<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0076</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Kontroll tal-attivitajiet finanzjarji tal-Bank Ewropew tal-Investiment – rapport annwali 2023</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0068/2025 - Rapporteur: Ondřej Knotek)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Mejju 2025 dwar il-kontroll tal-attivitajiet finanzjarji tal-Bank Ewropew tal-Investiment – rapport annwali 2023 (2024/2052(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ attività tal-2023 tal-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment (“Grupp tal-BEI”) tal-1 ta’ Frar 2024 intitolat “A Blueprint for Sustainable Living” (Pjan ta’ Azzjoni għal Għajxien Sostenibbli), u d-dokument tal-Grupp tal-BEI tat-2 ta’ Frar 2023 intitolat “EIB Group Operational Plan 2023-2025” (Pjan Operazzjonali tal-Grupp tal-BEI 2023-2025),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport dwar l-Investiment 2023/2024 tal-Bank Ewropew tal-Investiment (“BEI”, “il-Bank”) intitolat “Transforming for competitiveness” (Trasformazzjoni għall-kompetittività), ippubblikat fis-7 ta’ Frar 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dokument tal-BEI tat-8 ta’ Mejju 2023 intitolat “Mid-term review of the EIB Energy Lending Policy” (Rieżami ta’ nofs it-terminu tal-Politika tal-BEI dwar l-Għoti b’Self fis-settur tal-Enerġija),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Grupp tal-BEI dwar l-implimentazzjoni tal-Politika ta’ Trasparenza tal-Grupp tal-BEI fl-2023, ippubblikat fl-1 ta’ Lulju 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dokument tal-Grupp tal-BEI tas-27 ta’ Novembru 2023 intitolat “The EIB Group PATH Framework – Version 1.2 of November 2023 – Supporting counterparties on their pathways to align with the Paris Agreement” (Il-Qafas PATH tal-Grupp tal-BEI – Verżjoni 1.2 ta’ Novembru 2023 – Appoġġ lill-kontropartijiet fil-perkorsi tagħhom biex jallinjaw ruħhom mal-Ftehim ta’ Pariġi),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dokumenti tal-Grupp tal-BEI u tal-BEI tal-21 ta’ Ġunju 2024 intitolat “EIB Group 2024-2027 Strategic Roadmap” (Pjan Direzzjonali Strateġiku tal-Grupp tal-BEI 2024-2027) u tad-29 ta’ Novembru 2023 intitolat “EIB Global Strategic Roadmap” (Pjan Direzzjonali Strateġiku tal-BEI Globali),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dokument tal-Grupp tal-BEI intitolat “Sustainability Report 2023” (Rapport dwar is-Sostenibbiltà 2021), ippubblikat fil-25 ta’ Lulju 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra n-nota ta’ informazzjoni tal-BEI tas-6 ta’ Frar 2023 intitolata “The European Investment Bank’s approach to human rights” (L-approċċ tal-Bank Ewropew tal-Investiment lejn id-drittijiet tal-bniedem),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-“Complaints Mechanism Report 2023” (Rapport dwar il-Mekkaniżmu tal-Ilmenti) tal-Grupp tal-BEI, ippubblikat fl-10 ta’ Ġunju 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dokument tal-Grupp tal-BEI tal-14 ta’ Ottubru 2024 intitolat “Diversity, Equity and Inclusion at the EIB Group” (Diversità, Ekwità u Inklużjoni fil-Grupp tal-BEI),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pubblikazzjoni tal-BEI tat-23 ta’ Settembru 2024 intitolata “EIB Audit Committee Annual Reports for the year 2023” (Rapporti Annwali tal-Kumitat tal-Verifika tal-BEI għas-sena 2023),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Grupp tal-BEI tal-15 ta’ Lulju 2024 intitolat “EIB Group activities in EU cohesion regions 2023” (Attivitajiet tal-Grupp tal-BEI fir-reġjuni ta’ koeżjoni tal-UE 2023),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-BEI tad-19 ta’ Ottubru 2023 intitolat “EIB Investment Survey 2023 – European Union overview” (Stħarriġ dwar l-Investiment tal-BEI – Ħarsa ġenerali tal-Unjoni Ewropea),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Grupp tal-BEI tas-26 ta’ Ġunju 2024 intitolat “EIB Group support for EU businesses: Evidence of impact in addressing market failures” (Appoġġ tal-Grupp tal-BEI għan-negozji tal-UE: Evidenza tal-impatt fl-indirizzar tal-fallimenti tas-suq),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-5 ta’ Marzu 2024 intitolata “Strateġija Ewropea ġdida għall-Industrija tad-Difiża: Il-kisba ta’ tħejjija tal-UE permezz ta’ Industrija Ewropea tad-Difiża reattiva u reżiljenti” (JOIN(2024)0010),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali 22/2024 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri intitolat “Finanzjament doppju mingħand il-baġit tal-UE”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Grupp tal-BEI tad-29 ta’ Diċembru 2023 intitolat “European Investment Bank Group – Risk Management Disclosure Report – June 2023” (Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment – Rapport ta’ Żvelar dwar il-Ġestjoni tar-Riskji – Ġunju 2023),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tad-19 ta’ Marzu 2025 tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà intitolata “White Paper Konġunta għall-Prontezza tad-Difiża Ewropea 2030” (JOIN(2025)0120),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A10-0068/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-Grupp tal-BEI jinkludi l-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI); billi l-BEI huwa l-akbar bank tal-iżvilupp multilaterali fid-dinja; billi l-BEI huwa marbut bit-trattati li jikkontribwixxi għall-integrazzjoni tal-UE; billi l-prijoritajiet ewlenin tal-BEI jinkludi l-għoti ta’ finanzjament għal proġetti li jrawmu l-integrazzjoni Ewropea u l-koeżjoni soċjali; billi l-FEI jaġixxi bħala korp iddedikat biex jappoġġja l-objettivi ta’ politika tal-Unjoni Ewropea fl-oqsma tal-intraprenditorija, il-ħolqien tal-impjiegi u l-koeżjoni ekonomika;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi, bħala bank ta’ proprjetà tal-Istati Membri tal-UE, il-BEI huwa ggvernat minn Bord tal-Gvernaturi, Bord tad-Diretturi u Kumitat ta’ Tmexxija, u għandu mekkaniżmi interni robusti għall-obbligu ta’ rendikont, il-governanza u l-awditjar; billi l-FEI huwa proprjetà tal-BEI (60 %), tal-UE (30 %) u ta’ istituzzjonijiet finanzjarji (10 %) mill-Istati Membri, mir-Renju Unit u mit-Turkija, u huwa ġestit mil-Laqgħa Ġenerali tal-azzjonisti tal-FEI, il-Bord tad-Diretturi u l-Kap Eżekuttiv, b’mekkaniżmi interni indipendenti għall-obbligu ta’ rendikont, il-governanza u l-awditjar, li wħud minnhom huma kondiviżi fil-livell tal-Grupp;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi kemm il-BEI kif ukoll il-FEI joperaw fi ħdan suq kompetittiv iżda huwa mistenni li jkollhom standards għoljin ta’ trasparenza u involviment tal-partijiet ikkonċernati bħala korpi tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-Grupp tal-BEI jippromwovi l-politiki tal-UE kemm fi ħdan l-UE kif ukoll barra l-UE u jikkollabora mill-qrib ma’ istituzzjonijiet tal-UE u nazzjonali oħra, filwaqt li jallinja l-finanzjament tiegħu mal-prijoritajiet politiċi tal-UE; billi l-Grupp tal-BEI ddeskriva tmien prijoritajiet strateġiċi fil-Pjan Direzzjonali Strateġiku tiegħu għall-2024-2027: l-azzjoni klimatika, it-trasformazzjoni diġitali, id-difiża, il-koeżjoni, l-agrikoltura, l-infrastruttura soċjali, il-finanzjament estern u l-promozzjoni tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-BEI huwa inkarigat ukoll bl-iżgurar ta’ riżorsi permezz ta’ attivitajiet ta’ teħid ta’ self, li huma kruċjali għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-aġenda strateġika tal-Kunsill Ewropew għall-2024-2029 tipprevedi rwol imsaħħaħ għall-Grupp tal-BEI bħala katalist tad-difiża u s-sigurtà tal-UE, u tenfasizza l-ħtieġa li tingħata spinta lill-kompetittività tal-UE u li jittejjeb il-benesseri ekonomiku u soċjali taċ-ċittadini permezz ta’ sforzi sinifikanti ta’ investiment kollettiv, filwaqt li jiġi sfruttat kemm il-finanzjament pubbliku kif ukoll dak privat;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi r-rapport Draghi dwar il-futur tal-kompetittività Ewropea<FOOTNOTE><FIELD> Draghi, M., <STRING ITALIC="on">The Future of European competitiveness</STRING>, Settembru 2024.