<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0060</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Estimi tad-dħul u tan-nefqa għas-sena finanzjarja 2026 – Taqsima I – Il-Parlament Ewropew</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0048/2025 - Rapporteur: Matjaž Nemec)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ April 2025 dwar l-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2026 (2024/2111(BUI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/2093/oj.</FIELD></FOOTNOTE> u d-dikjarazzjoni konġunta maqbula bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni f’dan il-kuntest<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 444 I, 22.12.2020, p. 4.</FIELD></FOOTNOTE> u d-dikjarazzjonijiet unilaterali relatati<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 445, 29.10.2021, p. 252.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2022/2496 tal-15 ta’ Diċembru 2022 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 325, 20.12.2022, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2496/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2024/765 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/765, 29.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/765/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (“Reviżjoni tal-QFP”),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta’ regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021-2027<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 445, 29.10.2021, p. 240.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Diċembru 2022 dwar it-titjib tal-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027: baġit tal-UE reżiljenti u adegwat għal sfidi ġodda<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 177, 17.5.2023, p. 115.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta’ Ottubru 2023 dwar il-proposta għal reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/1195, 23.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1195/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta’ Frar 2024 dwar l-abbozz ta’ regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/6751, 26.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6751/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (riformulazzjoni)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: <STRING UNDERLINE="on">http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj.</STRING></FIELD></FOOTNOTE> (ir-“Regolament Finanzjarju”),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2020/1222/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2025<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2025/31, 27.2.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/budget/2025/31/oj.</FIELD></FOOTNOTE> u d-dikjarazzjonijiet konġunti maqbula bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni li huma annessi miegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali lill-Bureau dwar it-tħejjija tal-abbozz preliminari tal-estimi tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2026,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-abbozz preliminari tal-estimi mħejji mill-Bureau fl-10 ta’ Marzu 2025 skont l-Artikoli 25(7) u 104(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-abbozz preliminari tal-estimi mħejji mill-Kumitat għall-Baġits skont l-Artikolu 104(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 104 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A10-0048/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-baġit propost fl-10 ta’ Frar 2025 mis-Segretarju Ġenerali għall-abbozz preliminari tal-estimi tal-Parlament għall-2026 jammonta għal EUR 2 641 609 620 u jirrappreżenta żieda ta’ 4,30 % jew EUR 108 914 512 meta mqabbel mal-baġit tal-2025;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-inflazzjoni