<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0059</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni – rapport annwali 2024</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0012/2025 - Rapporteur: Isabel Wiseler-Lima)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' April 2025 dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni – rapport annwali 2024 (2024/2081(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 3, 8, 21 u 23 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 17 u 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u trattati u strumenti oħra tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet tal-bniedem,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta’ Ġinevra dwar it-Trattament tal-Priġunieri tal-Gwerra,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar ir-Rifuġjati tal-1951 u l-Protokoll tagħha tal-1967,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Prevenzjoni u l-Kastig tad-Delitt ta’ Ġenoċidju tal-1948 u r-Riżoluzzjoni 43/29 tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti tat-22 ta’ Ġunju 2020 dwar il-prevenzjoni tal-ġenoċidju,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Eliminazzjoni ta’ Kull Forma ta’ Diskriminazzjoni kontra n-Nisa tat-18 ta’ Diċembru 1979,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra (UNCAT) tal-10 ta’ Diċembru 1984 u l-Protokoll Fakultattiv tagħha, adottat fit-18 ta’ Diċembru 2002,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità tat-12 ta’ Diċembru 2006 u l-Protokoll Fakultattiv tagħha, adottati fit-13 ta’ Diċembru 2006,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Suppressjoni u l-Kastig tad-Delitt tal-Apartheid tal-1976,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta’ Intolleranza u ta’ Diskriminazzjoni Bbażata fuq Reliġjon jew Twemmin, ipproklamata mir-Riżoluzzjoni 36/55 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tal-25 ta’ Novembru 1981,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni li jagħmlu parti minn Minoranzi Nazzjonali, Etniċi, Reliġjużi u Lingwistiċi tat-18 ta’ Diċembru 1992,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, adottata b’kunsens mir-Riżoluzzjoni 53/144 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fid-9 ta’ Diċembru 1998,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-Nazzonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Popli Indiġeni tat-13 ta’ Settembru 2007,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Bdiewa u Persuni Oħra li Jaħdmu f’Żoni Rurali tat-28 ta’ Settembru 2018,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Programm ta’ Azzjoni tal-Konferenza Internazzjonali tal-Kajr dwar il-Popolazzjoni u l-Iżvilupp tal-1994, u l-konferenzi ta’ rieżami tagħha,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-20 ta’ Novembru 1989 u ż-żewġ Protokolli Fakultattivi għaliha, adottati fil-25 ta’ Mejju 2000,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ tal-Armi, li daħal fis-seħħ fl-24 ta’ Diċembru 2014, u l-Kodiċi ta’ Kondotta tal-UE dwar l-Esportazzjoni ta’ Armi tal-5 ta’ Ġunju 1998,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni u l-Pjattaforma ta’ Azzjoni ta’ Beijing tan-Nazzjonijiet Uniti ta’ Settembru 1995 u l-konferenzi ta’ rieżami tagħhom,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iżvilupp Sostenibbli adottata fil-25 ta’ Settembru 2015, u b’mod partikolari l-għanijiet 1, 3, 4, 5, 8, 10 u 16 tagħha,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Patt Globali tan-Nazzjonijiet Uniti għal Migrazzjoni Sikura, Ordnata u Regolari adottat fid-19 ta’ Diċembru 2018 u l-Patt Globali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar ir-Rifuġjati adottat fis-17 ta’ Diċembru 2018,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Istatut ta’ Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI) tas-17 ta’ Lulju 1998, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2002,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Qorti Kriminali Internazzjonali u l-Unjoni Ewropea dwar kooperazzjoni u assistenza tal-10 ta’ April 2006<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 115, 28.4.2006, p. 50, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2006/313/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropa tal-4 ta’ April 1997 dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tad-Dinjità tal-Bniedem fir-rigward tal-Applikazzjoni tal-Bijoloġija u l-Mediċina, u l-Protokolli Addizzjonali għalihom, tas-16 ta’ Mejju 2005 dwar il-Ġlieda kontra t-Traffikar tal-Bnedmin, u tal-25 ta’ Ottubru 2007 dwar il-Protezzjoni tat-Tfal kontra l-Isfruttament u l-Abbuż Sesswali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa tal-11 ta’ Mejju 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika (il-Konvenzjoni ta’ Istanbul), li mhux l-Istati Membri kollha rratifikaw, u li madankollu daħlet fis-seħħ għall-UE fl-1 ta’ Ottubru 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Protokolli Nru 6 u Nru 13 tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa tat-28 ta’ April 1983 dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali fir-rigward tal-Abolizzjoni tal-Piena tal-Mewt,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998 tas-7 ta’ Diċembru 2020 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 410 I, 7.12.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/1998/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 209, 14.6.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/947/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-22 ta’ Jannar 2024 dwar il-Prijoritajiet tal-UE fil-Fora tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem fl-2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija 2020-2024, adottat mill-Kunsill fis-17 ta’ Novembru 2020 u r-Rieżami ta’ Nofs it-Terminu tiegħu tad-9 ta’ Ġunju 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-27 ta’ Mejju 2024 dwar l-allinjament tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija 2020-2024 mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar il-Ġeneru III (GAP) III – aġenda ambizzjuża għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-għoti tas-setgħa lin-nisa fl-azzjoni esterna tal-UE (JOIN(2020)0017).
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-UE dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri għall-2020-2025 (COM(2020)0152),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-UE dwar l-Ugwaljanza tal-LGBTIQ 2020-2025 (COM(2020)0698),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal (COM(2021)0142),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità 2021-2030 (COM(2021)0101),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Pjan ta’ azzjoni tal-UE għall-ġlieda kontra r-razziżmu 2020-2025 (COM(2020)0565),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Qafas Strateġiku tal-UE għar-Rom għall-ugwaljanza, għall-inklużjoni u għall-parteċipazzjoni (COM(2020)0620),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, adottati mill-Kunsill fl-14 ta’ Ġunju 2004 u riveduti fl-2008, u t-tieni nota ta’ gwida dwar l-implimentazzjoni tal-Linji Gwida, approvata fl-2020,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar il-vjolenza fuq in-nisa u l-bniet u l-ġlieda kontra l-forom kollha ta’ diskriminazzjoni kontrihom, adottati mill-Kunsill fit-8 ta’ Diċembru 2008,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar il-promozzjoni tal-konformità mad-dritt umanitarju internazzjonali (IHL) tal-2005, kif aġġornati fl-2009,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar il-piena tal-mewt, kif aġġornati mill-Kunsill fit-12 ta’ April 2013,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE għall-promozzjoni u l-protezzjoni tat-tgawdija tad-drittijiet kollha tal-bniedem minn persuni LGBTI, adottati fl-24 ta’ Ġunju 2013,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tal-libertà ta’ reliġjon jew ta’ twemmin, adottati mill-Kunsill fl-24 ta’ Ġunju 2013,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar il-libertà tal-espressjoni online u offline, adottati mill-Kunsill fit-12 ta’ Mejju 2014,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar in-nondiskriminazzjoni fl-azzjoni esterna, adottati mill-Kunsill fit-18 ta’ Marzu 2019,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar l-ilma tax-xorb sikur u s-sanità, adottati mill-Kunsill fis-17 ta’ Ġunju 2019,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Linji Gwida riveduti tal-UE dwar il-politika tal-UE lejn pajjiżi terzi dwar it-tortura u t-trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, adottati mill-Kunsill fis-16 ta’ Settembru 2019,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Linji Gwida riveduti tal-UE dwar id-djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem mal-pajjiżi sħab/terzi, approvati mill-Kunsill fit-22 ta’ Frar 2021,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Linji Gwida riveduti tal-UE dwar it-tfal u l-konflitti armati, approvati mill-Kunsill fl-24 ta’ Ġunju 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Settembru 2012 bit-titolu “L-għeruq ta’ demokrazija u żvilupp sostenibbli: il-kooperazzjoni tal-Ewropa mas-Soċjetà Ċivili fir-relazzjonijiet esterni” (COM(2012)0492),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2023 dwar ir-rwol tal-ispazju ċiviku fil-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-UE,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2024/1760 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar id-diliġenza dovuta tas-sostenibbiltà korporattiva u li temenda d-Direttiva (UE) 2019/1937 u r-Regolament (UE) 2023/2859<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1760, 5.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1760/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Settembru 2022 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-projbizzjoni ta’ prodotti magħmulin b’xogħol furzat fis-suq tal-Unjoni (COM(2022)0453),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tat-3 ta’ Mejju 2023 għal regolament tal-Kunsill dwar miżuri restrittivi kontra atti serji ta’ korruzzjoni (JOIN(2023)0013),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport Annwali 2023 tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb tiegħu, li fl-2024 ġie mogħti lil María Corina Machado bħala l-mexxejja tal-forzi demokratiċi fil-Venezwela, u lill-President elett Edmundo González Urrutia, li jirrappreżentaw lill-Venezwelani kollha fil-pajjiż u barra minnu li qegħdin jiġġieldu biex jerġgħu jiġu stabbiliti l-libertà u d-demokrazija;
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Jannar 2019 dwar il-Linji Gwida tal-UE u l-mandat tal-Mibgħut Speċjali tal-UE dwar il-promozzjoni tal-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin barra l-UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 411, 27.11.2020, p. 30.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Ottubru 2020 dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri fil-politika estera u ta’ sigurtà komuni tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 404, 6.10.2021, p. 202.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Mejju 2021 dwar il-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u l-politika barranija tal-UE dwar il-migrazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 15, 12.1.2022, p. 70.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Lulju 2021 dwar ir-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem (l-Att Magnitsky tal-UE)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 99, 1.3.2022, p. 152.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta’ Frar 2024 dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni – rapport annwali 2023<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/6741, 26.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6741/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar rapporti annwali preċedenti,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt (magħrufa bħala riżoluzzjonijiet ta’ urġenza), adottati f’konformità mal-Artikolu 150 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, b’mod partikolari dawk adottati fl-2023 u fl-2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A10-0012/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-UE hija msejsa fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, kif stipulat fl-Artikoli 2 u 21 tat-TUE; billi l-azzjoni tal-UE madwar id-dinja trid tkun ggwidata mill-universalità u l-indiviżibbiltà tad-drittijiet tal-bniedem u mill-fatt li l-protezzjoni u d-difiża effettivi tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija jinsabu fil-qalba tal-azzjoni esterna tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi d-deċiżjonijiet tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem huma parti essenzjali mill-arkitettura tad-drittijiet tal-bniedem fl-Ewropa;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-konsistenza u l-koerenza fost il-politiki interni u esterni tal-UE huma essenzjali għall-kisba ta’ politika effettiva u kredibbli tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem, u għad-difiża u l-appoġġ tal-libertà u d-demokrazija;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi s-sistemi demokratiċi huma l-aktar adatti biex jiggarantixxu li kull persuna jkollha l-ħila tgawdi d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali tagħha; billi l-multilateraliżmu effettiv ibbażat fuq ir-regoli huwa l-aħjar sistema organizzattiva għad-difiża tad-demokraziji;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-UE temmen bil-qawwa u tappoġġja għalkollox il-multilateraliżmu, ordni dinji bbażat fuq ir-regoli u s-sett ta’ valuri, prinċipji u normi universali li jiggwidaw lill-istati membri tan-NU, u li l-istati membri tan-NU wegħdu li jirrispettaw, f’konformità mal-Karta tan-NU; billi dinja ta’ demokraziji, mifhuma bħala dinja ta’ sistemi politiċi li jiddefendu u jipproteġu d-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja, hija dinja aktar sikura, peress li d-demokraziji għandhom kontrolli u bilanċi sinifikanti fis-seħħ biex jipprevjenu l-imprevedibbiltà tal-awtokraziji;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri hija fundamentali għall-iżvilupp ta’ soċjetajiet ħielsa u ekwi; billi d-drittijiet tal-bniedem tan-nisa, tal-bniet u tal-persuni mhux binarji għadhom mhumiex iggarantiti fid-dinja kollha u l-ispazju għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, speċjalment l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tan-nisa, indiġeni u ta’ bażi, qed jiċkien f’ħafna pajjiżi;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi ż-żieda fl-awtoritarjaniżmu, it-totalitarjaniżmu u l-populiżmu thedded l-ordni globali bbażat fuq ir-regoli, il-protezzjoni u l-promozzjoni tal-libertà u tad-drittijiet tal-bniedem fid-dinja, kif ukoll il-valuri u l-prinċipji li fuqhom hija msejsa l-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi f’Diċembru 2023, id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem iċċelebrat il-75 anniversarju tagħha; billi llum, aktar minn qatt qabel sa minn meta twaqqfu n-NU, ir-reġimi totalitarji jisfidaw il-prinċipji bażiċi tal-Karta tan-NU, ifittxu li jiktbu mill-ġdid in-normi internazzjonali, idgħajfu l-istituzzjonijiet multilaterali u jheddu l-paċi u s-sigurtà globalment;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi f’Novembru 2024, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal iċċelebrat il-35 anniversarju tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi d-Dikjarazzjoni u l-Pjattaforma ta’ Azzjoni ta’ Beijing tan-Nazzjonijiet Uniti jitqiesu bħala punt ta’ bidla fid-direzzjoni għall-aġenda globali dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, u se jiċċelebraw it-30 anniversarju tagħhom fl-2025;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-leġittimità u l-funzjonament tal-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli jiddependu mill-konformità mal-ordnijiet ta’ korpi internazzjonali, bħar-riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali u tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti u l-ordnijiet u d-deċiżjonijiet tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja u l-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI); billi l-multilateraliżmu qed iħabbat wiċċu ma’ sfidi minħabba theddid dinji li kulma jmur qed jiżdied, bħat-terroriżmu u l-estremiżmu, li jhedded il-konformità ma’ tali ordnijiet u deċiżjonijiet, kif ukoll, b’mod ġenerali, mad-dispożizzjonijiet tad-dritt internazzjonali, id-dritt dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali f’sitwazzjonijiet ta’ kunflitt li qed jitfaċċaw u li għaddejjin bħalissa; billi l-istituzzjonijiet internazzjonali, l-uffiċjali tagħhom, u dawk li jikkooperaw magħhom, huma s-suġġett ta’ attakki u theddid; billi l-komunità internazzjonali, inkluża l-UE, għandha responsabbiltà li tirrispetta l-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli billi tinforza l-konformità universali, inkluż mis-sħab tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-Istatut ta’ Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali jistabbilixxi qafas ta’ obbligu ta’ rendikont għall-ġenoċidju, id-delitti kontra l-umanità u d-delitti tal-gwerra; billi l-indipendenza tal-QKI hija vitali biex jiġi żgurat li l-ġustizzja ssir b’mod imparzjali u mingħajr indħil politiku;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi r-Rieżami ta’ Nofs it-Terminu tal-2023 tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija 2020-2024, li issa huwa estiż sal-2027, wera li, minkejja l-progress miksub sa issa, jeħtieġ li jsir aktar, b’kooperazzjoni mas-sħab demokratiċi tal-istess fehma, b’mod speċjali fil-kuntest tal-isfidi mingħajr preċedent li esperjenzat id-dinja sa mill-adozzjoni tiegħu;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem (DDB) u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (OSĊ) huma sħab kruċjali fl-isforzi tal-UE biex tissalvagwardja u tavvanza d-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt, kif ukoll biex tipprevjeni l-konflitti madwar id-dinja; billi l-atturi statali u mhux statali madwar id-dinja kulma jmur qegħdin dejjem aktar jiċċensuraw, isikktu u jiffastidjaw, fost l-oħrajn, lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, il-ġurnalisti, il-komunitajiet reliġjużi, il-mexxejja tal-oppożizzjoni u gruppi vulnerabbli oħra fil-ħidma tagħhom, u b’hekk ikomplu jċekknu l-ispazju ċivili; billi din l-imġiba tinkludi miżuri fosthom kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika (SLAPPs), politiki governattivi restrittivi, repressjoni transnazzjonali, kampanji ta’ malafama, diskriminazzjoni, intimidazzjoni u vjolenza, inkluż eżekuzzjonijiet extraġudizzjarji u extraterritorjali, ħtif, u arresti u detenzjoni arbitrarji; billi l-attakki fuq id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem qegħdin kulma jmur jestendu u jinkludu l-qraba u l-komunitajiet tagħhom, inkluż dawk li jgħixu fl-eżilju;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri huwa valur ewlieni tal-UE, u d-drittijiet tal-bniedem tan-nisa u l-bniet, inkluż id-drittijiet sesswali u riproduttivi tagħhom, għadhom qed jinkisru madwar id-dinja; billi n-nisa jesperjenzaw impatti uniċi u sproporzjonati mill-kunflitti, it-tibdil fil-klima u l-migrazzjoni, inkluż riskji akbar ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru, emarġinazzjoni ekonomika u ostakli għall-aċċess għar-riżorsi; billi d-difensuri nisa tad-drittijiet tal-bniedem u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili qed ikomplu jesperjenzaw spazju li qed jiċkien għall-ħidma kritika tagħhom, kif ukoll theddid ta’ vjolenza, fastidju u intimidazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi s-sena li għaddiet kienet ikkaratterizzata minn proliferazzjoni ulterjuri ta’ liġijiet dwar “aġenti barranin” jew dwar “influenza barranija” f’pajjiżi bi status ta’ kandidati tal-UE, li għandhom fil-mira tagħhom l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-mezzi tal-media u li jippruvaw iżommuhom milli jirċievu appoġġ finanzjarju minn barra l-pajjiż, inkluż mill-UE u l-Istati Membri tagħha, u b’hekk irawmu klima ta’ biża’ u awtoċensura;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi fl-2024, aktar minn nofs il-popolazzjoni tad-dinja marret tivvota f’elezzjoni, u ħafna minn dawn l-elezzjonijiet kienu kkaratterizzati minn manipulazzjoni, diżinformazzjoni u tentattivi ta’ ndħil minn ġewwa l-pajjiż jew barra minnu;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi l-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa tal-2024 minn Reporters Mingħajr Fruntieri (RSF) iwissi dwar tnaqqis fl-intenzjoni tal-istati u ta’ forzi politiċi oħra li jħarsu l-libertà tal-istampa; billi, skont ir-Round-up tal-2024 tal-RSF, inqatlu 54 ġurnalist u ħaddiem tal-media, il-biċċa l-kbira tagħhom f’żoni ta’ kunflitt, 550 kienu qed jiġu detenuti, 55 kienu qed jinżammu bħala ostaġġi, u 95 kienu neqsin fl-2024;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi 251 miljun tifel, tifla, żagħżugħ u żagħżugħa huma mċaħħda mid-dritt fundamentali tagħhom għall-edukazzjoni u għadhom mingħajr aċċess għall-iskola, skont ir-Rapport ta’ Monitoraġġ tal-Edukazzjoni Globali 2024 tal-UNESCO; billi l-bniet u n-nisa jintlaqtu negattivament mhux biss mill-faqar iżda wkoll min-normi kulturali, il-preġudizzju tal-ġeneru, iż-żwieġ tat-tfal u l-vjolenza permezz ta’ politiki uffiċjali diskriminatorji li jżommuhom milli jkollhom aċċess għall-edukazzjoni u għas-suq tax-xogħol u jippruvaw jeliminawhom għalkollox mill-ħajja pubblika;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi mill-anqas miljun persuna jinsabu l-ħabs b’mod inġust għal raġunijiet politiċi, fosthom diversi rebbieħa u finalisti tal-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb tal-Parlament Ewropew;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi, skont l-Artikolu 21 tat-TUE, l-Unjoni trid tfittex li tiżviluppa relazzjonijiet u tibni sħubijiet ma’ pajjiżi terzi abbażi, fost prinċipji oħra, tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-universalità u l-indiviżibbiltà tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-prinċipji tal-ugwaljanza u s-solidarjetà, u r-rispett għall-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u tad-dritt internazzjonali; billi bosta sħab tal-UE, minkejja li ilhom snin sħaħ jibbenefikaw minn diversi preferenzi u vantaġġi li jirriżultaw minn ftehimiet li għandhom mal-UE, qed jonqsu milli jikkonformaw mal-obbligi tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi l-ħsara lill-ambjent u l-impatti tat-tibdil fil-klima qed jintensifikaw il-prekarjetà, il-marġinalizzazzjoni u l-inugwaljanza, u qed iġiegħlu dejjem aktar lin-nies jitilqu minn djarhom jew jinqabdu f’kundizzjonijiet mhux sikuri, u b’hekk iżidu l-vulnerabbiltà tagħhom u jipperikolaw id-drittijiet tal-bniedem tagħhom;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-isfidi globali għad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jafferma mill-ġdid l-universalità, l-interdipendenza, l-interrelazzjoni u l-indiviżibbiltà tad-drittijiet tal-bniedem u d-dinjità inerenti ta’ kull bniedem; jafferma mill-ġdid id-dmir tal-UE u l-Istati Membri tagħha li jippromovu u jipproteġu d-demokrazija u l-universalità tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jmexxu bl-eżempju, f’konformità mal-valuri tal-Unjoni, biex jippromwovu u jiddefendu b’mod strett id-drittijiet tal-bniedem u l-ġustizzja internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinsisti li r-rispett, il-protezzjoni u t-twettiq tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali jridu jkunu l-ġebla tax-xewka tal-politika esterna tal-UE, f’konformità mal-prinċipji fundaturi tagħha; iħeġġeġ bil-qawwa lill-UE u lill-Istati Membri tagħha, għal dak il-għan, biex jistinkaw għal impenn ambizzjuż kontinwu biex il-libertà, id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem u l-ħarsien tagħhom isiru parti ċentrali mill-politiki kollha tal-UE b’mod simplifikat u biex tissaħħaħ il-konsistenza bejn il-politiki interni u esterni tal-UE f’dan il-qasam, inkluż permezz tal-ftehimiet internazzjonali kollha tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jisħaq li l-UE jeħtiġilha tkun imħejjija għalkollox biex tiġġieled iż-żieda fl-awtoritarjaniżmu, it-totalitarjaniżmu u l-populiżmu, kif ukoll il-ksur li dejjem jiżdied tal-prinċipji tal-universalità tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u d-dritt umanitarju internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jikkundanna x-xejra dejjem tikber ta’ ksur u abbużi tad-drittijiet tal-bniedem u tal-prinċipji u l-valuri demokratiċi madwar id-dinja, bħal pereżempju, fost l-oħrajn, it-theddid ta’ rigress fid-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari d-drittijiet tan-nisa, kif ukoll l-eżekuzzjonijiet, il-qtil extraġudizzjarju, l-arresti u d-detenzjonijiet arbitrarji, it-tortura u t-trattament ħażin, il-vjolenza abbażi tal-ġeneru, it-trażżin tas-soċjetà ċivili, l-avversarji politiċi, gruppi emarġinati u vulnerabbli inkluż it-tfal u l-anzjani, il-migranti, ir-rifuġjati u l-persuni li jfittxu asil, u l-minoranzi etniċi u reliġjużi; jikkundanna, bl-istess mod, l-iskjavitù u x-xogħol furzat, l-użu eċċessiv tal-vjolenza mill-awtoritajiet pubbliċi, inkluż it-trażżin vjolenti ta’ protesti paċifiċi u assemblej oħra, id-diskriminazzjoni sistematika u strutturali, l-istrumentalizzazzjoni tal-ġudikatura, iċ-ċensura tal-media indipendenti, u t-theddid kontriha, inkluż it-theddid fl-isfera diġitali bħas-sorveljanza online u l-għeluq tal-internet, l-attakki politiċi kontra l-istituzzjonijiet internazzjonali u l-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli, u l-użu li qed jiżdied ta’ metodi ta’ gwerra illegali bi ksur serju tad-dritt umanitarju internazzjonali u tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem; jiddeplora d-dgħufija tal-protezzjoni tal-istituzzjonijiet u l-proċessi demokratiċi, u l-ispazju li qed jiċkien għas-soċjetajiet ċivili madwar id-dinja; jiddenunzja r-repressjoni transnazzjonali, minn reġimi illiberali, ta’ ċittadini u attivisti li fittxew rifuġju barra minn pajjiżhom, inkluż fit-territorju tal-UE; jikkundanna l-arrest u s-sentenza minn qorti Alġerina għal ħames snin ħabs tal-kittieb Franko-Alġerin Boualem Sansal; jitlob għal ħelsien immedjat tiegħu u jittama li l-awtoritajiet Alġerini jaraw il-ħtieġa urġenti għal dan;;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jinnota bi tħassib kbir il-kriżi internazzjonali li għaddejja bħalissa fl-obbligu ta’ rendikont u l-isfida għall-isforzi biex tintemm l-impunità għall-ksur ta’ normi essenzjali tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali f’kunflitti madwar id-dinja; jafferma mill-ġdid in-newtralità u l-importanza tal-għajnuna umanitarja fil-kunflitti u l-kriżijiet kollha; jissottolinja l-konsegwenzi serji tal-iskreditar u l-attakki fuq l-organizzazzjonijiet ta’ fora multilaterali, bħan-NU, li jistgħu jrawmu kultura ta’ impunità u jdgħajfu l-fiduċja fis-sistema tan-NU u fil-funzjonament tagħha; jistieden lill-UE tirrispetta s-sistema legali internazzjonali u tieħu miżuri effettivi biex tinforza l-konformità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li hemm ukoll “punti pożittivi dwar id-drittijiet tal-bniedem” f’dan il-kuntest ta’ sfidi kbar għad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja; jenfasizza, b’mod partikolari, il-ħidma tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza l-ħtieġa ta’ komunikazzjoni aktar strateġika dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija billi jinxterdu aħbarijiet dwar riżultati pożittivi, politiki u l-aħjar prattiki; jappoġġja l-Inizjattiva ta’ Stejjer Pożittivi dwar id-Drittijiet tal-Bniedem bħala mod kif jiġu promossi stejjer pożittivi dwar id-drittijiet tal-bniedem, u jirrakkomanda li tiġi aġġornata; jissottolinja r-rwol importanti tad-diplomazija pubblika u kulturali tal-UE, kif ukoll tar-relazzjonijiet kulturali internazzjonali, fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, u jitlob lit-Taqsima tal-Komunikazzjoni Strateġika u l-Prospettiva tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) żżid l-isforzi tagħha f’dan ir-rigward;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">It-tisħiħ tas-sett ta’ għodod tal-UE għall-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija madwar id-dinja</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jinnota bi tħassib id-distakk dejjem jiżdied madwar id-dinja; jisħaq fuq ir-responsabbiltà kondiviża tal-UE li tkompli tiddefendi l-valuri u l-prinċipji demokratiċi u d-drittijiet tal-bniedem, il-ġustizzja internazzjonali, il-paċi u d-dinjità madwar id-dinja, li huma saħansitra aktar importanti li jiġu difiżi fl-istat volatili attwali tal-politika globali; jistieden lill-UE żżomm il-kanali ta’ komunikazzjoni miftuħa mal-partijiet ikkonċernati differenti u tkompli tiżviluppa sett ta’ għodod komprensiv biex jissaħħu d-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija madwar id-dinja;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Il-pjan ta’ azzjoni tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Josserva li l-UE u l-Istati Membri tagħha għamlu progress sostanzjali fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, għalkemm ma laħqux l-għanijiet kollha tiegħu, parzjalment anke minħabba l-isfidi mingħajr preċedent li esperjenzat id-dinja sa mill-adozzjoni tiegħu; jilqa’, f’dan is-sens, l-estensjoni tal-pjan ta’ azzjoni sal-2027, bil-għan li jiġu mmassimizzati s-sinerġiji u l-komplementarjetà bejn id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fil-livelli lokali, nazzjonali u globali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Ir-Rappreżentant Speċjali tal-UE (RSUE) għad-Drittijiet tal-Bniedem</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jappoġġja bis-sħiħ il-ħidma tar-RSUE għad-Drittijiet tal-Bniedem fil-kontribut għall-viżibbiltà u l-koerenza tal-azzjonijiet tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem fir-relazzjonijiet esterni tagħha; isostni r-rwol ċentrali tar-RSUE fil-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tal-UE billi jinvolvi ruħu ma’ pajjiżi mhux tal-UE u sħab tal-istess fehma; jissottolinja l-ħtieġa ta’ kooperazzjoni mill-qrib bejn ir-RSUE għad-Drittijiet tal-Bniedem u RSUE u Mibgħuta Speċjali oħra sabiex tittejjeb aktar din il-koerenza, u jappella għal viżibbiltà akbar għar-rwol tar-RSUE għad-Drittijiet tal-Bniedem; jitlob li r-RSUE jingħata appoġġ fil-ħidma tiegħu permezz ta’ aktar riżorsi u koordinazzjoni aħjar mad-delegazzjonijiet tal-UE madwar id-dinja; jiddispjaċih, minkejja talbiet kontinwi, dwar l-esklużjoni tal-Parlament mill-proċess tal-għażla tar-RSUE; jinsisti fuq il-ħtieġa li r-RSUE jirrapporta lura lill-Parlament b’mod regolari;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">L-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali u l-programm tematiku dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Ifakkar fir-rwol fundamentali tal-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali (NDICI) – Ewropa Globali, inkluż il-programm tematiku tiegħu dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, bħala strument emblematiku tal-UE fil-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija madwar id-dinja; jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm involviment mas-soċjetà ċivili fl-attivitajiet esterni rilevanti kollha tal-UE, inkluż il-Global Gateway li hija ffinanzjata permezz ta’ NDICI-Ewropa Globali; itenni l-importanza li jiġi ssimplifikat approċċ ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem fl-istrumenti tal-azzjoni esterna tal-UE; jissottolinja r-rwol tal-Parlament fil-proċess ta’ programmazzjoni tal-istrument u jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jaqsmu l-informazzjoni rilevanti kollha fil-ħin sabiex il-Parlament ikun jista’ jaqdi r-rwol tiegħu kif xieraq, b’mod partikolari waqt djalogi ġeopolitiċi ta’ livell għoli mal-Kummissjoni u fil-proċess ta’ rieżami ta’ nofs it-terminu kif ukoll fir-riżoluzzjoniiet tiegħu; jistieden lis-SEAE u lill-Kummissjoni jiżguraw li jingħata rispons għall-ittri ta’ rakkomandazzjoni miktuba wara kull djalogu ġeopolitiku u kull riżoluzzjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżviluppa u tvara sit web komprensiv u ċentralizzat iddedikat għall-NDICI-Ewropa Globali, inkluż informazzjoni dwar il-programmi indikattivi pluriennali kollha, b’dettalji dwar il-baġits rispettivi tagħhom, l-azzjonijiet assoċjati u l-allokazzjonijiet finanzjarji li qed jappoġġjaw, organizzati kemm skont il-pajjiż kif ukoll skont it-tema; jinnota li l-NDICI-Ewropa Globali u l-istrumenti futuri kollha jridu jiffukaw fuq il-muturi fundamentali tal-isfidi kontinwi, inkluż il-ħtieġa li tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-komunitajiet lokali u l-attivitajiet ta’ appoġġ għad-demokrazija billi jiġi appoġġjat l-iżvilupp ekonomiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jitlob li jsiru valutazzjonijiet <STRING ITALIC="on">ex ante</STRING> indipendenti biex jiġu determinati l-implikazzjonijiet u r-riskji possibbli tal-proġetti fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem, f’konformità mal-Artikolu 25(5) tar-Regolament (UE) 2021/947; jitlob monitoraġġ indipendenti tad-drittijiet tal-bniedem matul l-implimentazzjoni ta’ proġetti f’pajjiżi terzi, speċjalment fir-rigward ta’ proġetti li jinvolvu riskju kbir ta’ każijiet ta’ ksur; jitlob li jiġu sospiżi l-proġetti li jikkontribwixxu direttament jew indirettament għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem f’pajjiżi terzi; itenni l-projbizzjoni fuq l-allokazzjoni ta’ fondi tal-UE għal attivitajiet li jmorru kontra l-valuri fundamentali tal-UE, bħat-terroriżmu jew l-estremiżmu; jistieden lill-Kummissjoni tikkondividi l-valutazzjonijiet kollha marbuta mad-drittijiet tal-bniedem mal-Parlament b’mod proattiv;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Il-ftehimiet kummerċjali u internazzjonali tal-UE</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu biex fil-ftehimiet bejn l-UE u l-pajjiżi terzi jiġu inklużi valutazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u klawżoli robusti dwar id-drittijiet tal-bniedem, appoġġjati minn sett ċar ta’ paramentri referenzjarji u proċeduri li għandhom jiġu segwiti f’każ ta’ ksur; jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jiżguraw li l-klawżoli dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-ftehimiet internazzjonali attwali jiġu mmonitorjati b’mod attiv u infurzati b’mod effettiv u jtejbu l-komunikazzjoni tagħhom mal-Parlament dwar kunsiderazzjonijiet u deċiżjonijiet rigward dan l-infurzar; itenni li quddiem ksur persistenti tal-klawżoli tad-drittijiet tal-bniedem minn pajjiżi sħab tagħha, inkluż dawk relatati mal-programm tal-Iskema Ġeneralizzata ta’ Preferenzi Plus, l-UE għandha tirreaġixxi malajr u b’mod deċiżiv, inkluż billi tissospendi l-ftehimiet ikkonċernati jekk għażliet oħra jirriżultaw ineffettivi; jitlob li tiġi implimentata r-rakkomandazzjoni tal-Ombudsman tal-UE dwar il-ħolqien ta’ portal għat-trattament tal-ilmenti, fil-qafas tal-istrumenti kummerċjali u finanzjarji tal-UE, jew li l-Punt ta’ Dħul Uniku tal-Kummissjoni jiġi adatt biex jagħti lok li jiġu ppreżentati lmenti rigward in-nuqqas ta’ konformità mal-klawżoli tad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE jinvolvu ruħhom b’mod regolari mal-komunità tan-negozju u mas-soċjetà ċivili sabiex isaħħu r-rabtiet bejn il-kummerċ internazzjonali, id-drittijiet tal-bniedem u s-sigurtà ekonomika; jistieden lill-UE tiżgura l-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem permezz tal-investimenti u l-proġetti tal-Global Gateway tagħha, billi tiżgura li ma jagħmlu l-ebda ħsara;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Id-djalogi tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jisħaq fuq ir-rwol importanti tad-djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem fis-sett ta’ għodod tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem u bħala mezz ewlieni għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija; jenfasizza li dawn id-djalogi jridu jindirizzaw is-sitwazzjoni kumplessiva tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija mal-pajjiżi rilevanti; jinnota li d-djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem għandhom jitqiesu bħala element ewlieni ta’ impenn sostnut tal-UE u mhux bħala strument awtonomu, u li n-nuqqas persistenti ta’ pajjiżi terzi li jinvolvu ruħhom ġenwinament fid-djalogi u jimplimentaw riżultati ewlenin għandu jwassal għall-użu ta’ għodod oħra adatti tal-politika barranija; ifakkar li dawn id-djalogi jeħtieġ li jintużaw flimkien u f’sinerġija ma’ strumenti oħra, bl-użu ta’ approċċ ta’ “aktar għal aktar” u “anqas għal anqas”; itenni l-ħtieġa li jitqajmu każijiet individwali, b’mod partikolari dawk tar-rebbieħa tal-Premju Sakharov u dawk enfasizzati mill-Parlament fir-riżoluzzjonijiet tiegħu, u li jiġi żgurat segwitu adegwat; jistieden lis-SEAE u lid-delegazzjonijiet tal-UE jżidu l-viżibbiltà ta’ dawn id-djalogi u l-eżiti tagħhom, u jiżguraw li jkunu orjentati lejn ir-riżultati u msejsa fuq sett ċarr ta’ parametri referenzjarji li jista’ jiġi inkluż f’dikjarazzjoni għall-istampa konġunta ppubblikata, u jwettqu azzjoni ta’ segwitu xierqa fuqu; jappella għal involviment imsaħħaħ u b’sinifikat tas-soċjetà ċivili fid-djalogi; jenfasizza li jeħtieġ li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili ġenwini ma jinżammux milli jipparteċipaw fid-djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem u li kwalunkwe djalogu jrid jinkludi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili ġenwini kollha mingħajr ebda limitazzjoni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Ir-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem (GHRSR – l-Att Magnitsky tal-UE)</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jilqa’ l-użu dejjem jiżdied tal-GHRSR tal-UE bħala għodda politika ewlenija fid-difiża tal-UE tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija madwar id-dinja; jiddispjaċih, madankollu, li l-użu tiegħu kompla jkun limitat, speċjalment fix-xenarju ġeopolitiku attwali; jinnota, madankollu, l-isfidi li r-rekwiżit tal-unanimità joħloq fl-adozzjoni tas-sanzjonijiet u jtenni t-talba tiegħu lill-kunsill biex jintroduċi votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata għal deċiżjonijiet dwar il-GHRSR; ifakkar, f’dan ir-rigward, fit-talba formali mressqa mill-Parlament lill-Kunsill fl-2023, dwar it-talba għal konvenzjoni ta’ riforma tal-UE, bl-għan, fost l-oħrajn, li jiżdied l-għadd ta’ deċiżjonijiet meħuda b’maġġoranza kwalifikata; jitlob użu aktar qawwi tal-GHRSR u reġimi ta’ sanzjonijiet ad hoc oħra fil-każ ta’ dawk responsabbli għal ksur serju tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali, inkluż uffiċjali ta’ livell għoli; jappoġġja bis-sħiħ il-possibbiltà li jiġu imposti sanzjonijiet immirati kontra l-korruzzjoni fi ħdan il-qafas tal-UE f’dan ir-rigward, li ilha prijorità tal-Parlament għal żmien twil, kemm jekk permezz tal-inklużjoni tiegħu fil-GHRSR jew fl-ambitu ta’ reġim differenti; jenfasizza l-ħtieġa tal-infurzar sħiħ tas-sanzjonijiet u jappella biex jiġu ttrattati ċ-ċirkomvenzjonijiet;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Attivitajiet ta’ appoġġ għad-demokrazija</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Itenni t-tħassib tiegħu dwar l-attakki dejjem jiżdiedu minn reġimi awtoritarji u illiberali kontra l-prinċipji, il-valuri u l-pluraliżmu demokratiċi; jisħaq li d-difiża u l-appoġġ tad-demokrazija madwar id-dinja qed isiru dejjem aktar ta’ interess ġeopolitiku u strateġiku; jenfasizza l-importanza tal-isforzi tal-Parlament fil-bini tal-kapaċitajiet għall-parlamenti sħab, filwaqt li jippromwovi l-medjazzjoni u jħeġġeġ kultura ta’ djalogu u kompromess, b’mod speċjali fost il-mexxejja politiċi, u jagħti s-setgħa lill-parlamenti, DDB u rappreżentanti nisa mis-soċjetà ċivili u l-media indipendenti; itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni biex tkompli u tespandi l-attivitajiet tagħha f’dawn l-oqsma billi żżid il-finanzjament u l-appoġġ għall-korpi, l-aġenziji u organizzazzjonijiet oħra bbażati fuq l-għotjiet tal-UE; jisħaq fuq l-importanza kritika li jingħata appoġġ dirett lis-soċjetà ċivili u lill-persuni li jesprimu fehmiet kuntrarji, b’mod partikolari fil-klima attwali ta’ tensjonijiet globali dejjem jikbru u repressjoni f’għadd dejjem jiżdied ta’ pajjiżi; itenni l-importanza tal-missjonijiet ta’ osservazzjoni elettorali tal-UE u l-kontribut tal-Parlament għall-iżvilupp u t-tisħiħ tal-metodoloġija tagħhom; jitlob li jiġi żviluppat sett ta’ għodod tal-UE biex jintuża f’każijiet ta’ riżultati elettorali kkontestati jew mhux trasparenti, għall-prevenzjoni ta’ kriżijiet politiċi u militari fl-ambjent ta’ wara l-elezzjoni; jitlob azzjoni msaħħa tal-UE biex jiġu miġġielda l-messaġġi manipulattivi u foloz kontra l-UE fil-kampanji elettorali, b’mod partikolari f’pajjiżi li jirċievu għajnuna umanitarja u għall-iżvilupp sinifikanti mingħand l-UE u f’pajjiżi kandidati għas-sħubija fl-UE; jappella għal kollaborazzjoni mtejba bejn il-Grupp tal-Parlament għas-Sostenn għad-Demokrazija u Koordinazzjoni tal-Elezzjonijiet, id-direttorati ġenerali rilevanti tal-Kummissjoni u s-SEAE; jitlob lill-UE tqajjem kwistjonijiet li jirrigwardaw l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, inklużi s-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati, ma’ pajjiżi mhux tal-UE; jitlob li d-djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem jingħataw aktar viżibbiltà, filwaqt li jiġi żgurat li jkunu orjentati biex jiksbu r-riżultati u bbażati fuq sett ċar ta’ parametri referenzjarji li jippermettu monitoraġġ effettiv, inkluż permezz ta’ konsultazzjoni effettiva <STRING ITALIC="on">ex ante</STRING> u <STRING ITALIC="on">ex post</STRING> mas-soċjetà ċivili u permezz tal-pubblikazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet għall-istampa konġunti u t-twettiq ta’ azzjonijiet ta’ segwitu xierqa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jissottolinja l-importanza li tissaħħaħ il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-sistemi demokratiċi sabiex tiġi indirizzata d-diskrepanza fir-rappreżentanza tan-nisa relatata mat-teħid tad-deċiżjonijiet; jitlob li l-azzjoni esterna tal-UE tiffaċilita parteċipazzjoni aħjar