<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0063</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Ir-riskju imminenti ta’ repressjoni ulterjuri mir-reġim ta’ Lukashenka fil-Belarussja: theddid mill-Kumitat Investigattiv</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0219, 0221, 0223, 0227 u 0229/2025)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' April 2025 dwar ir-riskju imminenti ta’ repressjoni ulterjuri mir-reġim ta’ Lukashenka fil-Belarussja: theddid mill-Kumitat Investigattiv (2025/2629(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Belarussja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 150(5) u l-Artikolu 136(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi r-reġim ta’ Lukashenka qed jeskala r-repressjoni interna u tranżnazzjonali biex iżarma l-istrutturi li jirrappreżentaw il-forzi demokratiċi tal-Belarussja;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi esperti tan-NU dan l-aħħar ikkonfermaw arresti u detenzjonijiet arbitrarji, flimkien ma’ tortura jew trattament ħażin u saħansitra rrapportaw provi ta’ delitti kontra l-umanità; billi aktar minn 1 200 priġunier politiku, fosthom Viktoryia Kulsha, Volha Mayorava, Alena Hnauk u Andrzej Poczobut, għadhom il-ħabs;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-Kumitat Investigattiv Belarussu fetaħ “proċedimenti speċjali” kontra mijiet ta’ Belarussi li ngħaqdu f’dimostrazzjonijiet f’diversi bliet Ewropej jew li ħarġu għall-elezzjonijiet tal-Kunsill ta’ Koordinazzjoni; billi l-familji tad-dijaspora Belarussa ġew mhedda bil-priġunerija u bil-konfiska tal-assi jekk jipparteċipaw fil-protesti ta’ Jum il-Ħelsien;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi r-reġim ta’ Lukashenka qed jisfrutta l-fatt li ħafna passaporti Belarussi qed jiskadu u dan qed iġiegħel lid-dijaspora tirritorna l-Belarussja;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-kooperazzjoni li qed tiżdied tar-reġim Belarussu mas-servizzi tas-sigurtà Russi qed iżżid ir-riskju ta’ repressjoni koordinata, sorveljanza u theddid ibridu fit-territorju tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-media statali Belarussa tiddomina x-xenarju tal-informazzjoni;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jeżiġi li r-reġim ta’ Lukashenka jtemm minnufih ir-repressjoni tiegħu, inkluża s-sorveljanza tal-eżiljati u tad-dimostranti, u jeħles u jirriabilita l-priġunieri politiċi kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-espansjoni li għadha għaddejja tar-repressjoni mir-reġim ta’ Lukashenka, li issa qed timmira lill-Belarussi barra mill-pajjiż bi prosekuzzjoni kriminali, sekwestri tal-assi u miżuri oħra mfassla biex isikktu d-dissens;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jappella għall-apoġġ u l-protezzjoni legali fl-UE kollha għall-Belarussi eżiljati billi jiġu ssimplifikati l-proċeduri għall-ksib ta’ viżi, permessi ta’ residenza u dokumenti ta’ identifikazzjoni proviżorji għal individwi li sfaw apolidi minħabba persekuzzjoni ekstraterritorjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Itenni li ma jirrikonoxxix lil Lukashenka u jqis li l-persekuzzjoni taċ-ċittadini Belarussi minħabba l-attivitajiet demokratiċi paċifiċi tagħhom barra minn pajjiżhom permezz tal-“proċedimenti speċjali” tal-Kumitat Investigattiv bħala ksur dirett tas-sovranità territorjali tal-Istati Membri; iħeġġeġ, għalhekk, lill-pajjiżi kkonċernati jinjoraw il-mandati ta’ arrest tal-Interpol li jitolbu l-estradizzjoni tal-avversarji politiċi ta’ Lukashenka;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jilqa’ s-sanzjonijiet fuq id-Direttorat tal-Ġestjoni tal-Proprjetà tal-President u l-Kummissjoni Elettorali Ċentrali, li ħarġu sentenzi politikament motivati; iħeġġeġ l-impożizzjoni immedjata ta’ sanzjonijiet personali fuq il-membri kollha tal-Kumitat Investigattiv Belarussu u uffiċjali minn istituzzjonijiet statali oħra kompliċi fil-persekuzzjoni u l-intimidazzjoni tranżnazzjonali ta’ ċittadini Belarussi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jirrakkomanda bil-qawwa l-iżvilupp u l-infurzar rapidi ta’ mekkaniżmu legali biex jiġu identifikati, iffriżati u kkonfiskati l-assi u l-proprjetà kollha barra mill-Belarussja li huma proprjetà ta’ Lukashenka u ċ-ċirku intern tiegħu, bl-għan li jiġu allokati mill-ġdid lil fond li jappoġġja lill-vittmi tar-repressjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri jimponu aktar sanzjonijiet daqs dawk imposti fuq ir-Russja, b’mod partikolari fuq l-uffiċjali responsabbli għar-repressjoni tranżnazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jżidu l-appoġġ politiku, finanzjarju u tekniku għall-media indipendenti, għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, għat-trade unions u għall-inizjattivi tas-soċjetà ċivili li joperaw fil-Belarussja u barra minnha, inkluż il-monitoraġġ tal-proċessi u ż-żieda tal-viżibbiltà tal-priġunieri politiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jistieden lill-VP/RGħ tuża l-INTCEN u l-EDMO biex jiġu miġġielda l-operazzjonijiet tal-intelligence u d-diżinformazzjoni Belarussi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Qorti Kriminali Internazzjonali tħaffef il-proċedimenti fir-rigward tad-delitti kontra l-umanità mir-reġim ta’ Lukashenka u jeżiġi li l-Istati Membri jerfgħu ir-responsabbiltà permezz ta’ proċedimenti nazzjonali, abbażi tal-prinċipju ta’ ġuriżdizzjoni universali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-VP/RGħ, lill-Kunsill, lir-rappreżentanti tal-forzi demokratiċi Belarussi u lill-awtoritajiet Belarussi de facto.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>