sede ċentrali kif ukoll id-delegazzjonijiet tal-UE – jissaħħaħ billi jingħata riżorsi finanzjarji u umani adegwati biex l-UE tkun tista’ tkun ippreparata aħjar għall-isfidi globali attwali u emerġenti; jitlob li s-SEAE jkun jista’ jagħżel u jirrekluta l-persunal diplomatiku permanenti tiegħu tal-UE u jiżgura bilanċ ġust bejn il-ġeneri u ġeografiku fost l-Istati Membri fil-livelli kollha fi ħdan is-SEAE; jistieden lill-VP/RGħ toħroġ malajr bi proposti għall-istruttura operattiva futura tal-azzjoni esterna tal-UE u għal dak l-għan, tqis bis-sħiħ ir-rakkomandazzjoni tal-Parlament tal-15 ta’ Marzu 2023 li tinkludi rendikont tal-funzjonament tas-SEAE u favur UE aktar b’saħħitha fid-dinja<FOOTNOTE><FIELD> Ir-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Marzu 2023 lill-Kunsill u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà li tinkludi rendikont tal-funzjonament tas-SEAE u favur UE aktar b’saħħitha fid-dinja (ĠU C, C/2023/410, 23.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/410/oj).</FIELD></FOOTNOTE>; jisħaq fuq il-ħtieġa li jissaħħu l-komunikazzjoni strateġika u l-ħidma tal-UE dwar il-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni permezz ta’ riżorsi u uffiċċji ddedikati f’reġjuni u pajjiżi strateġikament rilevanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>92.</NO.P>Ifakkar li l-UE għandha interess strateġiku li tavvanza l-iżvilupp sostenibbli, it-tnaqqis tal-faqar u l-ugwaljanza globalment, peress li dawn l-isforzi jikkontribwixxu għall-paċi u għas-sigurtà globali fit-tul; jistieden lill-Kummissjoni tuża malajr u b’mod effettiv l-Inizjattiva Global Gateway bħala alternattiva sostenibbli għall-inizjattiva Ċiniża “Belt and Road” u bħala strument biex jiżdiedu l-preżenza u l-viżibbiltà tal-UE fid-dinja; ifakkar li l-Inizjattiva Global Gateway għandha tinftiehem bħala kunċett strateġiku li jintegra l-politika barranija, ekonomika u ta’ żvilupp, inkluż it-tranżizzjonijiet klimatiċi u diġitali, kif ukoll l-investiment fl-infrastruttura sabiex tissaħħaħ is-sħubija mill-qrib ibbażata fuq benefiċċji reċiproċi, l-iżvilupp ekonomiku u ktajjen tal-provvista reżiljenti; jisħaq, f’dan il-kuntest, li l-koordinazzjoni mal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, l-involviment definit sew tas-settur privat u l-komunikazzjonijiet strateġiċi mfassla apposta, inkluż fil-pajjiżi riċevituri, huma essenzjali sabiex l-istrument jilħaq l-iskala mixtieqa; jinsab imħasseb dwar rapporti li għadd ta’ proġetti tal-Global Gateway qed jiġu implimentati minn kumpaniji Ċiniżi bi ksur dirett tal-għanijiet u l-objettivi tal-inizjattiva, li tinkludi t-tisħiħ tas-sigurtà ekonomika tal-UE u t-trawwim tal-iżvilupp ekonomiku u sħubijiet ta’ benefiċċju reċiproku ma’ pajjiżi terzi; jitlob, għalhekk, li ssir investigazzjoni immedjata u li jitneħħew il-kumpaniji Ċiniżi kollha involuti fil-Global Gateway; jisħaq li l-appoġġ tal-UE għandu jikkomplementa inizjattivi oħra bħas-Sħubija għall-Infrastruttura u l-Investiment Globali, il-Kuritur Ekonomiku bejn l-Indja u l-Lvant Nofsani u l-Kuritur Lobito, u b’mod partikolari għandu jkollu l-għan li jikseb l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>93.