<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0069</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Grzegorz Braun</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0081/2025 - Rapporteur: Dainius Žalimas)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Mejju 2025 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Grzegorz Braun (2024/2102(IMM))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Grzegorz Braun, imressqa fid-29 ta’ Ottubru 2024, mill-Prosekutur Ġenerali tar-Repubblika tal-Polonja, li twassal talba mressqa mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Reġjonali f’Varsavja, b’rabta mal-proċedimenti kriminali miġjuba kontra Grzegorz Braun, u mħabbra fis-seduta plenarja fl-14 ta’ Novembru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-fatt li Grzegorz Braun irrinunzja għad-dritt tiegħu li jinstema’ skont l-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta’ Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew b’vot dirett universali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-21 ta’ Ottubru 2008, fid-19 ta’ Marzu 2010, fis-6 ta’ Settembru 2011, fis-17 ta’ Jannar 2013, fid-19 ta’ Diċembru 2019 u fil-5 ta’ Lulju 2023<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Ottubru 2008, <STRING ITALIC="on">Marra vs De Gregorio u Clemente</STRING>, C 200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2010, <STRING ITALIC="on">Gollnisch vs Il-Parlament</STRING>, T-42/06 ECLI:EU:T:2010:102; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Settembru 2011, <STRING ITALIC="on">Patriciello</STRING>, C 163/10, ECLI: EU:C:2011:543; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2013, <STRING ITALIC="on">Gollnisch vs Il-Parlament</STRING>, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Diċembru 2019, <STRING ITALIC="on">Junqueras Vies</STRING>, C-502/19, ECLI:EU:C:2019:1115; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Lulju 2023, <STRING ITALIC="on">Puigdemont i Casamajó et vs Il-Parlament</STRING>, T-272/21, ECLI:EU:T:2023:373.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 105(2) u (5) tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Polonja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 5(2), l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 9 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A10-0081/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, permezz ta’ ittra tad-29 ta’ Ottubru 2024, il-Prosekutur Ġenerali tar-Repubblika tal-Polonja bagħat talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Grzegorz Braun, imressqa mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Reġjonali f’Varsavja, b’rabta ma’ diversi allegati reati li seħħew fl-2022 u l-2023;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi, skont it-talba, fl-1 ta’ Marzu 2022, fil-bini tal-Istitut Nazzjonali tal-Kardjoloġija – l-Istitut Statali tar-Riċerka, Grzegorz Braun allegatament wettaq ksur għall-integrità fiżika ta’ uffiċjal pubbliku li kien qed jaġixxi fil-kapaċità tiegħu bħala Direttur tal-Istitut Nazzjonali tal-Kardjoloġija, matul u b’rabta mal-qadi tad-dmirijiet uffiċjali minn dan l-uffiċjal pubbliku; billi l-allegati azzjonijiet jikkostitwixxu reat fis-sens tal-Artikolu 222(1) tal-Kodiċi Kriminali Pollakk flimkien mal-Artikolu 191(1) tal-Kodiċi Kriminali Pollakk b’mod konġunt mal-Artikolu 11(2) ta’ dak il-Kodiċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi, fl-1 ta’ Marzu 2022, Grzegorz Braun allegatament insulta lid-Direttur tal-Istitut Nazzjonali tal-Kardjoloġija, matul u b’rabta mal-qadi tad-dmirijiet uffiċjali minn dan l-uffiċjal pubbliku, billi għamel akkużi kontrih u billi xandar permezz ta’ streaming l-avvenimenti fuq l-internet, u dan allegatament seta’ għamel ħsara lir-reputazzjoni pubblika tal-uffiċjal u x’aktarx irriżulta fit-telf tal-fiduċja meħtieġa mogħtija lilu biex iwettaq ir-rwol tiegħu bħala Direttur tal-Istitut Nazzjonali tal-Kardjoloġija u jeżerċita l-professjoni ta’ tabib; billi l-allegati azzjonijiet jikkostitwixxu reat skont l-Artikolu 226(1) tal-Kodiċi Kriminali Pollakk flimkien mal-Artikolu 212(1) u (2) tal-Kodiċi Kriminali Pollakk b’mod konġunt mal-Artikolu 11(2) ta’ dak il-Kodiċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi, fis-27 ta’ Jannar 2023, Grzegorz Braun allegatament għamel ħsara lil siġra tal-Milied u qered dekorazzjonijiet li kienu l-proprjetà ta’ żewġ assoċjazzjonijiet Pollakki li l-uffiċċji tagħhom kienu fil-bini tal-Qorti Reġjonali fi Kraków, u billi t-twettiq ta’ tali ħsara jikkostitwixxi reat skont l-Artikolu 288(1) tal-Kodiċi Kriminali Pollakk;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi, fit-30 ta’ Mejju 2023, fil-kwartieri ġenerali tal-Istitut Storiku Ġermaniż f’Varsavja, Grzegorz Braun allegatament għamel ħsara lil proprjetà li tappartjeni lill-Istitut Storiku Ġermaniż, u dan jikkostitwixxi reat skont l-Artikolu 288(1) tal-Kodiċi Kriminali