<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0068</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Petras Gražulis</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0078/2025 - Rapporteur: Pascale Piera)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Mejju 2025 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Petras Gražulis (2024/2089(IMM))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Petras Gražulis, imressqa fis-16 ta’ Settembru 2024 mill-Prosekutur Ġenerali tar-Repubblika tal-Litwanja b’rabta mal-proċedimenti kriminali fil-konfront tiegħu, u mħabbra fis-seduta plenarja fl-24 ta’ Ottubru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li sema’ lil Petras Gražulis fit-18 ta’ Marzu 2025, skont l-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta’ Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b’vot dirett universali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-21 ta’ Ottubru 2008, fid-19 ta’ Marzu 2010, fis-6 ta’ Settembru 2011, fis-17 ta’ Jannar 2013, fid-19 ta’ Diċembru 2019 u fil-5 ta’ Lulju 2023<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Ottubru 2008, <STRING ITALIC="on">Marra vs De Gregorio u Clemente</STRING>, C-200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2010, <STRING ITALIC="on">Gollnisch vs Il-Parlament</STRING>, T-42/05, ECLI:EU:T:2010:102; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Settembru 2011, <STRING ITALIC="on">Patriciello</STRING>, C-163/10, ECLI: EU:C:2011:543; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2013, <STRING ITALIC="on">Gollnisch vs Il-Parlament</STRING>, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Diċembru 2019, <STRING ITALIC="on">Junqueras Vies</STRING>, C-502/19, ECLI:EU:C:2019:1115; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Lulju 2023, <STRING ITALIC="on">Puigdemont i Casamajó et vs Il-Parlament</STRING>, T-272/21, ECLI:EU:T:2023:373.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Litwanja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 5(2), l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 9 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A10-0078/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, b’ittra tas-16 ta’ Settembru 2024, il-Prosekutur Ġenerali tar-Repubblika tal-Litwanja talab għat-tneħħija tal-immunità ta’ Petras Gražulis, b’rabta ma’ allegat reat skont l-Artikolu 170(2) tal-Kodiċi Kriminali tar-Repubblika tal-Litwanja, jiġifieri li rridikola pubblikament lil grupp ta’ nies u li esprima disprezz lejhom minħabba l-orjentazzjoni sesswali tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi t-talba tindika li Petras Gražulis huwa akkużat li għadda kummenti fil-pubbliku li jirridikolaw, jiddenigraw u jumiljaw lil grupp ta’ nies, u li esprima disprezz lejhom minħabba l-orjentazzjoni sesswali tagħhom, meta kien jinsab fil-kurituri tas-Seimas tar-Repubblika tal-Litwanja (minn hawn ’il quddiem “is-Seimas”) fis-26 ta’ Mejju 2022, waqt diskussjoni ma’ cameraman fi tmiem is-sessjoni tas-Seimas dwar ir-reġistrazzjoni tal-unjonijiet ċivili, li ġiet iffilmjata u mxandra mill-media; billi l-allegat reat li bih huwa akkużat Petras Gražulis, li dak iż-żmien kien membru tas-Seimas, imur lura għall-2022; billi l-investigazzjoni preliminari saret fl-2022 u fl-2023, u billi l-każ ġie mgħoddi lill-Qorti Reġjonali ta’ Vilnius f’Jannar 2024; billi, dak iż-żmien, Petras Gražulis kien igawdi minn immunità bħala deputat tas-Seimas, iżda li, fis-16 ta’ Novembru 2023, is-Seimas ta l-kunsens tiegħu biex jinbdew proċedimenti kriminali kontrih;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi Petras Gražulis ġie elett fil-Parlament Ewropew fl-elezzjonijiet Ewropej ta’ Ġunju 2024 u li ma kienx Membru tal-Parlament Ewropew fiż-żmien meta twettaq l-allegat reat;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-allegat reat u t-talba sussegwenti għat-tneħħija tal-immunità tiegħu mhumiex relatati ma’ opinjoni espressa jew vot mitfugħ minn Petras Gražulis fil-qadi ta’ dmirijietu skont l-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-Artikolu 9, l-ewwel paragrafu, il-punt (a), tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jipprevedi li l-Membri tal-Parlament Ewropew igawdu, fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-membri tal-parlament tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi, skont l-Artikolu 62 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Litwanja, “il-persuna ta’ membru tas-Seimas għandha tkun invjolabbli. Membru tas-Seimas ma jistax jinżamm kriminalment responsabbli, u lanqas ma jista’ jiġi arrestat jew titnaqqaslu b’xi mod ieħor il-libertà personali tiegħu mingħajr il-kunsens tas-Seimas. Membru tas-Seimas ma jistax jiġi ppersegwitat minħabba l-voti jew id-diskorsi tiegħu fis-Seimas. Madankollu, huwa jista’ jiġi mħarrek, skont il-liġi ordinarja, għal korriment jew malafama”;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-għan tal-immunità parlamentari huwa li tipproteġi lill-Parlament u lill-Membri tiegħu minn proċedimenti ġudizzjarji relatati ma’ attivitajiet imwettqa fil-qadi tad-dmirijiet parlamentari u li huma inseparabbli minn dawn l-attivitajiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi, skont l-Artikolu 5(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, l-immunità parlamentari mhix privileġġ personali tal-Membru iżda garanzija tal-indipendenza tal-Parlament kollu kemm hu u tal-Membri tiegħu;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi, f’dan il-każ, il-Parlament Ewropew ma sab l-ebda evidenza tal-eżistenza ta’ <STRING ITALIC="on">fumus persecutionis</STRING>, jiġifieri elementi fattwali li jindikaw li l-proċedimenti legali inkwistjoni kellhom l-intenzjoni li jimminaw l-attività politika tal-membru bħala Membru tal-Parlament Ewropew;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi, minn naħa, il-Parlament ma jistax jitqies bħala qorti u, min-naħa l-oħra, il-Membru ma jistax, fil-kuntest ta’ proċedura għat-tneħħija tal-immunità, jitqies bħala “akkużat”<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2019, <STRING ITALIC="on">Briois vs Il-Parlament</STRING>, T-214/18, ECLI:EU:T:2019:266.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta’ Petras Gražulis;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Litwanja u lil Petras Gražulis.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST></SDOCTA>