<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF3" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0075</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea – il-ġlieda kontra l-frodi – rapport annwali 2023</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0049/2025 - Rapporteur: Gilles Boyer)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Mejju 2025 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea – il-ġlieda kontra l-frodi – rapport annwali 2023 (2024/2083(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 310(6) u 325(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Lulju 2024 bit-titolu “Il-35 Rapport Annwali dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea u l-ġlieda kontra l-frodi – 2023” (COM(2024)0318) (Rapport PIF tal-2023),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) tal-2023<FOOTNOTE><FIELD> OLAF, “Twenty-fourth report of the European Anti-Fraud Office, 1 January to 31 December 2023” (L-erbgħa u għoxrin Rapport tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi, mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2023), 2023.</FIELD></FOOTNOTE> u r-Rapport tal-Attività tal-Kumitat ta’ Sorveljanza tal-OLAF – 2023<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/5658, 23.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5658/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-2023 tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) ippubblikat fl-1 ta’ Marzu 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/2092/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 305, 26.11.2019, p. 17, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2019/1937/oj .</FIELD></FOOTNOTE> (id-Direttiva dwar l-Informaturi) u r-rapport tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Lulju 2024 dwar l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tagħha (COM(2024)0269),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Lulju 2023 bit-titolu “Rapport dwar l-Istat tad-Dritt 2023 – Is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Unjoni Ewropea (COM(2023)0800), u r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ Frar 2024 bit-titolu “Rapport dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni tal-2023 dwar l-Istat tad-Dritt”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/6743, 26.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6743/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Diċembru 2024 li ma titneħħiex il-miżura imposta fl-applikazzjoni tal-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2506 tal-15 ta’ Diċembru 2022 dwar miżuri għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni mill-ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt fl-Ungerija,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) tas-16 ta’ Frar 2022 fil-Kawżi C-156/21<FOOTNOTE><FIELD> Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Frar 2022; <STRING ITALIC="on">L-Ungerija</STRING> vs <STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea</STRING>, Kawża C-156/21, ECLI:EU:C:2022:97.</FIELD></FOOTNOTE> u C-157/21<FOOTNOTE><FIELD> Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Frar 2022, <STRING ITALIC="on">Il-Polonja</STRING> vs <STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea</STRING>, C-157/21, ECLI:EU:C:2022:98.</FIELD></FOOTNOTE> u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2506 tal-15 ta’ Diċembru 2022 dwar miżuri għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni kontra ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt fl-Ungerija, li kollha jirreferu għar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (ir-Regolament Finanzjarju),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/1624<FOOTNOTE><FIELD> Regolament (UE) 2024/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2024 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L, 2024/1624, 19.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1624/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, ir-Regolament (UE) 2024/1620<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2024/1620 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2024 li jistabbilixxi l-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L, 2024/1620, 19.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1620/oj).</FIELD></FOOTNOTE> u d-Direttiva (UE) 2024/1640<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2024/1640 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2024 dwar il-mekkaniżmi li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri għall-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda d-Direttiva (UE) 2019/1937, u li temenda u tħassar id-Direttiva (UE) 2015/849 (ĠU L, 2024/1640, 19.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1640/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, kollha tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kollha adottati fil-31 ta’ Mejju 2024 u kollha dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, inkluż permezz tal-istabbiliment tal-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2017/1371/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (id-Direttiva PIF),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Settembru 2022 bit-titolu “It-tieni rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali” (COM(2022)0466)
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Lulju 2024 dwar l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni (COM(2024)0269),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1060/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Lulju 2024 bit-titolu “Ir-Rapport tal-2024 dwar l-Istat tad-Dritt – Is-Sitwazzjoni tal-Istat tad-Dritt fl-Unjoni Ewropea” (COM(2024)0800),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istudju bit-titolu “Strengthening the fight against organised crime: Assessing the legislative framework”, (Insaħħu l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata: Valutazzjoni tal-qafas leġiżlattiv), ippubblikat f’Diċembru 2022<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali għall-Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni, Blondes, E., Disley, E., Hulme, S. <STRING ITALIC="on">et al</STRING>., Studju “Strengthening the fight against organised crime – Assessing the legislative framework” (Insaħħu l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata – Valutazzjoni tal-qafas leġiżlattiv), Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropa, Diċembru 2022.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istudju bit-titolu “Strengthening the fight against corruption: assessing the legislative and policy framework” (Insaħħu l-ġlieda kontra l-korruzzjoni: valutazzjoni tal-qafas leġiżlattiv u tal-politika), ippubblikat f’Jannar 2023<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali għall-Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni, minn EY u RAND Europe għall-Kummissjoni Ewropea, Jannar 2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istudju bit-titolu “Compliance assessment of measures adopted by the Member States to adapt their systems to Council Regulation (EU) 2017/1939 of 12 October 2017 implementing enhanced cooperation on the establishment of the European Public Prosecutor’s Office (‘the EPPO’)” (Valutazzjoni tal-konformità tal-miżuri adottati mill-Istati Membri biex jadattaw is-sistemi tagħhom għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew) (“l-UPPE”)) u l-estensjoni tiegħu, it-tnejn ippubblikati f’Diċembru 2023<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi, minn Tipik u Spark Legal and Policy Consulting għall-Kummissjoni Ewropea, Settembru 2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta mill-Kummissjoni u mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà tat-3 ta’ Mejju 2023 dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni (JOIN(2023)0012) u l-proposta tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Mejju 2023 għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2003/568/JHA u l-Konvenzjoni dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u li temenda d-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2023)0234),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport konġunt tal-Europol u l-OLAF tas-6 ta’ Ġunju 2023 bit-titolu “Assessing the Threats to the Next Generation EU (NGEU) Fund” (Nivvalutaw it-Theddid għall-Fond Next Generation EU (NGEU)),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra n-nota ta’ għeluq tal-Ombudsman Ewropew tat-12 ta’ Settembru 2023 dwar l-Inizjattiva Strateġika dwar it-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza fir-rigward tal-Każ SI/6/2021/PVV, miftuħa fl-24 ta’ Frar 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) bit-titolu “L-attivitajiet li wettaqna fl-2023”, ippubblikat fid-9 ta’ Ottubru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport Analitiku 04/2023 tal-QEA tas-6 ta’ Lulju 2023 bit-titolu “Id-diġitalizzazzjoni tal-ġestjoni tal-fondi tal-UE”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-edizzjoni speċjali 534 tal-Ewrobarometru bit-titolu “Citizens’ attitudes towards corruption in the EU in 2023” (L-attitudnijiet taċ-ċittadini lejn il-korruzzjoni fl-UE fl-2023)<FOOTNOTE><FIELD> Stħarriġ imwettaq fuq talba tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni (DĠ HOME) u kkoordinat mid-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali 06/2023 tal-QEA tat-13 ta’ Marzu 2023 bit-titolu “Il-kunflitt ta’ interess fl-infiq fl-oqsma tal-koeżjoni u tal-agrikoltura tal-UE – Hemm qafas fis-seħħ iżda jeżistu lakuni fil-miżuri ta’ trasparenza u ta’ identifikazzjoni”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/785 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm tal-Unjoni Kontra l-Frodi u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 250/2014<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 172, 17.5.2021, p. 110, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/785/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Jannar 2024 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea – il-ġlieda kontra l-frodi – rapport annwali 2022<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/5730, 17.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5730/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A10-0049/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, f’konformità mal-obbligu stabbilit fl-Artikolu 325(5) tat-TFUE, kull sena l-Kummissjoni tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport abbozzat f’kooperazzjoni mal-Istati Membri dwar il-miżuri meħuda għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu (magħrufa bħala rapporti PIF);
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi r-rapporti PIF huma bbażati prinċipalment fuq informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, inkluża data dwar irregolaritajiet u frodi ditetti, permezz tas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Irregolaritajiet (IMS), u fuq data estratta mis-sistema tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (ABAC);
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi jridu jiġu implimentati miżuri effettivi biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-UE fil-livell tal-UE abbażi ta’ għarfien ibbażat fuq id-data tas-sitwazzjoni speċifika f’kull Stat Membru, b’mod partikolari f’każijiet li jinvolvu attività kriminali kumplessa;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-għadd ta’ irregolaritajiet ditetti u rrapportati juri r-riżultati tal-isforzi tal-Istati Membri biex jiġġieldu attivitajiet illegali f’dan il-qasam u ma għandux jiġi interpretat, waħdu, bħala indikazzjoni tal-livell ta’ ġestjoni ħażina jew ta’ frodi fl-Istati Membri;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi r-rabtiet bejn l-okkorrenza tal-irregolaritajiet, id-detezzjoni tagħhom u l-livell ta’ rapportar jeħtieġu valutazzjoni ġenerali usa’;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-ġestjoni tajba tar-riżorsi pubbliċi u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE fil-politiki kollha tal-UE għandhom ikunu kruċjali biex tiżdied il-fiduċja taċ-ċittadini billi jiġi żgurat l-użu xieraq u effettiv tal-flus tal-kontribwenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi tnaqqis sistematiku tad-diskrepanza tal-VAT isaħħaħ il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, isaħħaħ il-ġustizzja fiskali u l-fiduċja fis-sistemi fiskali, jikkontribwixxi għas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi, u jappoġġja l-koeżjoni ekonomika fost l-Istati Membri, b’mod partikolari fi żminijiet ta’ pressjoni baġitarja;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-protezzjoni tal-baġit tal-UE tinvolvi diversi atturi f’diversi livelli li jistgħu jiksbu l-mandat tagħhom biss permezz ta’ network strutturat ta’ relazzjonijiet u koordinazzjoni fi ħdan l-arkitettura kontra l-frodi (AFA)<FOOTNOTE><FIELD> l-OLAF, l-UPPE, l-Europol, l-Eurojust, il-Kummissjoni, il-QEA, l-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus (AMLA), il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u l-awtoritajiet tal-Istati Membri u s-servizz ta’ koordinazzjoni kontra l-frodi (AFCOS).