<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0061</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-prosekuzzjoni tal-ġurnalisti fil-Kamerun, b’mod partikolari l-każijiet ta’ Amadou Vamoulké, Kingsley Fomunyuy Njoka, Mancho Bibixy, Thomas Awah Junior u Tsi Conrad</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0230, 0232, 0233, 0235, 0236 u 0237/2025)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' April 2025 dwar il-prosekuzzjoni tal-ġurnalisti fil-Kamerun, b’mod partikolari l-każijiet ta’ Amadou Vamoulké, Kingsley Fomunyuy Njoka, Mancho Bibixy, Thomas Awah Junior u Tsi Conrad (2025/2627(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 150(5) u l-Artikolu 136(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-libertà tal-istampa fil-Kamerun qed tiddeterjora; billi l-Kostituzzjoni Kamerunjana tirrikonoxxi l-libertà tal-espressjoni u d-drittijiet fundamentali; billi l-ġurnalisti jiġu regolarment detenuti, attakkati, iċċensurati u mitfugħa l-ħabs fuq akkużi ta’ aġir kontra l-Istat, ta’ malafama kriminali, ta’ disseminazzjoni ta’ aħbarijiet foloz u ta’ ritaljazzjoni huma u jirrapportaw dwar il-kriżi fir-reġjuni tal-Kamerun li jitkellmu bl-Ingliż;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Kamerun jirrikorri għal perjodi twal ta’ detenzjoni preventiva u arbitrarja; billi l-ġurnalisti jiġu detenuti f’iżolament u jingħataw kundanni minn qrati militari, fost ksur serju ieħor tad-dritt għal proċess ġust u imparzjali;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-Kumitat tan-NU kontra t-Tortura, Freedom House u l-Kumitat għall-Protezzjoni tal-Ġurnalisti dan l-aħħar irrapportaw li l-pulizija, il-ġendarmi u aġenti oħra tal-gvern tal-Kamerun arrestaw lill-ġurnalisti, iddetenewhom, attakkawhom fiżikament u intimidawhom u li, ladarba jkunu detenuti, il-ġurnalisti spiss jisfaw ittrattati ħażin, ittorturati u maqtula;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi Tsi Conrad, Mancho Bibixy, Kingsley Fomunyuy Njoka u Thomas Awah Junior huma ġurnalisti li rrapportaw dwar is-sitwazzjoni fir-reġjuni tal-Kamerun li jitkellmu bl-Ingliż, inkluż dwar abbużi mwettqa matul il-kunflitt armat u l-inkwiet ċivili attwali; billi Amadou Vamoulké, ġurnalista li jinsab fi stat ħażin ta’ saħħa, ġie kkundannat għal 32 sena ħabs għall-ġestjoni indipendenti tiegħu tal-organiżmu statali tax-xandir;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-ġurnalisti Martinez Zogo, Jean-Jacques Ola Bebe, Samuel Wazizi u Anye Nde Nsoh sfaw maqtula bejn Awwissu 2019 u Mejju 2023, u mistoqsijiet serji dwar l-obbligu ta’ rendikont għadhom mingħajr tweġiba;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-UE hija s-sieħeb kummerċjali ewlieni tal-Kamerun;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jikkundanna l-ksur strutturali tad-drittijiet tal-bniedem tal-ġurnalisti min-naħa tal-awtoritajiet Kamerunjani, jistieden lil dawk l-awtoritajiet jiżguraw ir-rispett tal-libertà tal-istampa, b’mod partikolari fil-fażi ta’ tħejjija għall-elezzjonijiet presidenzjali tal-Kamerun tal-2025, u jħeġġiġhom jeħilsu minnufih u mingħajr kundizzjonijiet lil Amadou Vamoulké, lil Kingsley Fomunyuy Njoka, lil Mancho Bibixy, lil Thomas Awah Junior u lil Tsi Conrad u jiżguraw, sadanittant, ir-rispett tad-drittijiet bażiċi tagħhom u l-aċċess tagħhom għal trattament mediku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jqajmu l-każijiet tal-ġurnalisti detenuti mal-awtoritajiet Kamerunjani; jistieden lill-UE tuża l-influwenza diplomatika u ekonomika tagħha biex tikseb titjib tanġibbli fid-drittijiet tal-bniedem fil-Kamerun;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, lis-SEAE u lill-missjonijiet diplomatiċi tal-Istati Membri jirreaġixxu b’mod attiv għar-restrizzjonijiet kontra l-ġurnalisti, inkluż billi jiżguraw osservazzjoni komprensiva tal-proċessi, iżuru lill-ġurnalisti li jinsabu detenuti u jżommu kuntatt attiv mal-ġurnalisti emarġinati jew f’sitwazzjoni ta’ riskju u mal-familji u l-kollegi tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Kamerunjani jieqfu jgħaddu liċ-ċivili minn proċessi fil-qrati militari, liema prattika ma hijiex konformi mad-dritt internazzjonali, u jwaqqfu r-rikors abbużiv tagħhom għal akkużi ta’ terroriżmu, ta’ aġir kontra l-Istat u ta’ disseminazzjoni ta’ aħbarijiet foloz fil-proċedimenti kontra l-ġurnalisti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jistieden mill-ġdid lill-Istati Membri jappoġġjaw missjoni ta’ ġbir ta’ informazzjoni fil-Kamerun min-naħa tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, b’mod partikolari fid-dawl tal-kunflitt fir-reġjuni tal-Majjistral u tal-Lbiċ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jaġevolaw l-applikazzjonijiet għal viża umanitarja għall-ġurnalisti tal-Kamerun li jinsabu f’riskju ta’ persekuzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-VP/RGħ u lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Kamerun.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>