<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0074</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati: applikazzjoni EGF/2024/003 BE/Van Hool – il-Belġju</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0080/2025 - Rapporteur: Janusz Lewandowski)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Mejju 2025 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati wara applikazzjoni mill-Belġju – EGF/2024/003 BE/Van Hool (COM(2025)0001 – C10-0056/2025 – 2025/0061(BUD))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2025)0001 – C10‑0056/2025),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/691 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 153, 3.5.2021, p. 48, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/691/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (“ir-Regolament dwar il-FEG”),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/2093/oj.</FIELD></FOOTNOTE> kif emendat bir-Regolament (UE, Euratom) 2024/765<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2024/765 tad-29 ta’ Frar 2024 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L, 2024/765, 29.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/765/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar ir-riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2020/1222/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-punt 9 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A10-0080/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-Unjoni stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex tipprovdi appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li jkunu qed ibatu l-konsegwenzi ta’ bidliet strutturali kbar fix-xejriet tal-kummerċ dinji jew tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, u biex tgħinhom jintegraw mill-ġdid fis-suq tax-xogħol; billi din l-assistenza ssir permezz ta’ appoġġ finanzjarju li jingħata lill-ħaddiema u lill-kumpaniji li jkunu ħadmu magħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Belġju ressaq l-applikazzjoni EGF/2024/003 BE/Van Hool għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG)<FOOTNOTE><FIELD> Fis-sens tal-Artikolu 3 tar-Regolament dwar il-FEG.</FIELD></FOOTNOTE> , wara li ngħataw 2 411-il sensja fis-settur ekonomiku kklassifikat taħt id-diviżjoni 29 tan-NACE Reviżjoni 2 (Manifattura ta’ vetturi bil-mutur, trejlers u semitrejlers) fir-reġjun NUTS 2 tal-Provinċja ta’ Antwerp (BE21) f’perjodu ta’ referenza ta’ erba’ xhur għall-applikazzjoni mit-8 ta’ April 2024 sat-8 ta’ Awwissu 2024;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-applikazzjoni hija relatata ma’ 2 411-il ħaddiem li ngħataw is-sensja fil-kumpanija Van Hool;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-applikazzjoni hija bbażata fuq il-kriterji ta’ intervent tal-Artikolu 4(2), il-punt (a), tar-Regolament dwar il-FEG, li jirrikjedi l-waqfien tal-attività ta’ mill-anqas 200 ħaddiem issensjat jew persuna li taħdem għal rasha matul perjodu ta’ referenza ta’ erba’ xhur, f’intrapriża fi Stat Membru, inklużi ħaddiema ssensjati f’impriżi ta’ fornituri u produtturi downstream;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-pandemija tal-COVID-19 kellha impatt fuq id-domanda għall-kowċis, u l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna kellha impatt fuq l-istruttura tal-kostijiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-industrija Ewropea tal-karozzi u tal-fornituri qed tiffaċċja pressjoni bla preċedent minn sfidi kemm esterni kif ukoll interni, bħad-distorsjoni tal-kompetizzjoni, b’mod partikolari fis-settur tal-vetturi elettriċi minħabba sussidjar inġust miċ-Ċina, u kostijiet għoljin tal-enerġija kkawżati minn avvenimenti kbar ta’ ristrutturar;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi Van Hool kienet speċjalizzata fil-manifattura ta’ karozzi tal-linja, kowċis, trolleybuses, u trejlers; billi t-tnaqqis fid-domanda għall-kowċis, riżultat tal-impatt tal-pandemija, wassal għal tnaqqis fil-bejgħ medju għal Van Hool fl-Ewropa u tnaqqis qawwi fil-profittabbiltà; billi ż-żieda fl-inflazzjoni u t-tfixkil fil-ktajjen tal-provvista komplew iżidu l-pressjoni fuq il-marġnijiet tal-intrapriża;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-kumpanija, f’konformità mal-liġi Belġjana, segwiet il-proċedura obbligatorja biex tinforma u tikkonsulta lir-rappreżentanti tal-ħaddiema; billi r-rekwiżit għall-ħolqien ta’ unità tal-impjieg, li l-għan tagħha huwa li tipprovdi servizzi ta’ rikollokament lill-ħaddiema ssensjati fil-kuntest ta’ sensji kollettivi, ma japplikax fil-każ ta’ falliment;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG għandhom ikunu primarjament diretti lejn miżuri ta’ politika attivi tas-suq tax-xogħol u servizzi personalizzati li jkollhom bħala mira r-riintegrazzjoni malajr tal-benefiċjarji f’impjieg deċenti u sostenibbli fi ħdan jew barra s-settur tal-attività inizjali tagħhom, filwaqt li jħejjuhom għal ekonomija Ewropea aktar ekoloġika u aktar diġitali;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi s-servizzi tal-impjiegi Fjammingi (VDAB) qed jipprovdu l-prefinanzjament u l-kofinanzjament nazzjonali tal-miżuri;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-FEG ma għandux jaqbeż ammont annwali massimu ta’ EUR 30 miljun (fi prezzijiet tal-2018), kif stipulat fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 kif emendat bir-Regolament (UE, Euratom) 2024/765; billi