</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi d-diversità tas-sistemi legali u amministrattivi fl-Istati Membri u l-livelli varji tad-diġitalizzazzjoni tagħhom jeħtieġ li jiġu indirizzati b’mod adegwat billi jinħolqu sistemi amministrattivi u ta’ rapportar aktar unifikati, interoperabbli u komparabbli fl-UE biex jiġu evitati u miġġielda b’mod effettiv il-frodi, il-korruzzjoni, l-irregolaritajiet u ksur ieħor;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi għandha tiġi mħeġġa kooperazzjoni soda bejn l-awtoritajiet li jwettqu investigazzjonijiet amministrattivi u dawk li jwettqu investigazzjonijiet kriminali kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak tal-Istati Membri;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi s-Sistema ta’ Identifikazzjoni Bikrija u ta’ Esklużjoni (EDES) u ARACHNE huma għodod effettivi biex jipproteġu l-baġit tal-UE minn riskji ta’ insolvenza, negliġenza, frodi jew irregolarità mwettqa minn atturi privati, fil-każ tal-EDES, u permezz ta’ approċċ ta’ estrazzjoni tad-data u ta’ kejl tar-riskju, fil-każ ta’ ARACHNE;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi n-networks kriminali li joperaw fl-UE qed jagħmlu użu sħiħ mill-firxa kompluta ta’ teknoloġija tal-informazzjoni mill-aktar avvanzata, inkluża l-intelliġenza artifiċjali (IA), sabiex jiffaċilitaw l-attivitajiet kriminali tagħhom, u b’hekk joħolqu theddida saħansitra aktar kumplessa għall-baġit tal-UE u sfida ġdida għall-infurzar tal-liġi u jirrikjedu li l-arkitettura kontra l-frodi tħaffef l-esplorazzjoni tagħha tal-użu tal-IA fil-ġlieda kontra l-frodi;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi r-rispett għall-valuri li fuqhom hija msejsa l-UE u għad-drittijiet fundamentali, kif ukoll il-konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, huma prerekwiżiti biex jiġi aċċessat il-finanzjament tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-mekkaniżmu ta’ kondizzjonalità tal-istat tad-dritt japplika fil-baġit kollu tal-UE bħala prerekwiżit biex jiġu aċċessati l-fondi kollha tal-UE u jippermetti li jittieħdu miżuri f’każijiet ta’ ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt li jaffettwaw jew serjament jirriskjaw li jaffettwaw il-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-UE jew l-interessi finanzjarji tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17., ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/241/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (ir-Regolament dwar l-RRF) fih dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Rimarki ġenerali dwar ir-rapportar PIF u dwar theddid kbir</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jilqa’ r-Rapport PIF tal-2023 u l-analiżijiet tiegħu dwar is-sejbiet rilevanti u japprova r-rakkomandazzjonijiet tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jikkondividi l-fehma li l-protezzjoni effettiva tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni tirrikjedi l-aċċellerazzjoni tad-diġitalizzazzjoni li tiffaċilita l-kondiviżjoni tal-għarfien, l-aċċessibbiltà tad-data u l-ipproċessar tad-data u li ssaħħaħ il-governanza tal-arkitettura kontra l-frodi ġenerali; isostni li kemm l-UE kif ukoll l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jintensifikaw l-użu ta’ għodod diġitali bl-għan li jiffaċilitaw il-kooperazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Itenni li governanza li tista’ titkejjel aktar u li hija aktar orjentata lejn ir-riżultati tal-attivitajiet tal-ħafna komponenti tal-ArkiFA hija kruċjali kemm għall-protezzjoni effettiva tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif ukoll għall-valutazzjoni tal-effiċjenza tal-arkitettura kontra l-frodi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Ifakkar li kooperazzjoni b’saħħitha bejn l-awtoritajiet amministrattivi u ġudizzjarji li jwettqu investigazzjonijiet, kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak tal-Istat Membru hija essenzjali; itenni t-tħassib tiegħu dwar is-sitwazzjoni li għadha subottimali, b’mod partikolari fir-rigward tad-detezzjoni u r-rapportar ta’ frodi u irregolaritajiet suspettati u s-segwitu tagħhom, fejn hemm differenzi notevoli bejn l-Istati Membri; iħeġġeġ, għalhekk, lill-Istati Membri jieħdu approċċ proattiv biex jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u biex itejbu l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tagħhom u mal-korpi u l-aġenziji tal-UE, inkluż sabiex jidentifikaw u jindirizzaw ir-riskji emerġenti u x-xejriet tal-frodi f’ħin opportun; jissottolinja l-fatt li l-ġlieda kontra l-frodi tirrikjedi approċċ olistiku u komprensiv, li jkopri l-istadji kollha taċ-ċiklu kontra l-frodi u li jirrifletti l-atturi u l-proċessi multipli, interkonnessi u interdipendenti fis-seħħ għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jinnota li l-għadd globali ta’ każijiet ta’ frodi u irregolaritajiet irrapportati mill-awtoritajiet kompetenti tal-UE u dawk nazzjonali żdied b’mod sinifikanti, b’9 % fl-2023 (13 563) meta mqabbel mal-2022 (12 455); jiddispjaċih għall-fatt li dan huwa livell rekord u huwa l-kontinwazzjoni ta’ xejra li qed tikber matul dawn l-aħħar ħames snin; josserva, barra minn hekk, li l-finanzjament ġenerali kkonċernat fir-rigward ta’ dawn il-każijiet fl-2023 (EUR 1,90 biljun) kien ferm ogħla minn dak fl-2022 (EUR 1,77 biljun), jiġifieri żdied b’7,3 %; jirrikonoxxi li ċ-ċiklu pluriennali ta’ implimentazzjoni ta’ bosta programmi jagħmel paraguni bbażati fuq medja ta’ ħames snin li huma aktar xierqa minn paraguni minn sena għal sena sabiex jiġu identifikati sitwazzjonijiet f’ħin reali u tinkiseb analiżi affidabbli tat-tendenzi u x-xejriet; japprezza, għaldaqstant, li r-Rapport PIF tal-2023 jirreferi għar-riżultati tal-perjodu 2019-2023; josserva li ż-żieda fl-għadd ta’ irregolaritajiet u fil-finanzjament li ma tikseb l-ebda riżultat pożittiv tenfasizza l-ħtieġa li l-baġits jiġu kkorrelati mal-indikaturi tal-prestazzjoni tal-istituzzjonijiet kompetenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jinsab imħasseb dwar ix-xenarju ġenerali muri mill-analiżi pluriennali fir-Rapport PIF tal-2023; jenfasizza li s-sitwazzjoni attwali tiġġustifika l-isforzi li saru biex tkun żgurata allokazzjoni aktar effettiva ta’ riżorsi adegwati u l-użu aktar effiċjenti tagħhom, li jirrikjedi governanza u kooperazzjoni aħjar; jissottolinja li l-frodi, il-korruzzjoni u l-ksur tad-demokrazija, il-ġustizzja u l-istat tad-dritt huma interkonnessi ħafna u ma jistgħux jiġu indirizzati b’mod iżolat; jistieden lill-Kummissarji għall-baġit, għall-frodi u għall-amministrazzjoni pubblika u għad-demokrazija, il-ġustizzja u l-istat tad-dritt jaħdmu mill-qrib u minnufih fuq it-tnedija ta’ inizjattivi sabiex l-azzjonijiet u r-riżultati tal-arkitettura kontra l-frodi jkunu jistgħu jitkejlu u jkunu aktar tanġibbli u jippreżentawhom lill-Parlament, f’konformità mal-impenn li sar fis-seduti ta’ smigħ ta’ konferma; jissuġġerixxi li jinħolqu sinerġiji aktar b’saħħithom bejn id-Direttorat Ġenerali għall-Baġit tal-Kummissjoni u direttorati ġenerali oħra tal-Kummissjoni li jaħdmu fuq l-istat tad-dritt u l-protezzjoni ta’ valuri oħra tal-UE, b’mod partikolari d-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi, id-Direttorat Ġenerali għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni u d-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali u Urbana, biex jiġi żgurat li d-dipartimenti kollha jaħdmu flimkien, aktar milli f’iżolament, biex jindirizzaw dawn l-isfidi sistemiċi b’mod aktar effettiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Itenni t-talba għal approċċ olistiku fir-rapporti PIF, li huma meqjusa wkoll bħala għodda ta’ governanza tal-arkitettura kontra l-frodi, sabiex tingħata ħarsa ġenerali komprensiva tas-sinerġiji bejn l-atturi rilevanti kollha, jiġu identifikati l-aħjar prattiki u jiġu indirizzati n-nuqqasijiet; huwa konxju li, kif enfasizzat fir-Rapport PIF tal-2023, il-protezzjoni operattiva tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni minn frodi, irregolaritajiet u attivitajiet illeċiti oħra hija fdata f’idejn l-awtoritajiet nazzjonali, l-OLAF u l-UPPE, u jilqa’ l-inklużjoni tas-sejbiet tal-OLAF u tal-UPPE fir-Rapport PIF tal-2023; jitlob analiżi aktar profonda tal-interazzjoni bejn il-komponenti tal-arkitettura kontra l-frodi, u l-introduzzjoni ta’ miżuri biex tiżdied l-effiċjenza tal-istituzzjonijiet kompetenti bl-għan li jitnaqqsu l-frodi u l-irregolaritajiet; jitlob aktar titjib ta’ dan l-approċċ olistiku biex tingħata stampa aktar ċara, aktar kompluta u aktar konkreta tas-sitwazzjoni attwali ġenerali tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, li tinkludi l-azzjoni kontra l-frodi fl-intier tagħha, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jilqa’ l-prestazzjoni investigattiva tal-OLAF, b’mod partikolari ż-żieda fl-għadd ta’ rakkomandazzjonijiet maħruġa (309 meta mqabbla ma’ 275 fl-2022) u l-ammont globali rrakkomandat għall-irkupru finanzjarju (EUR 1 043,8 miljun meta mqabbel ma’ EUR 426,8 miljun fl-2022) kontra għadd stabbli ta’ każijiet miftuħa (190 fl-2023 u 192 fl-2022) u konklużi (265 fl-2023 u 256 fl-2022); jirrimarka, b’mod partikolari, li matul il-perjodu 2019-2023, aktar minn 88 % tal-irregolaritajiet ditetti bħala potenzjalment frodulenti u relatati man-nefqa żborżata taħt ġestjoni diretta ġew ditetti wara l-investigazzjonijiet tal-OLAF; jiddispjaċih li t-tul ta’ żmien twil tal-investigazzjonijiet jista’ jkollu impatt negattiv fir-rigward tat-tnedija tard konsegwenzjali tal-miżuri ta’ rimedju; itenni t-talba tiegħu li jirċievi ċifri komprensivi u dettaljati b’mod adegwat dwar l-ammonti effettivament irkuprati mill-Kummissjoni abbażi tar-rakkomandazzjonijiet finanzjarji maħruġa mill-OLAF; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi wkoll fir-rapporti PIF li jmiss taqsimiet <STRING ITALIC="on">ad hoc</STRING> dwar l-OLAF sabiex tiżviluppa analiżi u rapportar aktar granulari tal-attivitajiet tagħha u tal-irkupri finanzjarji mwettqa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jilqa’ l-mod li bih l-UPPE, li ilu jopera b’mod attiv minn Ġunju 2021, żviluppa u żied l-attivitajiet tiegħu, li huwa rifless sew fl-għadd ta’ investigazzjonijiet miftuħa (1 371 meta mqabbla ma’ 865 fl-2022), ta’ investigazzjonijiet ġenerali attwalment attivi (1 927 meta mqabbla ma’ 1 117 fl-2022) u ta’ atti tal-akkuża (139 meta mqabbla ma’ 87 fl-2022); japprezza l-livell ta’ dettall fir-rapportar tal-UPPE, li joffri informazzjoni rilevanti dwar ħafna xejriet u dwar is-sitwazzjoni fl-Istati Membri parteċipanti; jappella għal effiċjenza akbar tal-UPPE, u li din tiġi riflessa fl-ammonti rkuprati u mhux biss fl-għadd ta’ investigazzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jisħaq fuq il-valur miżjud li l-korpi tal-UE jagħtu għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u għall-ġlieda kontra l-frodi, speċjalment fir-rigward tal-kriminalità transfruntiera, kif muri mir-riżultati operattivi tal-UPPE u tal-OLAF fl-2022 ukoll; itenni t-talba tiegħu biex l-atturi rilevanti kollha tal-UE involuti fil-ġlieda kontra l-frodi jkollhom garanzija ta’ riżorsi adegwati u, f’dan ir-rigward, ifakkar lill-Kummissjoni u lill-Kunsill li kull euro li jintefaq fuq investigazzjoni u azzjoni kontra l-frodi jerġa’ lura fil-baġit tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jinsab imħasseb li t-telf finanzjarju sostanzjali tal-frodi tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) irrapportat mill-UPPE qed ikollu effett detrimentali fuq il-baġits nazzjonali tal-Istati Membri filwaqt li fl-istess ħin jhedded it-tassazzjoni ġusta u l-kompetizzjoni bejn in-negozji fis-suq uniku; jissottolinja l-fatt li l-VAT hija riżorsa importanti għall-baġit tal-Unjoni wkoll; iqis li huwa xieraq li titqies il-kumplessità tad-dispożizzjonijiet sottostanti dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni meta jiġi kkwantifikat l-impatt finanzjarju tal-attivitajiet tal-UPPE<FOOTNOTE><FIELD> Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2014/335/UE, Euratom, (ĠU L 424, 15.12.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/2053/oj).</FIELD></FOOTNOTE>; jirrimarka in-numru inkwetanti ta’ investigazzjonijiet tal-programmi għall-irkupru u r-reżiljenza (233) u t-telf finanzjarju stmat (EUR 1,86 biljun); jappella, għalhekk, li jittieħdu miżuri adegwati kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa u timplimenta soluzzjonijiet li jippermettu segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-OLAF u għall-prosekuzzjonijiet tal-UPPE, l-analiżi tagħhom u l-possibbiltà li jitkejjel l-impatt reali tal-azzjonijiet tagħhom fuq il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni, f’termini ta’ rkupru kemm ta’ fondi ġestiti b’mod ħażin kif ukoll ta’ riżorsi mhux miġbura, bil-ħsieb li tingħata ġustifikazzjoni addizzjonali għat-tfassil ta’ politika orjentat lejn ir-riżultati; jistieden lill-Kummissjoni tinnotifika lill-Parlament dwar l-eżiti tal-prosekuzzjonijiet tal-UPPE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jiddikjara li l-komunikazzjoni u t-trasparenza huma essenzjali sabiex jiġu indirizzati l-frodi u l-korruzzjoni; jenfasizza l-importanza li s-soċjetà ċivili, il-media u l-ġurnaliżmu investigattiv jiġu involuti sabiex tissaħħaħ is-sensibilizzazzjoni; jissottolinja r-rwol ċentrali li għandhom il-media u l-ġurnaliżmu investigattiv fil-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni, il-kunflitti ta’ interess u użu ħażin ieħor tal-fondi pubbliċi; iqis li huwa essenzjali li l-media tiġi ssalvagwardjata minn pressjoni u influwenza politika biex tiġi protetta l-indipendenza tagħha u r-rwol tagħha bħala gwardjan tad-demokrazija u l-ġestjoni tajba tal-fondi pubbliċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jissottolinja li t-trasparenza għandha rwol importanti fil-ġestjoni tal-fondi pubbliċi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimmassimizzaw it-trasparenza fl-użu tal-fondi, inkluż fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-benefiċjarji aħħarin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jissottolinja l-importanza tar-rwol li għandhom l-awtoritajiet pubbliċi biex irawmu kultura ta’ tolleranza żero fir-rigward tal-frodi u jiddikjara li l-komunikazzjoni u t-trasparenza huma essenzjali biex jiġu indirizzati l-frodi u l-korruzzjoni; jenfasizza l-importanza li s-soċjetà ċivili, is-settur privat, il-media u l-ġurnaliżmu investigattiv jiġu involuti sabiex tissaħħaħ is-sensibilizzazzjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipprovdi appoġġ lil dawn l-atturi rilevanti fil-forma ta’ programmi ta’ taħriġ, finanzjament u kwalunkwe miżura oħra meħtieġa biex tiġi żgurata l-indipendenza tagħhom minn influwenza esterna u minn sorveljanza illegali tal-istat, intimidazzjoni u tentattivi biex tiġi mminata l-leġittimità tagħhom, f’konformità mad-drittijiet fundamentali tal-UE u mal-istat tad-dritt; jistieden lill-Kummissjoni tniedi kampanja ta’ sensibilizzazzjoni pubblika fl-UE kollha dwar ir-riskji ta’ aħbarijiet foloz, miżinformazzjoni u kontenut deepfake f’każijiet ta’ frodi li jaffettwaw proġetti ffinanzjati mill-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jinsab imħasseb dwar it-twissija ċara tal-UPPE u tal-Europol rigward il-preżenza dejjem akbar ta’ gruppi ta’ kriminali organizzati wara l-aktar każijiet rilevanti ta’ frodi transfruntiera; jinnota li r-rapport annwali tal-UPPE jindika 209 reat investigat li jikkonċernaw organizzazzjonijiet kriminali ffokati fuq il-PIF fl-investigazzjonijiet attivi tiegħu sa tmiem l-2023; jifhem li l-kriminalità organizzata taffettwa r-riżorsi tal-Unjoni b’mod sostanzjali u li l-iskala ta’ frodi li jaffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, b’mod partikolari fuq in-naħa tad-dħul tal-baġit, tista’ tiġi spjegata biss mill-involviment qawwi ta’ gruppi kriminali organizzati serji; huwa konxju li l-għodod attwali ta’ analiżi u rapportar ma jippermettux il-kwantifikazzjoni tagħha b’mod li jkun sodisfaċenti għall-evalwazzjoni tal-effettività jew tan-nuqqasijiet tal-miżuri u l-politiki fis-seħħ; jistieden lill-Kummissjoni tniedi malajr l-azzjonijiet kollha meħtieġa biex tindirizza l-kwistjoni ta’ analiżi u rapportar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Isostni li l-fatt li l-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE ma ġietx trasposta b’mod effiċjenti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ ħafna Stati Membri u l-fatt li l-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri mhumiex armonizzati jagħtu lill-gruppi kriminali organizzati opportunitajiet biex iwettqu għadd ta’ attivitajiet transfruntiera illegali f’oqsma li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni; itenni, għalhekk, it-talbiet preċedenti tiegħu biex tiġi riveduta d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 300, 11.11.2008, p. 42, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_framw/2008/841/oj.