</FIELD></FOOTNOTE> ppropona bosta modi biex jitwessa’ r-rwol tal-BEI fil-finanzjament tal-politiki tal-UE u biex il-BEI jkun jista’ jassumi aktar riskju;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-missjoni ewlenija tal-Grupp tal-BEI hija li jissaħħaħ il-potenzjal tal-Ewropa għall-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir ekonomiku; billi l-investimenti tiegħu għandhom jittrattaw l-inugwaljanzi billi jtejbu l-aċċess għall-impjiegi, l-opportunitajiet ta’ taħriġ, l-akkomodazzjoni u l-edukazzjoni sabiex jiġu indirizzati l-faqar u l-qgħad; billi huwa kruċjali li jingħelbu l-ostakli għall-finanzjament għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) u għall-mid-caps; billi l-iskemi pubbliċi ta’ għoti b’self u ta’ garanzija jservu bħala għodod ta’ politika kontroċikliċi vitali, speċjalment matul ir-reċessjonijiet ekonomiċi, u jgħinu l-mitigazzjoni tal-fallimenti strutturali tas-suq;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-BEI huwa ġebla tax-xewka tal-arkitettura finanzjarja Ewropea għall-iżvilupp u l-akbar sellief multilaterali fir-reġjuni tal-viċinat tal-UE, inklużi l-pajjiżi tal-Viċinat tal-Lvant, il-Balkani tal-Punent, il-Lvant Nofsani u l-Afrika ta’ Fuq; billi l-BEI huwa mistenni jgħin biex jitnaqqas id-distakk fl-investiment produttiv bejn l-Ewropa u l-kompetituri ewlenin tagħha billi jżid l-investiment fl-innovazzjoni, it-teknoloġija tal-komunikazzjoni u l-proprjetà intellettwali;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi s-suċċess tal-objettivi ta’ politika tal-UE u l-implimentazzjoni effettiva tagħhom jiddependu dejjem aktar mill-Grupp tal-BEI; billi l-profondità u l-kwalità tas-sorveljanza tal-Parlament tal-operazzjonijiet finanzjarji tal-BEI għandhom għalhekk jikkorrispondu għall-intensità tal-kooperazzjoni bejn il-BEI u l-Kummissjoni, li saret sinifikanti ħafna;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-mudell ta’ negozju tal-BEI jirrikjedi l-ogħla standards ta’ integrità, obbligu ta’ rendikont u trasparenza, u jridu jiġu implimentati u aġġornati regolarment miżuri robusti biex jiġu miġġielda l-frodi finanzjarja, il-korruzzjoni, il-ħasil tal-flus, it-terroriżmu, il-kriminalità organizzata u kemm l-evażjoni kif ukoll l-evitar tat-taxxa; billi l-Grupp tal-BEI għandu qafas ta’ kontroll bl-għan li jevita u jimmitiga r-riskji ta’ sanzjonijiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-Grupp tal-BEI jimxi mad-definizzjoni ta’ riskju ta’ konformità tal-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja, bl-għan li jiġu evitati r-riskju ta’ sanzjonijiet legali jew regolatorji, it-telf finanzjarju materjali jew il-ħsara lir-reputazzjoni; billi l-Bank jieħu miżuri xierqa biex jimmitiga tali riskji billi jiżgura konformità stretta mal-oqfsa legali u regolatorji, kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak internazzjonali;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Operazzjonijiet finanzjarji u prestazzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-BEI opera b’mod effettiv u effiċjenti f’xenarju kkaratterizzat minn sfidi globali sinifikanti, inklużi tensjonijiet ġeopolitiċi, impatti tat-tibdil fil-klima u fatturi oħra li jinfluwenzaw l-ekonomija globali; jissuġġerixxi li jiġu esplorati kemm l-effikaċja kif ukoll l-effiċjenza tal-BEI permezz ta’ analiżi bil-ħsieb, li tiffoka, b’mod partikolari, fuq l-impatt fuq il-kompetittività u t-tkabbir;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-finanzjament tal-BEI qed isir dejjem aktar kruċjali fil-kuntest ta’ rati tal-imgħax għoljin u ta’ finanzi pubbliċi ristretti; jistenna li l-BEI, fil-kuntest ta’ prospetti ekonomiċi ibsin u żieda fil-kompetizzjoni globali, jindirizza r-restrizzjonijiet għall-kompetittività tal-UE, bħal prezzijiet volatili tal-enerġija, nuqqasijiet ta’ ħiliet u investimenti insuffiċjenti fl-innovazzjoni u teknoloġiji ġodda;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota li l-Grupp tal-BEI kiseb riżultati kkonsolidati b’saħħithom li jammontaw għal EUR 2,272 biljun fl-2023 fl-ambitu tal-Istandards Internazzjonali ta’ Rapportar Finanzjarju (IFRS), meta mqabbla ma’ EUR 2,327 biljun fl-2022, u dan jirrifletti tnaqqis sena wara sena ta’ 2,4 %; jappella għal analiżi dettaljata tal-fatturi li jikkontribwixxu għal dan it-tnaqqis, speċjalment billi l-perjodu kien ikkaratterizzat minn tkabbir ekonomiku konsistenti; josserva li r-riżervi tal-BEI laħqu ’l fuq minn EUR 56 biljun fl-2023, żieda minn EUR 53,9 biljun fl-2022 u minn EUR 36 biljun fl-2014;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jinnota li l-proporzjon tal-likwidità totali tal-BEI baqa’ sew fi ħdan il-limiti interni sa tmiem l-2023 u li l-proporzjon tal-kapital ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni (CET 1) tal-BEI kien ta’ 33,1 % fl-2023, ogħla ferm mill-proporzjon medju tal-istituzzjonijiet importanti ssorveljati mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) f’dak iż-żmien; jenfasizza li ż-żamma tal-klassifikazzjoni AAA tal-BEI bi prospettiva “stabbli” hija kruċjali biex jiġi żgurat finanzjament fis-suq vantaġġużi b’rati preferenzjali u li din għandha tiġi ppreservata; jissottolinja li l-affidabbiltà kreditizja għolja tal-BEI hija kruċjali għas-suċċess tal-mudell ta’ negozju tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jistieden lill-BEI jżomm il-pożizzjoni ta’ kapital b’saħħitha u l-profitti konsistentement għoljin tiegħu, iżda jinnota li l-Bank għandu l-potenzjal biex jassorbi fluttwazzjonijiet possibbli fir-redditi mingħajr ma jikkomprometti l-kapital tal-azzjonisti jew il-klassifikazzjoni tal-kreditu tiegħu, għandu l-kapaċità li jieħu aktar riskju fl-investimenti strateġiċi u huwa mgħammar sew biex jinvesti aktar fi proġetti innovattivi b’riskju ogħla fejn il-kapital privat għadu eżitanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jistieden lill-BEI jtejjeb it-trasparenza istituzzjonali tiegħu billi jippubblika minuti aktar dettaljati tal-laqgħat tal-Bord tad-Diretturi tiegħu, inklużi rekords tal-votazzjoni u ġustifikazzjonijiet speċifiċi għall-proġett, filwaqt li jirrispetta l-kunfidenzjalità leġittima fejn ikun strettament meħtieġ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jenfasizza li l-iżborżi totali tal-BEI laħqu EUR 54,4 biljun fl-2023 (EUR 53,4 biljun mir-riżorsi proprji tiegħu) meta mqabbla ma’ EUR 54,3 biljun (EUR 53,3 biljun mir-riżorsi proprji tiegħu) fl-2022; josserva li l-iżborsi tal-FEI għall-investimenti fl-ekwità privata ammontaw għal EUR 139,7 miljun fl-2023, meta mqabbla ma’ EUR 113,7-il miljun fl-2022; jinnota li, skont mudell ekonomiku żviluppat b’mod konġunt mid-Dipartiment tal-Ekonomija tal-BEI u ċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni, l-investiment globali tal-Grupp tal-BEI fi ħdan l-UE fl-2023 mistenni joħloq madwar 1 460 000 impjieg ġdid fl-EU-27 sal-2027 u jagħti spinta lill-PDG tal-UE b’1,03 punti perċentwali; jistieden lill-Grupp tal-BEI jiżgura distribuzzjoni ġeografika aktar ibbilanċjata tal-investimenti biex jiġi mmassimizzat l-impatt tagħhom fir-reġjuni kollha tal-UE, filwaqt li jippromwovu t-tkabbir koerenti u inklużiv fl-Unjoni kollha, b’attenzjoni partikolari għaż-żoni sottorappreżentati u inqas żviluppati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Ifakkar li l-Istatut tal-BEI jirrikjedi bilanċ ġeografiku fost il-persunal tiegħu u li l-għażla tal-membri tal-persunal trid tkun ibbażata fuq il-mertu, filwaqt li titqies ukoll ir-rappreżentanza ġusta taċ-ċittadini mill-Istati Membri kollha; iħeġġeġ lill-Bank jimmonitorja kontinwament il-bilanċ ġeografiku fost il-persunal tiegħu u jaġġusta l-proċess ta’ reklutaġġ kif xieraq, jekk ikun hemm bżonn;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jinnota l-impenn tal-Grupp tal-BEI li jiġġieled b’mod strett il-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa, l-evitar tat-taxxa, il-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu; jitlob li tissaħħaħ aktar it-trasparenza tal-benefiċjarji finali, tal-mekkaniżmi ta’ monitoraġġ, u tal-aċċess għall-informazzjoni pubblika biex jiġi żgurat obbligu ta’ rendikont sħiħ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jisħaq li l-BEI, bħala korp tal-UE, jenħtieġ li jallinja bis-sħiħ il-prattiki ta’ trasparenza tiegħu mal-istandards stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43. ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/1049/oj.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti; jistieden lill-Bank jiżgura żvelar proattiv tad-dokumenti relatati ma’ proġetti ffinanzjati u ma’ deċiżjonijiet meħuda, b’eċċezzjonijiet limitati u ġustifikati biss; itenni l-importanza ta’ aċċess pubbliku reali bħala pedament tal-obbligu ta’ rendikont istituzzjonali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">InvestEU, is-simplifikazzjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali, u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jilqa’ l-adozzjoni, fit-13 ta’ Diċembru 2023, tal-Pjan Operazzjonali tal-Grupp tal-BEI 2024-2026, li jiddeskrivi l-prijoritajiet u l-attivitajiet għall-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-Grupp tal-BEI matul it-tliet snin li ġejjin; jitlob li jsiru aġġustamenti għall-kundizzjonijiet ġodda tas-suq, inklużi simplifikazzjoni u tnaqqis tal-burokrazija biex jitneħħew l-ostakli għall-finanzjament għall-SMEs, li jrid jiżdied b’mod sinifikanti; jirrikonoxxi li ż-żieda ta’ attivitajiet u mandati b’riskju ogħla hija kruċjali biex jingħata appoġġ effettiv lil setturi innovattivi u b’valur miżjud għoli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Ifakkar li l-Grupp tal-BEI ġie allokat 75 % (EUR 19,6-il biljun) tal-garanzija baġitarja tal-UE fl-ambitu tar-Regolament InvestEU<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-Programm InvestEU u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/1017 (ĠU L 107, 26.3.2021, p. 30, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/523/oj).