</NO.P>Itenni li l-Parlament għandu rwol integrali fil-PESK u jagħti kontribut speċifiku għaliha bis-saħħa tad-diplomazija parlamentari tiegħu u l-istrumenti, il-mezzi u l-kuntatti distinti tiegħu, inklużi l-programmi ta’ appoġġ għad-demokrazija tiegħu, il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, id-djalogi parlamentari regolari u d-delegazzjonijiet uffiċjali; jenfasizza li d-diplomazija parlamentari għandha potenzjal kbir biex tinvolvi lill-partijiet ikkonċernati politiċi ewlenin u tiffaċilita l-governanza demokratika; jisħaq, b’mod partikolari, fuq il-valur miżjud tad-diplomazija parlamentari matul il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u jenfasizza, f’dan il-kuntest, il-kooperazzjoni siewja fil-livell politiku u tekniku bejn il-Verkhovna Rada tal-Ukrajna u l-Parlament Ewropew;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>94.</NO.P>Jemmen bis-sħiħ li d-diplomazija hija parti sinifikanti mill-azzjoni tal-UE; jitlob, fid-dawl ta’ dan, l-iżvilupp ulterjuri tad-diplomazija preventiva tal-UE bħala għodda proattiva tal-politika esterna għall-antiċipazzjoni, għall-medjazzjoni u għas-soluzzjoni paċifika tal-kunflitt bejn il-partijiet u jistieden lis-SEAE jintegra l-għodod tad-diplomazija preventiva tal-UE fi ħdan mekkaniżmi u azzjonijiet ta’ prevenzjoni strutturali, bħal ftehimiet politiċi fost atturi differenti involuti fil-kunflitti, djalogi nazzjonali għar-rikonċiljazzjoni, il-konsolidazzjoni tal-paċi u l-ġustizzja tranżizzjonali, kif ukoll kummissjonijiet għall-verità u r-rikonċiljazzjoni; iħeġġeġ lis-SEAE jwettaq eżerċizzji ta’ “tagħlimiet meħuda” biex jivvaluta l-isforzi diplomatiċi, jidentifika oqsma għal titjib u jintegra l-aħjar prattika f’inizjattivi futuri; jitlob li l-kapaċitajiet tas-SEAE f’dak ir-rigward jiżdiedu, b’mod partikolari fid-diviżjonijiet rilevanti ta’ tħejjija u rispons għall-kriżijiet; jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti li jiġi rduppjat il-baġit rilevanti tal-UE fi ħdan l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali u li tiżdied ferm l-azzjoni tal-UE dwar il-medjazzjoni, id-djalogu u r-rikonċiljazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>95.</NO.P>Jerġa’ jafferma r-rwol tar-Rappreżentanti Speċjali tal-UE (RSUE), li jippromwovu l-politiki u l-interessi tal-UE f’reġjuni u f’pajjiżi speċifiċi u jiżvolġu rwol importanti fl-iżvilupp ta’ PESK aktar b’saħħitha u effettiva billi lill-UE jagħtuha preżenza politika attiva fil-pajjiżi u fir-reġjuni kruċjali u jagħmluha ta’ “vuċi” u “wiċċ” għall-UE u għall-politiki tagħha; jenfasizza l-importanza li r-RSUE jiġu mgħammra b’riżorsi suffiċjenti li jippermettulhom jimplimentaw dawk il-kompiti b’mod effettiv; jisħaq fuq l-importanza li r-RSUE jkollhom mandat wiesa’ u flessibbli, li kapaċi jadatta għaċ-ċirkostanzi ġeopolitiċi li qed jevolvu sabiex jippromwovu l-politiki u l-interessi tal-UE f’reġjuni u f’pajjiżi speċifiċi u jkollhom rwol attiv fl-isforzi ta’ diplomazija preventiva; jinsisti li l-ħatra ta’ RSUE ġodda għandha ssir biss b’segwitu għal seduta ta’ smigħ fil-Parlament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>96.