</FIELD></FOOTNOTE> u biex tiġi introdotta definizzjoni komuni ġdida tal-kriminalità organizzata, filwaqt li jitqies, b’mod partikolari, l-użu tal-korruzzjoni, il-vjolenza, it-theddid jew l-intimidazzjoni biex jinkiseb kontroll tal-attivitajiet ekonomiċi jew tal-akkwist;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jirrimarka r-riżultati tal-istħarriġ tal-Ewrobarometru tal-2023 dwar “Citizens’ attitudes towards corruption in the EU in 2023” (L-attitudnijiet taċ-ċittadini lejn il-korruzzjoni fl-UE fl-2023) li juru li l-korruzzjoni hija ta’ tħassib serju għaċ-ċittadini u n-negozji fl-UE; isostni li l-korruzzjoni fil-livelli għolja, inkluż fl-istituzzjonijiet tal-UE, mhux biss taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u l-ekonomija tal-UE kollha kemm hi, iżda timmina wkoll il-fiduċja taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet demokratiċi, kemm fl-UE kif ukoll fl-Istati Membri; jissottolinja li l-gruppi kriminali organizzati qed jużaw dejjem aktar il-korruzzjoni biex jinfiltraw l-amministrazzjonijiet pubbliċi u jiksbu vantaġġi ekonomiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jirrimarka li, fir-rigward ta’ każijiet ta’ korruzzjoni, l-UPPE rrapporta 131 reat investigat sa tmiem l-2023 (kien hemm 87 każ fl-2022) u li, matul is-snin 2019-2023, 65 każ ġew irrapportati lill-Kummissjoni permezz tal-IMS<FOOTNOTE><FIELD> Sistema elettronika żviluppata biex tirrapporta irregolaritajiet frodulenti u mhux frodulenti ditetti fl-Istati Membri u użata minn 35 pajjiż.</FIELD></FOOTNOTE> minn 11-il pajjiż, u li l-ammonti irregolari rrapportati marbuta ma’ każijiet bħal dawn jammontaw għal madwar EUR 50,5 miljun; jistieden lill-Kummissjoni titlob li l-UPPE jinforma lill-Parlament dwar kemm minn dawk il-EUR 50,5 miljun ġew irkuprati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jirrikonoxxi li fl-Istati Membri hemm fis-seħħ strateġiji kontra l-korruzzjoni; jappella għal evalwazzjoni u reviżjoni perjodika ta’ dawn l-istrateġiji; jenfasizza l-importanza li jitqiesu u jiġu indirizzati bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż relatati mal-ġlieda kontra l-korruzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jirrikonoxxi l-isforzi tal-Kummissjoni biex tipprevjeni u tindirizza każijiet ta’ kunflitt ta’ interess fil-ġestjoni tar-riżorsi finanzjarji tal-Unjoni; josserva li, fil-perjodu 2019-2023, ġew irrapportati 419-il każ permezz tal-IMS relatati ma’ kunflitt ta’ interess (kien hemm 375 każ fil-perjodu 2018-2022) li b’kollox jinvolvu madwar EUR 112 miljun; jisħaq li l-QEA indikat fix-xogħol tal-awditjar tagħha<FOOTNOTE><FIELD> Rapport Speċjali 01/2019 tal-QEA tal-10 ta’ Jannar 2019 bit-titolu “Il-ġlieda kontra l-frodi fl-infiq tal-UE”, il-paragrafi 23 sa 28, Rapport Speċjali 06/2019 tal-QEA tas-16 ta’ Mejju 2019 bit-titolu “L-indirizzar tal-frodi fl-infiq fil-qasam tal-Koeżjoni tal-UE”, il-paragrafi 47 sa 57, u r-Rapport Speċjali 06/2023 tal-QEA tat-13 ta’ Marzu 2023 bit-titolu “Il-kunflitt ta’ interess fl-infiq fl-oqsma tal-koeżjoni u tal-agrikoltura tal-UE – Hemm qafas fis-seħħ iżda jeżistu lakuni fil-miżuri ta’ trasparenza u ta’ identifikazzjoni”, il-paragrafu 80.</FIELD></FOOTNOTE> li s-sors ewlieni ta’ informazzjoni dwar il-kunflitt ta’ interess huwa l-IMS u li l-kwantità u l-kwalità tad-data rreġistrata fl-IMS tvarja bejn l-Istati Membri; jissottolinja li fejn l-Istati Membri jqisu kunflitt ta’ interess bħala komponent minuri f’każ usa’ ta’ frodi, huma ma jirrapportawx tali każijiet bħala relatati ma’ kunflitti ta’ interess; jistieden lill-Kummissjoni tadotta l-inizjattivi meħtieġa biex jiġi żgurat rapportar konsistenti u dettaljat b’mod adegwat fl-IMS tas-sitwazzjonijiet t’hawn fuq; jappella biex id-dispożizzjonijiet dwar il-kunflitti ta’ interess jiġu applikati b’mod li jiżgura ċ-ċertezza tad-dritt, ikunu bbażati fuq valutazzjoni ċara u proporzjonata tar-riskji u jippermettu applikazzjoni prattika mill-awtoritajiet kompetenti;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Dħul</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Josserva li, fl-2023, l-għadd totali ta’ irregolaritajiet frodulenti u mhux frodulenti relatati mar-riżorsi proprji tradizzjonali (5 118 meta mqabbel ma’ 4 661 fl-2022) kien 10 % ogħla mill-medja ta’ ħames snin (2019-2023), iżda li l-ammont inkwistjoni naqas bi 12 % għal EUR 478 miljun (meta mqabbel ma’ EUR 783 miljun fi tmiem l-2022); jiddispjaċih li filwaqt li d-data turi rkupru mtejjeb għal każijiet mhux frodulenti (82 %), ir-rata ta’ rkupru għal każijiet frodulenti tibqa’ l-istess, jiġifieri 25 %, li xorta waħda hija baxxa u mhix distribwita b’mod uniformi fost l-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jirrimarka li, fl-2023, il-Kummissjoni qieset li f’ħamsa biss mir-rapporti l-ġodda ta’ tħassir sottomessi lilha mill-Istati Membri ntwera b’mod sodisfaċenti li r-riżorsi proprji tradizzjonali kienu ntilfu għal raġunijiet li mhumiex imputabbli lill-Istati Membri inkwistjoni u li dawn tal-aħħar ma kinux finanzjarjament responsabbli għat-telf; jinnota, b’kuntrast, li f’81 każ, li jammontaw għal kważi EUR 69 miljun, il-Kummissjoni qieset li l-Istati Membri ma kinux urew b’mod sodisfaċenti li r-riżorsi proprji tradizzjonali kienu ntilfu għal raġunijiet li mhumiex imputabbli lilhom u li għalhekk kienu finanzjarjament responsabbli għat-telf; jikkonkludi, għalhekk, li hemm lok azzjonabbli għal titjib fil-ġbir tar-riżorsi proprji tradizzjonali mill-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jissottolinja li huwa essenzjali li l-Istati Membri jonoraw ir-responsabbiltà tagħhom li jiġbru r-riżorsi proprji tradizzjonali sabiex jiġi żgurat li l-piż tal-finanzjament tan-nefqa tal-UE jinqasam b’mod ġust fost l-Istati Membri u jinżammu kundizzjonijiet ekwi għall-atturi ekonomiċi fis-suq uniku; jistieden lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom biex itejbu l-effettività tal-attività tal-amministrazzjonijiet nazzjonali tagħhom fil-qasam tal-irkupru, wara l-identifikazzjoni ta’ irregolaritajiet u frodi relatati mal-VAT, sabiex jiżdied l-ammont ta’ riżorsi proprji tradizzjonali disponibbli għall-baġit tal-UE; jirrikonoxxi li d-diskrepanza fil-konformità tal-VAT hija relatata ma’ aktar minn sempliċi frodi u evażjoni, iżda tkopri wkoll il-VAT mitlufa bħala riżultat ta’ insolvenzi, fallimenti, żbalji amministrattivi u ottimizzazzjoni legali tat-taxxa; jemmen, madankollu, li l-frodi tal-VAT, bħall-frodi intra-komunitarja b’negozjant nieqes, tikkontribwixxi b’mod sinifikanti għan-nuqqas ta’ konformità tal-VAT u jtenni t-talba tiegħu biex il-kwistjoni tiġi indirizzata permezz ta’ mezzi diġitali, il-protezzjoni tar-regoli tal-VAT kontra l-frodi u kooperazzjoni aktar b’saħħitha bejn l-awtoritajiet tat-taxxa nazzjonali u l-korpi investigattivi kompetenti tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jirrikonoxxi l-qafas legali attwali relatat mal-kooperazzjoni mal-OLAF, l-UPPE u l-Eurofisc; jistieden lill-Kummissjoni tħaffef il-proċess li tirrevedi l-qafas legali attwali biex tipprovdi bażi ġuridika ċara għall-kooperazzjoni diretta bejn l-Eurofisc u l-UPPE; iħeġġeġ lill-OLAF jimmassimizza l-possibbiltajiet offruti mill-prattiki ta’ assistenza amministrattiva reċiproka għad-detezzjoni u l-identifikazzjoni tal-frodi doganali u l-frodi tal-VAT relatata, kif ukoll jirrapporta każijiet bħal dawn lill-UPPE mingħajr dewmien; jisħaq li, fl-2023, l-UPPE identifika frodi tal-VAT f’madwar 20 % tal-każijiet attivi tiegħu (873 każ), li jagħmlu t-tieni tip ta’ kriminalità l-aktar frekwenti wara l-frodi relatata ma’ nefqa mhux ta’ akkwist (1 586 każ); jinsab imħasseb dwar il-parteċipazzjoni dejjem akbar ta’ gruppi ta’ kriminali organizzati f’operazzjonijiet ta’ frodi tal-VAT u dwar ir-rabtiet identifikati bejn dan it-tip ta’ frodi u tipi oħra ta’ reati serji ħafna, bħall-ħasil tal-flus;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tikkunsidra mill-ġdid il-limitu ta’ EUR 10 miljun stabbilit fid-Direttiva PIF, li għandu impatt kbir fuq l-attivitajiet tal-UPPE f’każijiet ta’ frodi tal-VAT; isostni li interpretazzjonijiet differenti tal-metodoloġiji għall-kalkolu ta’ dan il-limitu jagħmlu s-sitwazzjoni mhux ċara; jenfasizza li l-limitu attwali jillimita d-deterrenza u jippermetti lill-awturi jfittxu l-aktar ġurisdizzjoni dgħajfa sabiex jevitaw l-intervent tal-UPPE; jemmen li r-reviżjoni tad-Direttiva PIF għandha jew tneħħi l-limitu jew tbaxxih b’mod sostanzjali; jistieden lill-Kummissjoni, sadanittant, tipprovdi gwida adegwata dwar il-metodu ta’ kalkolu għall-każijiet qabel ma ġiet emendata d-Direttiva PIF;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jinnota li n-nuqqas ta’ data diżaggregata reġjonali u settorjali dwar id-diskrepanza tal-VAT jipprevjeni l-identifikazzjoni tal-oqsma l-aktar f’riskju ta’ frodi u evażjoni; jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi sistema armonizzata għall-kejl tad-diskrepanza tal-VAT li tinkludi dimensjonijiet territorjali u settorjali, u b’hekk tippermetti l-iżvilupp ta’ strateġiji kontra l-frodi li jkunu bbażati b’mod aktar sod fuq l-evidenza u li jkunu aktar immirati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza ta’ kooperazzjoni effettiva u effiċjenti bejn l-OLAF u l-UPPE f’dan is-settur tad-dħul speċifiku u jsostni li l-identifikazzjoni adegwata u t-trażmissjoni tad-data mill-OLAF lill-UPPE jistgħu jżidu l-ġbir tad-dħul mill-VAT u doganali għall-baġit tal-UE, u jgħinu biex tiġi evitata kwalunkwe sovrapożizzjoni bejn l-attivitajiet taż-żewġ uffiċċji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jisħaq li l-frammentazzjoni tas-sistemi tal-IT fost l-amministrazzjonijiet tat-taxxa nazzjonali xxekkel l-effettività tal-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT u tillimita l-potenzjal għal sinerġiji bejn l-awtoritajiet nazzjonali u dawk tal-UE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Nefqa</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jinsab imħasseb dwar il-livelli għoljin ta’ frodi u irregolaritajiet ditetti, kemm fl-2023 kif ukoll fl-2022, fl-ambitu tal-politika agrikola komuni, kemm fl-iżvilupp rurali kif ukoll fl-appoġġ għall-agrikoltura; jirrimarka li d-data tikkonferma t-tendenzi u r-riskji identifikati fis-snin preċedenti; josserva li, matul il-perjodu 2019-2023, l-irregolaritajiet frodulenti rrapportati għall-iżvilupp rurali żdiedu, prinċipalment minħabba l-għadd dejjem jikber ta’ irregolaritajiet ditetti għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020; jinnota li matul il-perjodu 2019-2023, l-għadd ta’ irregolaritajiet mhux frodulenti fl-iżvilupp rurali żdied kontinwament f’konformità mal-implimentazzjoni tal-programmi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Josserva li fil-politika ta’ koeżjoni l-għadd u l-ammonti finanzjarji ta’ irregolaritajiet mhux frodulenti rrapportati għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 huma ferm anqas minn dawk irrapportati matul l-ewwel 10 snin ta’ implimentazzjoni tal-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013; jirrimarka li r-rata ta’ detezzjoni tal-frodi<FOOTNOTE><FIELD> Ir-rata ta’ detezzjoni tal-frodi (FDR) hija kkalkolata bħala l-perċentwal tal-ammonti finanzjarji irregolari marbuta ma’ irregolaritajiet frodulenti fir-rigward tal-pagamenti totali. Ir-rata ta’ detezzjoni ta’ irregolarità (IDR) hija kkalkolata bħala l-perċentwal tal-ammonti finanzjarji irregolari marbuta ma’ irregolaritajiet mhux frodulenti fir-rigward tal-pagamenti totali.</FIELD></FOOTNOTE> (0,53 %) għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 hija simili għar-rata tal-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013, filwaqt li r-rata ta’ detezzjoni tal-irregolarità (0,67 %) hija ħafna aktar baxxa mir-rata rreġistrata għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 (2,5 %); jinnota li l-irregolaritajiet individwali li jinvolvu ammonti finanzjarji kbar għandhom impatt sostanzjali fuq ir-rata ta’ detezzjoni tal-frodi; jappella għal kjarifika ulterjuri tal-korrelazzjoni bejn ir-rata ta’ detezzjoni tal-frodi u l-okkorrenza tal-frodi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jilqa’ r-rapport analitiku tal-OLAF bit-titolu “Fraud and irregularities by areas of the cohesion policy – comparing risks” (Frodi u irregolaritajiet skont l-oqsma tal-politika ta’ koeżjoni – tqabbil tar-riskji), li jirreferi għal informazzjoni mill-Istati Membri għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 sa Diċembru 2023 u jidentifika oqsma partikolarment esposti għar-riskju ta’ frodi (bħal investimenti fl-ambjent, it-tibdil fil-klima u t-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni); jirrimarka li l-ogħla ammonti finanzjarji f’każijiet ta’ frodi kienu fil-protezzjoni tal-ambjent u r-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-innovazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Itenni t-tħassib tiegħu dwar il-proċeduri amministrattivi twal biex jiġu trattati L-każijiet frodulenti rrapportati; jirrimarka li, bħala medja, matul il-perjodu 2019-2023, skont il-politika agrikola komuni, kienu meħtieġa kważi erba’ snin mill-bidu ta’ irregolarità biex wieħed jasal għal suspett ta’ attività frodulenti, u kważi tliet snin oħra biex jingħalaq il-każ wara li jkun ġie rrapportat lill-Kummissjoni; jenfasizza li, għall-koeżjoni, bħala medja u matul il-perjodu 2014-2020, kienu jgħaddu madwar sena u nofs biex wieħed jasal għal suspett li twettqet irregolarità frodulenti u aktar minn sentejn biex jingħalaq il-każ wara li jkun ġie rrapportat lill-Kummissjoni; jitlob lill-Kummissjoni tintensifika d-djalogu mal-awtoritajiet tal-Istati Membri u tagħtihom pariri biex jitnaqqas it-tul ta’ żmien tal-proċeduri amministrattivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Josserva li, għall-ġestjoni diretta bejn l-2019 u l-2023, l-OLAF issemma bħala s-sors ta’ identifikazzjoni ta’ irregolaritajiet frodulenti għal 88,4 % tal-oġġetti ta’ rkupru, li jikkorrispondi għal 92,1 % tal-ammonti totali ta’ rkupru; jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni ċara dwar id-data u dwar l-azzjonijiet meħuda biex jissaħħaħ l-irkupru rapidu, inkluża data dwar il-livelli ġenerali ta’ rkupru għal irregolaritajiet frodulenti u mhux frodulenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jenfasizza li meta, minkejja miżuri preventivi, jiġu ditetti irregolaritajiet frodulenti u mhux frodulenti, l-irkupru hija l-miżura li tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, li tippermetti l-implimentazzjoni korretta tal-politiki tal-UE u r-rimborż tan-nefqa żborżata li mhijiex konformi mar-rekwiżiti ta’ finanzjament; jisħaq fuq is-sejbiet tar-Rapport Speċjali 7/2024 tal-QEA<FOOTNOTE><FIELD> Rapport Speċjali 7/2024 tal-QEA tas-7 ta’ Mejju 2024 bit-titolu “Is-sistemi tal-Kummissjoni għall-irkupru tan-nefqa irregolari tal-UE – Potenzjal ta’ rkupru akbar, u aktar malajr”.</FIELD></FOOTNOTE> meta jirreferi għall-perjodu 2014-2020, li għalih in-nefqa irregolari rrapportata kienet ta’ EUR 14-il biljun, li għandha tiġi rimborżata permezz tal-irkupru; jisħaq fuq il-ħtieġa li jitħaffef il-proċess ta’ rkupru billi jiġu stabbiliti skadenzi ċari u jiġu imposti penali għad-dewmien, sabiex il-fondi jiġu rritornati lill-baġit tal-UE malajr kemm jista’ jkun; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi miżuri adegwati biex tipprovdi informazzjoni kompluta dwar in-nefqa irregolari u l-miżuri korrettivi assoċjati meħuda;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza ta’ miżuri ta’ segwitu wara li jkunu ttieħdu l-azzjonijiet korrettivi meħtieġa, bl-għan li wieħed jitgħallem minn każijiet ta’ frodi u jtejjeb il-proċeduri biex jipprevjeni każijiet simili milli jseħħu fil-futur; iqis li huwa importanti, f’dan ir-rigward, li l-Istati Membri jsegwu bir-reqqa l-każijiet billi janalizzaw il-fatturi abilitanti wara l-frodi u jivvalutaw il-ħtieġa li jirrevedu s-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tagħhom kif xieraq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jifhem li, wara nuqqas ta’ appoġġ fil-Kunsill għall-inizjattivi tagħha fl-2004 u l-2014, il-Kummissjoni mhijiex lesta tressaq proposta leġiżlattiva oħra għal assistenza amministrattiva reċiproka fl-oqsma tal-infiq tal-UE li bħalissa ma jipprevedux din il-prattika; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu vantaġġ tar-reviżjoni tar-Regolament dwar l-OLAF<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999, ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/883/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, li diġà jipprovdi lill-OLAF mandat imsaħħaħ għall-koordinazzjoni tal-azzjonijiet tal-Istati Membri biex id-dispożizzjonijiet attwali jiġu żviluppati aktar bil-ħsieb li dan in-nuqqas jiġi indirizzat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jinnota li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili huma komponent essenzjali ta’ soċjetà demokratika vibranti, u jiżguraw kopertura wiesgħa ta’ fehmiet differenti f’dibattiti pubbliċi; jirrikonoxxi li dawn l-organizzazzjonijiet jistgħu jirċievu fondi tal-Unjoni biex jappoġġjaw il-ħidma tagħhom fil-kontribut għad-djalogu demokratiku u l-involviment pubbliku; jinnota li l-UE hija waħda mill-akbar finanzjaturi globali tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; jenfasizza li t-trasparenza fil-laqgħat tal-partijiet ikkonċernati hija fundamentali għall-integrità demokratika u għandha tapplika bl-istess mod għall-entitajiet kollha li huma involuti mal-istituzzjonijiet tal-UE; jisħaq li d-dokumentazzjoni ċara u l-iżvelar ta’ tali interazzjonijiet isaħħu l-fiduċja pubblika u r-responsabbiltà demokratika; jisħaq li l-lobbying għandu jkun trasparenti, u jiżvela bis-sħiħ il-partijiet kollha involuti; jinnota li kien hemm allegazzjonijiet minn xi membri tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit li l-ftehimiet ta’ għotja konklużi mill-Kummissjoni ma’ kull tip ta’ benefiċjarji kienu jinkludu attivitajiet dettaljati ta’ lobbying, li jistgħu jiġu interpretati bħala li potenzjalment jinterferixxu fit-teħid ta’ deċiżjonijiet interni fl-Unjoni; jieħu nota tar-rapport speċjali reċenti tal-QEA dwar it-trasparenza tal-finanzjament tal-UE mogħti lill-NGOs<FOOTNOTE><FIELD> Rapport Speċjali 11/2025 tal-QEA tas-7 ta’ April 2025 bit-titolu “It‑trasparenza tal‑finanzjament li jingħata mill‑UE lill‑NGOs – Minkejja li sar progress, l‑istampa ġenerali għadha mhijiex affidabbli”.</FIELD></FOOTNOTE>, li, filwaqt li jiddikjara li l-użu tal-finanzjament tal-UE għal promozzjoni tal-NGOs huwa legali u jikkonferma li huwa konformi mar-rekwiżiti ta’ trasparenza legali tal-UE kif stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju tal-UE, fl-istess ħin, jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li għandu jsir aktar biex tittejjeb it-trasparenza tal-finanzjament tal-UE li jkunu rċevew il-benefiċjarji kollha; jistieden, f’dan ir-rigward, lill-Kummissjoni timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-QEA rigward il-verifika tal-awtodikjarazzjonijiet fis-Sistema ta’ Trasparenza Finanzjarja tal-UE, kif ukoll timmonitorja b’mod proattiv il-konformità tal-benefiċjarji mal-valuri u l-prinċipji fundamentali tal-UE; ifakkar, barra minn hekk, fir-Rapport Speċjali 05/2024 tal-QEA<FOOTNOTE><FIELD> Rapport Speċjali 05/2024 tal-QEA tas-17 ta’ April 2024 bit-titolu “Reġistru tat-Trasparenza tal-UE – jipprovdi informazzjoni utli iżda limitata dwar l-attivitajiet ta’ lobbjar”.</FIELD></FOOTNOTE>; jissottolinja l-ħtieġa li s-Segretarjat tar-Reġistru tat-Trasparenza tal-UE jsaħħaħ il-kontrolli sistematiċi tiegħu tal-awtodikjarazzjonijiet tal-entitajiet li jiddikjaraw lilhom infushom bħala “NGOs, pjattaformi, networks u simili”; josserva li tali kontrolli sistematiċi jistgħu jkunu bbażati fuq sett ta’ kriterji, inkluż l-istatus mingħajr skop ta’ qligħ, objettivi relatati mal-benefiċċju pubbliku, u l-indipendenza, biex tissaħħaħ il-fiduċja fl-entitajiet kollha rreġistrati fir-Reġistru ta’ Trasparenza tal-UE, u għandhom jiġu appoġġjati minn rekwiżiti robusti għall-obbligu ta’ rendikont u għat-trasparenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Iqis li meta jiġu vvalutati l-mudelli ta’ implimentazzjoni għan-nefqa tal-UE, għandha titqies is-suxxettibbiltà tad-diversi għażliet għall-frodi u għal użu ħażin ieħor; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li t-tagħlimiet meħuda mit-tfassil u mill-implimentazzjoni tal-RRF, inklużi r-rakkomandazzjonijiet indirizzati lilha mill-QEA u mill-Parlament, jitqiesu fl-istrumenti ta’ finanzjament futuri tal-UE, b’mod partikolari fil-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) ta’ wara l-2027; jissottolinja li n-nuqqasijiet identifikati fl-implimentazzjoni tal-RRF, inklużi r-riskji ta’ frodi, finanzjament doppju, u nuqqas ta’ trasparenza, iridu jservu bħala lezzjoni għall-oqfsa finanzjarji futuri tal-UE; jopponi kwalunkwe replikazzjoni tal-mudell tal-RRF fil-forma attwali tiegħu u jisħaq li kwalunkwe finanzjament futur ibbażat fuq il-prestazzjoni jrid ikun akkumpanjat minn salvagwardji, rekwiżiti ta’ trasparenza u mekkaniżmi għall-prevenzjoni tal-frodi ferm aktar b’saħħithom biex tiġi żgurata l-ġestjoni tajba tal-fondi tal-UE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Next GenerationEU (NGEU) u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF)</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Japprezza l-isforzi li saru mill-Kummissjoni fir-reviżjoni tas-27 pjan għall-irkupru u r-reżiljenza (RRP) biex taġġusta għat-tfixkil fis-suq tal-enerġija wara l-invażjoni fuq skala sħiħa tal-Ukrajna mir-Russja; jinnota li l-integrazzjoni tar-REPowerEU fl-RRP mistennija tikkontribwixxi biex titnaqqas id-dipendenza fuq il-fjuwils fossili Russi u tiżdied l-awtosuffiċjenza Ewropea;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Ifakkar, madankollu, li jista’ jiġi osservat dewmien fl-implimentazzjoni tal-RRF u jistieden lill-Kummissjoni tibqa’ viġilanti, b’mod partikolari lejn tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja tal-RRF, sabiex tiżgura li l-Istati Membri jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-UE b’mod adegwat u li l-flus tal-kontribwenti tal-UE jintefqu kif xieraq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jissottolinja l-importanza ta’ sistemi robusti ta’ ġestjoni u ta’ kontroll fil-prevenzjoni tal-frodi peress li għandhom l-effett li jiskoraġġixxu lill-kriminali milli jippruvaw jiffrodaw lill-awtoritajiet pubbliċi; jesprimi tħassib dwar l-osservazzjonijiet ripetuti tal-QEA li jindikaw dgħufijiet persistenti fl-implimentazzjoni tas-sistemi ta’ kontroll tal-Istat Membru, peress li dan joħloq riskju għad-disponibbiltà ta’ data kompluta u preċiża li fuqha huma bbażati t-talbiet għall-pagament, l-aċċess għal dawk it-talbiet għal finijiet ta’ kontroll, u l-funzjonament effettiv tas-sistemi ta’ kontroll tal-Istat Membru biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni; jiddispjaċih li f’diversi Stati Membri, is-sistemi ta’ kontroll ma kinux kompletament funzjonali meta bdew jiġu implimentati l-RRPs nazzjonali, u jissottolinja li tali kwistjonijiet joħolqu riskji għar-regolarità tal-pagamenti tal-RRF u għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-Istati Membri jirrimedjaw l-inadegwatezzi identifikati fl-oqfsa ta’ kontroll tagħhom mingħajr dewmien, inkluż billi jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet indirizzati lilha mill-QEA;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Josserva li l-qafas ta’ kontroll tal-Kummissjoni għall-RRF jiddependi primarjament fuq ir-responsabbiltà tal-Istati Membri li jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni żżomm livell għoli ta’ attenzjoni għat-twettiq mill-Istati Membri tal-istadji importanti ta’ awditjar u ta’ kontroll speċifiċi miżjuda ma’ dawk l-RRPs li kienu nieqsa mir-robustezza u tkompli l-isforzi biex tagħlaq il-lakuni fl-obbligu ta’ rendikont; jieħu nota tal-azzjonijiet imnedija mill-Kummissjoni wara r-rakkomandazzjonijiet tal-QEA dwar id-dgħufijiet identifikabbli tas-sistemi ta’ kontroll u rapportar ta’ xi Stati Membri; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu azzjoni deċiżiva u rapida kull meta jkun meħtieġ u tagħmel użu sħiħ mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament dwar l-RRF jekk jippersistu nuqqasijiet fis-sistemi ta’ kontroll tal-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jinnota bi tħassib serju li r-Rapport Speċjali 14/2024 tal-QEA sab li l-impatt fuq il-klima tal-infiq ekoloġiku fl-ambitu tal-RRF seta’ ġie stmat b’mod eċċessiv sa EUR 34,5 biljun, b’xi proġetti jkollhom impatt minimu fuq it-tranżizzjoni tal-enerġija jew saħansitra jikkawżaw ħsara ambjentali filwaqt li jżidu wkoll ir-riskju ta’ frodi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jappella għall-istabbiliment ta’ kriterji ċari u li jistgħu jitkejlu għall-investimenti ekoloġiċi fl-ambitu tal-baġit tal-UE u tal-RRF biex jiġi żgurat li l-proġetti b’benefiċċji ambjentali u ekonomiċi sinifikanti u ppruvati biss jirċievu finanzjament, u b’hekk jissaħħu l-obbligu ta’ rendikont u s-sostenibbiltà fit-tul filwaqt li jitnaqqas ir-riskju ta’ frodi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Josserva li, għall-RRF fl-2023, ir-Rapport PIF tal-2023 jindika l-għadd ta’ każijiet ta’ frodi suspettata rrapportati mill-Kummissjoni (15) u l-għadd ta’ awditi (13, meta mqabbel ma’ 16 imwettqa fl-2022), iżda ma jinkludix l-għadd kbir ta’ tħassib ta’ investigazzjonijiet tal-UPPE (233 investigazzjoni rreferew għal programmi ta’ rkupru u reżiljenza, b’telf finanzjarju stmat ta’ EUR 1,86 biljun); jinsab imħasseb dwar żieda possibbli fl-għadd ta’ każijiet ta’ frodi, korruzzjoni, finanzjament doppju u kunflitti ta’ interess fis-snin li ġejjin u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaġixxu malajr sabiex jiżguraw il-ġestjoni tajba u d-distribuzzjoni ġusta tal-fondi tal-RRF;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi rapportar obbligatorju dwar il-frodi permezz tal-IMS għall-każijiet kollha relatati mal-RRF, filwaqt li tiżgura li l-irregolaritajiet u l-frodi li jaffettwaw il-fondi tal-RRF jiġu rreġistrati u mmonitorjati b’mod sistematiku; jinnota bi tħassib in-nuqqas ta’ trasparenza fir-rapportar tal-frodi marbuta mal-fondi tal-RRF u jinsisti li l-Istati Membri kollha jikkonformaw mal-obbligi ta’ rapportar standardizzati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jitlob lill-OLAF ikompli l-analiżi tar-riskju tiegħu, li, fl-2023, saret disponibbli għall-Istati Membri flimkien ma’ verżjoni aġġornata tal-“qafas ta’ riskju tal-RRF”, u mat-taħriġ u s-seminars għall-awtoritajiet tal-Istati Membri; japprova l-użu tal-IMS għar-rapportar tal-irregolaritajiet tal-RRF; itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni, lill-aġenziji u lill-korpi speċjalizzati tal-UE, kif ukoll lill-Istati Membri, biex jikkooperaw u jinteraġixxu b’mod attiv ħalli jiżguraw il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE meta jimplimentaw in-Next Generation EU;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Josserva li, bħala parti mill-Gwida dwar l-RRPs, il-Kummissjoni adottat<FOOTNOTE><FIELD> <STRING UNDERLINE="on">Avviż tal-Kummissjoni – Gwida dwar il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza (C(2024)4618).</STRING></FIELD></FOOTNOTE> l-Anness IV dwar il-qafas għat-tnaqqis u l-irkupri fl-ambitu tal-RRF; jifhem li t-tnaqqis ta’ pagament huwa fattibbli meta jkun hemm pagamenti li għad iridu jsiru; ifakkar li l-RRF tintemm fl-2026; jirrimarka li l-irkupru għandu jitnieda biss kull meta ma jifdal l-ebda pagament parzjali ulterjuri; jinsab imħasseb dwar il-fatt li din il-proċedura ta’ rkupru, mislufa mill-mudell għall-implimentazzjoni tal-fondi ta’ koeżjoni, uriet li kienet estremament ineffettiva u ġiet abbandunata fil-QFP attwali; jiddispjaċih ħafna għall-fatt li sa tmiem l-2023 ma saret l-ebda ordni ta’ rkupru fis-sistema tal-kontabbiltà fuq il-bażi tad-dovuti (ABAC) fir-rigward tal-RRF, u li għad ma hemm l-ebda obbligu għall-Istati Membri li jirrapportaw irregolaritajiet relatati mal-RRF permezz tal-IMS;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Itenni li t-trasparenza għandha rwol vitali biex tesponi skemi frodulenti u tiskoraġġixxi lill-frodisti; itenni n-nuqqas ta’ sodisfazzjon tiegħu bl-interpretazzjoni approvata mill-Kummissjoni tal-kunċett ta’ “riċevitur finali” fl-ambitu tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza; jirrifjuta l-interpretazzjoni mhux kompluta u qarrieqa tal-Kummissjoni<FOOTNOTE><FIELD> It-tweġibiet tal-Kummissjoni għar-Rapport Speċjali tal-QEA tat-2 ta’ Settembru 2024 bit-titolu “Assorbiment ta’ fondi mingħand il‑Faċilità għall‑Irkupru u r‑Reżiljenza – Qed isir progress b’xi dewmien u għad hemm riskji fir-rigward tat-twettiq tal-miżuri u, għalhekk, l-ilħuq tal-objettivi tal-RRF”, paġna 4.</FIELD></FOOTNOTE>; jirrimarka li anke skont il-linji gwida tal-Kummissjoni<FOOTNOTE><FIELD> Avviż tal-Kummissjoni – Gwida dwar il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza (C(2024)4618).</FIELD></FOOTNOTE>, ir-“riċevitur finali” huwa l-“aħħar entità” li tirċievi fondi għal miżura tal-RRF, u li kwalunkwe riċevitur inizjali jew intermedjarju tal-finanzjament, bħal ministeri jew aġenziji li joperaw biss bħala distributuri tal-fondi, ma għandux jitqies bħala l-“aħħar entità”; jitlob għal darb’oħra lill-Kummissjoni titlob li l-Istati Membri jipprovdu informazzjoni dwar ir-“riċevitur finali” jew l-“aħħar entità” u ma taċċettax mill-Istati Membri kwalunkwe informazzjoni dwar “riċevituri tat-tieni livell” li ma tkunx konformi mal-ftehim bejn il-koleġiżlaturi; jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi l-gwida tagħha billi tipprovdi każijiet u eżempji li jistgħu jiċċaraw id-dispożizzjoni u jkunu terminu solidu ta’ referenza għall-awtoritajiet nazzjonali, b’tali mod li japprovaw livell adegwat ta’ trasparenza u interpretazzjoni omoġenja fl-Istati Membri kollha; jisħaq li, jekk il-Kummissjoni tkompli tirrifjuta li tiżgura trasparenza sħiħa, il-Parlament irid jikkunsidra l-miżuri kollha disponibbli biex jinforza l-konformità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jinsab imħasseb dwar l-opinjoni tal-QEA<FOOTNOTE><FIELD> Rapport Speċjali 22/2024 tal-QEA bit-titolu “Finanzjament doppju mingħand il‑baġit tal‑UE – Is‑sistemi ta’ kontroll ma għandhomx elementi essenzjali biex jimmitigaw ir‑riskju akbar li jirriżulta mill‑fatt li l‑mudell ta’ finanzjament tal‑RRF mhuwiex marbut mal‑kostijiet” u r-rapporti annwali tagħha dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE għas-sena finanzjarja 2022.