</FIELD></FOOTNOTE>; jenfasizza li, fl-2023 biss, il-BEI approva 30 operazzjoni fl-ambitu ta’ InvestEU għal total ta’ EUR 9,1 biljun; jemmen li, sabiex tinżamm il-kompetittività, jinħtieġu investimenti sinifikanti, primarjament mis-settur privat; jemmen li l-iffukar fuq proġetti, start-ups u scale-ups innovattivi jtejjeb il-kompetittività u t-tkabbir Ewropej; jinnota li dan jirrikjedi l-mobilizzazzjoni ta’ investimenti privati; jistieden, għalhekk, lill-BEI jiżvolġi rwol aktar sinifikanti fit-tnaqqis strateġiku tar-riskji permezz ta’ garanziji, biex b’hekk jinkoraġġixxi l-investiment tal-kapital privat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jistieden lill-Grupp tal-BEI jiżvela b’mod sistematiku, fejn fattibbli u f’konformità mal-obbligi tal-protezzjoni tad-data, il-benefiċjarji finali tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament tiegħu, b’mod partikolari għall-proġetti appoġġjati taħt il-garanziji baġitarji u l-mandati tal-UE, biex jiġu żgurati l-fiduċja u s-sorveljanza pubblika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jisħaq li, fi ħdan il-qafas finanzjarju pluriennali attwali 2021-2027, il-BEI jamministra 87 mandat mill-Kummissjoni, li jiżdiedu għal madwar 130 jekk jiġu inklużi dawk relatati mal-ġestjoni kondiviża u assenjati mill-gvernijiet lokali u mill-Istati Membri, u jinnota li l-BEI joħroġ mhux anqas minn 457 rapport fis-sena għal dawn; jirrimarka li t-tnaqqis tal-burokrazija u s-simplifikazzjoni huma meqjusa neċessarji biex ikun jista’ jsir użu aħjar tar-riżorsi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jenfasizza li l-BEI qed jimmaniġġja sitt mandati tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF) f’erba’ Stati Membri, iffirmati fl-2021 (il-Greċja u l-Italja), fl-2022 (ir-Rumanija) u fl-2024 (Spanja), għal total ta’ EUR 8,7 biljun; jirrikonoxxi li l-adozzjoni ta’ strumenti ta’ “finanzjament mhux marbut mal-kostijiet”, li espandew b’mod sinifikanti bl-RRF, iżżid b’mod inerenti r-riskju ta’ żbalji u ta’ finanzjament doppju; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar it-trasparenza, l-awditjar u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-RRF; jistieden lill-BEI jikkoopera mal-Istati Membri biex jindirizzaw ir-restrizzjonijiet ta’ kapaċità tal-gvernijiet u n-nuqqas ta’ ħiliet tekniċi sabiex jiżguraw li r-riżorsi tal-RRF jiġu ġestiti b’mod kemm jista’ jkun effettiv, skont l-istrutturi nazzjonali u f’konformità mar-rekwiżiti ta’ rapportar kollha tal-RRF, speċjalment fl-implimentazzjoni tal-proġetti ta’ investiment u tar-riformi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-BEI, fil-kapaċità konsultattiva tiegħu, jibqgħu lura milli jipproponu mekkaniżmi ġodda ta’ finanzjament ibbażati fuq il-mudell tal-RRF mingħajr ma jieħdu miżuri korrettivi, inkluż fil-qafas finanzjarju pluriennali wara l-2027 li jmiss; jisħaq li, filwaqt li l-BEI jfittex is-simplifikazzjoni, jeħtieġ li ma jikkompromettix il-kwalità tal-ġestjoni tar-riżorsi tal-UE jew il-kapaċità li jinżammu s-sorveljanza u l-obbligu ta’ rendikont, kif previst mit-Trattati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jappella għal awditu indipendenti u komprensiv tal-istrumenti kollha għall-kondiviżjoni tar-riskji ġestiti mill-Grupp tal-BEI, inklużi dawk marbuta mal-RRF, biex jiġu żgurati l-ogħla standards ta’ trasparenza, tal-obbligu ta’ rendikont u tal-evitar tar-riskji ta’ finanzjament doppju;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Sigurtà tal-enerġija</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jinnota l-appoġġ kontinwu tal-BEI għas-sigurtà tal-provvista, li prinċipalment jikkonsisti fit-tisħiħ tal-grilji tal-elettriku u tal-infrastruttura transfruntiera, fit-tnaqqis tad-domanda għall-enerġija permezz ta’ proġetti ta’ effiċjenza enerġetika u fit-tħeġġiġ tal-ġenerazzjoni tal-enerġija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju; ifaħħar il-fatt li l-BEI appoġġja dimensjonijiet ġodda tas-sigurtà tal-enerġija, bħar-rispons għad-domanda u l-ħżin tal-enerġija, u ppromwova l-iżvilupp ta’ provvista sostenibbli ta’ materja prima kritika (CRM) meħtieġa għat-tranżizzjoni tal-enerġija; jappella għal analiżi urġenti tal-impatt reali ta’ dawn il-proġetti implimentati sal-lum, speċjalment tal-impatt tagħhom fuq id-disponibbiltà u l-kost tal-enerġija u, għaldaqstant, fuq il-kompetittività ġenerali tal-kumpaniji Ewropej;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Itenni l-ħtieġa li jiġi indirizzat il-faqar enerġetiku u jenfasizza l-ħtieġa ta’ tranżizzjoni tal-enerġija ġusta u inklużiva; ifakkar li l-kriżi tal-enerġija qed tħarrax l-inflazzjoni, iżżid l-insigurtà tal-ikel u ċċekken il-baġits tal-unitajiet domestiċi; iħeġġeġ lill-BEI jisfrutta l-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond għall-Modernizzazzjoni biex jappoġġja r-reġjuni u l-popolazzjonijiet milquta l-aktar mit-tranżizzjoni tal-enerġija; jisħaq fuq l-importanza li l-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta jintuża biex jappoġġja lill-ħaddiema u lir-reġjuni affettwati mit-tneħħija gradwali tal-fjuwils fossili, filwaqt li jiġi żgurat l-aċċess għat-taħriġ mill-ġdid u għal impjiegi ta’ kwalità; jirrikonoxxi li bosta setturi qed jitqabdu mal-isfidi li joriġinaw mill-effetti kkombinati tal-adattament għall-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u r-riperkussjonijiet tal-kriżi tal-enerġija u tal-inflazzjoni; jisħaq li l-aċċelerazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi b’livell baxx ta’ karbonju tirrikjedi li l-kostijiet tagħhom jinġiebu f’livell li jkun kompetittiv mal-fjuwils fossili u l-aġġustament għar-riforma li għaddejja tal-politiki ekoloġiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-pjan REPowerEU huwa element ġdid kruċjali fir-rispons politiku tal-UE għall-kriżi tal-enerġija; jinnota li, f’Lulju 2023, il-Grupp tal-BEI żied il-miri ta’ finanzjament tal-impenn ta’ Ottubru 2022 minn EUR 30,0 biljun sal-2027 għal EUR 45,0 biljun (REPowerEU+), sabiex iżid l-isforzi tiegħu biex jappoġġja s-sigurtà tal-enerġija tal-UE; jappella għal ħarsa ġenerali ċara tal-possibbiltajiet ta’ finanzjament doppju tal-proġetti tal-enerġija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jissottolinja li fl-2023, il-BEI pprovda finanzjament ta’madwar EUR 21,4 biljun għal proġetti relatati mal-enerġija, li minnhom madwar EUR 19,8-il biljun fl-UE u EUR 1,6 biljun barra mill-UE; iqis li jeħtieġ li jiżdied mhux biss il-volum tal-finanzjament għal proġetti relatati mal-enerġija, iżda anki l-effiċjenza tal-investimenti; jissottolinja, f’dan ir-rigward, l-importanza tal-offerta kkombinata tal-BEI ta’ assistenza teknika kompetenti u appoġġ finanzjarju innovattiv, u jħeġġeġ lill-Bank jespandi l-firxa ta’ prodotti ta’ finanzjament innovattivi offruti lill-operaturi ekonomiċi, li jmorru lil hinn mill-offerta standard tas-suq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jemmen li l-idroġenu u d-derivattivi tiegħu, b’mod partikolari meta jinkisbu minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, jistgħu jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-għanijiet ta’ dekarbonizzazzjoni tal-UE u jnaqqsu d-dipendenza mill-fjuwils fossili; iħeġġeġ lill-BEI jieħu rwol ta’ tmexxija fil-mobilizzazzjoni tal-investimenti privati, li huma essenzjali biex tiżdied il-produzzjoni tal-idroġenu fl-UE kollha, filwaqt li tiġi żgurata n-newtralità teknoloġika u tiġi appoġġjata firxa varja ta’ soluzzjonijiet innovattivi għad-dekarbonizzazzjoni, inkluża aktar riċerka xjentifika bl-għan li tittejjeb u tiġi stabbilizzata l-effiċjenza tat-teknoloġija tal-idroġenu; iħeġġeġ lill-Bank jikkunsidra l-kosteffikaċja ta’ tali proġetti mill-perspettiva taċ-ċiklu tal-ħajja totali tagħhom;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Politika ta’ difiża u ta’ sigurtà</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jilqa’ r-rwol sinifikanti li l-Grupp tal-BEI jiżvolġi fl-appoġġ tal-politika ta’ difiża u ta’ sigurtà tal-UE billi jipprovdi finanzjament u jisfrutta l-investiment privat biex isaħħaħ l-awtonomija strateġika u r-reżiljenza tal-Unjoni; jisħaq fuq l-importanza tal-kapaċitajiet ta’ investiment tal-BEI, li jappoġġjaw inizjattivi li jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-industrija tad-difiża tal-UE, li javvanzaw l-infrastruttura taċ-ċibersigurtà u li jippromwovu l-innovazzjoni f’teknoloġiji kritiċi tad-difiża;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Japprezza li s-sigurtà u d-difiża huma stabbiliti bħala waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-Bank fil-Pjan Direzzjonali Strateġiku tiegħu għall-2024-2027; jenfasizza li, f’Mejju 2024, il-Bord tad-Diretturi ta-BEI approva l-Pjan ta’ Azzjoni għall-Industrija tas-Sigurtà u d-Difiża tal-Grupp tal-BEI, li jsegwi l-Inizjattiva Strateġika għas-Sigurtà Ewropea 2022 tal-Grupp tal-BEI bl-għan li tiġi appoġġjata l-innovazzjoni fit-teknoloġija b’użu doppju, sabiex jissaħħaħ l-appoġġ għall-industrija tas-sigurtà u d-difiża tal-UE; jinnota, b’sodisfazzjon, li l-appoġġ tal-Grupp tal-BEI jingħata lill-SMEs u lill-istart-ups innovattivi fis-settur tas-sigurtà u d-difiża skont il-prinċipju tal-“użu doppju”, filwaqt li jinżamm il-kriterju ta’ “użu ċivili kredibbli” iżda jitneħħa t-test tad-dħul; jilqa’ d-deċiżjoni tal-Bord tad-Diretturi tal-BEI tal-21 ta’ Marzu 2025 li jespandi l-eliġibbiltajiet tal-Bank għall-finanzjament tal-industrija u l-infrastruttura tas-sigurtà u d-difiża tal-Ewropa, billi jiġi żgurat li l-attivitajiet esklużi jkunu limitati kemm jista’ jkun fl-ambitu tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jilqa’ l-investimenti mmirati tal-BEI kemm fl-infrastruttura tad-difiża kif ukoll f’dik ċivili, u