</NO.P>Jissottolinja li l-korruzzjoni tippermetti u taggrava l-ksur u l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem u l-erożjoni tal-prinċipji demokratiċi u l-istat tad-dritt; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jindirizzaw ir-riskji li l-korruzzjoni toħloq għall-istabbiltà, il-governanza u l-paċi, kif ukoll jipprevjenu u jiġġieldu dan it-theddid għall-interessi tal-UE u għall-prosperità u s-sigurtà globali, b’mod partikolari fil-viċinati tal-Lvant u tan-Nofsinhar tal-UE; jinkoraġġixxi koordinazzjoni aktar mill-qrib bejn l-UE, l-Istati Membri tagħha u l-alleati u s-sħab kull fejn ikun possibbli, sabiex tiġi indirizzata l-korruzzjoni sistemika li tagħti s-setgħa lir-reġimi awtokratiċi, tiffaċilita t-tixrid ta’ influwenza malizzjuża, iċċaħħad lis-soċjetajiet minn riżorsi essenzjali u timmina l-valuri demokratiċi, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt; jisħaq fuq ir-rwol kruċjali tas-soċjetà ċivili u tal-ġurnalisti indipendenti f’pajjiżi mhux tal-UE fil-monitoraġġ u l-esponiment tal-korruzzjoni; jitlob, għalhekk, lill-UE tadotta qafas komprensiv u implimentat malajr kontra l-korruzzjoni fi ħdan il-politika barranija tagħha, li jinkludi r-reġim ta’ sanzjonijiet tal-UE, id-direttiva proposta kontra l-korruzzjoni u l-istrateġija usa’ tal-UE kontra l-korruzzjoni; iħeġġeġ lill-VP/RGħ tipproponi miżuri konkreti u estensivi f’dan ir-rigward, u jappoġġja l-inklużjoni ta’ dispożizzjonijiet kontra l-korruzzjoni fil-ftehimiet kummerċjali tal-UE ma’ pajjiżi mhux tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>97.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="DASH"><INT.LI LEVEL="0">Jissottolinja l-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-UE barra mill-UE biex tippromwovi l-paċi, is-sigurtà u l-progress fl-Ewropa u fid-dinja; jistieden lill-VP/RGħ:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>tħejji l-proposti għall-missjonijiet tal-PESK meħtieġa li għandhom jitnedew fl-2025, billi tintuża l-Kapaċità ta’ Skjerament Rapidu tal-UE bħala tisħiħ militari preventiv; tfakkar li n-nefqa amministrattiva għal dawn il-miżuri, inkluża n-nefqa ta’ riżerva tal-Kapaċità ta’ Skjerament Rapidu, għandha tkun iddebitata lill-baġit tal-UE;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>tikkollabora ma’ Ċipru, mat-Turkija, mar-Renju Unit u man-Nazzjonijiet Uniti biex jiġu implimentati l-miżuri konkreti għad-demilitarizzazzjoni taż-żona ta’ lqugħ f’Ċipru u titjieb is-sigurtà fil-gżira, kemm tal-komunità Ċiprijotta Griega kif ukoll tal-komunità Ċiprijotta Torka;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>tappoġġja rwol msaħħaħ taż-żewġ missjonijiet ċivili tal-PSDK tal-UE, tal-EUPOL COPPS u l-EUBAM Rafah, f’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-21 u t-22 ta’ Marzu 2024 filwaqt li jfakkar li huma jistgħu jiżvolġu rwol importanti abbażi tal-prinċipju tas-soluzzjoni ta’ żewġ stati u l-vijabbiltà ta’ stat Palestinjan futur, u jipparteċipaw fil-faċilitazzjoni tat-twassil ta’ assistenza umanitarja lill-Istrixxa ta’ Gaża, itejbu l-effiċjenza tal-Awtorità Palestinjana fix-Xatt tal-Punent, u jippreparaw għar-ritorn tal-Awtorità Palestinjana lejn l-Istrixxa ta’ Gaża;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>toħloq