Pollakk;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi, fit-30 ta’ Mejju 2023, Grzegorz Braun allegatament naqas milli jitlaq mill-kwartieri ġenerali tal-Istitut Storiku Ġermaniż minkejja li ntalab jagħmel dan minn persuna awtorizzata, u dan jikkostitwixxi reat skont l-Artikolu 193(1) tal-Kodiċi Kriminali Pollakk;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi, fit-12 ta’ Diċembru 2023, fil-bini tas-Sejm tar-Repubblika tal-Polonja, Grzegorz Braun allegatament insulta pubblikament grupp ta’ persuni abbażi tal-affiljazzjoni reliġjuża tagħhom u allegatament insulta pubblikament oġġett ta’ qima reliġjuża (menorah) billi tefa x-xemgħat mixgħula tiegħu b’ċilindru tat-tifi tan-nar, u b’hekk allegatament offenda s-sentimenti reliġjużi tal-Lhud, u dan jikkostitwixxi reat skont l-Artikolu 257 tal-Kodiċi Kriminali Pollakk, flimkien mal-Artikoli 195(1) u 196 tal-Kodiċi Kriminali Pollakk b’mod konġunt mal-Artikolu 11(2) ta’ dak il-Kodiċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi, fit-12 ta’ Diċembru 2023, fil-bini tas-Sejm tar-Repubblika tal-Polonja, Grzegorz Braun allegatament wettaq ksur għall-integrità fiżika ta’ parti offiża li intervjeniet bl-għan li tipproteġi l-ordni pubbliku, billi mmira lejn il-parti offiża l-isprej mill-ċilindru tat-tifi tan-nar li fih sustanza tat-trab; billi Grzegorz Braun allegatament ikkawża ħsara minuri lis-saħħa tal-parti leża, li l-effetti tagħha damu sa sebat ijiem, u dan jikkostitwixxi reat skont l-Artikolu 157(2) tal-Kodiċi Kriminali Pollakk, flimkien mal-Artikolu 217a tal-Kodiċi Kriminali Pollakk b’mod konġunt mal-Artikolu 11(2) ta’ dak il-Kodiċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-investigazzjoni mwettqa b’rabta mal-allegati reati deskritti fit-talba għal rinunzja inizjalment infetħet fil-25 ta’ Mejju 2023, meta Grzegorz Braun gawda minn immunità bħala Membru tas-Sejm tar-Repubblika tal-Polonja; billi fis-17 ta’ Jannar 2024, is-Sejm tar-Repubblika tal-Polonja ta l-kunsens tiegħu biex jitressqu akkużi kriminali fil-konfront ta’ Grzegorz Braun b’rabta mar-reati deskritti fit-talba; billi Grzegorz Braun ġie elett għall-Parlament Ewropew fl-elezzjonijiet Ewropej f’Ġunju 2024; billi Grzegorz Braun ma kienx għalhekk Membru tal-Parlament Ewropew fi żmien l-allegati reati;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-allegati reati u t-talba sussegwenti għat-tneħħija tal-immunità tiegħu mhumiex relatati ma’ opinjoni espressa jew vot mitfugħ minn Grzegorz Braun fil-qadi ta’ dmirijietu fis-sens tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-Artikolu 9, l-ewwel paragrafu, il-punt (a), tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jiddisponi li l-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom igawdu, fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lil membri tal-parlament tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi, skont l-Artikolu 105(2) u (5) tal-Kostituzzjoni Pollakka, mill-jum li fih jitħabbru r-riżultati tal-elezzjonijiet sal-iskadenza tal-mandat tiegħu, Deputat ma għandux ikun soġġett għal responsabbiltà kriminali mingħajr l-approvazzjoni tas-Sejm tar-Repubblika tal-Polonja u lanqas ma għandu jiġi detenut jew arrestat mingħajr l-approvazzjoni tas-Sejm, għajr f’każijiet meta jkun inqabad <STRING ITALIC="on">in flagrante delicto</STRING> u fejn id-detenzjoni tiegħu tkun meħtieġa biex jiġi żgurat l-andament xieraq tal-proċedimenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-għan tal-immunità parlamentari huwa li tipproteġi lill-Parlament u lill-Membri tiegħu minn proċedimenti ġudizzjarji relatati ma’ attivitajiet imwettqa fil-qadi tad-dmirijiet parlamentari u li huma inseparabbli minn dawn l-attivitajiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi, skont l-Artikolu 5(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, l-immunità parlamentari mhijiex privileġġ personali ta’ Membru imma garanzija tal-indipendenza tal-Parlament kollu kemm hu u tal-Membri tiegħu;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi, f’dan il-każ, il-Parlament ma sab l-ebda evidenza tal-eżistenza ta’ <STRING ITALIC="on">fumus persecutionis</STRING>, jiġifieri elementi fattwali li jindikaw li l-proċedimenti legali inkwistjoni kellhom l-intenzjoni li jimminaw l-attività politika tal-Membru bħala Membru tal-Parlament Ewropew;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi, minn naħa, il-Parlament ma jistax jitqies bħala qorti u, min-naħa l-oħra, il-Membru ma jistax, fil-kuntest ta' proċedura għat-tneħħija tal-immunità, jitqies bħala “akkużat”<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta' April 2019, <STRING ITALIC="on">Briois vs Il-Parlament</STRING>, T-214/18, ECLI:EU:T:2019:266.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta’ Grzegorz Braun;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Polonja u lil Grzegorz Braun.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST></SDOCTA>