tan-nisa fil-politika, fin-negozju u fis-soċjetà ċivili;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">L-appoġġ tal-UE għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jinsab imħasseb ħafna dwar ir-restrizzjoni kontinwa tal-ispazju tas-soċjetà ċivili u ż-żieda fit-theddid għall-ħidma tad-difensuri tad-drittijet tal-bniedem u tal-membri tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, kif ukoll il-familji, il-komunitajiet u l-avukati tagħhom, u jqis li l-fatt li l-mezzi użati għall-persekuzzjoni tagħhom huma kulma jmur dejjem aktar sofistikati huwa partikolarment ta’ tħassib; jikkundanna bil-qawwa d-detenzjonijiet arbitrarji u l-qtil tagħhom; jiddeplora l-fastidju li jġarrbu l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili permezz ta’ dispożizzjonijiet leġiżlattivi bħal-liġijiet tal-aġenti barranin u oħrajn simili, u r-restrizzjonijiet oħra li jħabbtu wiċċhom magħhom; jiddeplora l-fatt li d-difensuri nisa tad-drittijiet tal-bniedem qed ikomplu jħabbtu wiċċhom ma’ każijiet ta’ ksur bla waqfien u dejjem aktar sofistikat kontrihom, inkluż qtil immirat, attakki fiżiċi, għajbien, kampanji ta’ malafama, arresti, fastidju ġudizzjarju u intimidazzjoni; jinnota bi tħassib li dawn l-attakki donnu li huma mfassla biex isikktu b’mod sistematiku lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem nisa u jneħħu l-vuċijiet tagħhom mill-isfera pubblika; jappoġġja bis-sħiħ il-ħidma tad-DDB u l-azzjoni tal-UE biex tiżgura l-protezzjoni tagħhom madwar id-dinja; jissottolinja l-ħtieġa urġenti ta’ reviżjoni komprensiva u f’waqtha tal-Linji Gwida tal-UE dwar id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, bil-għan li jiġu indirizzati l-isfidi u t-theddid emerġenti, u li jiġu żgurati l-applikabbiltà u l-effettività tagħhom fil-protezzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fid-dinja, filwaqt li jiġu integrati approċċi sensittivi għall-ġeneru u intersezzjonali fil-Linji Gwida aġġornati, li jirriflettu l-isfondi u l-esperjenzi varjati tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, u jitqiesu l-vulnerabbiltajiet speċifiċi li jistgħu jħabbtu wiċċhom magħhom; jappella għall-applikazzjoni sħiħa u konsistenti tal-Linji Gwida tal-UE dwar id-DDB mill-UE u l-Istati Membri tagħha; jitlob sforzi biex jitjiebu l-istrateġiji tal-komunikazzjoni biex tiżdied il-viżibbiltà tal-azzjonijiet u l-kanali tal-UE għall-protezzjoni u l-appoġġ tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Iqajjem tħassib serju dwar il-fenomenu li kulma jmur qed jikber ta’ repressjoni transnazzjonali kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-ġurnalisti u s-soċjetà ċivili; jitlob it-tfassil ta’ strateġija tal-UE li tarmonizza r-reazzjonijiet nazzjonali għar-repressjoni transnazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar ix-xenarju finanzjarju dejjem aktar prekarju li jħabbtu wiċċhom miegħu id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-komunitajiet li jiddefendu d-drittijiet, b’mod partikolari f’kuntest globali kkaratterizzat mill-intensifikazzjoni tar-repressjoni; jinnota li, bħala riżultat tal-kuntest ġeopolitiku attwali, żdiedet il-ħtieġa li d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem jiġu appoġġjati; jistieden, għalhekk, lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jagħmlu użu sħiħ mill-appoġġ finanzjarju tagħhom għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, u jiżguraw l-istabbiliment ta’ mekkaniżmi ta’ finanzjament flessibbli, aċċessibbli u sostnuti li jippermettu lil dawn id-difensuri jkomplu l-ħidma vitali tagħhom fid-dawl tal-isfidi li kulma jmur qegħdin dejjem jikbru;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jinsisti li s-SEAE, il-Kummissjoni u d-delegazzjonijiet tal-UE jagħtu attenzjoni partikolari lis-sitwazzjoni ta’ rebbieħa u finalisti tal-Premju Sakharov f’riskju u jieħdu azzjoni determinata, filwaqt li jikkoordinaw mal-Istati Membri u l-Parlament, biex jiżguraw il-benesseri, is-sikurezza jew il-liberazzjoni tagħhom; jagħti ġieħ lir-rebbieħa u l-finalisti tal-Premju Sakharov li tilfu ħajjithom fil-ġlieda għad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-libertà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jilqa’ l-aġġornament tal-Manwal tal-Kodiċi tal-Viża tal-UE fir-rigward tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u jitlob l-applikazzjoni sħiħa u konsistenti tiegħu mill-Istati Membri; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tieħu rwol proattiv fl-istabbiliment ta’ approċċ koordinat fost l-Istati Membri għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jinsabu f’riskju;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Il-ġlieda kontra l-impunità u l-korruzzjoni </STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jissottolinja li kemm l-impunità kif ukoll il-korruzzjoni jippermettu u jiggravaw il-ksur u l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem u l-erożjoni tal-prinċipji demokratiċi; jilqa’ l-azzjonijiet kontra l-korruzzjoni fil-politiki esterni tal-UE fil-komunikazzjoni konġunta mill-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tat-3 ta’ Mejju 2023 fir-rigward tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni (JOIN(2023)0012), li għandha tiġi segwita mill-implimentazzjoni fil-liġi ta’ qafas strett kontra l-korruzzjoni, bħal permezz tad-Direttiva tal-UE Kontra l-Korruzzjoni, u billi din il-kwistjoni tiġi indirizzata b’mod komprensiv fl-istrateġija tal-UE kontra l-korruzzjoni; jappoġġja d-dispożizzjonijiet kontra l-korruzzjoni inklużi fil-ftehimiet kummerċjali tal-UE ma’ pajjiżi mhux tal-UE; jisħaq fuq ir-rwol importanti tas-soċjetà ċivili u tal-ġurnalisti fil-pajjiżi terzi fis-sorveljanza tal-ġlieda kontra l-impunità u l-korruzzjoni; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jżidu l-isforzi tagħhom fir-riformi tal-ġustizzja, il-ġlieda kontra l-impunità, u t-titjib tat-trasparenza u tal-istituzzjonijiet kontra l-korruzzjoni fil-pajjiżi terzi; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jikkoordinaw aktar mill-qrib mal-alleati u s-sħab kull fejn ikun possibbli sabiex tiġi miġġielda l-korruzzjoni sistemika li tippermetti lill-awtokrati jżommu s-setgħa, iċaħħdu lis-soċjetajiet minn riżorsi ewlenin u jdgħajfu d-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jinsisti fuq il-ħtieġa li l-UE tieħu passi ċari biex tirrikonoxxi r-rabta mill-qrib bejn il-korruzzjoni u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem sabiex jiffukaw fuq il-faċilitaturi ekonomiċi u finanzjarji ta’ dawk li jabbużaw mid-drittijiet tal-bniedem;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">L-azzjonijiet tal-UE fil-livell multilaterali</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jafferma mill-ġdid li l-promozzjoni tar-rispett, il-protezzjoni u t-twettiq tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja teħtieġ kooperazzjoni internazzjonali soda fil-livell multilaterali; jissottolinja r-rwol partikolarment importanti tan-NU u tal-korpi tagħha bħala l-forum ewlieni li jrid ikun kapaċi javvanza b’mod effettiv l-isforzi għall-paċi u għas-sigurtà, l-iżvilupp sostenibbli u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u d-dritt internazzjonali; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jkomplu jappoġġjaw il-ħidma tan-NU, l-aġenziji u l-proċeduri speċjali tagħha, kemm politikament kif ukoll finanzjarjament, biex jiżguraw li din tkun adattata għall-iskop tagħha, u biex jiġġieldu kontra l-influwenza tar-reġimi awtoritarji u totalitarji; jenfasizza li l-ordni multilaterali attwali jeħtieġ li jinkorpora għalkollox fl-arkitettura tiegħu l-atturi globali l-ġodda, speċjalment dawk li jiffukaw fuq id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem; itenni l-ħtieġa li l-UE u l-Istati Membri tagħha jitkellmu b’vuċi waħda fin-NU u f’fora multilaterali oħra sabiex jindirizzaw b’mod effettiv l-isfidi globali għad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija f’fora multilaterali u jappoġġjaw l-aktar lingwaġġ b’saħħtu possibbli f’konformità mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem; jitlob, għal dan l-għan, progress fl-iżgurar li l-UE jkollha siġġu fl-organizzazzjonijiet internazzjonali, inkluż il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, flimkien mas-siġġijiet eżistenti tal-Istati Membri; jappella biex id-delegazzjonijiet tal-UE jkollhom rwol aktar b’saħħtu fil-fora multilaterali, li għalihom għandu jkollhom riżorsi xierqa disponibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jinsab tassew imħasseb dwar l-attakki dejjem akbar kontra l-ordni globali bbażat fuq ir-regoli min-naħa ta’ reġimi awtoritarji u totalitarji, inkluż permezz ta’ aggressjoni mhux provokata u mhux ġustifikata kontra ġirien paċifiċi u permezz tad-dgħajfien tal-funzjonament tal-korpi tan-NU, jiġifieri l-abbuż mis-setgħa tal-veto fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU; jissottolinja li l-effettività mnaqqsa ta’ dawn il-korpi ġġib magħha spejjeż reali f’termini ta’ konflitti, ħajjiet mitlufa u tbatija umana, u ddgħajjef serjament il-kapaċità ġenerali tal-pajjiżi li jindirizzaw l-isfidi globali; jistieden lill-Istati Membri u lis-sħab tal-istess fehma jiżviluppaw strateġija robusta u jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex ireġġgħu lura din ix-xejra u jibagħtu messaġġ ta’ appoġġ magħqud u qawwi lil dawk l-organizzazzjonijiet meta jiġu attakkati jew mhedda; jemmen li n-NU, il-korpi tagħha, u organizzazzjonijiet multilaterali oħra jeħtieġu riforma, sabiex jindirizzaw dawn l-isfidi u t-theddid li qed jikbru;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jiddispjaċih ħafna dwar id-deċiżjoni ta’ xi pajjiżi li jirtiraw mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Itenni l-appoġġ qawwi tal-UE għall-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja u l-QKI bħala istituzzjonijiet ġuriżdizzjonali essenzjali, indipendenti u imparzjali fi żmien partikolarment diffiċli għall-ġustizzja internazzjonali; ifakkar li QKI ffinanzjata tajjeb hija essenzjali għall-prosekuzzjoni effettiva ta’ delitti internazzjonali serji; jilqa’ l-appoġġ politiku u finanzjarju li l-UE tat lill-QKI, inkluż l-Uffiċċju tal-Prosekutur tal-QKI, u l-varar tal-“Inizjattiva globali għall-ġlieda kontra l-impunità għal delitti internazzjonali” li toffri appoġġ finanzjarju lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili dedikati għat-trawwim tal-ġustizzja u l-obbligu ta’ rendikont għal delitti internazzjonali u ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż billi tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni tas-superstiti fil-proċedimenti legali; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jkomplu u jintensifikaw l-appoġġ tagħhom lill-QKI, inkluż lill-Fond Fiduċjarju tal-QKI għall-Vittmi, bil-mezzi meħtieġa, inklużi r-riżorsi u l-appoġġ politiku, u jużaw l-istrumenti kollha għad-dispożizzjoni tagħhom biex jiġġieldu l-impunità madwar id-dinja u jippermettu lill-QKI twettaq il-mandat tagħha b’mod effettiv; jistieden lill-Istati Membri kollha jirrispettaw u jimplimentaw l-azzjonijiet u d-deċiżjonijiet tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja u tal-organi kollha tal-QKI, inkluż l-Uffiċċju tal-Prosekutur u l-Awli , biex iħeġġu pajjiżi oħra biex jingħaqdu mal-qorti u u jikkooperaw magħha, inkluż biex jinfurzaw mandati ta’ arrest tal-QKI, u biex jappoġġjaw il-ħidma tagħhom bħala istituzzjoni tal-ġustizzja internazzjonali indipendenti u imparzjali kullimkien fid-dinja; jiddispjaċih li xi stati membri tal-QKI naqsu milli jeżegwixxu mandati ta’ arrest tal-QKI, u b’hekk dgħajfu l-ħidma tagħha; jistieden lill-UE tħeġġeġ lill-pajjiżi terzi, inklużi s-sħab ewlenin tagħha, jirrikonoxxu l-QKI u jsiru stati parti tal-Istatut ta’ Ruma;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Itenni l-appoġġ qawwi tal-UE għall-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem; iħeġġeġ lill-istati firmatarji kollha għall-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem jirrispettaw bis-sħiħ id-deċiżjonijiet tal-Qorti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jenfasizza l-importanza li l-QKI ma tiġix politiċizzata, peress li l-fiduċja fil-qorti titnaqqar jekk il-mandat tagħha jintuża ħażin; jikkundanna, b’mod partikolari u bl-aktar termini kritiċi, l-attakki politiċi, is-sanzjonijiet u l-miżuri koerċittivi l-oħra introdotti jew previsti kontra l-QKI nnifisha u kontra l-persunal tagħha; jistieden lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet tal-UE jikkooperaw biex jaħdmu fuq soluzzjonijiet sabiex jipproteġu l-istituzzjoni tal-QKI u l-persunal tagħha minn kwalunkwe sanzjoni futura li thedded il-funzjonament tal-qorti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jesprimi l-ikbar tħassib tiegħu dwar is-sanzjonijiet kontra l-QKI, il-prosekuturi, l-imħallfin u l-persunal tagħha, li jikkostitwixxu attakk serju fuq is-sistema ġudizzjarja internazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni tattiva b’mod urġenti l-Istatut ta’ Mblukkar u lill-Istati Membri jżidu l-isforzi diplomatiċi tagħhom sabiex jipproteġu u jissalvagwardjaw il-QKI bħala pedament indispensabbli tas-sistema ġudizzjarja internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jirrikonoxxi l-ġuriżdizzjoni universali bħala għodda importanti tas-sistema tal-ġustizzja kriminali internazzjonali għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-impunità u l-promozzjoni tal-obbligu ta’ rendikont internazzjonali; jistieden lill-Istati Membri japplikaw ġuriżdizzjoni universali fil-ġlieda kontra l-impunità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jkunu minn ta’ quddiem fil-ġlieda globali kontra l-forom kollha ta’ estremiżmu u jilqa’ l-adozzjoni ta’ strateġija tal-UE għal dan il-għan; jitlob b’insistenza li l-ġlieda kontra t-terroriżmu tkun fil-quċċata tal-aġenda tal-UE tal-affarijiet nazzjonali u barranin;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Is-sostenn tad-dritt umanitarju internazzjonali</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jinnota bi tħassib in-nuqqas ta’ rispett dejjem jiżdied għad-dritt umanitarju internazzjonali u għad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari fil-forma ta’ konflitti li għaddejjin bħalissa madwar id-dinja; jikkundanna bil-qawwa ż-żieda fl-attakki deliberati, indiskriminati u sproporzjonati fuq ċivili u beni ċivili f’diversi sitwazzjonijiet ta’ kunflitt; jissottolinja li huwa ta’ importanza fundamentali li l-aġenziji kollha tan-NU u tal-għajnuna umanitarja jkunu jistgħu jipprovdu assistenza sħiħa, f’waqtha u mingħajr xkiel lill-persuni kollha f’sitwazzjonijiet vulnerabbli, u jistieden lill-partijiet kollha fil-kunflitti armati jirrispettaw bis-sħiħ ix-xogħol ta’ dawn l-aġenziji u jiżguraw li jistgħu jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi taċ-ċivili mingħajr indħil; jiddenunzja t-tentattivi biex jiddgħajfu l-aġenziji tal-UE li jipprovdu għajnuna umanitarja; iħeġġeġ lill-partijiet kollha fil-kunflitti armati jipproteġu l-popolazzjonijiet ċivili, il-ħaddiema umanitarji u mediċi, u l-ġurnalisti u l-ħaddiema tal-media; jistieden lill-partijiet fil-kunflitti armati jirrispettaw il-leġittimità u l-invjolabbiltà tal-missjonijiet taż-żamma tal-paċi tan-NU; jistieden lill-Istati kollha jikkonformaw mingħajr kundizzjonijiet u bis-sħiħ mad-dritt umanitarju internazzjonali; jistieden lill-komunità internazzjonali u, b’mod partikolari, lill-Istati Membri jippromwovu l-obbligu ta’ rendikont u l-ġlieda kontra l-impunità għal ksur gravi tad-dritt umanitarju internazzjonali; jappella għall-ħolqien sistematiku ta’ kurituri umanitarji fir-reġjuni fi gwerra u f’sitwazzjonijiet ta’ ġlied, kull meta jkun meħtieġ, sabiex iċ-ċivili f’riskju jkunu jistgħu jaħarbu mill-konflitti, u jikkundanna bil-qawwa kwalunkwe attakk fuqhom; jitlob b’insistenza li l-organizzazzjonijiet internazzjonali jingħataw aċċess bla xkiel biex jimmonitorjaw u jassistu lill-priġunieri tal-gwerra, kif previst fil-Konvenzjoni ta’ Ġinevra dwar il-Priġunieri tal-Gwerra; jistenna li l-organizzazzjonijiet internazzjonali jirrispettaw id-dritt internazzjonali fir-rigward tat-trattament tal-priġunieri tal-gwerra; jappella għal kooperazzjoni u assistenza internazzjonali fir-ritorn tal-persuni ddeportati bil-forza, b’mod partikolari t-tfal u l-ostaġġi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jinsab imħasseb serjament dwar il-persistenza tal-pjaga tal-okkupazzjoni jew l-annessjoni fit-tul tat-territorji; jappella biex tingħata attenzjoni speċjali lis-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fit-territorji okkupati illegalment, inkluż f’każijiet ta’ okkupazzjoni fit-tul, u biex jittieħdu miżuri effettivi bl-għan li jiġu evitati abbużi gravi tad-drittijiet tal-bniedem fil-post, inkluż il-ksur tad-dritt għall-ħajja, ir-restrizzjoni tal-libertà tal-moviment u d-diskriminazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Itenni l-appell tiegħu lill-Istati Membri biex jgħinu fit-trażżin tal-kunflitti armati u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem jew tad-dritt umanitarju internazzjonali billi jirrispettaw b’mod strett id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7 tat-Trattat tan-NU dwar il-Kummerċ tal-Armi tat-2 ta’ April 2013 dwar l-Esportazzjoni u l-Valutazzjoni tal-Esportazzjoni u l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta’ Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta’ esportazzjonijiet ta’ teknoloġija u tagħmir militari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Iħeġġeġ lil pajjiżi terzi affidabbli u tal-istess fehma jsaħħu l-kapaċitajiet tagħhom ta’ difiża, ta’ reżiljenza u ta’ preparatezza ċivili, sabiex jiskoraġġixxu b’mod effettiv l-aggressjoni u jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem fid-dinja kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Fid-dawl tal-impatti fuq il-ġeneri tal-kunflitti armati, jiddeplora n-nuqqas ta’ prijorità u ta’ importanza mogħtija lill-vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru u lis-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati (SRHR) fir-rispons tal-UE għall-kriżijiet umanitarji u tar-rifuġjati; itenni li l-kriżijiet umanitarji jintensifikaw l-isfidi relatati mal-SRHR u mal-ġeneru, u jfakkar li, f’żoni ta’ kriżi, b’mod partikolari fost gruppi vulnerabbli bħar-rifuġjati u l-migranti, in-nisa u l-bniet huma partikolarment esposti għall-vjolenza sesswali, il-mard trażmess sesswalment, l-isfruttament sesswali, l-istupru bħala arma tal-gwerra u t-tqala mhux mixtieqa; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħtu livell għoli ta’ prijorità lill-ugwaljanza bejn il-ġeneri u lill-SRHR fir-rispons tagħhom għall-kriżijiet umanitarji u tar-rifuġjati, kif ukoll obbligu ta’ rendikont u aċċess għall-ġustizzja u r-rimedju għal ksur tad-drittijiet sesswali u riproduttivi u l-vjolenza abbażi tal-ġeneru, inkluż f’termini ta’ taħriġ għall-atturi umanitarji u ta’ finanzjament attwali u futur;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">L-approċċ Tim Ewropa</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jirrikonoxxi l-potenzjal ta’ allinjament aktar b’saħħtu fl-approċċi għall-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem bejn l-istituzzjonijiet tal-UE, l-ambaxxati tal-Istati Membri u d-delegazzjonijiet tal-UE fil-pajjiżi terzi, b’mod partikolari biex dawk il-pajjiżi jiġu mħeġġa jikkonformaw mal-obbligi internazzjonali tagħhom u ma jibqgħux jagħtu fastidju u jippersegwitaw lil dawk li jikkritikawhom; jenfasizza l-opportunità għall-ambaxxati tal-Istati Membri li jkollhom rwol dejjem aktar attiv fl-avvanz u s-salvagwardja tad-drittijiet tal-bniedem, filwaqt li jappoġġjaw ukoll lis-soċjetà ċivili f’dawn il-pajjiżi; jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jużaw il-mezzi kollha possibbli biex jivvalutaw il-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni, u josservaw il-proċessi u l-proċeduri tal-qorti, biex iżidu l-pressjoni u s-sensibilizzazzjoni, u sabiex iħeġġu lill-pajjiżi u jaħdmu b’mod attiv għall-ħelsien ta’ priġunieri politiċi; jenfasizza l-importanza ta’ responsabbiltà kondiviża bejn l-Istati Membri u d-delegazzjonijiet tal-UE f’dawn l-isforzi; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jintensifikaw l-isforzi kollettivi tagħhom biex jippromwovu r-rispett, il-protezzjoni u t-twettiq tad-drittijiet tal-bniedem u jappoġġjaw id-demokrazija madwar id-dinja; iħeġġeġ il-monitoraġġ u l-valutazzjoni bir-reqqa tal-kapaċità tad-delegazzjonijiet tal-UE li jiżguraw li kull waħda jkollha punt deżinjat ta’ kuntatt għal każijiet ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem, u li dan il-mandat jiġi allokat biżżejjed riżorsi biex jirrispondi b’mod effettiv u f’waqtu; itenni, f’dan il-kuntest, l-importanza, għad-delegazzjonijiet tal-UE, tal-linji gwida eżistenti tal-UE relatati ma’ oqsma speċifiċi tad-drittijiet tal-bniedem;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Nirrispondu għall-isfidi universali tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija</STRING></STRING></ACTINIT><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Id-dritt tal-persuni li ma jiġux soġġetti għat-tortura u għal trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jikkundanna kwalunkwe azzjoni jew tentattiv ta’ legalizzazzjoni, instigazzjoni, awtorizzazzjoni, kunsens jew qbil mat-tortura u ma’ metodi oħra ta’ trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti fi kwalunkwe ċirkostanza; jikkundanna r-rapporti jiżdiedu tal-użu tat-tortura minn atturi statali f’ħafna kuntesti differenti, inkluż f’sitwazzjonijiet ta’ kustodja u mhux relatati mal-kustodja – tal-priġunieri politiċi, fost oħrajn – u f’sitwazzjonijiet ta’ kunflitt madwar id-dinja, b’mod partikolari bi ksur tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra dwar il-Priġunieri tal-Gwerra, kif ukoll il-qtil tal-priġunieri tal-gwerra, li jikkostitwixxi delitt tal-gwerra, u jtenni n-natura mhux derogabbli tad-dritt tal-persuni li ma jiġux soġġetti għat-tortura u għal forom oħra ta’ trattament inuman jew degradanti; itenni l-politika tal-UE ta’ tolleranza żero għat-tortura u għal trattament ħażin ieħor u jistieden lill-istituzzjonijiet rilevanti, inkluża l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, jieħdu pożizzjoni soda dwar kwalunkwe każ bħal dan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Itenni l-appell tiegħu għar-ratifika universali tal-Konvenzjoni tan-NU Kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra u tal-Protokoll Fakultattiv tagħha, u l-ħtieġa li l-Istati jallinjaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħhom f’dan ir-rigward mal-istandards internazzjonali; itenni, f’konformità mal-Linji gwida riveduti dwar il-politika tal-UE fil-konfront ta’ pajjiżi terzi rigward it-tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, adottati mill-Kunsill fis-16 ta’ Settembru 2019, l-importanza tad-djalogu mal-partijiet ikkonċernati rilevanti fil-ġlieda biex it-tortura tinqered, u biex il-postijiet ta’ detenzjoni jiġu mmonitorjati;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Id-dritt għal-libertà ta’ għaqda paċifika u ta’ assoċjazzjoni</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Itenni l-ħtieġa li jiġu protetti l-ispazju demokratiku u l-eżerċizzju tal-libertajiet fundamentali fih, b’mod partikolari l-libertajiet ta’ għaqda u ta’ assoċjazzjoni; jenfasizza r-repressjoni vjolenta li qed tiżdied tal-għaqdiet ta’ protesta u paċifiċi fl-ispazju ċiviku tal-UE, b’każijiet ta’ tortura u trattament ħażin li jwasslu biex jinqatlu n-nies u għal ksur serju ieħor; jissottolinja l-ħtieġa li dan id-dritt fundamentali jissaħħaħ flimkien mal-projbizzjoni assoluta tat-tortura u t-trattament ħażin;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Id-dritt għall-ikel, l-ilma u s-sanità</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Ifakkar li d-dritt għall-ikel, inkluż l-aċċess fiżiku u ekonomiku għal ikel adegwat jew il-mezzi għall-akkwist tiegħu, huwa dritt tal-bniedem; jinsab imħasseb ħafna dwar l-isfidi għad-dritt għall-ikel madwar id-dinja, b’mod speċjali f’sitwazzjonijiet ta’ gwerra u konflitti; jikkundanna r-rapporti jiżdiedu tal-istrumentalizzazzjoni tal-ikel f’sitwazzjonijiet ta’ kunflitti armati; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jippromwovu linji gwida obbligatorji dwar id-dritt għall-ikel mingħajr diskriminazzjoni fis-sistema tan-NU; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jappoġġjaw bis-sħiħ, politikament u finanzjarjament, lill-organizzazzjonijiet u l-aġenziji li qed jaħdmu biex jiggarantixxu d-dritt għall-ikel fiż-żoni ta’ kunflitt; ifakkar fl-importanza tad-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tar-Raħħala u Persuni Oħra li Jaħdmu f’Żoni Rurali sabiex tinkiseb is-sigurtà tal-ikel; ifaħħar il-ħidma tal-Programm Dinji tal-Ikel tan-NU, f’dan ir-rigward;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jafferma mill-ġdid id-dritt għall-ilma tax-xorb sikur u d-dritt għas-sanità bħala drittijiet tal-bniedem, inkwantu ż-żewġ drittijiet huma komplementari; jissottolinja li l-aċċess għall-ilma tax-xorb nadif huwa indispensabbli għal ħajja sana u dinjituża u huwa essenzjali għaż-żamma tad-dinjità tal-bniedem; jenfasizza l-fatt li d-dritt għall-ilma huwa kundizzjoni preliminari fundamentali għat-tgawdija ta’ drittijiet oħra, u li bħala tali jrid jiġi ggwidat minn loġika msejsa fuq l-interess pubbliku u fuq beni komuni pubbliċi u globali; jissottolinja l-importanza tal-Linji gwida tal-UE dwar l-ilma tax-xorb sikur u s-sanità, u jħeġġeġ lill-istituzzjonijiet u lill-Istati Membri tal-UE jimplimentaw u jippromwovu l-applikazzjoni tagħhom fil-pajjiżi terzi u fil-fora multilaterali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">It-tibdil fil-klima u l-ambjent</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jenfasizza li t-tibdil fil-klima u l-impatt tiegħu fuq l-ambjent għandu effetti diretti fuq it-tgawdija effettiva tad-drittijiet tal-bniedem kollha; jirrikonoxxi l-ħidma importanti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, il-popli indiġeni u l-komunitajiet lokali, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fil-qasam tal-art u tal-ambjent u l-attivisti indiġeni għall-protezzjoni ta’ ambjent nadif, san u sostenibbli, inkluż l-aċċess għal sorsi terrestri u akkwatiċi; jiddeplora r-riskji li jiffaċċjaw id-DDB fil-qasam tal-ambjent u l-attivisti indiġeni u jappella biex tiġi garantita l-protezzjoni effettiva tagħhom; jinnota li l-komunitajiet li jikkontribwixxu l-inqas għat-tibdil fil-klima huma dawk li x’aktarx jiġu affettwati l-aktar mir-riskji klimatiċi u mid-diżastri naturali u, f’dan ir-rigward, jitlob li jiżdied l-appoġġ għall-gruppi l-aktar vulnerabbli; ifakkar li l-popli indiġeni u l-komunitajiet lokali għandhom rwol importanti fil-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u fil-konservazzjoni tal-bijodiversità; ifakkar li t-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa trid tkun ekwa u tirrispetta d-drittijiet fundamentali ta’ kulħadd; itenni l-importanza li l-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli (SDGs) tan-NU jintlaħqu għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tal-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jinnota bi tħassib kbir it-theddid jiżdied għal ambjent nadif, san u sostenibbli kkawżat mill-użu ta’ armi ta’ qerda massiva u forom oħra ta’ gwerra li jaffettwaw lill-ambjent b’mod negattiv u sproporzjonat; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi indirizzat b’mod effettiv l-ispostament ta’ persuni kkawżat mill-qerda tal-ambjent u t-tibdil fil-klima, li jżid ir-riskju ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem u l-vulnerabbiltajiet għal forom differenti ta’ sfruttament; jirrikonoxxi li t-tfal jiffaċċjaw riskji aktar akuti minn diżastri relatati mal-klima u huma wkoll wieħed mill-akbar gruppi affettwati; jitlob lill-UE tiffoka fuq l-indirizzar tal-impatti tat-tibdil fil-klima fuq it-tgawdija tad-drittijiet tat-tfal;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Id-drittijiet tat-tfal</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jappella għal approċċ sistematiku u konsistenti għall-promozzjoni u għad-difiża tad-drittijiet tat-tfal, inkluż għal dawk li huma l-aktar emarġinati u għal dawk fis-sitwazzjonijiet l-aktar