il-kundizzjonijiet meħtieġa għar-riattivazzjoni sħiħa tal-EUBAM Rafah biex tkun tista’ taġixxi bħala parti terza newtrali fil-punt ta’ qsim ta’ Rafah, f’koordinazzjoni mal-Awtorità Palestinjana kif ukoll mal-awtoritajiet Iżraeljani u Eġizzjani; jistenna li t-tisħiħ tal-kamp ta’ applikazzjoni u l-mandati tal-EUPOL COPPS u tal-EUBAM Rafah fuq il-post jiġu inklużi bħala prijoritajiet ewlenin tal-istrateġija UE-Lvant Nofsani li jmiss;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>tkompli żżid l-għadd ta’ osservaturi mibgħuta bħala parti mill-missjoni ċivili tal-UE fl-Armenja fuq in-naħa Armena tal-fruntiera internazzjonali mal-Ażerbajġan u ttenni t-talbiet biex l-Ażerbajġan jikkoopera mal-missjoni u jwaqqaf il-kampanja ta’ malafama kontriha;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>taħdem mal-Awstralja, ma’ New Zealand, mar-Repubblika tal-Korea, mal-Ġappun, mat-Tajwan u mal-istati membri tal-ASEAN biex jiġu ffaċilitati l-paċi u s-sigurtà tar-reġjuni Indo-Paċifiċi u tax-Xlokk tal-Asja;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>tiżviluppa strateġiji biex jiġu miġġielda l-attakki ibridi fuq il-fruntiera tal-Lvant u fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE, b’mod partikolari dawk li jinvolvu l-istrumentalizzazzjoni tal-migrazzjoni bħala tattika biex jiġu destabbilizzati l-Istati Membri u tiġi eżerċitata pressjoni politika, biex titħeġġeġ is-solidarjetà fost l-Istati Membri mal-pajjiżi ffaċċjati b’tali attakki, bħall-Polonja u l-Litwanja, u biex jiġu proposti miżuri ta’ ritaljazzjoni kontra Comoros għall-isfruttament tagħha tal-mewġiet ta’ migrazzjoni fil-Mayott;</ITEM></LIST>
</ACTION><ACTION>
<NO.P>98.</NO.P>Jistieden lill-VP/RGħ tagħti segwitu lill-eżempji ta’ azzjonijiet ta’ evakwazzjoni li rnexxew fis-Sudan u ta’ protezzjoni konsolari msaħħa u taħdem favur sistema komprensiva ta’ protezzjoni taċ-ċittadini tal-UE barra mill-UE; jisħaq li l-impatt ta’ kriżijiet u kunflitti kontinwi madwar id-dinja jista’ jinvolvi r-riskju li l-kapaċitajiet ta’ protezzjoni konsulari u/jew ta’ assistenza tal-Istati Membri jitgħabbew iżżejjed u jitlob, f’dan ir-rigward, li jissaħħu l-kapaċitajiet u r-riżorsi taċ-Ċentru ta’ Rispons għall-Kriżijiet tas-SEAE u l-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili; ifakkar fil-pożizzjoni li ilu jħaddan li jiġi applikat livell simili ta’ protezzjoni għall-persunal lokali fid-delegazzjonijiet tal-UE u fil-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PESK;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT>III.<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-QFP li jmiss u s-sorveljanza parlamentari tiegħu</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>99.</NO.P>Jemmen li hemm bżonn ta’ sorveljanza parlamentari istituzzjonalizzata aktar b’saħħitha tal-azzjoni esterna tal-UE, inklużi aċċess regolari u f’waqtu, iżda sikur, għal informazzjoni kunfidenzjali u briefings fil-Parlament Ewropew f’konformità mal-Artikolu 36 tat-TUE; jenfasizza l-ħtieġa ta’ aktar feedback mill-VP/RGħ u mis-SEAE dwar l-azzjonijiet meħuda u l-effetti miksuba sabiex jiġu ssodisfati r-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament deskritti fir-riżoluzzjonijiet dwar kwistjonijiet ta’ affarijiet barranin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>100.