jenfasizza l-ħtieġa ta’ investiment strateġiku f’teknoloġiji li jaqdu skopijiet kemm ċivili kif ukoll ta’ difiża, bi qbil mal-għanijiet usa’ tal-UE tal-promozzjoni tal-innovazzjoni u t-tisħiħ tas-sigurtà tal-Unjoni; jistieden lill-Grupp tal-BEI jwettaq rieżami tal-impatt tal-estensjoni tal-politika l-ġdida tiegħu dwar l-oġġetti b’użu doppju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza tal-SMEs, l-istart-ups, u l-mid-caps fl-industrija tas-sigurtà u d-difiża u fl-iżvilupp ta’ suq Ewropew komuni għad-difiża; jemmen li atturi iżgħar jiżvolġu rwol kruċjali fit-tisħiħ tal-kapaċità u l-awtonomija tal-Unjoni li tiżviluppa prodotti tad-difiża innovattivi; iħeġġeġ lill-BEI jappoġġja aktar il-kooperazzjoni transfruntiera fir-riċerka u l-iżvilupp, b’mod partikolari billi jwitti t-triq għal atturi iżgħar biex jieħdu sehem fil-ktajjen ta’ forniment tad-difiża; jisħaq li investiment akbar tal-BEI fis-settur tad-difiża jista’ jħeġġeġ l-investiment minn banek kummerċjali fl-istess qasam u jqis li huwa neċessarju li tiżdied il-flessibbiltà tas-self lill-SMEs f’dan ir-rigward;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jinnota li r-riżorsi allokati biex jappoġġjaw is-settur tad-difiża u s-sigurtà jiġu l-aktar mill-Fond Ewropew għad-Difiża (EDF) (EUR 8 biljun), mill-Inizjattiva Strateġika għas-Sigurtà Ewropea (SESI) tal-BEI (EUR 8 biljun) u mill-Programm għall-Industrija tad-Difiża Ewropea (EDIP) (EUR 1,5 biljun); jappella għal allokazzjoni ddedikata ta’ kapital għad-difiża u għall-aġġustament ulterjuri tal-ambitu tal-investimenti eliġibbli sabiex jiġi ssodisfat ir-rwol ambizzjuż ta’ kontribut lill-paċi u s-sigurtà tal-Ewropa stabbilit mill-White Paper għall-Prontezza tad-Difiża Ewropea 2030 għall-Grupp tal-BEI; jilqa’ l-integrazzjoni tas-SESI eżistenti ta’ EUR 8 biljun tal-BEI f’għan ta’ politika pubblika trażversali u permanenti u t-tneħħija ta’ limitu massimu predefinit għall-finanzjament f’dan il-qasam; jemmen li dawn il-miżuri se jippermettu lill-Bank jirrispondi għall-ħtiġijiet ta’ investiment fis-sigurtà u d-difiża, filwaqt li jissalvagwardja l-operazzjonijiet u l-pożizzjoni finanzjarja b’saħħitha tiegħu; jemmen li d-deċiżjoni tal-Bord tal-Gvernaturi f’Ġunju 2024 li jżid il-proporzjon ta’ ingranaġġ tal-Bank se tippermetti żieda fl-investimenti f’oqsma ta’ importanza strateġika, inkluż fis-sigurtà u d-difiża;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jissottolinja l-valur miżjud tal-miżuri innovattivi li l-BEI adotta biex jaċċelera l-investimenti fis-sigurtà u d-difiża, u tal-“punt uniku ta’ servizz” li jaġixxi bħala l-punt uniku ta’ dħul għall-klijenti u l-partijiet ikkonċernati esterni, li lilhom joffri assistenza esperta biex jirrazzjonalizza l-aċċess u jħaffef l-adozzjoni tal-finanzjament disponibbli fl-ambitu tas-SESI; iħeġġeġ lill-BEI jkompli jiżviluppa u jimplimenta miżuri miftehmin li jissimplifikaw il-proċeduri tal-klijenti u jkomplu jaċċeleraw il-proċessi ta’ investiment, filwaqt li jiġi żgurat li l-klassifikazzjoni AAA tinżamm;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jinnota, b’apprezzament, li f’Ġunju 2023, il-BEI approva żieda fis-SESI għall-investimenti fis-sigurtà fl-UE minn EUR 6,0 biljun għal EUR 8,0 biljun għall-perjodu mill-2022 sal-2027, inklużi wkoll is-setturi tal-ispazju u taċ-ċibersigurtà; iħeġġeġ lill-BEI jsaħħaħ is-sħubijiet istituzzjonali mal-Aġenzija tal-UE għall-Programm Spazjali u sħab oħra potenzjalment rilevanti, f’konformità mar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Ifaħħar il-kooperazzjoni tal-BEI mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inklużi l-gvernijiet tal-Istati Membri, l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA) u l-Fond ta’ Innovazzjoni tan-NATO; japprezza, b’mod partikolari, l-kooperazzjoni tal-Grupp tal-BEI mal-EDA u jilqa’ l-iffirmar ta’ aġġornament tal-memorandum ta’ qbil bejn iż-żewġ korpi fit-3 ta’ Ottubru 2024, li se jippermettilhom isaħħu sħubijiet strateġiċi u jidentifikaw flimkien ħtiġijiet ta’ finanzjament biex jappoġġjaw aħjar ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża fl-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jistieden lill-BEI jkompli jsaħħaħ tali kollaborazzjoni ma’ partijiet ikkonċernati ewlenin bl-għan li jiżdiedu l-impatt, is-sinerġiji u l-komplementarjetà mal-programmi tad-difiża tal-Unjoni, filwaqt li jiżgura li l-investimenti tiegħu jikkomplementaw għanijiet usa’ tal-politika tad-difiża tal-UE u jikkontribwixxu biex jinkisbu ekonomiji ta’ skala fil-kapaċitajiet ta’ difiża Ewropej; jitlob lill-BEI jsaħħaħ is-sigurtà u r-reżiljenza reġjonali, b’mod partikolari fil-Lvant tal-Ewropa u fil-Mediterran permezz tal-ħolqien ta’ infrastruttura li tappoġġja s-sigurtà reġjonali u trawwem kooperazzjoni akbar bejn l-Istati Membri tal-UE dwar kwistjonijiet ta’ difiża; jisħaq, barra minn hekk, fuq l-importanza li tiġi esplorata l-kooperazzjoni mal-Fond ta’ Innovazzjoni tan-NATO sabiex jittejjeb l-aċċess għall-finanzjament għall-istart-ups tat-teknoloġija, b’mod parallel għall-implimentazzjoni tal-Faċilità tal-Ekwità tad-Difiża tal-FEI;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Infrastruttura soċjali u akkomodazzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jitlob lill-BEI jżid it-teħid ta’ riskji għal proġetti li jipprovdu servizzi essenzjali b’benefiċċji fit-tul ċari u li jistgħu jitkejlu; jilqa’, f’dan ir-rigward, l-azzjonijiet u l-miżuri tal-Grupp tal-BEI fil-qasam tal-akkomodazzjoni u l-infrastruttura soċjali li jikkontribwixxu għall-akkomodazzjoni affordabbli, l-inklużjoni soċjali u l-iżvilupp reġjonali, filwaqt li jappoġġjaw ukoll is-sostenibbiltà u l-innovazzjoni; jistieden lill-BEI jipprijoritizza l-investimenti tiegħu favur dawn l-għanijiet sabiex jikseb tkabbir ekonomiku, inklużjoni soċjali u koeżjoni reġjonali aħjar, filwaqt li jappoġġja wkoll l-objettivi ta’ sostenibbiltà tal-UE; jistieden lill-Bank jiffoka fuq l-iżvilupp urban sostenibbli u t-tkabbir inklużiv billi jiżgura li l-ħtiġijiet tal-akkomodazzjoni u l-infrastruttura tal-UE jiġu ssodisfati għal Ewropa aktar b’saħħitha, aktar magħquda u aktar prospera;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jenfasizza li l-kostijiet tax-xiri u tal-kiri tal-akkomodazzjoni żdiedu b’mod sinifikanti f’dawn l-aħħar snin, u b’hekk naqqsu l-affordabbiltà ta’ ħafna żoni metropolitani fl-UE u llimitaw l-aċċess għall-akkomodazzjoni; jisħaq li l-BEI jeħtieġlu jiżvolġi rwol aktar b’saħħtu fl-indirizzar tal-kriżi tal-akkomodazzjoni; jilqa’ l-inklużjoni tal-appoġġ għall-infrastruttura soċjali fit-tmien prijoritajiet strateġiċi tal-Grupp tal-BEI għall-2024-2027 u jaqbel li l-investimenti f’akkomodazzjoni effiċjenti fl-użu tal-enerġija, sostenibbli u aċċessibbli, u fl-edukazzjoni faċilment aċċessibbli huma kruċjali biex tingħata spinta lill-produttività u biex jitrawmu soċjetajiet b’saħħithom u reżiljenti; iħeġġeġ lill-BEI jipprijoritizza l-investimenti fil-kooperattivi tal-akkomodazzjoni, fl-akkomodazzjoni soċjali effiċjenti fl-użu tal-enerġija u fil-proġetti ta’ rinnovazzjoni għall-akkomodazzjonijiet b’introjtu baxx; jemmen li l-indirizzar tad-diskrepanzi tal-UE fir-rigward tal-investiment fl-akkomodazzjoni jirrikjedi li jingħelbu l-ostakli għall-investiment kemm finanzjarju kif ukoll mhux finanzjarju u l-mobilizzazzjoni fuq skala kbira tar-riżorsi u l-kapaċitajiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-BEI, f’kollaborazzjoni mal-Kummissjoni, vara pjattaforma pan-Ewropea ta’ investiment bl-għan li tippromwovi l-akkomodazzjoni affordabbli u sostenibbli, billi tikkombina s-servizzi ta’ konsulenza u l-finanzjament, u jħeġġeġ lill-parteċipanti jkomplu din l-inizjattiva;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jilqa’ l-impenn tal-BEI biex itaffi l-pressjoni fuq is-swieq tal-akkomodazzjoni fl-Ewropa; jisħaq li l-prezzijiet tax-xiri u tal-kiri tal-akkomodazzjoni żdiedu b’mod sinifikanti f’dawn l-aħħar snin, u naqqsu l-affordabbiltà ta’ ħafna żoni metropolitani fl-UE u kkompromettew l-aċċess għalihom; jenfasizza li analiżi tal-BEI turi li l-UE teħtieġ madwar 1,5 miljun unità ta’ akkomodazzjoni ġdida fis-sena biex tlaħħaq mad-domanda, u li madwar 75 % tal-istokk tal-bini tal-UE jeħtieġ li jiġi rinnovat, u dan jirrappreżenta 5 miljun unità addizzjonali fis-sena; jilqa’ l-fatt li l-BEI jappoġġja r-rikostruzzjoni tal-akkomodazzjoni eżistenti u l-kostruzzjoni ta’ unitajiet ta’ akkomodazzjoni soċjali u affordabbli ġodda; iħeġġeġ lill-BEI jimmobilizza aktar finanzjament għal proġetti ta’ akkomodazzjoni affordabbli fost l-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jitlob li jissaħħu l-assistenza teknika u l-għarfien finanzjarju espert b’appoġġ għall-awtoritajiet lokali u reġjonali, speċjalment f’żoni b’kapaċità ta’ investiment baxxa, sabiex jittejjeb l-aċċess għall-finanzjament mill-BEI; jemmen li l-kooperazzjoni mal-awtoritajiet lokali, il-gvernijiet lokali u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili għandha trawwem l-iżvilupp ta’ akkomodazzjoni soċjali adatta għal kulħadd, u speċjalment għal dawk l-aktar vulnerabbli; huwa konxju li l-effikaċja tal-azzjoni tal-BEI fis-settur tal-akkomodazzjoni u tal-infrastruttura soċjali tiddependi wkoll mit-tneħħija tal-ostakli politiċi u