annwali tal-Unjoni kienet ta’ 2,8 % f’Jannar 2025 skont l-Eurostat, żieda minn 2,7 % f’Diċembru 2024; billi l-livell ta’ nfiq fl-Intestatura 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) 2021-2027 huwa bbażat fuq żieda annwali ta’ 2 %;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-kredibbiltà tal-Parlament tiddependi mill-kapaċità tiegħu li jwettaq il-ħidma ewlenija baġitarja, leġiżlattiva u ta’ skrutinju tiegħu bl-ogħla standard, filwaqt li jservi ta’ eżempju għal istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni biex jippjanaw u jwettqu l-infiq tagħhom b’mod prudenti u effiċjenti u biex jirriflettu r-realtajiet ekonomiċi prevalenti;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Qafas ġenerali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jinsab imħasseb dwar is-sitwazzjoni tal-Intestatura 7 fil-QFP attwali; ifakkar li r-restrizzjonijiet huma r-riżultat tat-tnaqqis applikat mill-Kunsill għall-proposta inizjali diġà baxxa ħafna tal-Kummissjoni waqt il-qbil dwar il-QFP 2021-2027 attwali; jiddispjaċih dwar l-oppożizzjoni tal-Kunsill għall-proposta tal-Kummissjoni li jiżdied il-limitu massimu tal-Intestatura 7 fir-reviżjoni tal-QFP mill-2024; jindika n-nuqqas li tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-limitu massimu tal-Intestatura 7 fir-reviżjoni tal-QFP; jenfasizza li l-marġni negattiv previst għall-2026 jippresupponi l-użu ta’ strumenti speċjali fl-Intestatura 7 għal dak l-għan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Japprova l-ftehim li ntlaħaq fil-Konċiljazzjoni bejn il-Bureau u l-Kumitat għall-Baġits fit-18 ta’ Marzu 2025 biex iż-żieda fuq il-baġit tal-2025 tiġi stabbilita għal 4,09 %, li tikkorrispondi għal livell kumplessiv ta’ estimi ta’ EUR 2 636 241 620 għall-2026, u biex jitnaqqsu skont dan l-approprjazzjonijiet proposti fil-linji baġitarji li ġejjin għal total ta’ EUR 12 378 000:
</ACTION><ACTION>
1 0 0 6 — Allowance għall-ispejjeż ġenerali, 1 4 2 — Servizzi esterni tat-traduzzjoni, 2 0 0 0 — Kirjiet, 2 0 0 7 — Kostruzzjoni ta’ bini u sistemazzjoni fil-binjiet, 2 0 2 4 — Konsum tal-enerġija, 2 1 0 1 — Ġestjoni tal-applikazzjonijiet operattivi, 3 2 0 — Akkwist tal-opinjoni tal-esperti, 3 2 4 3 — Ċentri għall-Viżitaturi tal-Parlament Ewropew, 3 2 4 8 — In-nefqa għall-informazzjoni awdjoviżiva, 4 4 — Laqgħat u attivitajiet oħra tal-Membri Parlamentari attwali u tal-ex Membri;
</ACTION><ACTION>
barra minn hekk, ġie deċiż li jiżdied il-livell tal-infiq tal-abbozz preliminari tal-estimi approvat mill-Bureau fl-10 ta’ Marzu 2025 b’EUR 7 010 000 u li jiżdiedu skont dan l-approprjazzjonijiet proposti fil-linji baġitarji li ġejjin:
</ACTION><ACTION>
1 2 0 0 — Remunerazzjoni u allowances, 1 6 3 0 — Servizzi soċjali: nefqa fuq il-welfare, 4 0 0 — Nefqa amministrattiva kurrenti u nefqa marbuta mal-attivitajiet politiċi ta’ informazzjoni tal-gruppi politiċi u tal-Membri mhux affiljati, u 4 0 3 — Finanzjament tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej;
</ACTION><ACTION>
finalment, ġie maqbul li jiġu mmodifikati r-rimarki baġitarji tal-punt 1 6 3 0 — Servizzi soċjali: nefqa fuq il-welfare biex jinkludu r-referenza għall-Kumitat tal-APA;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Ifakkar li kważi żewġ terzi tal-baġit huma ffissati minn obbligi statutorji; jinnota li, miż-żieda ta’ EUR 103,5 miljun meta mqabbla mal-baġit tal-2025, żieda ta’ EUR 85,3 miljun hija dovuta għal obbligi finanzjarji statutorji, prinċipalment għall-aġġornamenti tas-salarji tal-uffiċjali u l-persunal temporanju (EUR 52,7 miljun), tal-aġenti kuntrattwali (EUR 9,2 miljuni) u tal-assistenti parlamentari akkreditati (EUR 15,1-il miljun); ifakkar li l-Kummissjoni tipprevedi attwalment li l-indiċjar tas-salarji, f’konformità mar-Regolamenti tal-Persunal u l-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew, se