<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0065</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-industriji li jużaw ħafna enerġija</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0209/2025)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' April 2025 dwar l-industriji li jużaw ħafna enerġija (2025/2536(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport minn Mario Draghi ta’ Settembru 2024 bit-titolu “On the future of European competitiveness” (Dwar il-futur tal-kompetittività Ewropea),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport minn Enrico Letta ta’ April 2024 bit-titolu “Much more than a market” (Ħafna aktar milli suq),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Frar 2025 bit-titolu “Il-Patt għal Industrija Nadifa: Pjan direzzjonali konġunt għall-kompetittività u d-dekarbonizzazzjoni” (COM(2025)0085),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Frar 2025 bit-titolu “Pjan ta’ Azzjoni għal Enerġija Affordabbli” (COM(2025)0079),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 136(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-industriji intensivi fl-enerġija jirrappreżentaw sehem sinifikanti tal-ekonomija tal-UE u għandhom rwol ewlieni fil-ħolqien tal-impjiegi, speċjalment fiż-żoni u fir-reġjuni fejn huma kkonċentrati; billi l-industriji intensivi fl-enerġija huma kruċjali għall-awtonomija strateġika u għall-kompetittività tal-UE, kif ukoll għad-dekarbonizzazzjoni, filwaqt li titqies l-impronta enerġetika tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi t-tranżizzjoni lejn ekonomija dekarbonizzata u sistema ta’ enerġija nadifa trid twassal għal tnaqqis fil-prezzijiet tal-enerġija u trid tqis it-teknoloġiji kollha disponibbli li jikkontribwixxu biex jintlaħaq l-għan tal-UE ta’ emissjonijiet żero netti għall-2050 bl-aktar mod kosteffettiv, filwaqt li jiġu evitati l-effetti ta’ intrappolament u filwaqt li titqies it-taħlita tal-enerġija differenti madwar l-Istati Membri, inkluż fir-rigward tal-enerġija rinnovabbli u dik nukleari;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi n-newtralità teknoloġika hija kruċjali għall-industrija Ewropea peress li tiżgura kompetizzjoni ġusta, trawwem l-innovazzjoni u tappoġġja t-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa mingħajr ma tiffavorixxi teknoloġiji speċifiċi; billi ż-żamma ta’ qafas regolatorju newtrali tippermetti lill-kumpaniji jagħżlu l-aktar soluzzjonijiet effiċjenti u sostenibbli bbażati fuq il-ħtiġijiet tas-suq aktar milli l-preferenzi minn fuq għal isfel stabbiliti minn dawk li jfasslu l-politika; billi dan l-approċċ jinkoraġġixxi l-investiment, jagħti spinta lill-kompetittività u jippermetti lill-industrija tadatta għal teknoloġiji ġodda;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-elettrifikazzjoni tinsab fil-qalba tad-dekarbonizzazzjoni tal-industriji intensivi fl-enerġija; billi l-industriji intensivi fl-enerġija jinkludu setturi li jużaw riżorsi fossili biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-temperatura, tal-pressjoni jew tar-reazzjoni, bħas-sustanzi kimiċi, l-azzar, il-karta, il-plastik, l-estrazzjoni mill-minjieri, ir-raffineriji, is-siment, il-ġir, il-metalli mhux ferrużi, il-ħġieġ, iċ-ċeramika u l-fertilizzanti, li għalihom l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra huma diffiċli biex jitnaqqsu minħabba li huma intrinsiċi għall-proċess jew minħabba kostijiet kapitali jew kostijiet ta’ spejjeż operatorji għoljin jew maturità teknoloġika baxxa;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi d-distakk fil-prezzijiet tal-enerġija bejn l-UE u l-Istati Uniti u ċ-Ċina jimmina l-kompetittività tal-industriji tal-UE; billi l-prezzijiet għoljin u volatili tal-fjuwils fossili jaffettwaw bil-kbir il-prezzijiet tal-elettriku u l-kost affordabbli tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli ma jiġix trasferit għall-kontijiet tal-enerġija;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi unjoni tal-enerġija mhux integrata biżżejjed toħloq sfidi ulterjuri għall-industriji intensivi fl-enerġija, b’mod partikolari fir-rigward tan-nuqqas ta’ interkonnessjonijiet transfruntiera u d-disponibbiltà limitata ta’ enerġija nadifa, minħabba proċeduri twal għall-għoti ta’ permessi jew infiq kapitali jew operatorju għoli, kif ukoll konġestjoni tal-grilja;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi s-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet (ETS) ipprovdiet sinjali ta’ investiment fit-tul