regolatorji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jinnota li, fl-2023, il-BEI ffirma appoġġ finanzjarju ta’ EUR 8,3 biljun għal operazzjonijiet ta’ effiċjenza enerġetika, li minnhom 65 % kienu għall-effiċjenza enerġetika fil-bini; jistieden lill-BEI jagħti prijorità lil soluzzjonijiet affordabbli u aċċessibbli fit-tul, u lil investimenti sostenibbli, bħar-rinnovazzjonijiet effiċjenti fl-użu tal-enerġija u l-użu mill-ġdid tal-binjiet vojta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jemmen li l-investimenti relatati għandhom jiżguraw durabbiltà suffiċjenti qabel ma tiġi awtorizzata kwalunkwe bidla tad-destinazzjoni jew l-użu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jistieden lill-BEI jibni fuq l-esperjenza twila tiegħu bħala aċċeleratur tal-investimenti Ewropej kif ukoll juża l-potenzjal tiegħu fis-setturi tal-edukazzjoni u t-taħriġ u l-kura tas-saħħa, inkluż permezz ta’ servizzi ta’ konsulenza; jistieden lill-Bank isaħħaħ l-appoġġ għall-kapaċitajiet tal-kura tas-saħħa, kemm fi ħdan l-UE kif ukoll barra minnha, biex b’hekk jiżgura rwol aktar b’saħħtu għall-Ewropa fid-dinja;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Appoġġ għall-SMEs, il-mid-caps, l-istart-ups, l-iscale-ups u n-negozji fiż-żoni rurali u remoti, l-Unjoni tas-Swieq Kapitali u r-rwol tal-FEI</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jenfasizza li l-SMEs, l-istart-ups u l-iscale-ups huma vitali għall-ekonomija tal-UE; jinnota li dawn in-negozji jiffaċċjaw ostakli sinifikanti fl-aċċess għall-finanzjament, għas-swieq u għat-talent, u li dan jirrestrinġi t-tkabbir tagħhom; jasserixxi li t-tkabbir, id-dinamiżmu u l-investiment pubbliku tan-negozji huma essenzjali biex jitrawmu l-innovazzjoni, il-kompetittività u l-produttività; iħeġġeġ lill-Grupp tal-BEI jkompli jindirizza dawn l-isfidi, b’mod partikolari fil-kuntest ġeopolitiku attwali, permezz ta’ programmi finanzjarji mfassla apposta, mekkaniżmi ta’ kondiviżjoni tar-riskji u strumenti finanzjarji mmirati, filwaqt li jiżgura l-addizzjonalità tar-riżorsi pubbliċi għal dawn il-finijiet u jevita l-esklużjoni tal-kapital privat; jinnota li strumenti differenti biex jappoġġjaw is-self lin-negozji jistgħu jiġu kkombinati skont il-kuntest, u li strumenti differenti tal-Grupp tal-BEI għandhom fil-mira fallimenti tas-suq differenti u tipi ta’ ditti differenti; jisħaq fuq il-ħtieġa li tingħata assistenza teknika lill-SMEs qabel l-approvazzjoni tal-proġetti, sabiex jittejjeb l-aċċess għall-finanzjament tal-BEI;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jinnota li l-iżvilupp ta’ suq tat-titolizzazzjoni li jiffunzjona sew jista’ jkun l-ewwel pass essenzjali lejn l-istabbiliment ta’ Unjoni tas-Swieq Kapitali (CMU) b’saħħitha; jemmen li s-CMU se tkun ta’ benefiċċju għall-konsumaturi u għall-SMEs billi toffri opportunitajiet ta’ investiment b’rendiment għoli fl-ekonomija reali u eventwalment tagħti spinta lis-suq ta’ kapital ta’ riskju billi ttejjeb l-aċċess għal sorsi ta’ finanzjament diversifikati; jemmen li l-finanzjament tal-iscale-ups Ewropej b’kapital Ewropew għandu jkun prijorità, kif uriet l-Inizjattiva taċ-Champions Ewropej tat-Teknoloġija, li ġiet varata fi Frar 2023 biex tiffinanzja kumpaniji Ewropej promettenti tat-teknoloġija u jiġi evitat il-bejgħ ta’ negozji lil investituri barranin minħabba n-nuqqas ta’ investiment Ewropew; iħeġġeġ lill-FEI jesplora l-istabbiliment tat-tieni ġenerazzjoni ta’ din l-inizjattiva; josserva li l-Inizjattiva taċ-Champions Ewropej tat-Teknoloġija hija kkomplementata mill-Inizjattiva Ewropea għall-Iscale-ups, li għandha l-għan li tipprovdi finanzjament kruċjali għall-kumpaniji ta’ teknoloġija avvanzata tal-Ewropa fl-iżvilupp tagħhom fi stadju avvanzat; jinnota li dawn l-investimenti għandhom ikunu konformi mal-azzjonijiet ta’ politika fil-livell tal-UE u f’dak nazzjonali; huwa konxju tad-dgħufijiet komparattivi tas-suq Ewropew ta’ kapital ta’ riskju meta mqabbla tas-swieq ta’ kompetituri oħrajn, u li l-istart-ups u l-iscale-ups Ewropej spiss ikunu obbligati jirrilokaw jew ifittxu xerrejja barranin jew jiddependu minn sorsi ta’ finanzjament għajr il-kapital ta’ riskju, u għalhekk ikunu inqas adatti għal rata għolja ta’ tkabbir;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jirrikonoxxi l-missjoni tal-FEI li jappoġġja l-aċċess għall-finanzjament għall-intrapriżi mikro, żgħar u medji Ewropej; jemmen li l-FEI għandu jżid b’mod sinifikanti l-attivitajiet tiegħu għall-iżvilupp tal-ekosistema Ewropea tal-kapital ta’ riskju filwaqt li jżomm bilanċ ġeografiku; jitlob li l-attivitajiet tal-FEI jissaħħu, biex b’hekk ikun jista’ jsir aktar investiment fis-setturi b’rata għolja ta’ tkabbir, tissaħħaħ il-kondiviżjoni tar-riskji bejn l-investituri pubbliċi u privati, u tiġi promossa l-innovazzjoni fl-Ewropa kollha; iqis li huwa neċessarju li tiġi mmonitorjata r-rata ta’ żieda fl-appoġġ għall-intrapriżi mikro, żgħar u medji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Iħeġġeġ lill-FEI jiżviluppa aktar l-għodod ta’ monitoraġġ tiegħu biex isegwi aħjar il-prestazzjoni fit-tul tal-fondi ta’ kapital ta’ riskju u l-operazzjonijiet ta’ finanzjament tal-SMEs, speċjalment f’termini ta’ ħolqien tal-impjiegi, diffużjoni tal-innovazzjoni u impatt reġjonali; jisħaq ukoll fuq ir-rwol kruċjali tal-kumpaniji Ewropej kbar fl-istruttura ekonomika tal-Ewropa, b’mod partikolari dawk li joperaw f’setturi essenzjali bħall-enerġija, id-difiża u l-infrastruttura; jappella għal approċċ ibbilanċjat li jiżgura li l-BEI jkompli jappoġġja l-kumpaniji Ewropej kbar fl-iżgurar ta’ kapital ta’ investiment għal proġetti kbar ħafna u għal inizjattivi ta’ riċerka u żvilupp, biex b’hekk tissaħħaħ il-kompetittività globali tal-Ewropa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Ifaħħar l-appoġġ ipprovdut mill-Grupp tal-BEI lil madwar 400 000 SME u mid-cap fl-2023 biss, b’EUR 31,1 biljun f’finanzjament, inklużi għoti b’self u garanziji għan-negozji (li minnhom EUR 14,9-il biljun ġew żborżati mill-FEI), li rriżultaw fil-mobilizzazzjoni ta’ ’l fuq minn EUR 134 biljun, u jinnota li huwa ngħaqad ma’ kważi 300 istituzzjoni sieħba madwar l-Ewropa għal dan l-għan; iħeġġeġ lill-BEI jkompli bir-rwol tiegħu li jtejjeb l-aċċess għall-finanzjament għall-SMEs, li spiss jiffaċċjaw ostakli għall-finanzjament minn istituzzjonijiet finanzjarji tradizzjonali, billċi jipprovdi finanzjament immirat biex jiżgura biżżejjed riżorsi biex jikbru u jistagħnaw; jilqa’ u jitlob l-espansjoni kostanti tan-numru ta’ istituzzjonijiet sħab biex tinkiseb kopertura ġeografika u settorjali wiesgħa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Ifakkar li l-użu tal-Fond Ewropew ta’ Garanzija ntemm fl-2023 u li l-iżborżi tiegħu biex jgħinu lill-SMEs jirkupraw mill-impatt negattiv tal-pandemija laħqu lil madwar 200 000 SME madwar l-UE; ifakkar fit-tħassib espress f’riżoluzzjonijiet preċedenti dwar it-trasparenza tal-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet u l-informazzjoni dwar ir-riċevituri finali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-miżuri tal-FEI dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, il-finanzjament tat-terroriżmu u l-evitar tat-taxxa jinkludu l-valutazzjonijiet tar-riskji għall-prodotti u t-tranżazzjonijiet, it-twettiq ta’ diliġenza dovuta bir-reqqa tal-kontropartijiet u l-iskrinjar tal-istrutturi tas-sjieda u ta’ individwi ewlenin fir-rigward tas-sanzjonijiet u l-media negattiva; jilqa’ l-introduzzjoni ta’ taħriġ obbligatorju għall-persunal u l-konklużjoni ta’ ftehim mal-Unità tal-Intelligence Finanzjarja tal-Lussemburgu dwar ir-rapportar u s-segwitu ta’ kwalunkwe tranżazzjoni suspettuża identifikata;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jistieden lill-Grupp tal-BEI jistabbilixxi politika komprensiva u vinkolanti mal-Grupp kollu dwar il-protezzjoni tal-informaturi f’konformità mad-Direttiva (UE) 2019/1937<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni, ĠU L 305, 26.11.2019, p. 17, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2019/1937/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, li tiżgura kanali ta’ rapportar siguri, protezzjoni kontra r-ritaljazzjoni, u mekkaniżmi ta’ segwitu sħaħ;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Oqsma ta’ politika ewlenin bħall-koeżjoni, l-azzjoni klimatika u s-sostenibbiltà ambjentali, kif ukoll id-diġitalizzazzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Japprezza li fl-Orjentazzjoni dwar il-Koeżjoni 2021-2027 tiegħu, il-BEI impenja ruħu li jiddedika mill-inqas 40 % tal-finanzjament totali tiegħu fl-UE bejn l-2022 u l-2024 għal proġetti fir-reġjuni ta’ koeżjoni; jinnota li, fl-2023, tali finanzjament ammonta għal EUR 29,8 biljun, ekwivalenti għal 45 % tal-finanzjament totali tal-Bank fl-UE; jissottolinja li s-sehem tal-finanzjament tal-BEI allokat lir-reġjuni inqas żviluppati żdied minn 24 % fl-2022 għal 26 % fl-2023, jiġifieri total ta’ EUR 17,2-il biljun, ferm ogħla mill-mira ta’ 21 % stabbilita fl-Orjentazzjoni dwar il-Koeżjoni tal-BEI għall-2023; itenni t-talba lill-BEI biex ikompli jimmonitorja, janalizza u jindirizza n-nuqqasijiet li jipprevjenu lil ċerti reġjuni jew pajjiżi milli jibbenefikaw bis-sħiħ mill-appoġġ u l-assistenza finanzjarji