</NO.P>Jissottolinja li fil-PESK, li tinkludi l-PSDK, il-Parlament Ewropew jeżerċita l-funzjoni baġitarja tiegħu b’mod konġunt mal-Kunsill; ifakkar li l-Parlament Ewropew jeżerċita wkoll il-funzjoni ta’ kontroll politiku u ta’ konsultazzjoni rigward dawk il-politiki kif imsemmija fl-Artikolu 36 tat-TUE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>101.</NO.P>Ifakkar li f’konformità mal-Artikolu 41 tat-TUE, in-nefqa amministrattiva u operattiva kollha tal-PESK u tal-PSDK għandha tkun iddebitata lill-baġit tal-UE, ħlief għal tali nefqa li tirriżulta minn operazzjonijiet li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta’ difiża;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>102.</NO.P>Jissottolinja li d-deċiżjonijiet PESK u PSDK li jinvolvu nefqa dejjem jikkostitwixxu għażliet bażiċi għal dawn il-politiki u jridu jkunu soġġetti għal sorveljanza parlamentari; jistieden lill-VP/RGħ tikkonsulta lill-Parlament qabel ma tipproponi deċiżjonijiet tal-PESK jew tal-PSDK, u b’hekk tiżgura t-trasparenza u l-akkontabbiltà f’konformità mal-Artikolu 36 tat-TUE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>103.</NO.P>Ifakkar li l-eżerċizzju tal-funzjoni baġitarja tal-Parlament huwa marbut b’mod inseparabbli mal-funzjoni ta’ kontroll politiku u ta’ konsultazzjoni tiegħu; ifakkar li l-Artikolu 36 tat-TUE jistabbilixxi relazzjoni speċifika bejn il-VP/RGħ u l-Parlament Ewropew, li tikkostitwixxi prerekwiżit għall-eżerċizzju ta’ dawk il-funzjonijiet min-naħa tal-Parlament, u li l-VP/RGħ għandha tappoġġja lill-Parlament f’dak ir-rigward;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>104.</NO.P>Jiddispjaċih li l-baġit għall-missjonijiet ċivili tal-PSDK mhuwiex biżżejjed; ifakkar li l-għadd u l-kompiti ta’ missjonijiet bħal dawn żdiedu, l-ambjent tas-sigurtà sar aktar diffiċli, u l-kost tal-operazzjonijiet żdied; iħeġġeġ lill-Kunsill Ewropew jipprevedi żieda sostanzjali fil-finanzjament tal-PESK imqiegħed taħt intestatura separata tal-PESK ċivili u tal-Ġestjoni tal-Kriżijiet; jitlob li jiġi żgurat l-użu effiċjenti tal-fondi allokati għall-missjonijiet ċivili tal-PSDK sabiex jiġi żgurat li dawn il-missjonijiet ikunu jistgħu jirrispondu b’mod effettiv għal sitwazzjonijiet ta’ kriżi u avvenimenti mhux previsti; jistieden lill-VP/RGħ u lill-Kummissjoni jressqu proposti konġunti għal dawk il-finijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>105.</NO.P>Jinsab ferm imħasseb dwar il-fatt li s-SEAE strutturalment mhuwiex iffinanzjat biżżejjed u li dan diġà jinvolvi konsegwenzi negattivi serji u estensivi għall-azzjoni esterna tal-UE u għall-prestazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-UE f’dan il-qasam; jissottolinja li huwa meħtieġ approċċ speċifiku għall-baġit amministrattiv tas-SEAE u jfakkar li n-nuqqas ta’ azzjoni korrettiva jirriskja li jkollu impatt serju fuq ir-relazzjonijiet tal-UE ma’ pajjiżi terzi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>106.