vulnerabbli, permezz tal-politiki esterni kollha tal-UE; jappella għal aktar sforzi miftiehma għall-promozzjoni tar-rispett, il-protezzjoni u t-twettiq tad-drittijiet tat-tfal fi kriżi jew f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza; jikkundanna t-tnaqqis fir-rispett għad-drittijiet tat-tfal u l-ksur u l-abbużi dejjem jiżdiedu ta’ dawn id-drittijiet, inkluż permezz tal-vjolenza, iż-żwieġ bikri u furzat, l-abbuż sesswali, inkluża l-mutilazzjoni ġenitali, it-traffikar, it-tħaddim tat-tfal, il-qtil tal-unur, ir-reklutaġġ ta’ suldati tfal, in-nuqqas ta’ aċċess għall-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa, il-malnutrizzjoni u l-faqar estrem; jikkundanna wkoll iż-żieda fl-imwiet tat-tfal f’sitwazzjonijiet ta’ kunflitt armati u jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ protezzjoni effettiva tad-drittijiet tat-tfal fl-ambitu ta’ gwerer attivi; jappella għal inizjattivi ġodda biex jippromwovu u jipproteġu d-drittijiet tat-tfal, bl-għan li t-tfal milquta mill-kunflitti jiġu riabilitati u riintegrati, filwaqt li jiġi żgurat li jkollhom ambjent protett, ibbażat fuq il-familja u fuq il-komunità bħala kuntest naturali għal ħajjithom, li fih l-assistenza u l-edukazzjoni jkunu elementi fundamentali; itenni l-appell tiegħu għal approċċ sistematiku u konsistenti għall-promozzjoni u d-difiża tad-drittijiet tat-tfal permezz tal-politiki esterni kollha tal-UE; jistieden lill-pajjiżi kollha jirratifikaw il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal bħala kwistjoni ta’ urġenza, sabiex dan l-istrument ta’ bażi jkun jista’ jiġi rratifikat b’mod universali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa urġenti li jiġu rispettati d-drittijiet tan-nisa tqal, u jiġi żgurat li jirċievu appoġġ komprensiv għas-saħħa, is-sikurezza u d-dinjità tagħhom li jinkludi l-aċċess garantit għas-servizzi tal-kura tas-saħħa materna, id-disponibbiltà ta’ faċilitajiet għall-indukrar tat-tfal bħal nurseries, u l-istabbiliment ta’ politiki fuq il-post tax-xogħol ġusti li jipproteġu l-benesseri, l-introjtu u l-avvanz fil-karriera tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li jingħalaq id-distakk fil-finanzjament billi dan jippermetti lill-pajjiżi jilħqu l-miri tagħhom tal-SDG 4 dwar il-kwalità u l-edukazzjoni u jiżgura l-aċċess għall-edukazzjoni għat-tfal u ż-żgħażagħ kollha; itenni t-talba tiegħu li jiġu indirizzati n-normi kulturali u l-preġudizzji tal-ġeneru li ma jippermettux lin-nisa u l-bniet jingħataw edukazzjoni, u jħeġġeġ il-ħolqien ta’ sistemi tal-edukazzjoni reattivi għal kwistjonijiet ta’ ġeneru fid-dinja kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jisħaq li l-edukazzjoni tirrappreżenta l-punt ta’ tluq għall-kultivazzjoni tal-prinċipji u l-valuri li jikkontribwixxu għall-iżvilupp personali tat-tfal, kif ukoll għall-koeżjoni soċjali u demokratika u l-istat tad-dritt fid-dinja kollha; għal dak il-għan, jitlob lill-UE tippromwovi l-valuri tagħha billi tappoġġja l-aċċess għall-edukazzjoni u t-tagħlim għan-nisa u l-bniet;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Id-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jisħaq li d-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri huma drittijiet tal-bniedem indispensabbli u indiviżibbli, kif ukoll bażi għall-istat tad-dritt u demokraziji reżiljenti inklużivi; jiddeplora l-fatt li miljuni ta’ nisa u bniet għadhom jesperjenzaw diskriminazzjoni u vjolenza, b’mod speċjali fil-kuntest ta’ kunflitti, sitwazzjonijiet ta’ wara kunflitt u spostamenti, u huma mċaħħda mid-dinjità u mill-awtonomija tagħhom, u saħansitra minn ħajjithom; jikkundanna l-impunità li biha l-awturi jwettqu ksur kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem nisa; huwa mwaħħax fir-rigward tal-użu tal-istupru u l-vjolenza sesswali bħala arma tal-gwerra u jisħaq fuq il-ħtieġa li dawn il-każijiet jiġu evidenzjati, kif ukoll ta’ kooperazzjoni internazzjonali aħjar biex tiġi miġġielda l-impunità għal dawn ir-reati; jitlob lill-UE, lill-Istati Membri tagħha u lis-sħab tal-istess fehma jżidu l-isforzi tagħhom biex jiżguraw it-tgawdija sħiħa u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tan-nisa u tal-bniet, u jinkorporaw approċċ ta’ integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-politiki kollha, filwaqt li jitqiesu l-impatti differenzjati tal-isfidi globali bħat-tibdil fil-klima jew il-kunflitti; jenfasizza li l-SRHR huma drittijiet tal-bniedem fundamentali li jridu jiġu rispettati globalment u fl-Istati Membri, u jesprimi tħassib kbir dwar ir-rigressjoni globali fir-rigward tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-SRHR; jafferma mill-ġdid li ċ-ċaħda ta’ servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttiva ta’ kwalità u komprensivi tikkostitwixxi forma ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru; jisħaq fuq l-importanza ta’ tmexxija bl-eżempju; iħeġġeġ lill-UE tagħti prijorità lill-aċċess għall-SRHR, bħala parti mill-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, u lill-ilħuq tal-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli; jikkundanna bl-aktar mod qawwi l-attakki li qed jiżdiedu fuq l-SRHR madwar id-dinja, kif ukoll il-vjolenza abbażi tal-ġeneru, inkluż l-użu tal-vjolenza sesswali bħala arma tal-gwerra; jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jiddefendu l-SRHR bħala drittijiet tal-bniedem, idaħħlu d-dritt għal abort legali u sikur fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, u jagħtu prijorità lill-aċċess għall-SRHR sabiex javvanzaw id-drittijiet tal-bniedem u l-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli; jiddeplora bil-qawwa l-każijiet ta’ mutilazzjoni ġenitali femminili, qtil tal-unur, żwieġ tat-tfal u żwieġ furzat; jilqa’ l-adeżjoni tal-UE għall-Konvenzjoni ta’ Istanbul, u jħeġġeġ bil-qawwa lill-Istati Membri li għadhom ma rratifikawhiex biex jirratifikaw il-Konvenzjoni ta’ Istanbul mingħajr aktar dewmien; jistieden lill-UE u lis-sħab internazzjonali tagħha jsaħħu l-isforzi tagħhom biex jiżguraw li n-nisa jgawdu d-drittijiet tal-bniedem bis-sħiħ u jiġu ttrattati b’mod ugwali għall-irġiel; jenfasizza l-importanza tas-salvagwardja tad-drittijiet tan-nisa, filwaqt li jiġi żgurat li s-saħħa, is-sikurezza u d-dinjità tagħhom jiġu protetti, b’mod partikolari fil-kuntest tal-aċċess għall-kura tas-saħħa u l-protezzjonijiet fuq il-post tax-xogħol; jissottolinja l-ħtieġa li nibqgħu nopponu u nikkundannaw, bl-aktar mod qawwi, il-liġijiet kontra l-abort li jikkastigaw lin-nisa u l-bniet b’sentenzi ta’ ħabs ta’ għexieren ta’ snin, anki f’każijiet ta’ stupru, inċest jew meta l-ħajja tal-mara tqila tkun f’periklu; jisħaq fuq il-ħtieġa li jsiru sforzi biex tinqered bis-sħiħ il-prattika tal-mutilazzjoni ġenitali femminili; jappoġġja bis-sħiħ ir-rwol tal-Ambaxxatur tal-UE għall-Ġeneru u d-Diversità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-promozzjoni u l-protezzjoni tal-SRHR huma essenzjali biex tinkiseb l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u jafferma d-dritt ta’ aċċess għal servizzi komprensivi tal-SRHR, inklużi l-kontraċezzjoni moderna, l-abort mingħajr ħlas, sikur u legali, il-kura tas-saħħa materna, ta’ qabel it-twelid u ta’ wara t-twelid, ir-riproduzzjoni assistita u l-aċċess għal edukazzjoni u informazzjoni dwar l-SRHR, inkluża edukazzjoni komprensiva dwar is-sesswalità, mingħajr ebda forma ta’ diskriminazzjoni, koerċizzjoni jew vjolenza; itenni r-rikonoxximent tal-korpi tad-drittijiet tal-bniedem li l-projbizzjoni tal-abort tista’ tissoġġetta lin-nisa għal tbatija li tammonta għal tortura jew trattament krudili, inuman jew degradanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-apartheid tal-ġeneru jikkostitwixxi forma sistematika u istituzzjonalizzata ta’ oppressjoni, li ċċaħħad lin-nisa u l-bniet mid-drittijiet fundamentali unikament abbażi tal-ġeneru tagħhom; jinnota bi tħassib kbir l-istabbiliment tal-apartheid tal-ġeneru f’ċerti reġjuni, fejn in-nisa jiffaċċjaw restrizzjonijiet estensivi fuq l-edukazzjoni, l-impjieg, il-kura tas-saħħa u l-libertà tal-moviment, spiss sostnuti minn oqfsa legali u kulturali li jirrinforzaw id-diskriminazzjoni abbażi tal-ġeneru; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri jindirizzaw l-apartheid tal-ġeneru b’mod proattiv permezz ta’ sforzi diplomatiċi msaħħa, miżuri ekonomiċi mmirati u mekkaniżmi ta’ obbligu ta’ rendikont li jappoġġjaw lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jiddefendu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri; jappella għar-rikonoxximent formali tal-apartheid tal-ġeneru bħala ksur ċar tad-drittijiet tal-bniedem u għall-appoġġ ta’ inizjattivi internazzjonali biex jiġi kklassifikat bħala delitt kontra l-umanità, biex b’hekk jingħata kontribut għall-istabbiliment ta’ standard globali ta’ obbligu ta’ rendikont;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Id-drittijiet tar-refuġjati u tal-persuni li jfittxu l-ażil</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jikkundanna l-erożjoni tad-drittijiet tal-bniedem u s-sikurezza tar-refuġjati, tal-persuni li jfittxu l-ażil u tal-persuni spostati bil-forza; jafferma mill-ġdid id-drittijiet tal-bniedem inaljenabbli tagħhom u d-dritt fundamentali li jfittxu l-ażil; ifakkar fl-obbligu tal-istati li jipproteġuhom f’konformità mad-dritt internazzjonali; jissottolinja l-importanza tal-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-individwi, inklużi t-tfal, bħala għodda essenzjali għall-protezzjoni tar-rifuġjati u għall-iżgurar tal-integrità tas-sistemi ta’ protezzjoni tar-rifuġjati, għall-prevenzjoni tat-traffikar tal-bnedmin u tar-reklutaġġ tat-tfal fil-milizji armati; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jsostnu b’mod effettiv id-drittijiet tagħhom fil-politika tal-UE dwar l-ażil u l-migrazzjoni u fil-kooperazzjoni tal-UE mal-pajjiżi sħab f’dan ir-rigward; jiddeplora ż-żieda tal-ksenofobija, ir-razziżmu u d-diskriminazzjoni fil-konfront tal-migranti, kif ukoll tal-forom differenti ta’ vjolenza li jiffaċċjaw, inkluż matul l-ispostament tagħhom, u l-ħafna ostakli li jiffaċċjaw, inkluż fl-aċċess għall-kura tas-saħħa; jikkundanna l-istrumentalizzazzjoni tal-migrazzjoni fil-fruntieri tal-UE minn atturi barranin, li tikkostitwixxi attakk ibridu kontra l-Istati Membri kif ukoll deumanizzazzjoni tal-migranti; jisħaq li l-UE għandha żżid l-isforzi tagħha biex tirrikonoxxi u tiżviluppa modi kif tindirizza l-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni irregolari u l-ispostament furzat, billi tibni r-reżiljenza tal-komunitajiet ta’ oriġini tal-migranti u tgħinhom joffru lill-membri tagħhom il-possibbiltà li jgawdu ħajja deċenti f’pajjiżhom; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jkomplu u, fejn possibbli, isaħħu l-appoġġ tagħhom għall-pajjiżi li jospitaw il-biċċa l-kbira tar-refuġjati, kif ukoll il-pajjiżi ta’ tranżitu; itenni li l-kooperazzjoni u l-involviment mill-qrib mal-pajjiżi terzi, b’rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali, għadhom essenzjali għall-prevenzjoni tal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti; jisħaq, f’dan ir-rigward, li t-tixrid tal-informazzjoni u l-kampanji ta’ sensibilizzazzjoni dwar ir-riskji tal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin huma kruċjali, kif ukoll il-liġijiet tal-migrazzjoni tal-pajjiżi ta’ destinazzjoni, sabiex jiġu evitati l-vjaġġi riskjużi bla bżonn minn dawk li ma jkollhomx raġunijiet biex jitolbu l-ażil; jappella biex l-operazzjonijiet umanitarji ffinanzjati mill-UE jqisu l-ħtiġijiet speċifiċi u l-vulnerabbiltajiet tat-tfal u jiżguraw il-protezzjoni tagħhom waqt li jkunu spostati; jissottolinja l-importanza li jiġi żviluppat qafas effettiv ta’ perkorsi sikuri u legali lejn l-UE u jilqa’, f’dan ir-rigward, il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-attrazzjoni tal-ħiliet u t-talent lejn l-UE<FOOTNOTE><FIELD> Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ April 2022 dwar l-attrazzjoni tal-ħiliet u t-talent lejn l-UE (COM(2022)0657).</FIELD></FOOTNOTE>, inkluż l-iżvilupp ta’ sħubijiet ta’ talent ma’ pajjiżi sħab; jitlob ir-rispett tal-prinċipju tan-non-refoulement lejn pajjiżi fejn is-saħħa u l-libertà tan-nies ikunu mhedda; jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jiddiskutu l-fenomenu tal-migrazzjoni strumentalizzata orkestrata mir-reġimi awtoritarji u mill-gruppi tal-kriminalità organizzata, u jenfasizza l-ħtieġa li ssir analiżi komprensiva ta’ dan il-fenomenu, li jitfasslu kontromiżuri effettivi u li jitqiesu l-implikazzjonijiet tagħha għall-qafas tad-drittijiet tal-bniedem;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Id-drittijiet tal-persuni LGBTIQ+</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jikkundanna l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-diskriminazzjoni, il-persekuzzjoni, il-vjolenza u l-qtil, l-istigmatizzazzjoni, ir-reati ta’ mibegħda, id-diskors ta’ mibegħda, it-terapiji ta’ konverżjoni, il-mutilazzjoni ġenitali intersesswali u l-vjolenza sesswali kontra persuni leżbjani, gay, bisesswali, transġeneru, mhux binarji, intersesswali u queer (LGBTIQ+) madwar id-dinja; jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jiddenunzjaw dawn l-inġustizzji u jimpenjaw ruħhom li jipproteġu d-drittijiet, id-dinjità u s-sikurezza ta’ individwi LGBTIQ+; jinsab imħasseb ħafna bit-tixrid ta’ mibegħda u narrattivi u leġiżlazzjoni kontra l-LGBTIQ+ li jimmiraw lill-persuni LGBTIQ+ u d-DDB; jiddenunzja, f’dan ir-rigward, il-prattiki ta’ konverżjoni għal persuni LGBTIQ+ bl-għan li jbiddlu, jillimitaw jew irażżnu l-orjentazzjoni sesswali, l-identità tal-ġeneru u/jew l-espressjoni tal-ġeneru tal-vittmi tagħhom; jappella għall-implimentazzjoni ta’ politika fl-UE kollha biex prattiki ta’ dan it-tip isiru illegali; jappella għall-adozzjoni ta’ politiki li jipproteġu lill-persuni LGBTIQ+ u jagħtuhom l-għodod biex jirrapportaw b’mod sikur ksur tad-drittijiet tagħhom, bi qbil mal-Linji gwida tal-UE għall-Promozzjoni u l-Protezzjoni tat-Tgawdija tad-Drittijiet tal-Bniedem kollha minn Persuni LGBTI; jenfasizza ż-żieda fit-tħassib u l-biżgħat fil-komunitajiet LGBTIQ+ u jħeġġeġ lill-UE tieħu pożizzjoni soda kontra kwalunkwe azzjoni