</FIELD></FOOTNOTE> dwar ir-riskju dejjem akbar li l-fondi tal-UE jintefqu darbtejn fuq l-istess miżura u jingħataw darbtejn għall-istess azzjoni; jifhem li l-miżuri korrispondenti f’oqsma simili, bħall-infrastruttura tat-trasport u tal-enerġija, huma ffinanzjati kemm mill-baġit tal-UE kif ukoll mill-RRF, minħabba li l-fond tal-UE għall-irkupru mill-pandemija jiffinanzja azzjonijiet simili għal dawk koperti minn programmi standard tal-UE; jirrikonoxxi li l-komplementarjetà bejn l-RRF u strumenti oħra tal-UE hija permessa, iżda josserva li din tista’ tirriżulta fit-twettiq ta’ stadji importanti li huma ffinanzjati bis-sħiħ minn fondi għajr l-RRF, minħabba li l-RRF mhijiex marbuta mar-rimborż tal-ispejjeż effettivament imġarrba, iżda pjuttost tippremja l-ilħuq tal-istadji importanti u l-miri; jenfasizza li d-diversi livelli ta’ governanza, ix-xenarju frammentat tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-iskambji limitati ta’ data jew l-użu ta’ għodod ta’ estrazzjoni tad-data bħal ARACHNE, jipprevjenu l-identifikazzjoni ta’ finanzjament doppju, u għalhekk il-mekkaniżmi ta’ kontroll fis-seħħ jaf ma jkunux biżżejjed biex jimmitigaw kif xieraq din iż-żieda fir-riskju; isostni li n-nuqqas ta’ aċċess dirett għal-lista sħiħa tar-riċevituri finali tal-RRF jillimita l-kapaċità tal-Kummissjoni li tidentifika każijiet potenzjali ta’ finanzjament doppju; jemmen li l-prekawzjoni adottata minn xi Stati Membri li jevitaw li jikkombinaw l-RRF ma’ strumenti oħra tal-UE tikkontribwixxi biex timmitiga r-riskju ta’ finanzjament doppju; jistieden lill-Kummissjoni żżid il-kontrolli tagħha f’dan ir-rigward;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Josserva li l-Istati Membri jistgħu jinkludu miżuri fl-RRPs tagħhom mingħajr kostijiet stmati jew kostijiet stmati ta’ żero<FOOTNOTE><FIELD> Dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Jannar 2021 bit-titolu “Guidance to Member States’ Recovery and Resilience Plans” (Gwida lill-Istati Membri dwar il-Pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza) (SWD(2021)0012).</FIELD></FOOTNOTE>; jirrimarka wkoll li dawn l-istadji importanti “mingħajr kostijiet” huma t-terminu ewlieni ta’ referenza għall-valutazzjoni tal-użu korrett tar-riżorsi tal-RRF għall-iskopijiet maħsuba tagħhom; jifhem li l-pagamenti għal dawn l-istadji importanti “mingħajr kostijiet” jew “b’kostijiet żero” jiġu rilaxxati wara li jinkisbu l-istadji importanti, irrispettivament mill-kost sostnut, f’konformità mal-approċċ ta’ “finanzjament mhux marbut mal-kost” fl-ambitu tal-RRF; josserva, madankollu, li tali stadji importanti jagħmluha impossibbli li tiġi vverifikata l-ġestjoni tajba tar-riżorsi tal-RRF imħallsa, minħabba li tali riżorsi jiġu żborżati b’rabta ma’ stadju importanti li għalih ma jkunux ġew skjerati; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra mill-ġdid is-suppożizzjoni tagħha li miżura “b’kostijiet żero” ma tistax twassal għal finanzjament doppju, irrispettivament minn jekk jintużawx fondi oħra tal-UE biex din tiġi implimentata; jistieden bil-qawwa lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-kontrolli fuq miżuri “b’kostijiet żero” u tagħti gwida lill-Istati Membri dwar kif jindirizzaw it-tfassil finanzjarju tal-miżuri kkonċernati sabiex jiġi evitat tali riskju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Itenni t-talbiet tiegħu lill-Kummissjoni biex iżżomm proċeduri ta’ awditjar <STRING ITALIC="on">ex post</STRING> adegwati u biex tagħti attenzjoni mill-qrib lir-riskju ta’ treġġigħ lura wara l-pagament sabiex jintlaħqu l-miri preċedentement awditjati u vvalutati bħala ssodisfati b’mod sodisfaċenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Isegwi l-inizjattiva strateġika tal-Ombudsman, imnedija fi Frar 2022 u magħluqa f’Settembru 2023, dwar it-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont tal-RRF, li r-riżultati tagħha japprova bis-sħiħ; jilqa’ d-djalogu li għaddej bejn il-Kummissjoni u l-Ombudsman biex jiġu indirizzati s-sitwazzjonijiet subottimali ditetti, b’mod partikolari fir-rigward tat-tabella ta’ valutazzjoni u l-pubblikazzjoni proattiva tad-dokumenti relatati mal-RRF;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Diġitalizzazzjoni u trasparenza biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jilqa’ l-ftehim politiku li ntlaħaq dwar it-test tar-riformulazzjoni propost tar-Regolament Finanzjarju; jemmen li l-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-EDES biex tinkludi l-ġestjoni kondiviża, u l-adozzjoni ta’ bażi legali biex ARACHNE tintuża bħala mudell għal għodda għall-estrazzjoni tad-data u għall-kejl tar-riskju fl-UE kollha, se ssaħħaħ il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE; ifakkar fl-appelli li saru f’rapporti preċedenti biex jiġi żgurat li l-Istati Membri kollha jagħmlu użu minn għodod għall-estrazzjoni tad-data, speċjalment ARACHNE, biex jiżguraw standards ta’ rapportar f’waqthom u diliġenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jikkondividi l-fehma li l-IMS, is-sistema li permezz tagħha l-Istati Membri jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar l-irregolaritajiet u l-frodi li jaffettwaw il-baġit tal-UE, għandha potenzjal għal interoperabbiltà akbar ma’ għodod korporattivi oħra tal-Kummissjoni, bħal ARACHNE u EDES, u ma’ għodod diġitali fl-Istati Membri; jitlob li jiġi infurmat, wara r-riformulazzjoni tar-Regolament Finanzjarju, dwar il-progress tal-interfaċċa EDES-IMS u dwar l-użu possibbli tad-data tal-IMS fl-għodda għall-estrazzjoni tad-data u għall-kejl tar-riskju (ARACHNE);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu għal aktar interoperabbiltà bejn is-sistemi tad-data u għall-armonizzazzjoni tar-rapportar, il-monitoraġġ u l-awditjar fl-Unjoni; huwa konxju tan-natura trażversali tal-interoperabbiltà u japprezza l-adozzjoni tal-Att dwar Ewropa Interoperabbli<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2024/903 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2024 li jistipula miżuri għal livell għoli ta’ interoperabbiltà tas-settur pubbliku fl-Unjoni kollha (Att dwar Ewropa Interoperabbli) (ĠU L, 2024/903, 22.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/903/oj).</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jissottolinja s-sejbiet tar-Rapport Analitiku 4/2023 tal-QEA tas-6 ta’ Lulju 2023 dwar id-diġitalizzazzjoni tal-ġestjoni tal-fondi tal-UE; ifakkar fl-effetti pożittivi tad-diġitalizzazzjoni fuq il-prevenzjoni u d-detezzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet, kif ukoll fuq il-ġestjoni, il-kontroll u l-awditjar tal-fondi tal-UE, billi tippermetti aċċess aktar faċli u aktar rapidu għad-data u kontroverifiki mill-bogħod, u b’hekk tillimita l-kostijiet billi tnaqqas il-ħtieġa ta’ kontrolli u verifiki fuq il-post;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jirrikonoxxi li t-teħid ta’ vantaġġ minn ekonomija f’ħin reali u mmexxija mid-data għandu benefiċċji sinifikanti għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, filwaqt li jnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-awtoritajiet pubbliċi u n-negozji li joperaw u jinnegozjaw bejn il-fruntieri fl-UE; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jtejbu l-effettività tal-kondiviżjoni tad-data billi joħolqu ekosistema diġitali li tippermetti l-moviment bla xkiel, f’ħin reali u sigur ta’ data standardizzata, strutturata u li tinqara minn magna bejn in-negozji u l-awtoritajiet pubbliċi, b’mod partikolari l-amministrazzjonijiet tat-taxxa nazzjonali, bil-ħsieb li jiġu limitati l-possibbiltajiet għat-twettiq ta’ frodi u evażjoni tat-taxxa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jikkondividi l-fehma li d-diġitalizzazzjoni għandha tkun fil-qalba ta’ kull strateġija kontra l-frodi, u b’mod partikolari li għandha tiġi integrata fl-istrateġiji nazzjonali kontra l-frodi biex tippermetti l-koordinazzjoni bejn il-partijiet kostitwenti tagħha u biex jitqies it-theddid minn teknoloġiji ġodda;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jemmen li d-diġitalizzazzjoni toffri opportunitajiet għal titjib tanġibbli fil-governanza tan-network kontra l-frodi, u li billi tiffaċilita l-komunikazzjoni u l-aċċessibbiltà tgħin biex ittejjeb ir-rapportar, u b’hekk tippermetti fehim aħjar tal-ostakli li jippersistu u rispons aktar f’waqtu u komprensiv minn dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet u mill-koleġiżlaturi; jilqa’ l-fatt li aktar minn nofs l-Istati Membri ħadu passi biex jidentifikaw u jindirizzaw id-diskrepanzi fil-ħiliet fil-qasam tad-diġitalizzazzjoni, b’mod partikolari n-nuqqas ta’ informazzjoni u ta’ aċċess għad-data dwar id-diġitalizzazzjoni; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri u lill-atturi fl-Arkitettura Kontra l-Frodi jkomplu jindirizzaw id-diskrepanzi fil-ħiliet permezz ta’ miżuri li jinvolvu, fost l-oħrajn, il-kondiviżjoni tal-għarfien, it-taħriġ u t-twessigħ tal-għarfien espert u l-ħiliet fil-qasam tad-diġitalizzazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jilqa’ l-isforzi ta’ ħafna komponenti tal-Arkitettura Kontra l-Frodi fil-valutazzjoni u l-iżvilupp ulterjuri tal-għażliet offruti mill-IA u mit-tagħlim awtomatiku fl-identifikazzjoni u d-detezzjoni tal-irregolaritajiet u fl-insegwiment ta’ titjib fl-effiċjenza kemm fl-analiżi kif ukoll fil-kompiti amministrattivi klassiċi; itenni li l-valutazzjoni umana trid tibqa’ l-karatteristika ewlenija ta’ kull proċess; iżid li l-IA għandha l-potenzjal li twassal għal tibdil sinifikanti fil-ġlieda kontra l-frodi, tippermetti l-analiżi rapida ta’ settijiet kbar ta’ data, kif ukoll ittejjeb id-detezzjoni tal-frodi u l-identifikazzjoni ta’ xejriet ta’ frodi; ifakkar li s-suċċess fl-użu tal-IA jiddependi fuq il-kollaborazzjoni effettiva bejn il-partijiet ikkonċernati kollha u fuq id-disponibbiltà ta’ data ta’ kwalità għolja, sostnuta mill-użu effettiv ta’ ARACHNE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni taħdem biex tiżviluppa l-IA fl-Ewropa sabiex tħares is-sovranità tad-data u tiżgura protezzjoni tad-data robusta, filwaqt li tallinja mal-prinċipji deskritti fl-Att dwar l-IA<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2024/1689 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 li jistabbilixxi regoli armonizzati dwar l-intelliġenza artifiċjali u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 300/2008, (UE) Nru 167/2013, (UE) Nru 168/2013, (UE) 2018/858, (UE) 2018/1139 u (UE) 2019/2144 u d-Direttivi 2014/90/UE, (UE) 2016/797 u (UE) 2020/1828 (l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali) (ĠU L, 2024/1689, 12.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1689/oj).</FIELD></FOOTNOTE> u fir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR)<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj).</FIELD></FOOTNOTE>; jistieden lill-atturi kontra l-frodi kollha jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom biex jisfruttaw l-użu tal-IA b’mod effettiv u responsabbli fil-ġlieda kontra l-frodi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jirrikonoxxi r-riskju dejjem akbar li l-kontenut iġġenerat mill-IA jintuża biex jiġu mmanipulati l-proċessi ta’ akkwist, it-tranżazzjonijiet finanzjarji u l-evidenza f’investigazzjonijiet ta’ frodi; jistieden lill-Kummissjoni tagħti prijorità lill-miżuri ta’ riċerka u politika biex jiġu miġġielda l-attivitajiet frodulenti possibbli bis-saħħa tal-intelliġenza artifiċjali, inklużi t-teknoloġija deepfake u l-kampanji ta’ diżinformazzjoni xprunati mill-IA li jistgħu jikkompromettu l-mekkaniżmi finanzjarji u kontra l-frodi; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi dispożizzjonijiet legali u penali aktar stretti għall-entitajiet li jinstabu li qed jużaw l-IA biex iwettqu jew jiffaċilitaw frodi finanzjarja, inklużi skemi ta’ ħasil tal-flus xprunati mill-IA, falsifikazzjoni tal-kuntratti, u serq tal-identità diġitali fil-proċessi tal-akkwist;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Jirrikonoxxi l-importanza tal-użu tal-IA biex isir titjib fil-kwalità u l-kompletezza tad-data skambjata mal-Istati Membri; jilqa’, f’dan ir-rigward, l-azzjonijiet tal-OLAF, inklużi rakkomandazzjonijiet fir-rapporti PIF annwali, djalogi bilaterali strutturati mal-Istati Membri, ir-reviżjoni tal-pjan ta’ azzjoni tal-Istrateġija tal-Kummissjoni Kontra l-Frodi, u skambji interistituzzjonali li jiffukaw fuq dawn il-kwistjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Jappella wkoll għal inizjattiva ddedikata għall-UE kollha biex jiġu żviluppati mekkaniżmi ta’ detezzjoni tal-frodi xprunati mill-IA fl-OLAF, l-UPPE, u l-Europol, biex tiżdied l-effiċjenza fit-traċċar u fil-prevenzjoni ta’ reati finanzjarji kontra l-baġit tal-UE; jirrakkomanda l-istabbiliment ta’ task force għall-UE kollha magħmula minn rappreżentanti tal-OLAF, l-UPPE, l-Europol u l-unitajiet nazzjonali kontra l-frodi, b’enfasi ddedikata fuq it-theddid ta’ frodi diġitali, inklużi t-teknoloġija deepfake, id-dokumenti foloz iġġenerati mill-IA u l-frodi tal-identità sintetika; jissottolinja li din it-task force għandha tiżviluppa u tikkondividi l-aħjar prattiki mal-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ aktar kooperazzjoni transfruntiera u mekkaniżmi ta’ kondiviżjoni tad-data bejn l-Istati Membri biex tiġi miġġielda l-frodi bbażata fuq l-IA, b’mod partikolari f’oqsma ta’ riskju għoli bħall-VAT, id-dwana u d-distribuzzjoni tal-għajnuna finanzjarja; jinkoraġġixxi l-ħolqien ta’ ċentru tal-intelligence konġunt tal-UE biex tiġi traċċata l-attività frodulenti tal-IA f’ħin reali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintegraw l-IA u l-analitika tad-data fis-sistemi ta’ detezzjoni tal-frodi, filwaqt li jiżguraw l-interoperabbiltà bejn il-bażijiet tad-data nazzjonali u tal-UE u jżommu salvagwardji tal-protezzjoni tad-data b’saħħithom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimplimentaw miżuri stretti ta’ trasparenza u awditjar fl-għodod ta’ detezzjoni tal-frodi bbażati fuq l-IA biex jipprevjenu l-preġudizzju, il-manipulazzjoni algoritmika u l-użu ħażin fis-sistemi ta’ sorveljanza finanzjarja; iħeġġeġ l-iżvilupp ta’ linji gwida dwar l-etika tal-IA għall-istituzzjonijiet kontra l-frodi biex jiġi żgurat l-obbligu ta’ rendikont;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Jappella għal proċess obbligatorju ta’ verifika forensika għall-evidenza diġitali kollha ppreżentata f’każijiet ta’ frodi finanzjarja, li jiżgura l-awtentiċità tad-dokumenti u tal-materjal tal-awdjo u tal-vidjo użati fl-investigazzjonijiet;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-livell intern tal-Arkitettura Kontra l-Frodi tal-UE – miżuri ewlenin tal-2023 fil-livell tal-UE</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>69.