u għenet biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-setturi tal-ETS b’47 %; billi s-suq tal-enerġija nbidel b’mod profond minn mindu ġiet introdotta l-ETS, speċjalment wara l-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja u l-bidla minn gass mill-pipelines għal gass naturali likwifikat (LNG); billi nuqqas ta’ trasparenza fis-suq tal-karbonju jirriskja li jfixkel il-kompetittività tal-industriji intensivi fl-enerġija; billi d-dħul mill-ETS jintuża b’mod mhux uniformi fl-Istati Membri, u dan jonqos milli jappoġġja b’mod adegwat id-dekarbonizzazzjoni tal-industriji intensivi fl-enerġija;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi piżijiet regolatorji bla bżonn u proċeduri twal għall-għoti ta’ permessi jimminaw l-argument għall-vijabbiltà għall-investiment fid-dekarbonizzazzjoni fl-Ewropa; billi l-kunċett ta’ interess pubbliku prevalenti huwa previst fil-leġiżlazzjoni tal-UE; billi l-finanzjament kumpless u frammentat tal-UE jimpedixxi l-investiment f’waqtu fid-diġitalizzazzjoni u f’teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti, b’mod partikolari għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs);
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi n-nuqqas ta’ investiment privat meħtieġ jirriskja li jxekkel id-dekarbonizzazzjoni tal-industriji intensivi fl-enerġija; billi d-dipendenza eċċessiva fuq l-għajnuna mill-Istat jista’ jkollha l-konsegwenzi mhux mixtieqa li jaggravaw id-disparitajiet u jfixklu l-kompetizzjoni madwar l-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi d-dipendenzi tal-UE u l-aċċess limitat, kemm fil-kwantità kif ukoll fil-kwalità, għall-materja prima primarja u sekondarja joħolqu sfidi sinifikanti għall-industriji intensivi fl-enerġija; billi ċ-ċirkolarità u l-effiċjenza jistgħu jgħinu biex jitnaqqsu l-ħtiġijiet ta’ investiment annwali fl-industrija u fil-provvista tal-enerġija; billi bħalissa, il-metalli ferrużi esportati lejn pajjiżi mhux tal-UE jirrapreżentaw aktar minn nofs l-esportazzjonijiet kollha tal-iskart tal-UE, u dan iqajjem tħassib dwar it-trattament tajjeb tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-kompetizzjoni inġusta minn pajjiżi mhux tal-UE, inkluża l-kapaċità żejda sussidjata, toħloq sfida kbira għall-kumpaniji tal-UE; billi ħafna reġjuni madwar id-dinja bħalissa ma għandhomx miri ambizzjużi ta’ dekarbonizzazzjoni, u b’hekk jiżdied ir-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi trasformazzjoni profonda tal-industriji intensivi fl-enerġija ma tistax tirnexxi mingħajr l-involviment tal-komunitajiet lokali u reġjonali, tal-ħaddiema u tas-sħab soċjali, li huma affettwati ħafna mit-tranżizzjoni;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Itenni l-impenn tiegħu għall-objettivi ta’ dekarbonizzazzjoni tal-UE u għal politiki klimatiċi u industrijali stabbli u prevedibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jħaffu l-pass tal-proċessi għall-għoti ta’ permessi u ta’ liċenzji għal proġetti ta’ enerġija nadifa, filwaqt li jiżguraw il-kapaċità amministrattiva, u jiffaċilitaw il-konnessjonijiet tal-grilja biex jippermettu l-ġenerazzjoni ta’ enerġija nadifa fuq il-post, speċjalment f’żoni remoti; jisħaq li t-tkabbir tal-enerġija rinnovabbli u l-elettrifikazzjoni se jirrikjedu investiment kbir ħafna fil-grilji u fin-networks ta’ flessibbiltà, ħżin u distribuzzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa, lil hinn mill-kunċett ta’ interess pubbliku prevalenti, soluzzjonijiet biex jitħaffu l-proġetti ta’ dekarbonizzazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jemmen li hija meħtieġa azzjoni ulterjuri biex jiġu implimentati r-regoli dwar id-disinn tas-suq tal-elettriku (EMD), speċjalment biex jiġu promossi ftehimiet dwar ix-xiri tal-enerġija (PPAs) u kuntratti bidirezzjonali għad-differenza (CfDs) ħalli jitnaqqsu l-volatilità u l-ispejjeż tal-enerġija għall-industriji intensivi fl-enerġija; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi miżuri urġenti biex tindirizza l-ostakli li hemm bħalissa għall-iffirmar ta’ ftehimiet fit-tul, speċjalment għall-SMEs, billi jintużaw strumenti u garanziji li jnaqqsu r-riskju, inkluża garanzija pubblika bħal mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI); jissuġġerixxi li jiġu esplorati modi addizzjonali biex il-prezzijiet tal-fjuwils fossili jiġu mifruda mill-prezzijiet tal-elettriku, fil-qafas tad-disinn tas-suq tal-elettriku, inkluż bl-għan li tingħata spinta lill-kuntratti fit-tul f’konformità mal-pjan