tal-BEI;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jirrikonoxxi r-rwol tal-FEI fil-kontribut għal koeżjoni ekonomika u soċjali fl-Unjoni permezz ta’ firxa wiesgħa ta’ strumenti finanzjarji; jinnota li l-impenji tal-FEI fir-rigward tal-garanziji ta’ kreditu, il-kapital ta’ riskju u l-investimenti ta’ ekwità privata għar-reġjuni ta’ koeżjoni fl-2023 kienu ta’ EUR 6,8 biljun, jiġifieri 48 % tal-impenji totali tal-FEI fl-UE; jinnota li fl-2023, il-FEI kien partikolarment attiv fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jinnota li l-Qafas ta’ Sostenibbiltà Ambjentali u Soċjali tal-BEI jinkludi standards ambjentali u tal-politika soċjali riveduti li jippromwovu approċċ integrat għall-valutazzjoni u l-ġestjoni tal-impatti u tar-riskji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jirrikonoxxi li matul dawn l-aħħar 15-il sena, il-Konsulenza tal-BEI appoġġjat ’il fuq minn 1 000 proġett fir-reġjuni ta’ koeżjoni; jistieden lill-Bank jippromwovi attivament l-opportunitajiet ta’ finanzjament fir-reġjuni inqas żviluppati u fi tranżizzjoni, inkluż billi jagħti spinta lill-preżenza ta’ servizzi ta’ konsulenza fl-uffiċċji lokali tal-BEI; iqis li huwa neċessarju li titqies ukoll id-distribuzzjoni ġeografika tal-appoġġ tal-BEI biex tiżdied il-koeżjoni soċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jenfasizza l-inizjattivi tal-BEI fir-reġjuni ta’ koeżjoni biex jappoġġja s-settur tal-kura tas-saħħa, inkluż il-programm HERA Invest, garanzija ta’ EUR 100 miljun stabbilita mal-Kummissjoni biex tappoġġja r-riċerka u l-iżvilupp fl-indirizzar ta’ theddid transfruntier urġenti għas-saħħa; jinkoraġġixxi lill-BEI jippromwovi investimenti mmirati fil-faċilitaturi sistemiċi ewlenin bħall-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni, l-akkomodazzjoni soċjali, il-konnettività diġitali u l-finanzjament lokali għall-bliet u r-reġjuni, filwaqt li jiġi żgurat bilanċ ġeografiku, jew permezz ta’ self dirett jew permezz ta’ strumenti finanzjarji, u biex jisfrutta s-sinerġiji bejn l-għotjiet tal-UE u l-għoti b’self tal-BEI biex tiġi msaħħa l-konnettività ferrovjarja transfruntiera, li hija kruċjali għal integrazzjoni aħjar fi ħdan is-suq uniku tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jirrikonoxxi l-orjentazzjoni strateġika tal-BEI mill-2019 biex ikun il-Bank Klimatiku tal-UE; jenfasizza li fl-2023 biss, il-BEI ffirma EUR 41,8 biljun f’finanzjament għall-azzjoni klimatika u EUR 25,1 biljun għas-sostenibbiltà ambjentali (EUR 35,1 biljun u EUR 15,9-il biljun, rispettivament, fl-2022); jinnota li l-finanzjament tal-BEI għall-adattament għat-tibdil fil-klima ammonta għal EUR 2,7 biljun fl-2023, li jikkorrispondi għal 6,4 % tal-azzjoni klimatika totali tiegħu (meta mqabbel ma’ EUR 1,9 biljun, jew 5,4 %, fl-2022); jilqa’ l-fatt li l-finanzjament tal-azzjoni klimatika u tas-sostenibbiltà ambjentali, b’mod ġenerali, irrappreżenta 60 % tal-finanzjament tal-BEI fl-2023; jitlob li tinżamm in-newtralità teknoloġika fl-istrateġija ta’ investiment tiegħu dwar il-klima u l-finanzjament sostenibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Ifakkar li l-politika dwar is-self fis-settur tal-enerġija (ELP) tal-BEI, adottata fl-2019, stabbiliet “appoġġ għat-tneħħija gradwali ta’ proġetti tal-enerġija li jiddependu fuq fjuwils fossili b’emissjonijiet mhux imnaqqsa” u introduċiet perjodu ta’ tranżizzjoni li matulu l-Bank seta’ jkompli japprova proġetti li diġà jkunu qed jiġu vvalutati, iżda l-Bord tad-Diretturi ma approva l-ebda proġett bħal dan wara tmiem l-2021; jirrimarka li, fl-2022, il-Grupp tal-BEI introduċa estensjoni temporanja u eċċezzjonali tal-eżenzjonijiet għall-Qafas ta’ Allinjament mal-Ftehim ta’ Pariġi għall-Kontropartijiet (l-hekk imsejjaħ PATH) b’appoġġ għar-REPowerEU, biex ikopri proġetti b’kontenut innovattiv għoli u proġetti tal-enerġija rinnovabbli u l-infrastruttura tal-irriċarġjar tal-vetturi elettriċi fl-UE; josserva li, fl-2023, il-Grupp tal-BEI ddeċieda li japplika l-istess estensjoni temporanja u eċċezzjonali anke għal proġetti fl-ispirtu tar-REPowerEU barra mill-UE; jinnota li tali estensjonijiet temporanji u eċċezzjonali huma mistennija li jibqgħu għaddejjin sal-2027, soġġetti għal rieżami tal-pjan direzzjonali tal-Bank Klimatiku mistenni fl-2025; ifakkar fir-riżoluzzjoni preċedenti tiegħu<FOOTNOTE><FIELD> Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Lulju 2023 dwar il-kontroll tal-attivitajiet finanzjarji tal-Bank Ewropew tal-Investiment - rapport annwali 2022 (2023/2046(INI)) (ĠU C, C/2024/4007, 17.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4007/oj<STRING UNDERLINE="on">)</STRING>.</FIELD></FOOTNOTE> u jsostni li l-PATH joffri l-qafas xieraq biex il-kontropartijiet jiġu appoġġjati fil-perkorsi tagħhom biex jallinjaw mal-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi; jenfasizza li l-BEI huwa mistenni jintensifika l-involviment tiegħu mal-klijenti kollha tiegħu biex irawwem l-iżvilupp tal-pjanijiet ta’ dekarbonizzazzjoni tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jinnota r-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-Pjan Direzzjonali tal-Bank Klimatiku tal-Grupp tal-BEI, approvat fl-2023, li jinkludi qafas simplifikat tal-allinjament mal-Ftehim ta’ Pariġi għall-mikrointrapriżi, ir-reviżjoni tar-rekwiżiti ta’ żvelar tal-qafas PATH għall-intermedjarji finanzjarji u estensjoni temporanja tal-lista ta’ pajjiżi li fihom il-BEI jista’ jaġixxi bħala l-uniku finanzjatur tal-proġetti ta’ adattament għat-tibdil fil-klima minħabba l-vulnerabbiltà partikolari tagħhom għat-tibdil fil-klima;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jilqa’ l-inklużjoni tal-Grupp tal-BEI tal-agrikoltura u l-bijoekonomija fost il-prijoritajiet ewlenin tiegħu, iżda jinnota li l-agrikoltura, is-sajd u l-forestrija rċevew biss 1,1 % tal-istokk ta’ self tal-BEI fl-2023; iqis li huwa importanti li l-BEI jipprogramma ammonti sinifikanti għall-finanzjament tas-settur agrikolu u permezz ta’ proċeduri simplifikati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jissottolinja li l-agrikoltura hija mutur ewlieni tat-tkabbir u l-iżvilupp fiż-żoni rurali; jirrikonoxxi l-isfidi dejjem akbar li qed jiffaċċja s-settur agrikolu u l-ħtieġa li l-bdiewa tal-UE jadattaw għall-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, ilaħħqu mal-kriżi tal-enerġija u jimmaniġġjaw l-inflazzjoni li qed tiżdied; jistieden lill-Grupp tal-BEI jsaħħaħ l-appoġġ u jrawwem l-innovazzjoni għal dan is-settur vitali, li għandu rwol sinifikanti fl-iżgurar tas-sigurtà tal-ikel, jisfrutta l-approċċ Saħħa Waħda tal-UE billi jintegra s-saħħa tal-bniedem, tal-annimali, tal-pjanti u tal-ambjent biex jinħolqu sistemi agroalimentari sostenibbli, reżiljenti u produttivi; jenfasizza l-isfidi finanzjarji li jiffaċċjaw il-bdiewa, b’mod partikolari l-operaturi żgħażagħ u żgħar, filwaqt li jinnota li l-bdiewa u l-intrapriżi f’dan is-settur jesperjenzaw rati ta’ suċċess aktar baxxi meta japplikaw għall-finanzjament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jisħaq li l-appoġġ tal-BEI għandu jkollu approċċ ta’ tranżizzjoni ġusta sabiex tinkiseb agrikoltura sostenibbli li tipproteġi l-ambjent, is-saħħa tal-bniedem u l-benesseri tal-annimali, filwaqt li jtejjeb l-għajxien tal-bdiewa, b’mod partikolari għall-azjendi agrikoli żgħar u ta’ daqs medju; isostni li l-appoġġ għaż-żoni rurali huwa essenzjali għall-promozzjoni ta’ żvilupp ibbilanċjat u inklużiv, it-tiġdid ġenerazzjonali u l-aċċess ugwali għall-opportunitajiet finanzjarji għan-nisa u l-irġiel; itenni l-appell tiegħu lill-Grupp tal-BEI biex iżid l-involviment tiegħu fis-settur agrikolu billi jtejjeb l-aċċess għall-finanzjament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Japprezza li l-Grupp tal-BEI huwa wieħed mis-sostenituri ewlenin tad-diġitalizzazzjoni fl-UE, b’mod partikolari fil-finanzjament tal-infrastruttura diġitali u fl-appoġġ ta’ start-ups diġitali innovattivi; jinkoraġġixxi lill-BEI jtejjeb l-appoġġ tiegħu għan-networks diġitali u jsaħħaħ l-awtonomija teknoloġika tal-UE u l-innovazzjoni fit-teknoloġiji ewlenin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jemmen li t-tnaqqis tal-inugwaljanza diġitali u l-prevenzjoni tal-esklużjoni soċjali jirrikjedu investiment pubbliku sinifikanti fl-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni, b’mod partikolari fiż-żoni rurali; jinkoraġġixxi lill-BEI jappoġġja liċ-ċittadini Ewropej fil-kisba ta’ litteriżmu diġitali adegwat biex jipparteċipaw bis-sħiħ fis-soċjetà, b’enfasi speċjali fuq l-anzjani u dawk b’diżabbiltà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jirrikonoxxi r-rwol kritiku tas-settur taċ-ċibersigurtà fil-protezzjoni tan-negozji u l-gvernijiet minn theddid diġitali avvanzat u influwenza barranija; jilqa’ ż-żieda fl-investimenti fis-sigurtà minn EUR 6 biljun għal EUR 8 biljun, iffinanzjati permezz tal-Inizjattiva Strateġika għas-Sigurtà Ewropea biex jiġu indirizzati l-isfidi għas-sigurtà, inklużi dawk fl-industrija tal-Ispazju Ġdid;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jilqa’ l-enfasi tal-BEI fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-emanċipazzjoni ekonomika tan-nisa, li rriżultaw f’total ta’ EUR 5,8 biljun f’investiment f’dan il-qasam fl-2023 (meta mqabbel ma’ EUR 5,1 biljun fl-2022); jemmen