</NO.P>Jissottolinja l-fatt li l-Arkitettura Kontra l-Frodi tal-UE hija arkitettura istituzzjonali komposta mfassla biex tidentifika, tipprevjeni u tiġġieled il-frodi u forom oħra ta’ mġiba ħażina li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-UE, hija mibnija fuq network b’diversi livelli ta’ kooperazzjoni li fih l-ewwel livell (l-OLAF, l-UPPE, l-Europol, l-Eurojust, l-AMLA, il-Kummissjoni, il-QEA u l-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI)) huwa bbażat fuq kooperazzjoni orizzontali bejn l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-UE, filwaqt li l-livelli l-oħra huma bbażati fuq relazzjonijiet vertikali bejn l-awtoritajiet tal-UE u dawk nazzjonali, u bejn l-awtoritajiet tal-UE u l-organizzazzjonijiet internazzjonali; jirrimarka li l-Arkitettura Kontra l-Frodi evolviet matul is-snin permezz ta’ sensiela ta’ deċiżjonijiet separati li wasslu għal network innovattiv ta’ entitajiet; jissottolinja li l-attivitajiet koordinati tagħhom f’dawn l-aħħar snin iġġeneraw esperjenza siewja li għandha titqies fir-reviżjoni futura tar-regolamenti rilevanti; jisħaq li permezz tal-ħolqien tal-UPPE, ġiet stabbilita l-ewwel awtorità ta’ prosekuzzjoni Ewropea li tippermetti investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet fil-pront u diretti tal-liġi kriminali, u li t-tagħlimiet meħuda fl-ewwel snin tal-attività operazzjonali tagħha jeħtieġ li jiġu integrati b’mod adegwat fil-qafas leġiżlattiv biex ikun jista’ jittieħed vantaġġ sħiħ mill-għodod u mir-riżorsi disponibbli; jisħaq fuq l-importanza ta’ mandati ċari bejn id-diversi istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-UE sabiex jiġi minimizzat ir-riskju ta’ trikkib u duplikazzjoni u b’hekk tiġi żgurata l-effiċjenza tal-funzjonament tal-Arkitettura Kontra l-Frodi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>70.</NO.P>Japprezza l-integrazzjoni fir-Rapport PIF tal-2023 tar-riżultati amministrattivi u ġudizzjarji ewlenin li kisbu l-OLAF u l-UPPE rispettivament, li saret wara l-ħafna appelli mill-Parlament għal rapportar aktar komprensiv tal-azzjonijiet imwettqa mill-komponenti tal-Arkitettura Kontra l-Frodi; iqis, madankollu, li d-differenzi fin-natura, l-kamp ta’ applikazzjoni u l-granularità bejn iż-żewġ rapporti għandhom jiġu indirizzati u li l-oqsma ta’ kooperazzjoni għandhom jiġu indikati b’mod ċar; iqis li d-differenzi fiċ-ċifri pprovduti mill-OLAF, mill-UPPE u mir-Rapport PIF tal-2023 huma ġġustifikati fiċ-ċirkostanzi attwali; jenfasizza li l-korpi ta’ rapportar fl-Istati Membri jistgħu jirrapportaw dwar investigazzjonijiet kriminali biss meta l-awtoritajiet ġudizzjarji rilevanti jagħtuhom l-awtorizzazzjoni biex jagħmlu dan, u dan jimplika li filwaqt li l-UPPE u l-OLAF jirrapportaw data dwar investigazzjonijiet attivi, il-korpi ta’ rapportar spiss ma jkunux jistgħu jdaħħlu dawn id-dettalji fil-bażi tad-data tal-IMS minħabba l-ħtieġa li tiġi protetta l-kunfidenzjalità u jiġi żgurat it-twettiq xieraq tal-investigazzjonijiet; jifhem li dawn il-każijiet jirriżultaw f’diverġenza fid-data (“delta”) li tista’ tiġi eliminata biss meta jitlestew l-investigazzjonijiet u d-data rilevanti tiġi inkluża fir-rapportar lill-Kummissjoni sabiex ikunu jistgħu jiġu inklużi f’Rapport PIF futur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>71.</NO.P>Jilqa’ l-adozzjoni mill-Kummissjoni, f’Mejju 2023, ta’ pakkett ta’ miżuri kontra l-korruzzjoni li jinkludi proposta għal direttiva dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni; jemmen li l-prevenzjoni u l-prosekuzzjoni tal-korruzzjoni jeħtieġ li jiġu intensifikati u jistieden lill-Kummissjoni tintensifika l-monitoraġġ tal-infurzar tal-miżuri fl-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>72.</NO.P>Jilqa’ l-istabbiliment ta’ network kontra l-korruzzjoni, li ltaqa’ għall-ewwel darba fl-20 ta’ Settembru 2023, jemmen li l-immappjar ta’ żoni b’riskju għoli ta’ korruzzjoni jista’ jikkontribwixxi b’mod effettiv għall-iżvilupp ulterjuri tal-istrateġija tal-UE kontra l-korruzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>73.</NO.P>Jissottolinja l-importanza tal-istat tad-dritt bħala wieħed mill-valuri fundamentali tal-Unjoni u jisħaq li l-mekkaniżmu ta’ kundizzjonalità tal-istat tad-dritt huwa kruċjali sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri jkomplu jirrispettaw il-prinċipji tal-istat tad-dritt; itenni t-tħassib qawwi tiegħu dwar is-sitwazzjoni li tikkonċerna l-istat tad-dritt f’ċerti Stati Membri, li hija inkwetanti ħafna fiha nfisha u li tista’ twassal għal telf serju għall-baġit tal-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-implimentazzjoni stretta u rapida tal-elementi kollha tal-mekkaniżmu meta l-Istati Membri jiksru l-prinċipji tal-istat tad-dritt u meta dan jaffettwa, jew jirriskja li jaffettwa, l-interessi finanzjarji tal-UE; jinsisti wkoll fuq il-ħtieġa ta’ koerenza bejn diversi strumenti meta tiġi vvalutata s-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>74.</NO.P>Jinnota li r-raba’ Rapport tal-Kummissjoni 2023 dwar l-istat tad-dritt, adottat fi Frar 2024, jipprovdi segwitu għar-rakkomandazzjonijiet maħruġa fir-Rapport dwar l-Istat tad-Dritt tas-sena l-oħra; jirrikonoxxi li, fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni, diversi Stati Membri aġġornaw jew nedew reviżjoni tal-istrateġiji u/jew il-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali tagħhom, filwaqt li oħrajn irriformaw il-liġi kriminali biex isaħħu l-ġlieda kontra l-korruzzjoni; josserva li għal ħafna Stati Membri l-ostaklu ewlieni għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni huwa r-riżorsi limitati tas-servizzi ta’ prosekuzzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tinkoraġġixxi u tappoġġja l-isforzi tal-Istati Membri biex jirriformaw u jtejbu l-effikaċja tal-proċedimenti kriminali u jindirizzaw l-isfidi l-oħra identifikati fir-rapport; ifakkar lill-Kummissjoni fl-għodod effettivi għad-dispożizzjoni tagħha biex tissalvagwardja l-istat tad-dritt, bħall-proċeduri ta’ ksur, il-kundizzjonalità tal-finanzjament u l-proċeduri tal-Artikolu 7 tat-TUE, u jistenna li l-Kummissjoni tużawhom kollha bi sħiħ; jenfasizza, f’dan ir-rigward, li r-Regolament Finanzjarju l-ġdid jintroduċi kundizzjonalità marbuta mal-valuri minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE u jistieden lill-Kummissjoni tibda tapplikah, b’mod partikolari f’każijiet meta jkunu diġà tnedew proċeduri ta’ ksur kontra Stat Membru għal ksur tal-valuri minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE, peress li dan jikkostitwixxi rikonoxximent ċar ta’ ksur kontinwu li jista’ jkollu impatt ukoll fuq il-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>75.</NO.P>Jieħu nota tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma titneħħiex il-miżura skont l-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2506 tal-15 ta’ Diċembru 2022 dwar miżuri għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni mill-ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt fl-Ungerija<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 325, 20.12.2022, p. 94, ELI: <STRING UNDERLINE="on">http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2022/2506/oj</STRING>.</FIELD></FOOTNOTE>; jistenna li l-Kummissjoni u l-Kunsill ineħħu l-miżuri adottati biss fejn tinġabar evidenza li l-miżuri ta’ rimedju adottati mill-Gvern Ungeriż urew li huma effettivi fil-prattika u, b’mod partikolari, li ma nstabet l-ebda rigressjoni fir-rigward tal-miżuri diġà adottati; jikkundanna t-theddid, bħall-ispjunaġġ, li għalih huwa espost il-persunal tal-istituzzjonijiet tal-UE, bħall-persunal tal-OLAF matul il-missjonijiet investigattivi tiegħu fl-Ungerija; jisħaq li tali azzjonijiet jimminaw serjament l-istat tad-dritt u l-integrità tal-istituzzjonijiet tal-UE; jappella biex jiġu stabbiliti malajr miżuri ta’ protezzjoni robusti li jissalvagwardjaw il-persunal tal-istituzzjonijiet tal-UE matul il-missjonijiet; jistieden lill-awtoritajiet Ungeriżi jieħdu passi immedjati u konkreti biex jissalvagwardjaw l-indipendenza ġudizzjarja, jiddefendu l-libertà tal-media u jimplimentaw bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet tar-Rapport tal-Kummissjoni dwar l-Istat tad-Dritt biex tiġi restawrata s-sistema ta’ kontrokontrolli demokratiċi; iħeġġeġ lill-Kunsill ikompli l-proċedura tal-Artikolu 7 tat-TUE kontra l-Gvern Ungeriż;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>76.</NO.P>Jenfasizza li r-rispett għall-istat tad-dritt, inkluża l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, huwa fattur determinanti ewlieni tal-ambjent tas-suq uniku li jrawwem l-investiment, it-tkabbir, l-impjiegi u l-innovazzjoni, u jipproteġi lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) u lill-operaturi ekonomiċi li joperaw bejn il-fruntieri; jisħaq li l-Kummissjoni hija responsabbli għal verifika rigoruża, bħala kundizzjoni għall-iżborż tal-finanzjament, tal-issodisfar tal-istadji importanti relatati mal-istat tad-dritt integrati fid-diversi pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Istati Membri; ifakkar li l-Kummissarju għad-Demokrazija, il-Ġustizzja u l-Istat tad-Dritt, li jaħdem f’koordinazzjoni mill-qrib mal-Kummissarju maħtur reċentement għall-Baġit, għall-Ġlieda kontra l-Frodi u għall-Amministrazzjoni Pubblika, għandu r-responsabbiltà primarja għall-applikazzjoni sħiħa tar-reġim ġenerali tal-kundizzjonalità; jistieden lill-Kummissjoni ma tużax id-“djalogu” mal-Istati Membri jew il-proċedura “pilota” bħala mezz miftuħ biex tevita li tniedi proċeduri ta’ ksur attwali; jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni tipprijoritizza b’mod orizzontali l-ksur li jaffettwa l-interessi finanzjarji tal-UE, b’mod partikolari fir-rigward tad-Direttiva PIF u r-Regolament dwar l-UPPE<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1. ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/1939/oj).</FIELD></FOOTNOTE>; jilqa’ d-dikjarazzjoni fil-Linji Gwida Politiċi tal-Kummissjoni dwar l-importanza tal-istat tad-dritt għall-fondi tal-UE u l-impenn tal-Kummissarju għall-Baġit, għall-Ġlieda kontra l-Frodi u għall-Amministrazzjoni Pubblika li jintroduċi salvagwardji b’saħħithom dwar l-istat tad-dritt fil-QFP li jmiss;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>77.</NO.P>Iqis li l-protezzjoni tal-valuri komuni tal-UE minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE li bħalissa huma inklużi fir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni jeħtieġ li tissaħħaħ aktar; jistieden lill-Kummissjoni tesplora kif jista’ jiġi żviluppat mekkaniżmu ekwivalenti għall-kundizzjonijiet abilitanti orizzontali bħala karatteristika ġenerali fl-oqsma kollha tal-baġit tal-UE, bl-għan li firxa usa’ ta’ politiki tintrabat mal-valuri kollha stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-TUE; jistieden lill-Kummissjoni tesplora mezzi kif il-finanzjament jintrabat mal-kundizzjonijiet tal-istat tad-dritt u t-tlestija tar-riformi meħtieġa sabiex jiġi żgurat approċċ komprensiv, applikat orizzontalment għall-fondi kollha tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni ssegwi approċċ komprensiv u tressaq proposti biex, bħala prijorità, jissaħħaħ aktar is-sett ta’ għodod tal-Unjoni dwar l-istat tad-dritt, inkluża kundizzjonalità msaħħa tal-istat tad-dritt għall-fondi użati fil-perjodu ta’ programmazzjoni attwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>78.</NO.P>Isostni li l-korruzzjoni hija intrinsikament marbuta mal-ħasil tal-flus, u li l-ħasil tal-flus huwa wieħed mill-aktar faċilitaturi importanti ta’ attivitajiet illegali minn kriminali organizzati, peress li jippermettilhom jittrasferixxu r-rikavat mill-attività kriminali tagħhom fl-ekonomija legali; jirrikonoxxi li s-sistemi legali nazzjonali eteroġeni u l-applikazzjoni frammentata tal-qafas tal-Unjoni kontra l-ħasil tal-flus għamluha diffiċli għall-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus; jilqa’, f’dan ir-rigward, l-adozzjoni tal-pakkett leġiżlattiv ambizzjuż dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, li se jgħaqqad ir-regoli nazzjonali u b’hekk isaħħaħ il-ġlieda kollettiva kontra l-ħasil tal-flus madwar l-Unjoni; jilqa’ l-istabbiliment tal-Awtorità il-ġdida għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu (AMLA); iqis li l-aġenzija l-ġdida se jkollha rwol ċentrali fil-qafas il-ġdid kontra l-ħasil tal-flus permezz tar-responsabbiltajiet ta’ koordinazzjoni u ta’ superviżjoni tagħha; ifakkar li l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu huma intrinsikament marbuta u jappella biex l-UPPE, l-OLAF u l-QEA jkollhom rwol aktar b’saħħtu fil-ġlieda kontra dawn il-fenomeni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>79.</NO.P>Jikkondividi l-fehma li l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE ssaħħet permezz tar-riformulazzjoni tar-Regolament Finanzjarju; jirrimarka li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-EDES ġie estiż biex jinkludi ġestjoni kondiviża u diretta u jipprovdi raġunijiet ġodda għall-esklużjoni; jilqa’ l-introduzzjoni ta’ bażi legali għal għodda għall-estrazzjoni tad-data u għall-kejl tar-riskju li għandha tintuża mill-Istati Membri kollha u fil-modi kollha ta’ ġestjoni; jiddispjaċih li dawn iż-żewġ miżuri se jidħlu fis-seħħ biss fl-2028 u biss mill-QFP li jmiss, u dan jirriżulta f’diversi snin oħra mingħajr trasparenza komprensiva fir-rigward tar-riċevituri finali tal-fondi tal-UE u f’telf ta’ opportunità kruċjali biex din id-data tintuża sabiex jissaħħu s-salvagwardji kontra l-korruzzjoni u l-frodi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>80.</NO.P>Japprezza l-adozzjoni ta’ pjan ta’ azzjoni aġġornat<FOOTNOTE><FIELD> Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Lulju 2023 bit-titolu “Pjan ta’ Azzjoni tal-Istrateġija tal-Kummissjoni Kontra l-Frodi – reviżjoni tal-2023” (COM(2023)0405), akkumpanjata mid-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Lulju 2023 bit-titolu “Action Plan – 2023 revision” (Pjan ta’ Azzjoni – Reviżjoni tal-2023) (SWD(2023)0245).</FIELD></FOOTNOTE> għall-Istrateġija tal-Kummissjoni Kontra l-Frodi tal-2019; jinnota li dan jinkludi 44 azzjoni mifruxa fuq seba’ temi li jkopru, b’mod partikolari, id-diġitalizzazzjoni, il-kooperazzjoni, l-RRF, il-frodi doganali u s-sensibilizzazzjoni fi kwistjonijiet etiċi u tal-kultura kontra l-frodi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>81.</NO.P>Jirrimarka li l-programm tal-UE kontra l-frodi (UAFP) huwa l-uniku programm ta’ nfiq speċifikament iddedikat għall-ġlieda kontra l-frodi li jaffettwa l-interessi finanzjarji tal-UE u li jipprovdi appoġġ rilevanti lill-awtoritajiet kollha tal-Istati Membri bħala komponenti tal-livell estern tal-Arkitettura Kontra l-Frodi, sabiex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi; josserva li l-UAFP għandu l-flessibbiltà meħtieġa biex jadatta għax-xenarju kontra l-frodi li dejjem jinbidel u huwa allinjat mal-perjodu ta’ seba’ snin (2021-2027) tal-QFP attwali; jinnota li, s’issa, 55 % tal-implimentazzjoni totali tal-UAFP ikkontribwiet għat-tranżizzjoni diġitali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>82.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tibni fuq is-suċċess tal-UAFP u jinkoraġġixxi lill-Kummissarju għall-Baġit u għall-Ġlieda kontra l-Frodi jqis l-UAFP bħala mudell li għandu jiġi estiż fil-QFP li jmiss, f’konformità mal-kompitu, indikat fl-ittra ta’ missjoni, li jiġi żgurat appoġġ għall-isforzi tal-Istati Membri biex jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>83.</NO.P>Jilqa’ l-ewwel talba tal-assoċjazzjoni tal-UAFP li waslet fl-2023 minn pajjiż mhux tal-UE, jiġifieri l-Ukrajna, li magħha ftehim ta’ assoċjazzjoni li jkopri l-parteċipazzjoni tagħha fil-programm ġie nnegozjat u adottat f’Marzu 2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>84.