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="DASH"><INT.LI LEVEL="0">Jistieden lill-Kummissjoni biex, fil-proposta tagħha għall-QFP li jmiss taħt l-intestatura tal-azzjoni esterna tal-UE, tikkunsidra:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>riżorsi u kapaċitajiet robusti għall-azzjoni esterna tal-UE li jqisu x-xena internazzjonali dejjem aktar diffiċli, filwaqt li jfakkar f’dan ir-rigward li huwa kruċjali li l-appoġġ tal-UE għad-drittijiet tal-bniedem, għad-demokrazija u għall-iżvilupp f’pajjiżi terzi jissaħħaħ aktar;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>riżorsi għad-diplomazija diġitali tal-UE fid-dawl tal-kuntest attwali ta’ avvanzi teknoloġiċimgħaġġla u kompetizzjoni ġeopolitika;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>riżorsi għad-diplomazija ekoloġika;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>baġit iddedikat għal azzjonijiet speċifiċi tal-politika barranija tal-UE dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-aġenda dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà (WPS), sabiex il-perspettivi tal-ġeneru jiġu integrati fl-isforzi diplomatiċi u ta’ sigurtà tal-bniedem tal-UE,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>riżorsi għall-iskrutinju preventiv ta’ benefiċjarji potenzjali biex jiġi żgurat li l-fondi tal-UE taħt l-ebda ċirkostanza ma jappoġġjaw direttament jew indirettament attivitajiet, proġetti jew letteratura li jinċitaw il-vjolenza u l-mibegħda, inkluż l-antisemitiżmu, u biex jiġi żgurat li r-riċevituri kollha tal-finanzjament tal-UE jiġu mmonitorjati kif xieraq;</ITEM></LIST>
</ACTION><ACTION>
<NO.P>107.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta l-proposti tagħha għall-QFP li jmiss fl-ewwel semestru tal-2025 ħalli jkun hemm biżżejjed ħin biex jiġu nnegozjati l-programmi; jissottolinja l-bżonn ta’ nomenklatura baġitarja aktar dettaljata fl-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali, fl-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni u fil-baġit tal-PESK, li tippermetti lill-awtorità baġitarja tiffissa l-prijoritajiet politiċi u ġeografiċi fil-qafas tal-proċedura baġitarja annwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>108.</NO.P>Jissottolinja li kull kwistjoni li tqajmet qabel tirrikjedi rispons xieraq mill-eżekuttiv; jistieden lill-VP/RGħ tirrispondi malajr u bil-miktub lit-talbiet, lir-rikjesti u lit-tħassib tal-Parlament; iqis li d-dikjarazzjonijiet orali fil-kumitati jew fil-plenarja jistgħu jikkostitwixxu rispons suffiċjenti f’każijiet eċċezzjonali jew urġenti biss; jisħaq fuq il-fatt li, fil-kuntest ġeopolitiku diffiċli tal-lum, kooperazzjoni stretta u sħubija bejn il-Parlament Ewropew u l-VP/RGħ għandhom importanza strateġika; jistenna skambji aktar sistematiċi qabel l-adozzjoni ta’ mandati u strateġiji PESK u fluss imtejjeb ta’ informazzjoni dwar in-negozjati u l-implimentazzjoni tal-ftehimiet internazzjonali, kif ukoll tal-memoranda ta’ qbil; jistenna, barra minn hekk, li l-Parlament jiddaħħal effettivament fil-politiki u fl-azzjonijiet esterni kollha tal-UE b’tali mod li tiġi mobilizzata d-diplomazija parlamentari bħala appoġġ għall-isforzi tal-VP/RGħ;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>109.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>