ta’ azzjoni għall-enerġija affordabbli, u billi l-analiżi tas-swieq fuq terminu qasir tiġi avvanzata għall-2025 bl-għan li jitqiesu għażliet tad-disinn tas-suq alternattivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-possibbiltà li żżid l-aħjar prattika għall-industriji intensivi fl-enerġija mill-Istati Membri, bħar-rilaxx tal-enerġija tal-Italja; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa rakkomandazzjonijiet biex jitnaqqas l-esponiment tal-konsumaturi, u speċjalment tal-industriji intensivi fl-enerġija, għall-kostijiet tal-enerġija li qed jiżdiedu, bħal pereżempju billi jitnaqqsu t-taxxi u l-imposti u jiġu armonizzati t-tariffi tan-network, filwaqt li jiġi żgurat investiment pubbliku fil-grilji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jappella biex tissaħħaħ l-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija, b’mod partikolari fir-rigward tal-interkonnessjonijiet transfruntiera, biex tiġi żgurata provvista ta’ enerġija nadifa u reżiljenti; jitlob li jiżdied l-investiment fil-flessibbiltà, bħall-ħżin, inkluż il-ħżin tal-enerġija idroelettrika ppumpjata u l-ħżin tas-sħana u tas-sħana mormija, u r-rispons tad-domanda, biex tiġi ottimizzata l-istabbiltà tal-grilja; ifakkar fl-importanza tal-effiċjenza enerġetika biex jitnaqqsu l-ispejjeż;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa li l-gass naturali jitneħħa gradwalment mill-aktar fis possibbli; jisħaq fuq il-fatt li xi setturi ma jistgħux jiddependu sostanzjalment fuq l-elettrifikazzjoni fuq terminu qasir sa medju; jissottolinja li l-qbid, l-użu u l-ħżin tal-karbonju għandhom rwol ewlieni fid-dekarbonizzazzjoni ta’ setturi diffiċli sabiex jitrażżnu u fil-produzzjoni ta’ prodotti b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, inkluż l-idroġenu b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju; jistieden lill-Istati Membri – matul l-istess perjodu ta’ żmien u għal dawn is-setturi limitati – jiżviluppaw miżuri biex jindirizzaw iż-żidiet qawwija fil-prezzijiet tal-gass f’każijiet debitament ġustifikati; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa għodod biex tiżgura l-provvista tal-gass bi spiża mitigata, billi tippermetti l-aggregazzjoni tad-domanda, tibni fuq AggregateEU, u x-xiri konġunt tal-gass, filwaqt li żżomm l-objettivi tad-dekarbonizzazzjoni; jevidenzja l-importanza li jitħeġġu kuntratti stabbli mal-fornituri tal-gass, li jiġu diversifikati r-rotot tal-provvista u li jittejbu t-trasparenza u l-istabbiltà tas-suq, f’konformità mal-leġiżlazzjoni li hemm bħalissa; jitlob valutazzjoni tal-impatt fir-rieżami li jmiss tal-ETS biex tiġi analizzata r-relazzjoni bejn is-suq tal-gass u l-prezzijiet tas-CO2 u r-rwol tar-riżerva tal-istabbiltà tas-suq u l-parametri tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja l-industriji intensivi fl-enerġija biex jadottaw teknoloġiji nodfa u b’emissjonijiet żero netti, inkluż il-qbid u l-ħżin tal-karbonju u l-idroġenu b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, u metodi ta’ produzzjoni effiċjenti tal-enerġija billi ssaħħaħ il-mekkaniżmi ta’ finanzjament u tiżgura li d-dħul mill-ETS jintuża b’mod effettiv mill-Istati Membri; jitlob li l-appoġġ fil-livell tal-UE jiġi kkomplementat minn għajnuna mill-Istat li tippermetti appoġġ immirat u newtrali fir-rigward tat-teknoloġija għall-industriji intensivi fl-enerġija, filwaqt li jiġu ppreservati kundizzjonijiet ekwi fis-suq uniku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jitlob żieda għall-InvestEU qabel il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) li jmiss u li s-self tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza li fadal jappoġġja l-investiment fid-dekarbonizzazzjoni tal-industriji intensivi fl-enerġija; jinnota li l-Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa diġà tippermetti flessibbiltà fil-programmi li hemm bħalissa iżda li dan mhuwiex biżżejjed; jinsisti li l-QFP li jmiss iżid il-finanzjament biex jappoġġja l-industriji intensivi fl-enerġija, filwaqt li jibni fuq il-Fond għall-Innovazzjoni u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa – Enerġija jew permezz tal-fond għall-kompetittività; jisħaq li l-Bank Ewropew tal-Idroġenu u l-programm tal-kuntratti għad-differenza għall-karbonju jeħtieġ li jiżdiedu; jistieden lill-Kummissjoni tibni fuq l-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2024/1735 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ miżuri għat-tisħiħ tal-ekosistema Ewropea tal-manifattura ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1724 (ĠU L, 2024/1735, 28.