jkun ta’ 1,2 % għal April 2025, 4,6 % għal Lulju 2025, 0,6 % għal April 2026 u 3,4 % għal Lulju 2026;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jinnota li l-Parlament ma jitlob l-ebda kariga addizzjonali għall-2026, għat-tielet sena konsekuttiva;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jinnota li ż-żieda għall-infiq mhux statutorju bejn l-2025 u l-2026 hija ta’ 1,96 %;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jilqa’ l-inizjattiva tas-Segretarju Ġenerali li jwettaq eżerċizzju ewlieni ta’ skrinjar bl-għan li jidentifika opportunitajiet għas-simplifikazzjoni amministrattiva, l-eliminazzjoni tal-ineffiċjenzi u l-iżgurar ta’ tnaqqis tanġibbli tal-kostijiet, biex b’hekk tiżdied l-effiċjenza u jiġi żgurat użu intelliġenti tar-riżorsi; jitlob lis-Segretarju Ġenerali jagħti lill-Kumitat għall-Baġits aġġornamenti semestrali dwar l-azzjonijiet meħuda u dwar il-Pjan ta’ Azzjoni dwar is-Simplifikazzjoni kif ukoll dwar l-impatt tagħhom f’termini ta’ baġit u persunal; jissottolinja li l-proċeduri amministrattivi u l-ġestjoni tar-riżorsi umani jirrappreżentaw piż kbir ħafna għall-Membri, b’mod partikolari meta jirreklutaw assistenti lokali, u jappella għal simplifikazzjoni f’dak ir-rigward;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jinnota li l-baġit tal-Parlament għandu jiġi stabbilit fuq bażi realistika, f’konformità mal-prinċipji tad-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba; jenfasizza li huwa essenzjali li jiġi żgurat li l-prudenza u s-sigurtà finanzjarji jibqgħu prijoritajiet ewlenin filwaqt li jiġi ggarantit li dawn il-miżuri ma jostakolawx l-effiċjenza, l-effikaċja u l-kapaċità operattiva tal-istituzzjoni u l-persunal essenzjali tagħha fit-twettiq b’suċċess ta’ dmirijiethom; jisħaq li, fid-dawl tal-kuntest ġeopolitiku u tal-investimenti li l-Unjoni se jkollha tagħmel għall-awtonomija strateġika tagħha, il-Parlament jeħtieġlu jagħti l-eżempju fil-ġestjoni tal-baġit tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jenfasizza r-rwol tal-Parlament fit-trawwim ta’ kuxjenza politika Ewropea u fil-promozzjoni tal-valuri u l-politiki tal-Unjoni bħat-tranżizzjoni diġitali u ekoloġika; jisħaq li t-trasparenza, l-obbligu ta’ rendikont, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-integrità huma prinċipji essenzjali fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u b’mod partikolari fil-Parlament bħala d-dar tad-demokrazija Ewropea;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">It-tisħiħ tal-funzjonijiet essenzjali tal-Parlament</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jieħu nota tal-erba’ Direttorati Ġenerali (DĠ) tematiċi ġodda maħluqa f’Settembru 2024, responsabbli għall-attivitajiet leġiżlattivi, baġitarji u ta’ skrutinju, mid-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni preċedenti, sabiex jittejjeb il-funzjonament tal-Parlament bħala koleġiżlatur, bħala fergħa waħda tal-awtorità baġitarja, u bħala awtorità ta’ kwittanza; jitlob lis-Segretarju Ġenerali jagħti lill-Kumitat għall-Baġits aġġornamenti regolari dwar l-evoluzzjoni tax-xogħol u tal-persunal f’dawn id-Direttorati Ġenerali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jirrikonoxxi l-ħtieġa ta’ aktar teħid ta’ deċiżjonijiet politiċi abbażi tal-evidenza u l-fatti; jieħu nota tal-baġit ta’ EUR 16,75-il miljun biex tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva tal-Parlament fl-appoġġ lill-Membri fil-ħidma parlamentari tagħhom u fit-tisħiħ tal-kapaċità tiegħu li jaffronta l-kumplessità u l-inċertezza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jisħaq fuq ir-rwol kruċjali tal-gruppi politiċi biex jagħtu għarfien espert u appoġġ politiku lill-Membri fil-ħidma leġiżlattiva u parlamentari tagħhom; jissottolinja l-ħtieġa li jiġi żgurat l-objettiv importanti li tissaħħaħ il-kapaċità tal-Parlament li jappoġġja l-ħidma tal-Membri;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">It-tranżizzjoni diġitali </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jissottolinja li ċ-ċibersigurtà tal-Parlament hija prijorità fundamentali; jinnota li l-baġit globali tal-IT jirrappreżenta 7,40 % tal-baġit totali fl-estimi tal-2026; jisħaq fuq l-importanza ta’ infrastruttura taċ-ċibersigurtà soda fi żminijiet ġeopolitikament turbolenti, u jilqa’ ż-żieda fl-approprjazzjonijiet iddedikati għaċ-ċibersigurtà; jappoġġja ż-żieda gradwali ppjanata tal-approprjazzjonijiet finanzjarji għaċ-ċibersigurtà għal 10 % tal-baġit tal-ICT tal-Parlament sal-2027;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jilqa’ l-adozzjoni mill-Bureau fl-10 ta’ Frar 2025 tal-Qafas dwar qafas intern tal-ġestjoni tar-riskju taċ-ċibersigurtà, ta’ governanza u ta’ kontroll tal-qafas; ifakkar li l-investimenti fiċ-ċibersigurtà huma kruċjali biex jipproteġu l-vuċi demokratika tal-Parlament u tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jilqa’ l-investimenti fl-Intelliġenza Artifiċjali (IA) li jammontaw għal EUR 1 miljun; jitlob li jiżdied l-użu tal-IA sabiex jinkisbu effiċjenzi, filwaqt li jitqiesu r-riskji relatati, inklużi l-etika u l-protezzjoni tad-data; jenfasizza l-potenzjal tal-IA li tirrazzjonalizza l-proċessi amministrattivi; jisħaq li l-varar tal-IA jrid jibbilanċja l-innovazzjoni mas-salvagwardji meħtieġa; jinnota li l-iżvilupp tal-IA se jiġi mmonitorjat mill-qrib bi qbil mal-prinċipji stabbiliti mill-Bureau, li jinkludu, fost oħrajn, valutazzjoni tar-riskju bir-reqqa bl-użu ta’ teknoloġiji ġodda; jitlob lis-Segretarjat jipprovdi soluzzjonijiet, bħal applikazzjonijiet u għodod, li għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Membri u tal-persunal mill-aktar fis possibbli;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">It-tranżizzjoni ekoloġika</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jilqa’ l-miri tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali (EMAS) tal-Parlament għall-2025-2029; ifakkar li l-investimenti fl-effiċjenza enerġetika huma metodu tajjeb biex jinkiseb bilanċ tajjeb bejn il-kwalità u l-prezz; jieħu nota tal-baġit ta’ EUR 8,45 miljun għall-investimenti fl-effiċjenza enerġetika u l-ambjent fl-estimi tal-2026 biex tkompli tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tal-binjiet tiegħu; jinnota li dan jikkorrispondi għal żieda ta’ 74 % meta mqabbel mal-baġit tal-2025; jirrikonoxxi, madankollu, li dawn l-azzjonijiet ambjentali huma parti mil-linja baġitarja 2 0 0 7 “Kostruzzjoni ta’ bini u sistemazzjoni fil-binjiet” li l-gran total tagħha naqas bi EUR 3,7 miljun fl-2026 meta mqabbel mal-2025;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Ifakkar li kważi żewġ terzi tal-impronta tal-karbonju tal-Parlament joriġinaw mit-trasport tal-persuni; jitlob tnaqqis sostanzjali tal-vjaġġi għal laqgħat li jistgħu jsiru b’mod effettiv b’mod remot jew b’mod ibridu u l-promozzjoni ta’ bidla lejn alternattivi b’livell baxx ta’ karbonju għall-bqija tal-vjaġġi, dment li dan ma jaffettwax il-kwalità tal-ħidma leġiżlattiva u politika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jieħu nota taż-żieda prevista fil-prezzijiet tal-krediti tal-karbonju li, bil-livelli ta’ emissjonijiet attwali, tkun teħtieġ ammont stmat ta’ EUR 900 000 għall-2026; jitlob lill-amministrazzjoni tkompli tnaqqas, bi qbil mal-ġestjoni finanzjarja tajba, l-emissjonijiet tal-Parlament minflok tixtri krediti tal-karbonju; jilqa’ l-introduzzjoni ta’ offerta mtejba tal-ferroviji għall-missjonijiet fi Strażburgu minn Lulju 2025, bħala pass pożittiv lejn it-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO<STRING SUBSCRIPT="on">2</STRING>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jinnota li l-Parlament installa u