f’konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, il-kontribuzzjonijiet mhux minfuqa għandhom jitħallsu lura lill-Kummissjoni;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jaqbel mal-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(2), il-punt (a), tar-Regolament dwar il-FEG huma ssodisfati u li l-Belġju huwa intitolat għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ EUR 7 999 015 skont dak ir-Regolament, somma li tirrappreżenta 85 % tal-kost totali ta’ EUR 9 410 607, liema kost jinkludi n-nefqa għal servizzi personalizzati ta’ EUR 9 034 607 u n-nefqa għall-attivitajiet ta’ tħejjija, ġestjoni, informazzjoni u riklamar, kontroll u rapportar ta’ EUR 376 000;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinnota li l-awtoritajiet Belġjani ressqu l-applikazzjoni fid-29 ta’ Ottubru 2024 u li, wara li l-Belġju ta informazzjoni addizzjonali, il-Kummissjoni ffinalizzat il-valutazzjoni tagħha fis-26 ta’ Marzu 2025 u nnotifikatha lill-Parlament fl-istess jum;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota li l-applikazzjoni hija relatata ma’ 2 411-il ħaddiem li ngħataw is-sensja fil-kumpanija Van Hool; jinnota wkoll li b’kollox 2 397 ħaddiem se jkunu benefiċjarji fil-mira;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jissottolinja li s-settur industrijali bħalissa sejjer lura fil-Belġju skont il-Federazzjoni tal-Intrapriżi Belġjani (VBO); jinnota li s-settur industrijali tradizzjonalment żvolġa rwol importanti f’Lier u huwa għalhekk li t-tnaqqis industrijali qed ikollu impatt sinifikanti fuq is-suq tax-xogħol ta’ Lier; jenfasizza li l-għadd ta’ impjiegi industrijali disponibbli f’Lier naqas bi 13 % fl-2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jirrimarka li terz tal-profili tal-ħaddiema ssensjati għandhom 50 sena jew aktar u 80 % għandhom edukazzjoni sekondarja jew anqas u ħiliet skaduti; jisħaq li meta titqies ix-xejra ta’ tnaqqis fil-postijiet tax-xogħol vakanti u d-distribuzzjoni ġeografika tagħhom, il-ħaddiema se jkollhom bżonn assistenza mmirata li tiffoka fuq it-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid biex iżidu l-possibbiltajiet tagħhom li jirritornaw għax-xogħol; iqis li hija responsabbiltà soċjali tal-Unjoni u tal-Istati Membri li jipprovdu lill-ħaddiema affettwati l-possibbiltà li jiksbu l-kwalifiki meħtieġa għal impjieg futur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li s-servizzi personalizzati li se jiġu pprovduti lill-ħaddiema jikkonsistu mill-azzjonijiet li ġejjin: konsulent għall-intervent soċjali u r-reġistrazzjoni tal-ħaddiema, ir-rikollokament, l-appoġġ għat-tiftix ta’ impjieg u l-kollokament f’impjieg, il-gwida vokazzjonali, it-taħriġ mill-ġdid u t-taħriġ vokazzjonali, kif ukoll it-taħriġ fuq il-post tax-xogħol; jenfasizza b’mod speċjali s-servizzi relatati ma’ appoġġ immirat u valutazzjoni personali, kif ukoll taħriġ fl-ICT li jikkontribwixxi għat-titjib tal-ħiliet meħtieġa fl-era industrijali diġitali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jinnota li l-Belġju beda joffri servizzi personalizzati lill-benefiċjarji fil-mira fit-22 ta’ April 2024 u li, għalhekk, il-perjodu ta’ eleġibbiltà għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG se jkun minn dik id-data sa 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni ta’ finanzjament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jinnota li l-Belġju beda jġarrab nefqa amministrattiva biex jimplimenta l-FEG fl-14 ta’ Marzu 2024 u li, għalhekk, tali nefqa għandha tkun eleġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG minn dik id-data sa 31 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni ta’ finanzjament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jisħaq li l-awtoritajiet Belġjani kkonfermaw li l-prinċipji tat-trattament ugwali u tan-nondiskriminazzjoni se jiġu rispettati fl-aċċess għall-azzjonijiet proposti u fl-implimentazzjoni tagħhom, u li kwalunkwe finanzjament doppju se jiġi evitat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Ifakkar li l-awtoritajiet Belġjani għandhom jiżguraw li l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneru jkunu parti integrali tal-implimentazzjoni u jiġu promossi matul il-perjodu ta’ implimentazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Itenni li l-assistenza mill-FEG ma tridx tissostitwixxi azzjonijiet li huma r-responsabbiltà tal-kumpaniji, bis-saħħa tal-liġi nazzjonali jew tal-ftehimiet kollettivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Ifakkar li l-awtoritajiet Belġjani għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni u jenfasizzaw il-valur miżjud tal-Unjoni tal-intervent, billi jipprovdu informazzjoni koerenti, effettiva u mmirata lejn udjenzi multipli, inkluża informazzjoni mmirata lejn il-benefiċjarji, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, is-sħab soċjali, il-media u l-pubbliku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Japprova d-deċiżjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST><TXTLST><ANNEX><TI><STRING BOLD="on"> ANNESS </STRING></TI><STI><STRING BOLD="on">DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL</STRING></STI>
<STRING BOLD="on">dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati wara applikazzjoni tal-Belġju – EGF/2024/003 BE/Van Hool</STRING>

<STRING ITALIC="on">(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2025/1018.)</STRING>
</ANNEX></TXTLST></SDOCTA>