li l-BEI jista’ jkompli jżid is-self mikrofinanzjarju lin-negozji mmexxija min-nisa, li għadhom jiffaċċjaw diskriminazzjoni fl-aċċess għall-finanzjament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jenfasizza li s-sigurtà tal-provvista ta’ materja prima kritika hija kruċjali kemm għat-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali, kif ukoll għas-settur tad-difiża u għall-bażi industrijali tal-UE b’mod ġenerali; jistieden lill-BEI jżid l-investimenti fis-settur tas-CRM biex jgħin fid-diversifikazzjoni tal-provvista ta’ materja prima primarja kif ukoll ta’ materja prima sekondarja u biex jiżviluppa soluzzjonijiet ta’ ekonomija ċirkolari, b’mod partikolari R&Ż għal materjali alternattivi, bħal materjali b’bażi bijoloġika; jilqa’, f’dan ir-rigward, l-adozzjoni fil-21 ta’ Marzu 2025 ta’ inizjattiva strateġika ġdida dwar is-CRM, b’finanzjament mistenni ta’ EUR 2 biljun għall-investiment fis-CRM fl-2025, Task Force ġdida għas-CRM u punt uniku ta’ servizz iddedikat għall-bini u l-ġestjoni ta’ sensiela ta’ operazzjonijiet u attivitajiet konsultattivi tas-CRM, kif ukoll żieda fl-għarfien espert tekniku u s-sħubijiet;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-attivitajiet tal-BEI barra mill-UE </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jissottolinja li fit-tieni sena tal-eżistenza tal-BEI Globali, huwa pprovda finanzjament li jammonta għal EUR 8,4 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 9,1 biljun fl-2022); jinnota li, peress li l-finanzjament tal-BEI Globali huwa limitat għal 50 % tal-kost totali ta’ proġett, il-kofinanzjament tal-investiment ma’ istituzzjonijiet tal-finanzi għall-iżvilupp u banek multilaterali tal-iżvilupp huwa rikorrenti; jistieden lill-BEI u lill-Kummissjoni jinvestu f’awditu intern u funzjonijiet ta’ kontroll indipendenti biex jiggarantixxu l-integrità u s-solidità tal-operazzjonijiet kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Ifakkar li l-BEI Globali huwa fost l-atturi ewlenin responsabbli mill-implimentazzjoni tal-Global Gateway Ewropew u, bħala tali, huwa mistenni li japplika l-ogħla standards ta’ trasparenza u obbligu ta’ rendikont;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Jinnota l-adozzjoni mill-Bord tad-Diretturi tal-BEI tal-Pjan Direzzjonali Strateġiku Globali tal-BEI u l-impenn tiegħu li jirrispetta u jippromwovi d-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt fil-proġetti li jappoġġja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li l-interventi tal-Grupp tal-BEI fl-Ukrajna jkunu ggwidati mill-prijoritajiet għar-rikostruzzjoni tal-pajjiż maqbula mal-UE, u jkunu konsistenti mal-metodi u l-oqfsa stabbiliti fil-Pjan għall-Ukrajna u mad-dispożizzjonijiet tat-Trattati tal-UE; jinnota li l-BEI qed ikompli jsaħħaħ l-isforzi tiegħu biex jindirizza l-frodi u l-korruzzjoni fir-rigward tal-proġetti tal-Grupp tal-BEI implimentati fl-Ukrajna; jitlob l-applikazzjoni kontinwa ta’ kundizzjonalità xierqa fuq l-assistenza finanzjarja pprovduta lill-Ukrajna, b’enfasi fuq l-iżgurar ta’ mekkaniżmi ta’ sorveljanza effettivi, bħall-aċċess għall-informazzjoni u l-bini, u l-monitoraġġ taż-żjarat, u jitlob li l-kundizzjonalità tiġi estiża għall-pajjiżi kollha mhux tal-UE li għalihom jipprovdi finanzjament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Iħeġġeġ it-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva u tal-awditjar tal-awtoritajiet Ukreni responsabbli għall-implimentazzjoni, għall-monitoraġġ, għall-kontroll u għas-superviżjoni ta’ azzjonijiet iffinanzjati, b’mod partikolari għall-prevenzjoni tal-frodi, tal-korruzzjoni, tal-kunflitti ta’ interess u tal-irregolaritajiet; itenni li l-BEI għandu jkollu sorveljanza ċara u mingħajr restrizzjonijiet f’kull ħin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Jemmen li rwol akbar għall-BEI jġib valur miżjud kemm għar-rikostruzzjoni tal-Ukrajna kif ukoll għall-proċess tat-tkabbir u għal sħubijiet prospettivi fil-qafas tal-aġenda tal-Global Gateway tal-UE u l-politika tal-viċinat u b’appoġġ għall-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni timmassimizza l-kooperazzjoni mal-BEI biex l-awtonomija strateġika tal-UE tiġi sfruttata bis-sħiħ, b’mod partikolari rigward l-enerġija u l-materja prima;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>69.</NO.P>Jilqa’ l-adozzjoni, fl-2024, tal-Faċilità għall-Ukrajna, li ssegwi l-inizjattiva tal-BEI “EU for Ukraine” (EU4U) u tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ appoġġ ibbażat fuq ir-riżorsi baġitarji tal-UE; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jiżguraw li jkompli jingħata appoġġ sod lill-pajjiż f’konformità mal-ħtiġijiet tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>70.</NO.P>Jisħaq li, sabiex jappoġġja lill-Ukrajna, il-BEI bena portafoll ta’ self ta’ ’l fuq minn EUR 7 biljun mill-bidu tal-kunflitt mar-Russja fl-2014; jissottolinja li, fil-31 ta’ Diċembru 2023, l-esponiment tal-BEI (żborżat u li kien għadu ma ġiex żborżat) ammonta għal EUR 5,750 biljun, fil-biċċa l-kbira kopert mill-garanziji tal-UE taħt il-Mandat ta’ Self Estern; jinnota li, barra minn hekk, il-Bank ta wkoll garanziji finanzjarji fuq skoperturi għall-kontropartijiet li jinsabu fl-Ukrajna, koperti bis-sħiħ minn Garanziji Komprensivi tal-UE, għal ammont iffirmat ta’ EUR 388,7 miljun fi tmiem l-2023 (meta mqabbel ma’ EUR 478,8 miljun fi tmiem l-2022);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>71.</NO.P>Jinnota l-impenn finanzjarju li qed jikber tal-BEI fl-Ukrajna; jistieden lill-Bank jipprovdi aġġornamenti regolari u dettaljati lill-awtorità baġitarja u lill-korpi tal-awditjar rilevanti rigward l-iżborż u l-implimentazzjoni tal-fondi koperti mill-garanziji tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>72.</NO.P>Jissottolinja l-impatt sproporzjonat tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna fuq ir-reġjuni tal-UE li għandhom fruntiera mar-Russja u mal-Belarussja; jiġbed l-attenzjoni għall-kostijiet imġarrba minn dawn ir-reġjuni u l-Istati Membri bħala riżultat tal-fruntiera kondiviża tagħhom ma’ pajjiżi ġirien ostili, b’mod partikolari l-ħtieġa li jkollhom dejjem aktar jidderieġu mill-ġdid il-fondi pubbliċi lejn is-sigurtà, id-difiża u l-preparatezza, filwaqt li jħabbtu wiċċhom ma’ riżorsi mnaqqsa severament minħabba tfixkil fl-attivitajiet ekonomiċi, fil-kummerċ transfruntier u fi skambji oħra, u fil-programmi ta’ koeżjoni; jistieden lill-BEI jqis dan fid-deċiżjonijiet ta’ finanzjament tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>73.</NO.P>Jilqa’ l-investimenti sinifikanti li saru fil-Moldova biex tiġi appoġġjata r-reżiljenza ekonomika, tittejjeb is-sigurtà tal-enerġija, tissaħħaħ l-infrastruttura u jiġi megħjun il-progress tal-pajjiż lejn l-integrazzjoni tal-UE; jirrikonoxxi li fil-Balkani tal-Punent, il-BEI Globali investa EUR 1,2 biljun fl-2023, flimkien ma’ EUR 700 miljun addizzjonali biex tissaħħaħ is-sikurezza fit-toroq u jittejbu n-networks ferrovjarji; jilqa’ l-adozzjoni tal-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Balkani tal-Punent fl-2024 u l-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Moldova approvati mill-Parlament Ewropew;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>74.</NO.P>Jirrikonoxxi r-rwol tal-BEI fl-appoġġ tal-Balkani tal-Punent fi triqithom lejn is-sħubija fl-Unjoni, f’konformità mal-politika tat-tkabbir tal-UE; josserva li l-BEI Globali investa EUR 1,2 biljun fil-Balkani tal-Punent fl-2023, u mmobilizza total ta’ aktar minn EUR 6 biljun f’investimenti; jinnota li l-maġġoranza tal-finanzjament ġie allokat għal konnettività sostenibbli, segwita minn linji ta’ kreditu għall-SMEs, proġetti ta’ infrastruttura fis-setturi tal-kura tas-saħħa, tal-edukazzjoni u tal-ħiliet, u għall-provvista tal-ilma u s-sanità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>75.</NO.P>Jitlob lill-BEI jikkollabora ma’ istituzzjonijiet bilaterali u multilaterali oħra biex jiżviluppa u japplika metodoloġiji komuni għall-analiżi tal-impatt tal-iżvilupp, bil-għan li jiġu żgurati valur miżjud u impatti pożittivi fit-tul;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Arkitettura tal-obbligu ta’ rendikont tal-BEI</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>76.</NO.P>Ifakkar li s-sorveljanza interna fil-BEI hija mmexxija mill-Ispettorat Ġenerali (IG), li jikkonsisti fi tliet diviżjonijiet relatati mal-obbligu ta’ rendikont – l-evalwazzjoni tal-operazzjonijiet, il-mekkaniżmu tal-ilmenti u l-investigazzjoni tal-frodi – li għandhom rwoli komplementari, filwaqt li jikkontribwixxu għat-trattament konsistenti tal-allegazzjonijiet u l-ilmenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>77.</NO.P>Josserva li l-Mekkaniżmu tal-Ilmenti tal-BEI ttratta total ta’ 104 każijiet fl-2023 (97 fl-2022); jinnota li fl-2023 waslu 60 ilment ġdid (54 fl-2022), li minnhom 44 tqiesu ammissibbli u 29 kienu relatati ma’ proġetti ffinanzjati mill-BEI, li minnhom 27 kienu jinsabu barra mill-Ewropa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>78.</NO.P>Jinnota li l-Kumitat għall-Ilmenti dwar l-Akkwist tal-BEI huwa l-kumitat indipendenti tal-BEI li jittratta lmenti dwar proċeduri ta’ akkwist ta’ proġetti relatati ma’ proġetti ffinanzjati mill-BEI barra mill-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>79.