qed ikompli jinstalla pannelli solari fotovoltajċi biex ikompli jżid is-sehem tal-enerġija rinnovabbli prodotta fuq il-post biex tintlaħaq il-mira ta’ 25 %; jieħu nota tat-tweġibiet mogħtija mis-Segretarju Ġenerali għall-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2024, li fihom jirrimarka li studju dwar l-użu tal-pannelli fotovoltajċi għall-binjiet ta’ Strażburgu twettaq fl-2022 u tlesta fl-2023 u li kellhom isiru aktar studji fl-2024 għal soluzzjonijiet vijabbli, b’mod partikolari għall-binja WEISS;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-multilingwiżmu, il-komunikazzjoni u d-diżinformazzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jenfasizza li l-multilingwiżmu huwa prinċipju fundamentali li l-ħidma tal-Parlament hija bbażata fuqu; jieħu nota tar-reviżjoni tal-Kodiċi ta’ Kondotta dwar il-Multilingwiżmu ppjanata għar-rebbiegħa tal-2025; jitlob li, meta xieraq, il-Parlament jisfrutta l-evoluzzjonijiet teknoloġiċi l-kbar fis-servizzi relatati mal-multilingwiżmu, inklużi l-iżvilupp u l-użu tal-IA; jitlob lis-Segretarju Ġenerali jinforma fil-ħin lill-Kumitat għall-Baġits dwar kwalunkwe impatt baġitarju wara din ir-reviżjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jenfasizza r-rwol tal-Uffiċċji ta’ Kollegament tal-Parlament Ewropew (EPLOs) fil-ġlieda kontra l-indħil barrani u d-diżinformazzjoni; jieħu nota, f’dak ir-rigward, tal-ħidma tal-EPLOs biex jippromwovu b’mod proattiv ix-xogħol tal-Parlament bil-lingwi lokali tagħhom permezz ta’ diversi kanali; jenfasizza r-rwol tal-EPLOs fir-Renju Unit bħala punt ta’ kuntatt ewlieni għaċ-ċittadini tal-Unjoni residenti fir-Renju Unit, li jipprovdulhom informazzjoni dwar il-Parlament u jħeġġuhom jivvutaw fl-elezzjonijiet Ewropej; jitlob lill-Bureau jespandi l-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-materjali ta’ komunikazzjoni b’mod aċċessibbli u inklużiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jenfasizza r-rata baxxa ta’ parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fl-elezzjonijiet Ewropej reċenti f’xi reġjuni tal-Unjoni kif ukoll ir-rwol tal-Parlament fit-tisħiħ tal-edukazzjoni dwar iċ-ċittadinanza tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Ifakkar fl-importanza tal-programm “Skola Ambaxxatriċi tal-Parlament Ewropew” biex jippromwovi l-involviment attiv fost iż-żgħażagħ Ewropej u tal-programm ta’ taħriġ għall-ġurnalisti żgħażagħ imsemmi f’ġieħ David Sassoli biex jissaħħaħ il-fehim tal-Unjoni u tal-funzjonament tagħha fost il-ġurnalisti, bħala l-aqwa antidotu kontra d-diżinformazzjoni, fid-dawl tax-xejriet reċenti li juru tnaqqis inkwetanti fil-libertà u l-indipendenza tal-media fl-Unjoni kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jirrikonoxxi l-importanza tal-gruppi ta’ viżitaturi bħala għodda importanti biex iċ-ċittadini jiġu konnessi mal-ħidma tal-Membri; jilqa’, f’dak ir-rigward, iż-żieda tal-limiti massimi u l-fatturi tal-kostijiet għall-kalkolu tal-kontribuzzjoni finanzjarja għall-viżitaturi sponsorjati mill-1 ta’ Jannar 2025; jitlob lill-Bureau jivvaluta l-impatt tar-regoli riveduti relatati mal-gruppi ta’ viżitaturi fir-rigward tal-kostijiet tal-ivvjaġġar filwaqt li titqies il-fluttwazzjoni tas-suq, u jevita diskriminazzjoni ġeografika indiretta għall-viżitaturi; jinnota li madwar 15 % tal-kwota għall-viżitaturi storikament mhijiex qed tintuża mill-Membri; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jipproponi lill-Bureau biex il-kwota mhux użata jagħmilha disponibbli għall-Membri interessati; jinnota li l-baġit għall-gruppi ta’ viżitaturi jirrappreżenta 22 % tal-baġit globali tad-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jinnota bi tħassib ir-regoli interni li jirregolaw il-gruppi ta’ viżitaturi tal-Membri, li jwasslu biex 30 % tal-kostijiet bil-quddiem ikollhom jiġġarrbu mill-Assistenti