</NO.P>Jesprimi tħassib li l-aħħar evalwazzjoni interim tal-Kummissjoni tal-programm Erkole III sabet aspetti li setgħu xekklu l-effettività tal-programm, b’mod partikolari li ċerti amministrazzjonijiet tal-Istati Membri ma kellhomx ir-riżorsi biex ikunu jistgħu jlaħħqu mar-rekwiżiti amministrattivi tal-programm;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>85.</NO.P>Jieħu nota tal-appelli ripetuti mill-UPPE biex tissaħħaħ il-kapaċità ta’ detezzjoni tal-komponenti rilevanti tal-Arkitettura Kontra l-Frodi, u jfakkar li, f’konformità mal-Istrateġija tal-Kummissjoni Kontra l-Frodi, għandha ssir enfasi fuq l-analiżi tad-data bħala għodda għad-detezzjoni tal-frodi; jenfasizza, f’dan ir-rigward, l-importanza li d-definizzjonijiet jiġu armonizzati sabiex tinkiseb data komparabbli madwar l-UE; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-użu tal-IMS bħala għodda biex tappoġġja l-analiżi tar-riskju tal-awdituri meta jkunu qed iħejju attivitajiet ta’ awditjar; jistieden lill-OLAF iżid l-offerta ta’ taħriġ tiegħu lill-persunal tal-Kummissjoni, inklużi awdituri u atturi rilevanti fiċ-ċirkwit tal-fluss finanzjarju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>86.</NO.P>Huwa konxju li l-istruttura deċentralizzata tal-UPPE tinvolvi interazzjoni bejn id-dritt nazzjonali u d-dritt tal-UE u bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-UPPE; jifhem li l-UPPE jopera abbażi tar-regolamenti tal-UE li huma direttament applikabbli iżda li jirrikjedi wkoll li jiġu adottati miżuri ta’ implimentazzjoni adegwati permezz ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva PIF u atti rilevanti oħra tal-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tikkonforma bis-sħiħ mar-Regolament dwar l-UPPE u mad-Direttiva PIF, tniedi proċedimenti ta’ ksur u tipproponi r-reviżjoni ta’ dawn l-atti legali sabiex l-UPPE jsir aktar effettiv fl-eżerċizzju tal-mandat tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>87.</NO.P>Jinnota r-riżultati tal-valutazzjoni tal-konformità tal-miżuri adottati mill-Istati Membri biex jadattaw is-sistemi tagħhom għar-Regolament dwar l-UPPE<FOOTNOTE><FIELD> JUST/2022/PR/JCOO/CRIM/0004 – Kuntratt Qafas JUST/2020/PR/03/0001 dwar Servizzi ta’ analiżi legali, inkluża l-valutazzjoni tal-konformità tal-miżuri nazzjonali ta’ traspożizzjoni, fl-oqsma ta’ politika tal-Ġustizzja u l-Konsumaturi.</FIELD></FOOTNOTE>, li ġiet ippreżentata f’Settembru 2023; jiddispjaċih li ħafna sitwazzjonijiet għadhom subottimali u jeħtieġ li jiġu indirizzati għax idgħajfu l-effettività tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz ta’ investigazzjonijiet kriminali; jirreferi, b’mod partikolari, għall-attribuzzjoni ta’ kompetenza bejn is-servizzi ta’ prosekuzzjoni nazzjonali u l-UPPE; jisħaq ukoll li r-Regolament dwar l-UPPE jistabbilixxi r-rapportar ta’ każijiet possibbli tal-UPPE direttament u mingħajr dewmien żejjed; jistieden lill-Kummissjoni tivverifika u timmonitorja l-konformità sħiħa tal-Istati Membri mar-Regolament dwar l-UPPE u r-rapportar fil-pront tagħhom ta’ suspetti ta’ frodi f’oqsma li jaqgħu fil-kompetenza tal-UPPE direttament lilu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>88.</NO.P>Jinsab imħasseb li f’ħafna Stati Membri l-awtorità nazzjonali maħtura li tiddeċiedi dwar nuqqas ta’ qbil bejn l-UPPE u l-awtoritajiet nazzjonali dwar il-kompetenza għall-prosekuzzjoni ta’ każ mhijiex “qorti” jew “tribunal”; jistieden lill-Kummissjoni tivverifika u timmonitorja jekk l-Istati Membri humiex qed jikkonformaw bis-sħiħ mal-Artikolu 25(6) u l-Artikolu 42(2)(c) tar-Regolament dwar l-UPPE, li jirrikjedi l-possibbiltà ta’ appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) kontra deċiżjoni minn awtorità nazzjonali dwar l-attribuzzjoni tal-kompetenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>89.</NO.P>Jisħaq li l-kontroll attwali mill-awtoritajiet nazzjonali fuq ir-riżorsi u t-tagħmir “meħtieġa” tal-Prosekuturi Delegati Ewropej (EDPs) u l-ħtieġa li ssir referenza għad-dispożizzjonijiet tal-awtoritajiet nazzjonali għal “arranġamenti adegwati” dwar is-sigurtà soċjali, il-pensjonijiet u l-kopertura tal-assigurazzjoni jistgħu jillimitaw l-awtonomija u l-indipendenza tal-azzjonijiet tal-UPPE; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi soluzzjonijiet adegwati fir-reviżjoni li jmiss tar-Regolament dwar l-UPPE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>90.</NO.P>Jirrimarka li t-traspożizzjoni tad-Direttiva PIF tvarja bejn l-Istati Membri, u f’xi każijiet dan jaffettwa l-eżerċizzju transfruntier tal-kompetenzi tal-UPPE; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura implimentazzjoni xierqa tad-Direttiva PIF u tipproponi r-reviżjoni tagħha, abbażi tal-esperjenza miksuba;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>91.</NO.P>Jissottolinja li l-Artikolu 25(3) tar-Regolament dwar l-UPPE, li jelabora dwar l-eżerċizzju tal-kompetenza tal-UPPE fil-każ ta’ reati mhux PIF marbuta inseparabbilment ma’ reati PIF, iqajjem mistoqsijiet legali u prattiċi u jirrikjedi aktar simplifikazzjoni sabiex isir użu effettiv mill-qafas legali tal-UPPE; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi soluzzjonijiet xierqa fir-reviżjoni li jmiss tar-Regolament dwar l-UPPE sabiex tissaħħaħ il-kapaċità tal-UPPE li jinvestiga l-kriminalità organizzata transfruntiera;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>92.</NO.P>Itenni<FOOTNOTE><FIELD> Ir-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta’ Frar 2024 bit-titolu “Ir-Rapport tal-Kummissjoni tal-2023 dwar l-Istat tad-Dritt”.</FIELD></FOOTNOTE> li l-UPPE għandu rwol importanti fis-salvagwardja tal-istat tad-dritt u fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-Unjoni, u jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib il-livell ta’ kooperazzjoni tal-Istati Membri mal-UPPE fir-rapporti dwar l-istat tad-dritt; jilqa’ l-adeżjoni tal-Polonja u tal-Iżvezja mal-UPPE; jinnota b’approvazzjoni t-tħabbira reċenti tal-Irlanda tal-intenzjoni tagħha li tipparteċipa fl-UPPE; jistieden lill-Gvern tal-Ungerija, l-uniku Stat Membru li għadu ma isseħibx fl-UPPE minkejja li ma hemm l-ebda impediment legali jew kostituzzjonali, jissieħeb fl-UPPE mingħajr aktar dewmien; ifakkar li l-appoġġ pubbliku wiesa’ għall-adeżjoni tal-Ungerija ntwera bil-ġbir ta’ 680 000 firma favur is-sħubija fl-UPPE, u dan jenfasizza domanda soċjetali qawwija għal salvagwardji legali msaħħa kontra l-frodi u l-korruzzjoni li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>93.</NO.P>Itenni l-appell tiegħu għat-tnedija ta’ skambju ta’ fehmiet dwar il-kjarifika possibbli tal-kompetenza tal-UPPE fi ħdan il-mandat tiegħu, kif definit fit-Trattat, fir-rigward tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>94.</NO.P>Jinnota li fl-2023, il-kooperazzjoni bejn l-atturi rilevanti żdiedet, u l-UPPE u l-Eurojust ikkooperaw, fi tmiem l-2023, dwar 26 każ li għadhom għaddejjin; josserva li fl-2023 ukoll, l-UPPE u l-Europol ikkooperaw b’mod effiċjenti dwar diversi kwistjonijiet operazzjonali, u jifhem li din il-kooperazzjoni kważi rduppjat fl-2023, bl-Europol tipprovdi appoġġ f’47 każ fuq talba tal-UPPE; jistieden lill-Kummissjoni titlob li l-UPPE u l-Eurojust jispeċifikaw il-kriterji ta’ effiċjenza li abbażi tagħhom iwettqu l-attivitajiet tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>95.</NO.P>Jilqa’ l-isforzi tal-OLAF u tal-UPPE biex isaħħu l-kooperazzjoni tagħhom; jifhem li qed tiġi skambjata informazzjoni bejn iż-żewġ uffiċċji sabiex jiġu evitati investigazzjonijiet paralleli dwar l-istess kwistjonijiet, u li, fl-2023, l-OLAF fetaħ 22 investigazzjoni komplementari u l-UPPE talab erba’ investigazzjonijiet ta’ appoġġ; huwa konxju li s-sinerġiji li jirriżultaw mill-użu ta’ investigazzjonijiet komplementari (eż. l-Artikolu 12(f) tar-Regolament dwar l-OLAF) u investigazzjonijiet b’appoġġ (eż l-Artikolu 12(e) tar-Regolament dwar l-OLAF) huma subottimali; jistieden lill-Kummissjoni tindirizza l-kawżi legali u operazzjonali ta’ dan meta tirrieżamina r-regolamenti tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>96.</NO.P>Jinsab imħasseb dwar in-nuqqas ta’ analiżi u informazzjoni preċiża dwar l-irkupri għall-benefiċċju tal-baġit tal-Unjoni li għandhom isegwu kemm l-investigazzjonijiet tal-OLAF kif ukoll dawk tal-UPPE; huwa konxju li l-impatt tal-Arkitettura Kontra l-Frodi fuq is-sigurtà taċ-ċittadini u fuq l-infurzar tal-istat tad-dritt fl-Unjoni jmur lil hinn mill-kwantifikazzjoni tal-irkupri finanzjarji biss; jisħaq, madankollu, li r-riżultati tal-isforzi li saru biex tinħoloq l-Arkitettura Kontra l-Frodi għandhom ixaqilbu lejn il-miżurabbiltà u jkunu tanġibbli tal-anqas fir-rigward tal-aspetti baġitarji; jenfasizza li l-impatt tal-attivitajiet implimentati għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandu jiġi vvalutat u jitqies fl-allokazzjoni tar-riżorsi u fid-definizzjoni tal-mandati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>97.</NO.P>Jifhem li l-Kummissjoni għad trid tipprovdi data dwar l-irkupri għall-benefiċċju tal-baġit tal-Unjoni wara l-attivitajiet tal-UPPE rrapportati lill-Kummissjoni, kif previst fl-Artikolu 103(2) tar-Regolament dwar l-UPPE, u li din il-kwistjoni hija inkluża fl-ittra ta’ missjoni tal-Kummissarju għall-Baġit, għall-Ġlieda kontra l-Frodi u għall-Amministrazzjoni Pubblika; josserva li l-iffriżar tal-assi huwa essenzjali biex tiġi miġġielda l-kriminalità li taffettwa l-baġit tal-UE u li ċertu ammont ta’ żmien huwa meħtieġ biex l-iffriżar jiġi kkonvertit f’konfiski u fi rkupri attwali; jenfasizza li l-ammont ikkonfiskat mhux mistenni li jirritorna awtomatikament fil-baġit tal-Unjoni; jinnota li, f’konformità mal-Artikolu 38 tar-Regolament dwar l-UPPE, id-dħul potenzjali li jirriżulta mill-miżuri ta’ qbid u konfiska li ħadu l-Prosekuturi Delegati Ewropej fl-Istati Membri għandu jmur lura fil-baġit tal-UE u jista’ jitqies fil-baġit tal-UE bħala dħul mhux assenjat; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel l-arranġamenti meħtieġa mal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti biex tippermetti li dawn l-ammonti jidħlu fil-baġit tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>98.</NO.P>Jirrimarka li d-data dwar irkupri effettivi wara r-rakkomandazzjonijiet finanzjarji tal-OLAF mhijiex ippubblikata fir-Rapport Annwali tal-OLAF jew fi kwalunkwe rapport uffiċjali ieħor tal-Kummissjoni; jiddispjaċih li hija disponibbli biss id-data aggregata u din tirreferi għal 2 299 rakkomandazzjoni finanzjarja maħruġa mill-OLAF bejn l-2012 u l-2023 għal ammont globali ta’ madwar EUR 9 biljun; jirrimarka li l-analiżi taċ-ċifri disponibbli tissuġġerixxi lok konsiderevoli għal titjib; josserva li teżisti diskrepanza kbira bejn l-ammonti rakkomandati għall-irkupru mill-OLAF, l-ammont stabbilit bħala rekuperabbli mis-servizzi tal-Kummissjoni u l-ammont eventwalment irkuprat b’mod effettiv; jinsab imħasseb dwar ir-rati baxxi ta’ rkupru għal nfiq mhux dovut (għal attivitajiet implimentati b’modi ta’ ġestjoni kondiviża u indiretta, ir-rata hija ta’ 34 % u 11 %, rispettivament, u għall-irkupru b’ġestjoni diretta 22 % biss); jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi data bi granularità adegwata dwar l-irkupru u tivvaluta r-raġunijiet għad-diskrepanza fl-irkupru; jenfasizza l-ħtieġa li l-OLAF u l-Kummissjoni jaqblu dwar il-kriterji ta’ evalwazzjoni komuni li jiżguraw konverġenza u ċarezza akbar, u japplikawhom b’mod konsistenti, u b’hekk itejbu l-effiċjenza u l-effettività tal-valutazzjoni tal-irkupru finanzjarju; jenfasizza li l-irkupru wara rakkomandazzjoni tal-OLAF u l-investigazzjonijiet tal-UPPE huwa kejl importanti tal-effiċjenza tal-Arkitettura Kontra l-Frodi u, f’dan ir-rigward, jappella għal aktar trasparenza;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-livell estern tal-Arkitettura Kontra l-Frodi tal-UE – miżuri ewlenin fil-livell nazzjonali fl-2023</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>99.</NO.P>Jifhem li l-livell ġenerali ta’ implimentazzjoni mill-Istati Membri tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni maħruġa fir-Rapport PIF tal-2022 huwa meqjus sodisfaċenti; jenfasizza, madankollu, li għad hemm differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri; jinsab imħasseb, b’mod partikolari, dwar il-każijiet ta’ rapportar inadegwat tal-irregolaritajiet minn xi Stati Membri permezz tal-IMS; ifakkar li r-rapportar huwa obbligatorju skont ir-regolamenti attwali u jinkoraġġixxu lill-OLAF isaħħaħ l-azzjonijiet tiegħu ta’ sorveljanza u monitoraġġ bl-għan li jinkiseb rapportar uniformi madwar l-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>100.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja l-komprensività tar-rapportar fl-IMS mill-pajjiżi li jibbenefikaw mill-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni u jilqa’ l-inizjattivi tad-Direttorat Ġenerali għall-Viċinat u n-Negozjati għat-Tkabbir biex jiġu infurzati l-obbligi tal-pajjiżi kandidati li jirrapportaw l-irregolaritajiet fl-IMS fuq bażi regolari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>101.</NO.P>Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jirrapportaw fl-IMS l-irregolaritajiet relatati mal-RRF, f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-QEA; jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita tali użu tal-IMS mill-Istati Membri billi tipprovdi appoġġ fil-forma ta’ taħriġ, seminars u skambju tal-aħjar prattiki;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>102.</NO.P>Jilqa’ l-parteċipazzjoni tal-Iżvezja u tal-Polonja fl-UPPE, deċiżjoni li ttieħdet fl-2024, kif ukoll l-objettiv tal-Gvern Irlandiż il-ġdid li jissieħeb fl-UPPE; jinsisti li l-Istati Membri li għadhom mhux qed jipparteċipaw jeħtiġilhom jagħmlu dan mingħajr dewmien u jistieden lill-Kummissjoni tinċentiva l-parteċipazzjoni fl-UPPE permezz ta’ miżuri pożittivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>103.</NO.P>Itenni li l-kooperazzjoni ineffettiva u mhux f’waqtha jew in-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-Istati Membri mal-UPPE u l-OLAF jikkostitwixxu raġunijiet għal azzjoni skont ir-Regolament dwar il-Kundizzjonalità; jistieden lill-Kummissjoni tqis kif xieraq l-informazzjoni kollha mill-UPPE u l-OLAF dwar sitwazzjonijiet meta l-Istati Membri jonqsu milli jikkonformaw mal-obbligi tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>104.</NO.P>Isostni li l-Istrateġiji Nazzjonali Kontra l-Frodi (NAFS) huma l-aktar għodda effettiva għall-koordinazzjoni bejn id-diversi awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u settorjali u l-ħafna entitajiet lokali fdati bil-kompiti li fihom jiġi organizzat iċ-ċiklu kontra l-frodi; jinnota li, fl-2023, 21 minn 27 Stat Membru rrapportaw li għandhom strateġija kontra l-frodi; josserva li minn 21 Stat Membru, 10 biss kellhom strateġija nazzjonali kontra l-frodi sħiħa<FOOTNOTE><FIELD> Minn dawn l-10 strateġiji nazzjonali kontra l-frodi, waħda ma tkoprix l-istadji kollha taċ-ċiklu kontra l-frodi, waħda ma għandhiex perspettiva pluriennali u tnejn jeħtieġ li jiġu aġġornati.