leġiżlattiva jew soċjali li tipperikola lill-persuni LGBTIQ+; jesprimi tħassib partikolari dwar il-persuni LGBTIQ+ li jgħixu taħt reġimi mhux demokratiċi jew f’sitwazzjonijiet ta’ kunflitt, u jappella għal mekkaniżmi ta’ rispons rapidu biex jipproteġu lilhom kif ukoll lid-difensuri tagħhom; itenni l-appelli tiegħu għall-implimentazzjoni sħiħa tal-Istrateġija dwar l-Ugwaljanza tal-LGBTIQ 2020-2025 bħala l-għodda tal-UE għat-titjib tas-sitwazzjoni tal-persuni LGBTIQ+ madwar id-dinja; jitlob li l-użu tal-piena tal-mewt jiġi rrifjutat fiċ-ċirkostanzi kollha, inkluża kwalunkwe leġiżlazzjoni li timponi l-piena tal-mewt għall-omosesswalità; jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jkomplu jiddjalogaw mal-pajjiżi b’tali leġiżlazzjoni biex jirrikunsidraw il-pożizzjoni tagħhom dwar il-piena tal-mewt; jinnota wkoll li l-impożizzjoni tal-piena tal-mewt abbażi ta’ tali leġiżlazzjoni tikkostitwixxi qtil arbitrarju per se, u ksur tal-Artikolu 6 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Id-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jinsab imħasseb dwar l-isfidi għat-tgawdija sħiħa tad-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà; itenni l-appelli tiegħu lill-UE biex tassisti lill-pajjiżi sħab fl-iżvilupp ta’ politiki b’appoġġ għall-indokraturi ta’ persuni b’diżabbiltà; jitlob li titqajjem kuxjenza soċjali u li tiġi miġġielda l-imġiba diskriminatorja fil-konfront tal-persuni b’diżabbiltà; jiġbed l-attenzjoni dwar il-kumplikazzjonijiet addizzjonali li jiffaċċjaw il-persuni b’diżabbiltà f’sitwazzjonijiet ta’ kunflitt u fid-diżastri naturali, peress li huma aktar vulnerabbli għall-vjolenza u ħafna drabi ma jingħatawx appoġġ adegwat; iħeġġeġ lill-partijiet kollha f’sitwazzjonijiet ta’ kunflitt fid-dinja kollha jieħdu miżuri adegwati biex itaffulhom ir-riskji kemm jista’ jkun; jenfasizza l-ħtieġa li t-tfal b’diżabbiltà jiġu ssalvagwardjati minn kwalunkwe forma ta’ sfruttament; jitlob lill-UE biex, fil-politika esterna tagħha, tuża l-istrateġija dwar id-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà 2021‑2030 bħala għodda biex ittejjeb is-sitwazzjoni tal-persuni b’diżabbiltà, b’mod partikolari l-faqar u d-diskriminazzjoni, iżda anki l-problemi bl-aċċess għall-edukazzjoni, għall-kura tas-saħħa u għall-impjiegi, u għall-parteċipazzjoni fil-ħajja politika; iħeġġeġ lill-UE tappoġġja lill-pajjiżi sħab jiżviluppaw politiki ekonomiċi inklużivi li jippromwovu taħriġ vokazzjonali u opportunitajiet ta’ impjieg aċċessibbli għall-persuni b’diżabbiltà, biex b’hekk jippromwovu l-parteċipazzjoni ekonomika sħiħa u attiva tagħhom;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Id-drittijiet tal-anzjani</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Itenni l-appell tiegħu lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jiżviluppaw toroq ġodda biex isaħħu d-drittijiet tal-anzjani, filwaqt li jqisu l-isfidi multipli li jiffaċċjaw, bħad-diskriminazzjoni abbażi tal-età, il-faqar, il-vjolenza u nuqqas ta’ protezzjoni soċjali, kura tas-saħħa u servizzi essenzjali oħra, kif ukoll ostakli għall-impjieg; jappella għall-implimentazzjoni ta’ miżuri speċifiċi biex jiġi miġġieled ir-riskju tal-faqar għan-nisa anzjani permezz ta’ aktar appoġġ soċjali; jissottolinja l-ħidma tal-Grupp ta’ Ħidma Miftuħ tan-NU dwar it-Tixjiħ rigward strument legalment vinkolanti biex tissaħħaħ il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem ta’ persuni akbar fl-età u jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jikkunsidraw li jipprovdu appoġġ attiv għal dik il-ħidma; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ approċċ interġenerazzjonali trażversali fil-politiki tal-UE, sabiex tinbena u titħeġġeġ is-solidarjetà bejn iż-żgħażagħ u l-anzjani;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Id-dritt għall-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Itenni l-kundanna tiegħu tal-forom kollha ta’ razziżmu, intolleranza, antisemitiżmu, Iżlamofobija, persekuzzjoni tal-Insara, ksenofobija u diskriminazzjoni abbażi tar-razza, l-etniċità, in-nazzjonalità, il-klassi soċjali, id-diżabbiltà, il-kasta, ir-reliġjon, it-twemmin, l-età, l-orjentazzjoni sesswali jew l-identità tal-ġeneru; jikkundanna t-theddida internazzjonali li qed tikber tad-diskors ta’ mibegħda u tad-diskors li jinċita l-vjolenza, inkluż online; itenni r-rwol kruċjali tal-edukazzjoni u d-djalogu fil-promozzjoni tat-tolleranza, il-fehim u d-diversità; jappella għall-adozzjoni jew għat-tisħiħ ta’ mekkaniżmi għar-rapportar ta’ mġiba diskriminatorja kif ukoll għall-aċċess għal rimedji legali, biex jgħinu ħalli tintemm l-impunità ta’ dawk li jwettqu din l-imġiba;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Id-dritt għall-ħajja: favur l-abolizzjoni universali tal-piena tal-mewt </STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Itenni l-oppożizzjoni morali tiegħu għall-piena tal-mewt, li hija irriversibbli u inkompatibbli mad-dritt għall-ħajja u mal-projbizzjoni tat-tortura, u pieni krudili, inumani u degradanti; jisħaq li l-UE jeħtiġilha tkun kostanti hi u tfittex li tilħaq l-għan tagħha tal-abolizzjoni universali tal-piena tal-mewt bħala objettiv ewlieni tal-politika barranija tagħha dwar id-drittijiet tal-bniedem; jinnota li minkejja t-tendenza f’xi pajjiżi mhux tal-UE li jieħdu passi lejn l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt, għadhom jeżistu sfidi sinifikanti f’dan ir-rigward; jiddeplora l-fatt li f’pajjiżi oħra mhux tal-UE l-għadd ta’ sentenzi tal-mewt li twettqu laħaq l-ogħla livell tiegħu fl-aħħar ħames snin; itenni l-appell tiegħu lill-pajjiżi kollha biex jabolixxu kompletament il-piena tal-mewt jew jistabbilixxu moratorju immedjat fuq l-użu tal-piena tal-mewt (sentenzi u eżekuzzjonijiet) bħala l-ewwel pass lejn l-abolizzjoni tagħha; iħeġġeġ, f’dan ir-rigward, lill-UE tintensifika l-kollaborazzjoni diplomatika mal-pajjiżi li għadhom jipprattikaw il-piena tal-mewt, filwaqt li tinkoraġġixxi d-djalogu u l-kooperazzjoni dwar kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u tipprovdi appoġġ għall-iżvilupp ta’ riformi ġudizzjarji li jistgħu jwasslu għall-abolizzjoni tagħha;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Id-dritt għal-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza, tar-reliġjon u tat-twemmin</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Itenni t-tħassib tiegħu dwar il-ksur tad-dritt għal-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza, tar-reliġjon u tat-twemmin; jinsab imħasseb dwar iż-żieda fid-dinja kollha tal-intolleranza fil-konfront ta’ komunitajiet reliġjużi differenti; jiddeplora l-istrumentalizzazzjoni tal-identitajiet tar-reliġjon jew tat-twemmin għal skopijiet politiċi u l-esklużjoni ta’ persuni li jagħmlu parti minn minoranzi reliġjużi u ta’ twemmin u tal-komunitajiet reliġjużi, inkluż mill-parteċipazzjoni pubblika, kif ukoll il-qerda u l-vandaliżmu ta’ siti u opri tal-arti ta’ valur kulturali u storiku, f’ċerti pajjiżi terzi; jisħaq li l-libertà li wieħed jagħżel ir-reliġjon proprja, li jemmen jew li ma jemminx hija dritt tal-bniedem li ma tistax tiġi kkastigata; jikkundanna, għalhekk, l-eżistenza u l-implimentazzjoni tal-hekk imsejħa liġijiet tal-apostażija u l-liġijiet tal-blasfemija li jwasslu għal pieni ħorox, trattament degradanti u, f’xi każijiet, saħansitra għal kundanni għall-mewt; jappella għall-abolizzjoni tal-liġijiet tal-apostażija u tal-liġijiet tal-blasfemija; jisħaq li l-Mibgħut Speċjali għall-promozzjoni u l-protezzjoni tal-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin barra mill-UE għandu jingħata aktar riżorsi sabiex ikun jista’ jwettaq il-mandat tiegħu b’mod effiċjenti; jenfasizza l-ħtieġa li l-Mibgħut Speċjali jkompli jaħdem mill-qrib u b’mod komplementari mal-EUSR għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill dwar id-Drittijiet tal-Bniedem; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jżidu l-isforzi tagħhom biex jipproteġu d-dritt għal-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza, tar-reliġjon jew tat-twemmin, iqajmu dawn il-kwistjonijiet fil-fora tad-drittijiet tal-bniedem tan-NU u jkomplu jaħdmu mal-mekkaniżmi u l-kumitati rilevanti tan-NU; jappella lill-UE titlob u tikkonsolida rapporti mid-delegazzjonijiet tal-UE dwar l-istat tal-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza, tar-reliġjon u tat-twemmin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Ifakkar li l-biċċa l-kbira tal-kunflitti vjolenti madwar id-dinja jseħħu minħabba l-ħsara li ssir lill-minoranzi permezz tal-esklużjoni, id-diskriminazzjoni u l-inugwaljanzi marbuta mal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem tal-minoranzi, kif osservat mir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar kwistjonijiet tal-minoranzi; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-protezzjoni tad-drittijiet tal-minoranzi u tal-iżvilupp ta’ mekkaniżmi ta’ protezzjoni jiġu integrati fil-livell tan-NU; ifakkar fl-obbligi tal-Istati li jipproteġu d-drittijiet tal-minoranzi nazzjonali, etniċi, kulturali, reliġjużi jew lingwistiċi tagħhom fit-territorji rispettivi tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja l-protezzjoni tad-drittijiet tal-persuni li jappartjenu għal minoranzi fid-dinja kollha, u tinkludiha bħala prijorità fl-ambitu tal-programm tematiku dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija tal-NDICI-Ewropa Globali tal-UE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Id-dritt għal-libertà tal-espressjoni, il-libertà akkademika, il-libertà tal-media u d-dritt għall-informazzjoni</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jenfasizza s-sinifikat kritiku tal-libertà tal-espressjoni u l-aċċess għal informazzjoni affidabbli u minn diversi sorsi biex jiġu sostnuti d-demokrazija u spazju ċiviku prosperu; ifakkar li d-demokraziji jistgħu jiffunzjonaw biss meta ċ-ċittadini jkollhom aċċess għal informazzjoni indipendenti u affidabbli, filwaqt li l-ġurnalisti jsiru atturi ewlenin fis-salvagwardja tad-demokrazija; jinsab għalhekk serjament imħasseb dwar ir-restrizzjonijiet li qed jiżdiedu fuq il-libertà tal-espressjoni f’diversi pajjiżi madwar id-dinja, b’mod partikolari għall-ġurnalisti, permezz taċ-ċensura, l-awtoċensura furzata, l-hekk imsejħa liġijiet dwar l-aġenti barranin u l-użu ħażin tal-liġijiet kontra t-terroriżmu jew kontra l-korruzzjoni biex irażżnu lill-ġurnalisti u l-gruppi tas-soċjetà ċivili; jinsab imħasseb dwar l-użu tad-diskors ta’ mibegħda kontra l-ġurnalisti, kemm online kif ukoll offline, li jwassal għal effett ta’ deterrent; iqajjem tħassib, barra minn hekk, dwar is-sigurtà fiżika tal-ġurnalisti u l-ħaddiema tal-media u l-fatt li qed ikunu fil-mira f’żoni ta’ konflitt; jiddeplora l-fatt li, fl-2024, inqatlu 54 ġurnalist u ħaddiem tal-media – il-biċċa l-kbira minnhom f’żoni ta’ kunflitt – 550 kienu qed jiġu detenuti, 55 kienu qed jinżammu bħala ostaġġi, u 95 kienu neqsin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jappella b’mod urġenti lill-UE biex tappoġġja l-mezzi tal-media u tal-informazzjoni affidabbli li jippromwovu l-obbligu ta’ rendikont tal-awtoritajiet u jappoġġjaw tranżizzjonijiet demokratiċi, filwaqt li jenfasizza l-ħtieġa li jitħarsu l-prinċipji tal-pluraliżmu, it-trasparenza u l-indipendenza; jenfasizza r-rwol tal-verifikaturi tal-fatti fl-ambjent tal-media, li jiżguraw li l-pubbliku jista’ jafda l-informazzjoni li jirċievi; huwa mħasseb li, għalhekk, huma bersalji ewlenin ta’ attakki minn reġimi illiberali li joħolqu u jxerrdu d-diżinformazzjoni, il-propaganda u l-aħbarijiet foloz; jikkundanna l-użu estensiv ta’ SLAPPs biex jiġu msikkta ġurnalisti, attivisti, trejdjunjonisti u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja; jilqa’, f’dan il-kuntest, id-direttiva mfassla biex tkun ta’ tarka għall-ġurnalisti u d-DDB minn azzjonijiet legali abbużivi u SLAPPs; iħeġġeġ lil min ifassal il-liġi fil-pajjiżi mhux tal-UE biex jiżviluppa leġiżlazzjoni bl-istess għan, bħala parti minn sforzi usa’ għall-promozzjoni u l-protezzjoni tal-libertà u l-pluraliżmu tal-media; jitlob li l-attakki fuq il-libertà tal-media, kif ukoll it-tnawwir persistenti u sistematiku tad-dritt għall-informazzjoni, jitqiesu fil-monitoraġġ mill-UE tal-konformità tal-ftehimiet internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jilqa’ l-pjan tal-Kummissjoni li tiffinanzja inizjattivi li jappoġġjaw lill-ġurnalisti fi kwistjonijiet legali u prattiċi, inkluż lil hinn mill-UE, permezz tal-Pjan ta’ Azzjoni għad-Demokrazija Ewropea; jitlob lill-UE ssaħħaħ l-isforzi tagħha biex tgħin lill-ġurnalisti fil-mira madwar id-dinja, filwaqt li jfakkar li l-ġurnalisti indipendenti jinsabu fuq quddiem nett fil-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni, li ddgħajjef id-demokraziji; jirrikonoxxi l-kontribut biex jintlaħaq dan l-għan minn programmi bħal Media4Democracy, li issa ma għadux jeżisti, u attivitajiet oħra ffinanzjati mill-UE, inkluż dawk tal-Fond Ewropew għad-Demokrazija; jiddispjaċih ħafna dwar id-deċiżjoni li jitwaqqaf il-finanzjament għal Radio Free Europe/Radio Liberty, Radio Free Asia u Voice of America, li huma mezzi bi rwol vitali fil-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni, fil-promozzjoni tal-valuri demokratiċi u fir-rappurtar f’postijiet fejn il-libertà tal-istampa hija mrażżna ħafna jew ineżistenti; jistieden lill-UE tintervjeni b’mod urġenti u tipprovdi l-finanzjament meħtieġ sabiex tiżgura li sorsi ta’ aħbarijiet affidabbli jkunu disponibbli f’pajjiżi li jirrestrinġu l-libertà tal-istampa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Jibqa’ tassew imħasseb dwar l-istat li sejjer dejjem għall-agħar tal-libertà tal-istampa madwar id-dinja; jikkundanna ċ-ċensura tal-ġurnalisti, id-DDB u l-OSĊ permezz tal-applikazzjoni tal-hekk imsejħa liġijiet ta’ aġenti barranin, kif ukoll miżuri leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi oħra adottati minn reġimi awtoritarji u illiberali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Jafferma mill-ġdid l-impenn tiegħu li jipproteġi u jippromwovi l-libertà akkademika bħala komponent essenzjali ta’ soċjetajiet miftuħa u demokratiċi; jissottolinja l-attakki kontra l-libertà akkademika