Parlamentari Akkreditati (APA) f’xi ċirkostanzi; jisħaq fuq l-imprattikabbiltà ta’ dawn ir-regoli u l-piż finanzjarju li dan ipoġġi fuq l-APA; jieħu nota tat-tweġibiet mogħtija mis-Segretarju Ġenerali għall-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2024 fir-rigward tal-loġika tal-approċċ f’żewġ stadji; jifhem il-loġika, iżda jenfasizza l-isfidi akbar li dan joħloq għall-APA, b’mod partikolari bil-bidla kontinwa lejn regoli aktar stretti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jisħaq fuq l-ambjent ta’ komunikazzjoni dejjem aktar impenjattiv u d-diversi mod li bihom għandha ssir il-komunikazzjoni politika, inkluż bl-involviment f’diversi pjattaformi tal-media soċjali u media oħra; jissottolinja l-ħtieġa li l-gruppi politiċi jwasslu u jikkomunikaw il-messaġġ tagħhom fl-Istati Membri kollha bħala prinċipju fundamentali ta’ demokrazija Ewropea li tiffunzjona tajjeb;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-infrastruttura</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jirrikonoxxi l-approċċ il-ġdid relatat mal-binjiet, fejn, wara perjodu ta’ akkwist, il-Parlament daħal f’era ta’ konsolidazzjoni tal-binjiet, filwaqt li jqis is-sostenibbiltà, l-aċċessibbiltà u l-mobbiltà tal-Membri u tal-persunal;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jieħu nota li EUR 4 miljun huma inklużi fl-estimi tal-2026 għall-istudji u l-ħidma preparatorja tal-kuntrattur relatati mar-rinnovazzjoni tal-binja SPAAK filwaqt li l-kostijiet globali huwa stmat li huma EUR 36 miljun; jinnota għalhekk li EUR 32 miljun ta’ kostijiet relatati mar-rinnovazzjoni tal-binja SPAAK mhumiex inklużi fl-estimi tal-2026; jinnota li s-Segretarju Ġenerali biħsiebu jkopri dawn il-kostijiet permezz ta’ trasferiment ta’ tlaqqit jew l-użu ta’ self; jitlob lis-Segretarju Ġenerali biex, f’konformità mal-Artikolu 272(6) tar-Regolament Finanzjarju, jagħti lill-Kumitat għall-Baġits mill-aktar fis possibbli informazzjoni dettaljata dwar self possibbli biex ikopri dawn il-kostijiet, kif ukoll l-ippjanar sħiħ tax-xogħlijiet inkluż l-ippjanar tal-kostijiet; jinsisti li l-kostijiet mhux marbuta direttament max-xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni għandhom jiġu elenkati u bbaġitjati b’mod ċar; jinnota li, minn Diċembru 2024, il-kostijiet diretti tal-proġett SPAAK jammontaw għal EUR 14,12-il miljun;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jilqa’ l-proġett pilota tad-DĠ INLO bl-għan li titneħħa l-legionella mis-sistema tal-pajpijiet tal-Parlament u jenfasizza li l-uniku mod effettiv biex jiġi miġġieled it-tixrid ulterjuri tal-legionella huwa li t-temperatura tal-ilma fil-pajpijiet tittella’ għal 55 grad Celsius għal perjodu ta’ żmien limitat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jinnota li huwa ppjanat li jiġu investiti EUR 11,45-il miljun fl-Europa Experiences fl-2026; jieħu nota tad-deċiżjoni tal-Bureau f’Novembru 2024 li jiġi rivedut il-kunċett ta’ Europa Experience u jistenna li l-kunċett rivedut ikun aktar kosteffiċjenti u aktar attraenti għall-viżitaturi; jiddispjaċih li għad m’hemmx Europa Experiences f’Bucharest, f’Riga, f’Madrid, f’Liżbona, f’Nikosija, fil-Belt Valletta jew f’Vilnius; jitlob li jitwaqqfu Europa Experiences fl-Istati Membri kollha malli jiġi stabbilit kunċett rivedut; ifakkar li l-Europa Experiences għandhom jippermettu liċ-ċittadini jifhmu aħjar il-funzjonament tal-Unjoni u jitgħallmu dwar il-valuri komuni tagħna; itenni, għalhekk, li l-Europa Experiences huma parti integrali mill-involviment kontinwu tal-Parlament maċ-ċittadini tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jieħu nota li mhuwa meħtieġ ebda finanzjament addizzjonali għall-ftuħ tal-uffiċċji tal-Parlament fil-Moldova u fil-Balkani tal-Punent, peress li dawn se jiġu stabbiliti fil-bini tas-SEAE; jisħaq fuq l-importanza tal-preżenza