</FIELD></FOOTNOTE>, filwaqt li 11-il Stat Membru kellhom biss strateġiji settorjali kontra l-frodi aktar milli strateġiji nazzjonali; jirrikonoxxi li l-approċċ meħud mill-Istati Membri fl-istrateġiji tagħhom kontra l-frodi llum ivarja ħafna; jiddispjaċih li sitt Stati Membri ma għandhom l-ebda strateġija kontra l-frodi; jiddispjaċih ħafna dwar din is-sitwazzjoni xejn sodisfaċenti, li tikkomprometti l-integrità tal-infiq tal-UE u timmina l-fiduċja taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>105.</NO.P>Isostni li l-Istati Membri jibbenefikaw minn evalwazzjoni perjodika tal-oqfsa tagħhom kontra l-frodi; jistieden lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi lill-Istati Membri jwettqu rieżamijiet indipendenti jew bejn il-pari tal-oqfsa tagħhom kontra l-frodi biex itejbu l-konsistenza u jilħqu standards għoljin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>106.</NO.P>Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tipproponi inizjattivi infurzabbli biex tiċċara r-relazzjoni u tqis li tistabbilixxi rabta bejn l-adozzjoni tal-istrateġiji nazzjonali kontra l-frodi mill-Istati Membri u l-livell ta’ appoġġ finanzjarju li jirċievu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>107.</NO.P>Jitlob lill-Kummissjoni tniedi, bi tħejjija għar-reviżjoni tar-Regolament dwar l-OLAF, eżerċizzju ta’ monitoraġġ dwar l-istat attwali tas-Servizzi ta’ Koordinazzjoni Kontra l-Frodi (AFCOS) stabbiliti fl-Istati Membri; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tippjana għall-aġġornament u t-tfassil mill-ġdid tal-istruttura, ir-rwol, ir-responsabbiltajiet u l-mandat tagħhom; jiddispjaċih dwar il-livell subottimali tal-persunal fil-maġġoranza tas-servizzi ta’ koordinazzjoni kontra l-frodi fl-Istati Membri; jissottolinja l-ħtieġa li jiġu żgurati livelli suffiċjenti ta’ għarfien espert fost il-persunal fl-istrutturi nazzjonali ta’ koordinazzjoni kontra l-frodi; jistieden lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi u tappoġġja lill-Istati Membri biex jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet bħala oqsma ta’ prijorità, inkluż fil-kuntest taċ-ċiklu tas-Semestru Ewropew;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>108.</NO.P>Jissottolinja r-rwol li l-awtoritajiet pubbliċi għandhom fit-trawwim ta’ kultura ta’ tolleranza żero kontra l-frodi u jisħaq, b’mod partikolari, fuq l-importanza tal-prevenzjoni tal-frodi biex qabel kollox jiġi żgurat li l-frodi, il-korruzzjoni, il-kunflitti ta’ interess u użu ħażin ieħor tal-fondi ma jseħħux; ifakkar li t-traspożizzjoni korretta tad-Direttiva PIF, adottata fil-5 ta’ Lulju 2017, hija kruċjali għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni, għall-implimentazzjoni tal-politiki kollha tal-UE li għalihom jintużaw il-flus tal-UE, inkluż fil-kuntest tal-użu tal-RRF, u għall-istabbiliment tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet mill-UPPE, li l-kompetenza tiegħu hija stabbilita b’referenza għad-Direttiva PIF, kif implimentata mid-dritt nazzjonali; jistenna li l-awtoritajiet nazzjonali, inklużi l-gvernijiet, fl-Istati Membri kollha jikkundannaw b’mod inekwivoku l-frodi, il-korruzzjoni, il-kunflitti ta’ interess u kwalunkwe użu ħażin ieħor tal-fondi pubbliċi, filwaqt li jieħdu approċċ proattiv fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz ta’ miżuri effettivi f’oqsma li jinkludu l-valutazzjoni tar-riskju, il-komunikazzjoni u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni, u t-taħriġ tal-persunal; jistieden lill-Kummissjoni tintervjeni fil-ħin permezz ta’ proċeduri ta’ ksur biex tiżgura t-traspożizzjoni konsistenti tad-Direttiva PIF u r-responsabbiltà effettiva tal-persuni ġuridiċi u fiżiċi kif ukoll is-sanzjonijiet għalihom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>109.</NO.P>Itenni li l-informaturi għandhom rwol ewlieni fit-tisħiħ tad-detezzjoni, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tal-frodi; jifhem li, sa tmiem l-2023, 24 Stat Membru kienu adottaw leġiżlazzjoni nazzjonali biex jittrasponu d-Direttiva dwar il-Protezzjoni tal-Informaturi u ddikjaraw it-traspożizzjoni tagħhom kompluta; jiddispjaċih, madankollu, li f’Marzu 2023, wara analiżi tal-miżuri nazzjonali adottati, il-Kummissjoni kienet obbligata tirreferi sitt Stati Membri lill-QĠUE għan-nuqqas tagħhom li jittrasponu d-Direttiva u talli naqsu milli jinnotifikaw miżuri ta’ traspożizzjoni, u talbet lill-Qorti timponi sanzjonijiet finanzjarji; jinsab imħasseb dwar il-proċedimenti ta’ ksur ulterjuri<FOOTNOTE><FIELD> Ir-rapport tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Lulju 2024 dwar l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni (COM(2024)0269).</FIELD></FOOTNOTE> li għaddejjin kontra sitt Stati Membri oħra; jistieden lill-Kummissjoni tintensifika l-monitoraġġ tal-miżuri ta’ traspożizzjoni nazzjonali u tirrapporta lill-Parlament kif xieraq; jisħaq li l-Parlament innifsu jeħtieġlu jiżgura wkoll b’mod urġenti t-traspożizzjoni xierqa tad-Direttiva, kif ikkonfermat mis-sentenza tal-QĠUE tal-11 ta’ Settembru 2024, li sabet li l-qafas attwali tal-Parlament jonqos milli jipprovdi protezzjoni bbilanċjata u effettiva kontra r-ritaljazzjoni; jistieden lill-Parlament jadotta minnufih regoli robusti f’konformità mad-Direttiva biex jissalvagwardja lill-informaturi tiegħu stess;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>110.</NO.P>Jinnota li sa tmiem l-2023, id-Diviżjoni Investigattiva tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI IG/IN) kienet għamlet 10 riferimenti lill-UPPE u 17 lill-OLAF; huwa konxju li l-entitajiet li nstabu mid-Diviżjoni Investigattiva tal-Bank Ewropew tal-Investiment li jinvolvu ruħhom fi prattiki pprojbiti jistgħu jiġu esklużi, fi kliem ieħor iddikjarati ineliġibbli, għal perjodu determinat, milli jingħataw kwalunkwe kuntratt jew jidħlu fi kwalunkwe relazzjoni mal-BEI; josserva li, fl-2023, dawn il-proċedimenti ta’ esklużjoni rriżultaw fl-esklużjoni ta’ ħames operaturi ekonomiċi għal tul ta’ żmien minimu ta’ tliet snin, filwaqt li ħames kumpaniji oħra laħqu ftehimiet ta’ soluzzjoni li japplikaw il-kundizzjonalità għall-eliġibbiltà tagħhom;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Dimensjoni esterna tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>111.</NO.P>Jilqa’ r-reazzjoni tal-Kummissjoni għall-appell tiegħu biex jiżdiedu l-monitoraġġ u l-kontroll tal-fondi fl-ambitu tal-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali għall-assistenza lil pajjiżi mhux tal-UE, kif ukoll permezz tal-komunikazzjoni konġunta mar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà<FOOTNOTE><FIELD> Il-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tat-3 ta’ Mejju 2023 fir-rigward tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni (JOIN(2023)0012).</FIELD></FOOTNOTE>; japprezza l-isforzi kontinwi tal-Kummissjoni biex tiżgura li l-miżuri kontra l-korruzzjoni jiġu integrati fl-istrumenti tal-azzjoni esterna tal-UE; itenni r-rakkomandazzjoni tiegħu li l-appoġġ baġitarju jiġi sospiż u li l-fondi jiġu diżimpenjati lill-pajjiżi mhux tal-UE, inklużi l-pajjiżi kandidati, fejn jidher biċ-ċar li l-awtoritajiet jonqsu milli jieħdu azzjoni ġenwina kontra l-korruzzjoni mifruxa, mingħajr ma jikkompromettu l-appoġġ għall-popolazzjoni ċivili; jenfasizza li r-rispett u l-impenn għall-promozzjoni tal-valuri tal-UE huma prekundizzjoni essenzjali għas-sħab kollha li jaspiraw li jissieħbu fl-Unjoni; itenni li l-adeżjoni mal-UE hija proċess ibbażat fuq il-mertu fejn kull applikant jiġi vvalutat fuq il-merti tiegħu stess u fuq jekk issodisfax il-kriterji ta’ Copenhagen; iqis li, meta tiġi applikata l-metodoloġija tat-tkabbir riveduta, għandu jkun hemm enfasi partikolari fuq ir-riformi fundamentali, u li għandha tiġi applikata kundizzjonalità ġusta u rigoruża kif ukoll riversibbiltà meta jseħħu l-ostakli; iqis li jridu jintużaw għodod xierqa biex jiġi żgurat li l-pajjiżi kandidati juru konformità konkreta u sostenibbli mal-istat tad-dritt, mal-prinċipji demokratiċi u mad-drittijiet fundamentali, kemm qabel kif ukoll wara li jissieħbu fl-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>112.</NO.P>Josserva li, fil-kuntest tal-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, l-Ukrajna se tkompli teħtieġ appoġġ sostanzjali fil-QFP attwali u dak li jmiss u, fil-perspettiva ta’ ftehim ta’ paċi ġust u sostenibbli, l-Ukrajna se jkollha bżonn appoġġ għar-rikostruzzjoni ta’ wara l-gwerra, inkluż għas-servizzi u r-riformi tal-gvern ċentrali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>113.</NO.P>Iqis li t-tliet pilastri tal-Faċilità għall-Ukrajna jistgħu jitfasslu mill-ġdid kif xieraq u li r-rikostruzzjoni għandha tallinja mar-rekwiżiti ta’ qabel l-adeżjoni; jenfasizza l-importanza ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni mill-qrib mal-mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni tal-Ukrajna stabbilit mill-G7; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri kollha jżidu l-appoġġ tagħhom għall-Ukrajna, filwaqt li jistabbilixxu miżuri xierqa biex jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-UE permezz tal-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-korrezzjoni tal-frodi, il-korruzzjoni, il-kunflitti ta’ interess u l-irregolaritajiet fl-użu tal-fondi tal-Unjoni, inkluż billi jwettqu kontrolli aktar bir-reqqa, sabiex jiġi żgurat li l-fondi tal-UE mibgħuta lill-Ukrajna u lill-pajjiżi ġirien tagħha jiġu mmonitorjati u kkontrollati b’mod adegwat u b’hekk ikunu ta’ benefiċċju għal dawk l-aktar fil-bżonn;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>114.</NO.P>Jisħaq li l-volum bla preċedent ta’ appoġġ finanzjarju riċevut mill-Ukrajna min-naħa tal-UE f’dawn l-aħħar snin, u użat f’kundizzjonijiet estremament negattivi imposti mill-gwerra li għaddejja, jimplika l-adozzjoni ta’ miżuri xierqa biex jiġi żgurat li tali riżorsi jintużaw kif maħsub, b’mod partikolari meta jkunu ta’ benefiċċju għall-infrastruttura u l-persuni fil-bżonn;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>115.</NO.P>Japprezza l-ħidma mwettqa mill-OLAF u mill-UPPE fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni billi jipprovdu taħriġ biex jiżdiedu l-kapaċità amministrattiva u l-awtonomija, iwettqu investigazzjonijiet fl-Ukrajna u jaqblu dwar l-arranġament ta’ ħidma mal-Uffiċċju Nazzjonali Kontra l-Korruzzjoni tal-Ukrajna biex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni fl-investigazzjoni tal-korruzzjoni; jistieden lill-uffiċċji kompetenti tal-UE jkomplu jikkooperaw mal-awtoritajiet Ukreni u jappoġġjawhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>116.</NO.P>Jirrikonoxxi, f’dan ir-rigward, il-progress li sar mill-Ukrajna fl-avvanz tar-riformi relatati mal-indipendenza ġudizzjarja, l-obbligu ta’ rendikont, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, minkejja l-kundizzjonijiet diffiċli kkawżati mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja li għaddejja bħalissa; jinkoraġġixxi lill-Ukrajna tkompli fit-triq tar-riforma, inkluż fir-rigward tal-influwenza tal-oligarki fil-politika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>117.</NO.P>Jilqa’ s-sanzjonijiet imsaħħa adottati mill-UE kontra r-Russja s’issa, li jinkludu l-projbizzjoni ta’ ċittadini u entitajiet Russi milli jipparteċipaw f’kuntratti ta’ akkwist pubbliku fl-UE u restrizzjonijiet fuq il-finanzjament tal-UE għal entitajiet Russi li huma proprjetà tal-Istat jew ikkontrollati mill-Istat; jirrikonoxxi, madankollu, li minkejja l-miżuri attwali, l-individwi u l-entitajiet soġġetti għas-sanzjonijiet kontra r-Russja għadhom jistgħu jsibu modi kif jevitaw is-sanzjonijiet u jistieden, għalhekk, lill-UE u lill-Istati Membri jżommu, isaħħu u jestendu l-kamp ta’ applikazzjoni u l-effettività tal-politika ta’ sanzjonijiet kontra r-Russja u l-Belarussja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>118.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti tagħhom huma responsabbli għall-implimentazzjoni u l-infurzar effettivi tas-sanzjonijiet tal-UE, kif ukoll għall-identifikazzjoni ta’ ksur u l-impożizzjoni ta’ penali xierqa; jissottolinja r-rwol li l-awtoritajiet doganali għandhom u l-importanza tal-kooperazzjoni mill-qrib tagħhom fit-tisħiħ tal-infurzar uniformi tas-sanzjonijiet; jilqa’, f’dan ir-rigward, l-Inizjattiva Doganali tal-Baltiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>119.</NO.P>Jissottolinja li l-UE hija l-akbar fornitur ta’ assistenza esterna lir-refuġjati Palestinjani; jisħaq li l-baġit tal-Unjoni jrid ikompli jipprovdi appoġġ għall-bini tal-paċi u l-istabbiltà fir-reġjun tal-Lvant Nofsani, għall-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-mibegħda, il-fundamentaliżmu u d-diżinformazzjoni, kif ukoll għall-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, għall-ġlieda kontra l-impunità u għat-tisħiħ tal-aderenza mal-istat tad-dritt; jenfasizza, għaldaqstant, li l-baġits tal-UE ma jridu jappoġġjaw, taħt l-ebda ċirkostanza, attivitajiet li jmorru kontra dawn l-objettivi; jinnota li, wara l-attakki terroristiċi atroċi mill-Ħamas tas-7 ta’ Ottubru 2023 u l-allegazzjonijiet ta’ użu ħażin tal-fondi tal-UE għat-terroriżmu, twettaq rieżami tal-finanzjament mill-Kummissjoni li, għalkemm ikkonkluda li, sal-lum, ma nstabet l-ebda evidenza li l-flus ġew iddevjati għal skopijiet mhux intenzjonati (inkluż għall-appoġġ tat-terroristi detenuti l-ħabs) u rrapporta li s-salvagwardji fis-seħħ ħadmu tajjeb, xorta appella għal ċerti miżuri addizzjonali li kienu meqjusa meħtieġa; ifakkar li l-ostaġġi kollha meħuda mill-Ħamas għandhom jinħelsu; jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li l-fondi tal-UE jiġu allokati u ġestiti b’mod effettiv sabiex jintlaħqu l-għanijiet maħsuba tagħhom, anke permezz ta’ skrutinju mill-UPPE, l-OLAF u l-QEA meta xieraq; ifakkar fil-kwistjoni li għaddejja bħalissa tal-qerda ta’ proġetti ffinanzjati mill-UE f’Gaża u fix-Xatt tal-Punent u f’dan il-kuntest jappella għal obbligu ta’ rendikont u salvagwardji akbar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>120.</NO.P>Jisħaq li s-sospensjoni tal-appoġġ baġitarju f’pajjiżi mhux tal-UE, inklużi pajjiżi kandidati, hija miżura xierqa f’każ li ma titteħidx azzjoni ġenwina kontra l-korruzzjoni mifruxa; jistenna li tingħata prijorità lill-ġlieda kontra l-korruzzjoni fin-negozjati ta’ qabel l-adeżjoni u li jissaħħu l-kapaċitajiet permezz tal-istabbiliment ta’ korpi speċjalizzati kontra l-korruzzjoni; jitlob lill-Kummissjoni tiżgura, anke f’każijiet meta l-finanzjament jiġi sospiż, assistenza lill-popolazzjonijiet ċivili, meta possibbli, permezz ta’ mezzi alternattivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>121.</NO.P>Jissottolinja l-importanza tal-kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet internazzjonali fil-ġlieda kontra l-frodi; jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ kooperazzjoni minn xi organizzazzjonijiet internazzjonali biex jipprovdu lill-QEA b’aċċess sħiħ, illimitat u f’waqtu għad-dokumenti meħtieġa biex twettaq il-kompiti tagħha; jinnota li l-Kummissjoni żiedet il-komunikazzjoni mal-organizzazzjonijiet internazzjonali u jistedinha tintensifika aktar l-isforzi biex tiżgura l-aċċess għad-dokumentazzjoni kollha mitluba;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>122.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>