minn reġimi awtoritarji u totalitarji, iżda anki minn forzi estremi u populisti fid-dinja kollha; jitlob li jiġu żviluppati parametri referenzjarji għal-libertà akkademika fil-klassifiki, il-proċeduri u l-kriterji akkademiċi, u li dawn il-parametri referenzjarji jiġu integrati fil-mekkaniżmi istituzzjonali ta’ assigurazzjoni tal-kwalità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Jissottolinja l-ħidma indispensabbli ta’ organizzazzjonijiet bħal Radio Free Europe/Radio Liberty fil-promozzjoni tad-demokrazija, tal-pluraliżmu tal-media u tal-aċċess għal informazzjoni newtrali; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li meta l-leħen tad-demokrazija jissikket, huwa faċli li l-propaganda kontra l-valuri demokratiċi tieħu s-sopravvent; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat il-finanzjament konsistenti ta’ tali istituzzjonijiet, u jitlob lill-UE żżid il-finanzjament ta’ tali organizzazzjonijiet u timla l-lakuni fir-riċerkar li jistgħu jseħħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Jinnota bi tħassib li aktar minn nofs il-popolazzjoni tad-dinja tgħix f’ambjenti b’livelli ta’ libertà akkademika kompletament jew gravement ristretti, u li dan għandu konsegwenzi gravi għal-libertà tal-edukazzjoni, għat-tgawdija tal-benefiċċji tal-progress xjentifiku u l-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jżidu l-isforzi tagħhom biex iwaqqfu ċ-ċensura, it-theddid jew l-attakki fuq il-libertà akkademika, u speċjalment l-inkarċerazzjoni ta’ akkademiċi fid-dinja kollha; jilqa’ l-inklużjoni tal-akkademiċi f’riskju fil-Mekkaniżmu tal-UE għad-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura appoġġ kontinwu ta’ livell għoli għall-Kampus Globali tad-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija, li pprovda spazju sikur għall-istudenti u l-akkademiċi li kellhom jaħarbu minn pajjiżhom biex jiddefendu d-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Id-drittijiet tal-popli indiġeni</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Jinnota b’dispjaċir li l-popli indiġeni għadhom jiffaċċjaw diskriminazzjoni u persekuzzjoni mifruxa u sistematiċi madwar id-dinja, inklużi spostamenti furzati; jikkundanna l-arresti arbitrarji u l-qtil tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u tal-art li jiddefendu d-drittijiet tal-popli indiġeni; jisħaq li l-promozzjoni tad-drittijiet tal-popli indiġeni u l-prattiki tradizzjonali tagħhom huma fundamentali għall-ksib ta’ żvilupp sostenibbli, il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-konservazzjoni tal-bijodiversità; iħeġġeġ lill-gvernijiet isegwu politiki ta’ żvilupp u ambjentali li jirrispettaw id-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali, u li jkunu jinkludu l-popli indiġeni u l-popolazzjonijiet lokali, f’konformità mal-SDGs tan-NU; itenni l-appell tiegħu lill-UE, lill-Istati Membri tagħha u lis-sħab tagħhom fil-komunità internazzjonali biex jadottaw il-miżuri kollha meħtieġa għar-rikonoxximent, il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-popli indiġeni, inkluż fir-rigward tal-lingwi, tal-artijiet, tat-territorji u tar-riżorsi tagħhom, kif stabbilit fid-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni, inkluż il-prinċipju tal-kunsens liberu, minn qabel u infurmat; jistieden lill-Istati kollha jiżguraw li l-popli indiġeni u l-komunitajiet lokali jiġu inklużi fid-deliberazzjonijiet u fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tad-diplomazija internazzjonali dwar il-klima; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli tippromwovi d-djalogu u l-kollaborazzjoni bejn il-popli indiġeni u l-UE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Id-dritt għall-parteċipazzjoni pubblika</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>69.</NO.P>Jiddeplora l-fatt li d-dritt għall-parteċipazzjoni f’elezzjonijiet ħielsa u ġusti mhuwiex rispettat f’reġimi awtoritarji, illiberali u totalitarji; jenfasizza li dawn ir-reġimi jwettqu elezzjonijiet foloz bil-għan li jsaħħu s-setgħa tagħhom, peress li ma għandhomx kontestazzjoni politika reali u pluraliżmu; huwa allarmat bit-tendenzi attwali fil-proċessi elettorali, bħat-tnaqqis jikber fil-parteċipazzjoni elettorali u l-prestazzjoni demokratika jew it-tilwim jiżdied fir-rigward tal-kredibbiltà tal-elezzjonijiet; jenfasizza bi tħassib kbir ħafna l-indħil jiżdied minn xi Stati fl-elezzjonijiet ta’ pajjiżi oħra permezz ta’ tattiki ibridi; jafferma mill-ġdid il-ħtieġa li tiżdied ir-rappreżentanza politika tan-nisa, taż-żgħażagħ u tal-gruppi vulnerabbli u li tiġi ggarantita l-parteċipazzjoni pubblika tal-minoranzi; jissottolinja li n-nuqqas ta’ fiduċja fil-proċess elettorali jista’ jiżdied aktar mhux biss bl-irregolaritajiet, iżda anke bid-dikjarazzjonijiet pubbliċi, inkluż mill-parteċipanti; jenfasizza li l-perċezzjoni pubblika tal-proċess elettorali hija kruċjali daqs il-proċess innifsu, billi l-manipulazzjoni tagħha tista’ twassal għal polarizzazzjoni jew attakki mmirati; jistieden lill-pajjiżi terzi jsaħħu l-isforzi tagħhom biex jikkomunikaw b’mod ċar il-passi kollha tal-proċessi u s-sistemi elettorali rispettivi tagħhom, kif ukoll il-mekkaniżmi eżistenti ta’ obbligu ta’ rendikont f’każijiet ta’ irregolaritajiet; jistieden lis-SEAE u lill-Kummissjoni janalizzaw u jirrapportaw lill-Parlament l-inizjattivi tagħhom biex jindirizzaw l-isfidi maħluq mill-intelliġenza artifiċjali (IA) fil-proċessi elettorali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Id-drittijiet tal-bniedem, in-negozju u l-kummerċ</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>70.</NO.P>Jisħaq fuq ir-rwol tal-kummerċ bħala strument ewlieni għall-promozzjoni u t-titjib tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi sħab tal-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni ttejjeb il-koordinazzjoni bejn il-politiki tal-kummerċ, l-investiment u l-iżvilupp tal-UE, u tipprijoritizza u tippromwovi l-iżvilupp tad-drittijiet tal-bniedem permezz tal-politiki kummerċjali tal-UE, inkluża l-Iskema Ġeneralizzata ta’ Preferenzi Plus; jinnota, madankollu, li ftit li xejn kien hemm titjib f’xi wħud mill-pajjiżi kkonċernati; jisħaq fuq ir-responsabbiltajiet tal-Istati u ta’ atturi oħra, bħall-korporazzjonijiet, biex jittaffew l-effetti tat-tibdil fil-klima, jiġi evitat l-impatt negattiv tagħhom fuq id-drittijiet tal-bniedem u jiġu promossi politiki xierqa f’konformità mal-obbligi tad-drittijiet tal-bniedem; jiddeplora l-effetti detrimentali ta’ wħud mill-attivitajiet kummerċjali eċċessivi u ta’ sfruttament fuq id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija; jilqa’ l-armonizzazzjoni li tirriżulta mill-adozzjoni tad-Direttiva dwar id-diliġenza dovuta tas-sostenibbiltà korporattiva ma’ regoli vinkolanti tal-UE dwar imġiba korporattiva responsabbli fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem, tax-xogħol u tal-ambjent; jilqa’ wkoll ir-Regolament dwar il-projbizzjoni ta’ prodotti magħmulin b’xogħol furzat fis-suq tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-projbizzjoni ta’ prodotti magħmulin b’xogħol furzat fis-suq tal-Unjoni (COM(2022)0453).</FIELD></FOOTNOTE> u jappella għall-implimentazzjoni malajr tiegħu fil-livell tal-Istati Membri; jappella għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni tal-Ombudsman tal-UE dwar il-ħolqien ta’ portal għat-trattament tal-ilmenti, fil-qafas tal-istrumenti kummerċjali u finanzjarji tal-UE, u l-adattament tal-Punt ta’ Dħul Uniku tal-Kummissjoni biex jippermetti s-sottomissjoni ta’ lmenti rigward in-nuqqasijiet ta’ konformità mal-klawżoli tad-drittijiet tal-bniedem, li għandhom ikunu aċċessibbli, faċli għaċ-ċittadini u trasparenti; jitlob lill-UE tkompli l-isforzi tagħha biex teqred it-tħaddim tat-tfal, u x-xogħol furzat u skjavizzat; jisħaq fuq l-importanza ta’ miżuri ta’ rimedju u aċċess għall-ġustizzja li jkunu konformi mal-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, inklużi miżuri finanzjarji u mhux finanzjarji f’konsultazzjoni mal-vittmi; jistieden lill-Kunsill jadotta mandat ambizzjuż biex l-UE biex tinvolvi ruħha fin-negozjati li għaddejjin dwar l-istrument legalment vinkolanti tan-NU dwar in-negozju u d-drittijiet tal-bniedem mill-aktar fis possibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>71.</NO.P>Jenfasizza li, f’ħafna reġjuni tad-dinja, l-intrapriżi mikro, żgħar u medji (MSMEs) spiss huma l-forza mexxejja tal-ekonomiji lokali u qed jiżdied in-numru ta’ nisa li jmexxuhom; jissottolinja li l-MSMEs jirrappreżentaw 90 % tan-negozji, 60 sa 70 % tal-impjiegi u 50 % tal-prodott domestiku gross madwar id-dinja; jenfasizza l-importanza tal-MSMEs fil-kontribut tagħhom għall-Aġenda 2030 u l-ilħuq tal-SDGs, jiġifieri dawk dwar il-qerda tal-faqar u l-kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti għal kulħadd;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Id-drittijiet tal-bniedem u t-teknoloġiji diġitali</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>72.</NO.P>Jinsab imħasseb dwar it-theddida li l-IA tista’ toħloq għad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, b’mod speċjali jekk ma tkunx regolata kif xieraq; jenfasizza l-ħtieġa ta’ sorveljanza, trasparenza robusta u salvagwardji xierqa għat-teknoloġiji ġodda u emerġenti, kif ukoll ta’ approċċ ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem; jilqa’ l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar id-Diplomazija Diġitali tas-26 ta’ Ġunju 2023 biex jissaħħu r-rwol u t-tmexxija tal-UE fil-governanza diġitali globali, b’mod partikolari l-pożizzjoni tagħha bħala dik li ssawwar il-ktieb tar-regoli diġitali globali abbażi ta’ prinċipji demokratiċi; jilqa’, f’dan ir-rigward, l-adozzjoni tal-Att tal-UE dwar l-Intelliġenza Artifiċjali li għandu l-għan li jarmonizza r-regoli dwar l-IA biex jipproteġi d-drittijiet tal-bniedem, u l-vantaġġi li tista’ ġġib l-IA għall-benesseri tal-bniedem; jinsab imħasseb ferm dwar il-konsegwenzi ta’ ħsara tal-użu ħażin tal-IA u d-deepfakes, b’mod partikolari għan-nisa u l-irġiel; jinnota bi tħassib l-effetti negattivi tal-“industrija ta’ kontenut falz” fuq id-dritt għall-informazzjoni u l-libertà tal-istampa, inkluż l-iżvilupp rapidu tal-IA u l-għoti tas-setgħa sussegwenti lill-industrija tad-diżinformazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> Reporters Without Borders, “2023 World Press Freedom Index – journalism threatened by fake content industry” (Reporters mingħajr fruntieri, “Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa tal-2023 – ġurnaliżmu mhedded mill-industrija ta’ kontenut falz”) https://rsf.org/en/2023-world-press-freedom-index-journalism-threatened-fake-content-industry.</FIELD></FOOTNOTE>; jikkundanna l-użu ta’ teknoloġiji ġodda u emerġenti, bħat-teknoloġija ta’ rikonoxximent tal-wiċċ u s-sorveljanza diġitali, bħala strumenti koerċittivi u l-użu tagħhom biex jiżdiedu l-fastidju, l-intimidazzjoni u l-persekuzzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, l-attivisti, il-ġurnalisti u l-avukati; jistieden lill-Kunsill jelenka, fl-ambitu tal-EUGHRSR, l-atturi statali u mhux statali li qed iwettqu dawn il-prattiki; jinnota bi tħassib l-iżvilupp rapidu tal-IA fl-applikazzjonijiet militari, kif ukoll l-iżvilupp u l-użu potenzjali ta’ sistemi awtonomi li jistgħu jieħdu deċiżjonijiet li jfissru ħajja jew mewt mingħajr input uman;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>73.</NO.P>Ifakkar li l-kummerċ internazzjonali fis-software ta’ spjunaġġ lejn pajjiżi terzi fejn tali għodod jintużaw kontra attivisti tad-drittijiet tal-bniedem, ġurnalisti u kritiċi tal-gvern, huwa ksur tad-drittijiet fundamentali minquxa fil-Karta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>74.</NO.P>Jilqa’ l-adozzjoni, f’Mejju 2024, tal-ewwel Konvenzjoni Qafas tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-Intelliġenza Artifiċjali u d-Drittijiet tal-Bniedem, id-Demokrazija u l-Istat tad-Dritt, li għandha l-għan li tiżgura li l-attivitajiet fiċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ tas-sistemi tal-IA jkunu konsistenti bis-sħiħ mad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt; itenni l-ħtieġa li tingħata attenzjoni leġiżlattiva akbar lill-bidliet profondi li jirriżultaw minn attivitajiet fi ħdan iċ-ċiklu tal-ħajja tas-sistemi tal-IA, li għandhom il-potenzjal jippromwovu l-prosperità tal-bniedem, il-benesseri individwali u soċjali, l-iżvilupp sostenibbli, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u l-bniet kollha, iżda li għandhom ukoll ir-riskju li joħolqu jew jippeġġoraw l-inugwaljanzi u li jinċentivaw il-vjolenza ċibernetika u fiżika, inkluża vjolenza esperjenzata minn nisa u individwi f’sitwazzjonijiet vulnerabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>75.</NO.P>Jisħaq li l-internet għandu jkun post fejn tipprevali l-libertà tal-espressjoni; jikkunsidra, madankollu, li jeħtieġ li jiġu rispettati d-drittijiet tal-individwi; huwa tal-opinjoni li, fejn applikabbli, dak li jitqies li huwa illegali offline, għandu jitqies illegali online; jesprimi tħassib dwar l-għadd dejjem jikber ta’ qtugħ tal-internet; jenfasizza li l-qtugħ tal-internet spiss jintuża minn reġimi awtoritarji, fost l-oħrajn, biex isikktu l-oppożizzjoni politika u jrażżnu l-libertà politika; jitlob b’mod urġenti lill-UE tiġġieled dan il-fenomenu allarmanti, inkluż billi tikkunsidra li tippermetti lill-fornituri bbażati fl-UE joffru għodod ta’ komunikazzjoni sikuri lill-persuni li kienu b’hekk ġew imċaħħda mill-aċċess online; iħeġġeġ lill-UE tieħu pożizzjoni soda kontra kwalunkwe tentattiv mill-ġganti tat-teknoloġija biex jevitaw jew jimminaw is-sistemi legali nazzjonali u d-deċiżjonijiet indipendenti tal-qorti, u jipproteġu l-prinċipji demokratiċi u jimplimentaw miżuri biex tinżamm l-integrità tal-elezzjonijiet, kif ukoll biex jiġi protett id-dritt għall-informazzjoni, speċjalment matul il-perjodi elettorali;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>76.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-President tad-79 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-President tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem u lill-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>