tal-Parlament f’dawn il-pajjiżi bħala sinjal ta’ solidarjetà Ewropea u sinjal tal-impenn tal-Parlament għall-proċess ta’ adeżjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jieħu nota tat-terminazzjoni bikrija tal-kuntratt mal-fornitur preċedenti tal-Crèche Wayenberg wara għadd ta’ allegazzjonijiet serji kontra l-kuntrattur; jilqa’ l-ftehim ma’ fornitur ġdid li jipprevedi kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar għall-persunal tal-iskola preprimarja u kwalità aħjar tas-servizz għat-tfal; jirrikonoxxi, madankollu, li dan jirriżulta f’żieda fil-baġit meħtieġ għal dan l-għan, iżda jenfasizza li kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti għall-persunal estern għandhom, fejn rilevanti, ikunu kunsiderazzjoni prijoritarja fl-akkwist pubbliku tal-Parlament bħala kwistjoni ta’ prinċipju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Itenni l-ħtieġa ta’ kmamar għat-treddigħ ta’ kwalità għolja fil-bini tal-Parlament u jistieden lis-servizzi kompetenti jimmodernizzaw il-faċilitajiet eżistenti f’termini ta’ tagħmir, spazju u aċċessibbiltà sabiex ikunu iktar akkoljenti għat-tfal; jitlob li ssir valutazzjoni tal-impatt dwar il-ħtieġa ta’ kamra għall-familji fil-bini tas-sede tal-Parlament fi Brussell, għat-tfal tal-Membri mingħajr residenza permanenti fi Brussell, bħall-arranġamenti fis-seħħ fi Strażburgu;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Punti oħra</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu, adottata fil-livell tal-Plenarja f’diversi okkażjonijiet, biex il-korpi rilevanti jirriflettu dwar soluzzjoni li tippermetti lill-Membri jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jivvutaw b’mod remot, waqt li jkunu qed jibbenefikaw mil-liv tal-maternità jew tal-paternità jew matul marda fit-tul ċertifikata, filwaqt li jintużaw sew it-tagħlimiet meħuda matul il-pandemija dwar l-aspetti tekniċi ta’ dan il-metodu ta’ votazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jafferma mill-ġdid it-talba tiegħu lis-Segretarju Ġenerali biex jenfasizza l-prinċipju fundamentali li r-reklutaġġ kollu għandu jkun ibbażat fuq il-kompetenza filwaqt li jiġi żgurat ukoll il-bilanċ ġeografiku fost l-Istati Membri kollha f’kull livell tal-persunal; jistieden lill-Parlament jibni l-ħila tiegħu li jilħaq in-nies, bl-għan li jiġbed lejn il-kompetizzjonijiet il-kandidati ta’ kwalità meħtieġa mill-Parlament, f’termini ta’ profil, età, ġeneru u nazzjonalità, u speċjalment minn pajjiżi sottorappreżentati; jissottolinja li l-kisba ta’ rappreżentanza ġeografika ekwa hija essenzjali biex jitrawwem servizz pubbliku verament Ewropew; jinnota li l-Parlament konsistentement ħa miżuri biex jappoġġja dan l-objettiv, inkluża l-organizzazzjoni ta’ kompetizzjonijiet speċifiċi għan-nazzjonalità, filwaqt li żamm approċċ ta’ selezzjoni bbażata strettament fuq il-mertu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jemmen li l-Parlament għandu jmexxi bl-eżempju fir-rigward tad-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà, kemm bħala impjegatur kif ukoll bħala istituzzjoni pubblika; jilqa’ l-politika tal-Parlament li għandha l-għan li tiżgura l-użu kompletament indipendenti tal-binjiet tal-Parlament minn persuni b’diżabbiltà u jappoġġja aktar miżuri u adattamenti li se jkunu meħtieġa f’dan ir-rigward; jinnota li l-baġit jipprevedi EUR 3,7 miljun għal dan l-għan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jisħaq fuq il-fatt li, jekk il-Parlament ikollu sede waħda, dan jista’ jnaqqas il-kostijiet finanzjarji u ambjentali; ifakkar li, skont it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew għandu jkollu s-sede tiegħu fi Strażburgu; jinnota li bidliet permanenti jkunu jirrikjedu bidla fit-Trattat li għaliha hija meħtieġa l-unanimità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jinnota li l-ispejjeż