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1735/oj).</FIELD></FOOTNOTE> fl-att għall-aċċellerazzjoni tad-dekarbonizzazzjoni industrijali li jmiss, biex tissimplifika l-proċessi għall-għoti ta’ permessi u ta’ status għal proġett strateġiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu ssimplifikati l-proċeduri burokratiċi biex tissaħħaħ l-attraenza tal-investiment privat u tiġi appoġġjata t-tranżizzjoni tal-industriji intensivi fl-enerġija; jemmen li kemm InvestEU kif ukoll il-BEI huma kruċjali biex jikkatalizzaw il-finanzjament privat, speċjalment permezz ta’ miżuri li jneħħu r-riskji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat aċċess għal materja prima kritika; jisħaq li l-att dwar l-ekonomija ċirkolari li jmiss għandu jtejjeb l-effiċjenza tar-riżorsi, inkluż permezz ta’ ġestjoni aħjar tal-iskart ta’ prodotti li fihom materja prima kritika, kif ukoll irawwem id-domanda u d-disponibbiltà ta’ materja prima sekondarja; jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi definita dik il-materja prima sekondarja li hija strateġika u li għandha tkun soġġetta għal monitoraġġ tal-esportazzjoni, bħall-azzar u r-ruttam tal-metall, u li jiġi indirizzat kwalunkwe żbilanċ fil-provvista u fid-domanda tagħhom, inkluż billi jiġu esplorati restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni; jinsisti fuq l-infurzar effettiv tar-Regolament dwar Vjeġġi ta’ Skart<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2024/1157 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 dwar vjeġġi ta’ skart, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1257/2013 u (UE) 2020/1056 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 (ĠU L, 2024/1157, 30.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1157/oj).</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel użu sħiħ u effiċjenti mill-istrumenti għad-difiża tal-kummerċ; jistieden lill-Kummissjoni ssib soluzzjoni permanenti biex tindirizza l-kompetizzjoni inġusta u l-kapaċità żejda strutturali, qabel l-iskadenza tal-miżuri li hemm bħalissa biex jissalvagwardjaw l-azzar fl-2026; jistieden lill-Kummissjoni timpenja ruħha mal-Istati Uniti fir-rigward tat-tariffi mħabbra fuq l-importazzjonijiet tal-UE u tevita kwalunkwe eskalazzjoni li tagħmel ħsara;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jisħaq li implimentazzjoni effettiva tal-mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri (CBAM) hija essenzjali biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi għall-industriji tal-UE u tiġi evitata r-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, filwaqt li jitqies l-impatt tat-tneħħija gradwali parallela tal-kwoti bla ħlas tal-ETS u r-riskju ta’ żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tindirizza r-riskji ta’ riorganizzazzjoni tar-riżorsi u taċ-ċirkomvenzjoni tal-mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri; jitlob, barra minn hekk, l-implimentazzjoni ta’ soluzzjoni effettiva għall-esportaturi tal-UE u analiżi tal-estensjoni possibbli għal aktar setturi u prodotti downstream, preċeduta minn valutazzjoni tal-impatt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jappella għall-ħolqien ta’ swieq ewlenin għal prodotti Ewropej nodfa u ċirkolari, permezz ta’ kriterji differenti mill-prezz tal-prezzijiet fl-akkwist pubbliku tal-UE, bħas-sostenibbiltà u r-reżiljenza u preferenza Ewropea għal setturi strateġiċi, kif ukoll billi jinħolqu skemi volontarji ta’ tikkettar u rekwiżiti minimi ta’ kontenut tal-UE b’mod kost-effiċjenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jevidenzja l-importanza ta’ tranżizzjoni ġusta biex jiġu assistiti oqsma li jiddependu ħafna fuq l-industriji intensivi fl-enerġija, billi jinżammu u jinħolqu impjiegi ta’ kwalità permezz ta’ programmi ta’ titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid għall-ħaddiema u permezz tal-użu effettiv ta’ mekkaniżmi ta’ appoġġ reġjonali, bħall-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond ta’ Koeżjoni; jisħaq li l-appoġġ pubbliku se jkun kruċjali għat-tranżizzjoni tal-industriji intensivi fl-enerġija u li dan l-appoġġ għandu jkun marbut mal-impenn tagħhom li jissalvagwardjaw il-kundizzjonijiet tal-impjieg u tax-xogħol u jipprevjenu d-delokalizzazzjoni; jilqa’ l-inizjattiva tal-Unjoni tal-Ħiliet biex jiġi żgurat tqabbil tajjeb bejn il-ħiliet u d-domandi tas-suq tax-xogħol;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>