tal-missjonijiet tal-Membri u tal-persunal jammontaw għal EUR 116-il miljun fil-baġit tal-Parlament; jitlob li l-korpi tal-Parlament jirriflettu dwar il-prattiki tal-missjonijiet u reviżjoni tar-regoli u l-prattiki tal-missjonijiet bl-għan ġenerali li jkomplu jtejbu n-natura tal-missjonijiet u jnaqqsu aktar il-kostijiet finanzjarji u ambjentali assoċjati; iħeġġeġ lill-Membri jużaw alternattivi tat-trasport b’livelli baxxi ta’ karbonju u jsostni l-użu responsabbli u meqjus tal-possibbiltajiet ta’ titjiriet l-aktar vantaġġużi u l-preferenza għall-vjaġġi bil-ferrovija, meta jkunu possibbiltà vijabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jieħu nota li l-Artikolu 46(2) tal-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew jipprevedi l-possibbiltà li jiġu ffinanzjati l-kostijiet żejda marbuta mal-baġits għall-assistenza parlamentari b’approprjazzjonijiet mill-Allowance għall-Ispejjeż Ġenerali tagħhom (GEA); jistieden lill-amministrazzjoni tal-Parlament tieħu l-miżuri meħtieġa biex il-Membri li jixtiequ jagħmlu dan ikunu jistgħu jużaw il-GEA tagħhom biex ikopru l-kost tal-missjonijiet tal-APA; jenfasizza li tali miżura tindirizza l-kostijiet jiżdiedu fl-uffiċċji tal-Membri filwaqt li m’għandha ebda effett fuq il-baġit;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jistieden lill-Bureau ma jindiċizzax il-GEA u ma jagħtix il-GEA lill-ex Membri, biex b’hekk ikun jista’ jsir tfaddil sinifikanti fil-kostijiet statutorji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jappella lill-Bureau biex jirrevedi r-regoli u jintroduċi perjodu ta’ preklużjoni għall-ex Membri li matulu ma jkunux jistgħu jinvolvu ruħhom f’attivitajiet ta’ lobbying jew ta’ rappreżentanza mal-Parlament liema perjodu jkun ugwali għaż-żmien li matulu l-Membri jirċievu allowance tranżitorja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Ifakkar li l-Parlament ilu mill-2018 jivvota konsistentement fil-Plenarja ħalli titqies il-possibbiltà li titneħħa l-projbizzjoni ġenerali tal-parteċipazzjoni tal-APA fil-missjonijiet u d-delegazzjonijiet uffiċjali; jiddispjaċih li d-deċiżjonijiet tal-Konferenza tal-Presidenti ta’ Marzu 2025 dwar id-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni li jirregolaw il-missjonijiet barra mit-tliet postijiet tax-xogħol tal-Parlament Ewropew ma allinjawx mat-talba tal-Plenarja; isostni l-pożizzjoni tiegħu li l-APAs jenħtieġ li jitħallew, taħt ċerti kundizzjonijiet, jakkumpanjaw lill-Membri f’missjonijiet u delegazzjonijiet uffiċjali; jistieden lill-korpi rilevanti tiegħu jemendaw l-artikoli rilevanti tar-regoli interni tiegħu biex jippermettu l-parteċipazzjoni tal-APAs f’missjonijiet u delegazzjonijiet uffiċjali barra mit-tliet postijiet tax-xogħol tal-Parlament mingħajr aktar dewmien;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jilqa’ l-ħidma tal-Kumitat tal-APA li jirrappreżenta lil madwar 2 000 APA, li x-xogħol tagħhom huwa kruċjali għall-operat bla xkiel tal-attivitajiet ta’ kuljum tal-Membri tal-PE; jinnota l-allokazzjoni ta’ EUR 10 000 sabiex il-Kumitat tal-APA jissodisfa r-rwol tiegħu u jiżgura biżżejjed riżorsi ħalli jappoġġja b’mod effettiv u jirrappreżenta kif xieraq lill-APA;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jilqa’ ż-żieda eċċezzjonali ta’ 10 % fil-boroż ta’ studju għal kull trainee fl-2026, ibbaġitjata għal EUR 1 miljun fl-2026 biex tgħinhom ilaħħqu maż-żieda fil-kostijiet tal-akkomodazzjoni fi Brussell u fil-Lussemburgu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jistenna li t-talbiet ivvutati fil-Plenarja għandhom jiġu ttrattati mill-korpi responsabbli bħala prijorità għolja;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jadotta l-estimi għas-sena finanzjarja 2026;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni u l-estimi lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>