</NO.P>Jilqa’ l-isforzi tad-Diviżjoni Investigattiva (IG/IN) biex tikkoopera u tikkoordina l-isforzi mal-komponenti l-oħra tal-arkitettura tal-UE kontra l-frodi, b’mod partikolari l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE), li rċevew 37 % tar-riferimenti li saru għall-investigazzjonijiet fl-2023 (27 każ minn 74); jinkoraġġixxi lill-IG/IN issaħħaħ il-kooperazzjoni tagħha mal-komponenti kollha tal-arkitettura tal-UE kontra l-frodi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>80.</NO.P>Jinnota li l-IG/IN twettaq attivitajiet proattivi ta’ detezzjoni tal-frodi bl-użu tal-Għodda ta’ Klassifikazzjoni tar-Riskju ta’ Frodi u Integrità u r-robot dwar ir-Riskju tal-Korruzzjoni fl-Akkwist u li, fl-2023, 24 rieżami identifikaw miri għal tliet rieżamijiet tal-integrità proattivi, sħaħ u fil-fond; jistieden lill-Bank jivvaluta kif dawn l-għodod diġitali jistgħu jissaħħu aktar biex jappoġġjaw it-trasparenza u r-responsabbiltà finanzjarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>81.</NO.P>Jiddispjaċih għall-fatt li, minkejja talbiet ripetuti mill-Parlament, ir-rapport annwali tal-IG/IN ma jipprovdix informazzjoni adegwata dwar il-kobor finanzjarju tal-każijiet li tittratta, il-fondi jew il-mandati affettwati, it-tipi ta’ proġetti kkonċernati, il-miżuri ta’ mitigazzjoni adottati, ir-rwol tas-servizzi tal-BEI u tal-intermedjarji jew is-sħab fil-każijiet, jew saħansitra l-Istati Membri kkonċernati; jistieden lir-rappreżentanti tal-IG/IN iżidu l-livell ta’ involviment, interazzjoni u trasparenza mal-Parlament, speċjalment rigward il-kontroll tal-attivitajiet finanzjarji; itenni l-appell tiegħu lill-IG/IN biex tmur lil hinn mill-għoti ta’ sempliċi deskrizzjoni narrattiva ta’ ftit studji ta’ każijiet, u biex perjodikament tirrapporta għarfien siewi dwar sa liema punt l-interessi finanzjarji huma ssalvagwardjati; jissuġġerixxi li l-IG/IN tadotta mudell ta’ rapportar simili għal dawk użati minn korpi investigattivi oħra, bħall-UPPE u l-OLAF, fejn jiġi segwit bilanċ xieraq bejn it-trasparenza u d-dmir tal-kunfidenzjalità jew tas-segretezza professjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>82.</NO.P>Huwa konxju li l-Politika ta’ Esklużjoni tal-BEI tipprovdi proċess awtonomu ta’ esklużjoni li mhuwiex kompletament ekwivalenti għas-Sistema ta’ Identifikazzjoni Bikrija u ta’ Esklużjoni tal-Kummissjoni f’termini ta’ standards ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, riżultati u rimedji; itenni t-talba tiegħu lill-Grupp tal-BEI u lill-Kummissjoni biex jikkooperaw bil-għan li jidentifikaw il-lakuni potenzjali u jipproponu rimedji, inkluża proċedura mħaffa biex jiġu infurzati d-deċiżjonijiet ta’ esklużjoni tal-BEI permezz tas-Sistema ta’ Identifikazzjoni Bikrija u ta’ Esklużjoni; josserva li fl-2023, il-proċedimenti ta’ esklużjoni bbażati fuq is-sejbiet tal-IG/IN eskludew ħames kumpaniji milli jipparteċipaw fi kwalunkwe attività ffinanzjata mill-BEI għal perjodu ta’ ħames snin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>83.</NO.P>Jilqa’ l-approvazzjoni, fl-2023, tal-Politika tal-Qafas ta’ Kontroll Intern tal-Grupp tal-BEI; jirrikonoxxi r-riżultati tal-proċess ta’ allinjament tal-grupp bejn il-BEI u l-FEI sa fejn dawn jirriflettu l-mudelli ta’ negozju u l-istrutturi ta’ governanza differenti taż-żewġ entitajiet; jirreferi, b’mod partikolari, għar-rimarki tal-Kumitat tal-Verifika li kemm l-awditu intern kif ukoll il-qafas ta’ kontroll intern għandhom jevolvu biex isiru funzjonijiet ta’ grupp;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>84.</NO.P>Jinnota li l-awditur estern indipendenti tal-BEI huwa t-tielet linja ta’ difiża; jirrimarka li r-rotazzjoni regolari tal-awdituri u l-inkarigi tippermetti perspettivi ġodda, u għalhekk josserva li l-awditur estern tal-BEI għandu jinbidel perjodikament; madankollu, il-mandat tiegħu ġie estiż sal-2027 u ilu l-awditur tal-Grupp tal-BEI mill-2009;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>85.</NO.P>Japprezza li l-Qafas ta’ Ġestjoni tar-Riskju tal-Grupp tal-BEI u r-Rapporti ta’ Żvelar dwar il-Ġestjoni tar-Riskju semiannwali tal-Grupp tal-BEI huma effettivi u allinjati mar-rekwiżiti u l-istandards tekniċi tal-Awtorità Bankarja Ewropea;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>86.</NO.P>Jisħaq li, fl-2023, minkejja kundizzjonijiet diffiċli tas-suq, il-portafoll tal-BEI kompla juri livelli baxxi ħafna ta’ skoperturi li ma jrendux (NPEs); huwa tal-fehma li anke jekk porzjon sinifikanti tal-portafoll tas-self tal-Bank jibbenefika minn titjib fil-kreditu jew minn garanziji tal-Istati Membri tal-UE, il-kwalità għolja tal-portafoll tal-BEI tirriżulta mill-implimentazzjoni diliġenti ta’ politiki ta’ self tal-BEI effettivi ħafna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>87.</NO.P>Jenfasizza li l-BEI ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE applikabbli għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu, b’mod partikolari r-Regolament<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/575/oj).</FIELD></FOOTNOTE> u d-Direttiva<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2013/36/oj).</FIELD></FOOTNOTE> dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital (CRR, CRD), u b’hekk il-Bank huwa intitolat li jiddetermina r-rekwiżiti ta’ kapital u likwidità tiegħu b’mod li jkun adegwat u xieraq għall-attivitajiet tiegħu, il-missjoni tiegħu u l-kundizzjonijiet tas-suq; jirrimarka li l-Grupp tal-BEI huwa impenjat li jikkonforma mal-aħjar prattiki bankarji u tas-suq u jista’ jiddetermina l-applikabbiltà tagħhom f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità; jisħaq li l-implimentazzjoni ta’ dawn in-normi ma għandhiex toħloq piż mhux ġustifikat; jilqa’ l-fatt li l-Grupp tal-BEI wettaq b’mod volontarju l-Proċess ta’ Rieżami u Evalwazzjoni; jirrimarka li dan għandu jkun konformi mal-istruttura ta’ governanza u l-missjoni tal-BEI;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>88.</NO.P>Jifhem li, f’konformità mal-ħtiġijiet li qed jevolvu tal-UE, l-istituzzjonijiet tal-UE approvaw, fl-2024, il-bidla fl-istatut proposta mill-Bord tal-Gvernaturi tal-BEI billi emendaw il-limitu statutorju fuq il-proporzjon ta’ ingranaġġ<FOOTNOTE><FIELD> Il-proporzjon ta’ ingranaġġ huwa kemm il-BEI jista’ jsellef fir-rigward tar-riżorsi proprji tiegħu.</FIELD></FOOTNOTE> tiegħu u żiduh minn 250 % għal 290 %, biex il-BEI jkun jista’ jinvesti aktar mingħajr ma jżid il-bażi ta’ ekwità tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>89.</NO.P>Jinnota li l-proporzjon ta’ ingranaġġ emendat iwitti t-triq għal aktar teħid ta’ riskji; jirrikonoxxi li l-investimenti fl-enerġija rinnovabbli, l-infrastruttura sostenibbli u t-teknoloġiji innovattivi huma kruċjali għall-kompetittività tal-UE, iżda spiss iġorru riskju akbar minħabba l-inċertezza tar-redditi; jirrimarka li żieda fit-teħid tar-riskji tista’ żżid il-volatilità tar-redditi tal-BEI, iżda josserva li l-BEI jżomm kapital ta’ lqugħ li jappoġġja l-espansjoni tal-attivitajiet ta’ riskju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>90.</NO.P>Jinsab allarmat dwar is-sitwazzjoni ta’ Northvolt AB, manifattur tal-batteriji meqjus ċentrali fit-tranżizzjoni ekoloġika; jisħaq li Northvolt ibbenefika minn pakkett ta’ għoti b’self sostanzjali tal-BEI ta’ ftit aktar minn EUR 942,6 miljun bħala parti mill-finanzjament b’dejn biex jespandi gigafactory; jinnota li Northvolt iddikjara falliment f’Marzu 2025; jistieden lill-BEI jipprovdi dettalji dwar il-proċess ta’ evalwazzjoni u ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet biex jiffinanzja lil Northvolt AB u l-kawżi li wasslu għall-falliment tal-proġett;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>91.</NO.P>Jisħaq li l-espansjoni tal-gigafactory kienet mistennija żżid il-kapaċità tal-output annwali għall-produzzjoni tal-batteriji u kienet ta’ importanza strateġika għall-kompetittività globali u kienet konsistenti mal-istrateġiji tal-UE fis-settur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>92.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Bord tad-Diretturi tal-BEI jniedu rieżami intern fil-fond mingħajr dewmien żejjed biex jiġu vverifikati l-ħsara finanzjarja, ir-raġunijiet u l-isfond tal-falliment ta’ dan il-proġett ewlieni u bil-għan li jittieħdu tagħlimiet minn din l-esperjenza sabiex li tiġi evitata r-rikorrenza ta’ sitwazzjoni simili jew biex jippermettu l-identifikazzjoni bikrija tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>93.</NO.P>Isostni li l-akbar valur miżjud tal-appoġġ tal-UE jinsab fit-trawwim ta’ investimenti b’riskju ogħla fi proġetti innovattivi, l-espansjoni ta’ għanijiet strateġiċi tal-UE u l-iffaċilitar ta’ proġetti ta’ tranżizzjoni fit-tul li ma jistgħux jiksbu finanzjament mis-settur privat; jemmen li biex jintlaħqu b’mod effettiv il-miri tiegħu fl-innovazzjoni u l-kompetittività, il-programm InvestEU għandu jiffoka fuq il-finanzjament ta’ investiment b’riskju ogħla u aktar espansjoni u li l-Grupp tal-BEI għandu jieħu f’idejh aktar proġetti ta’ riskju għoli u li huma akbar, filwaqt li għandhom jinvolvu primarjament u preferibbilment investituri Ewropej, billi jikkombina użu aktar orjentat lejn l-assorbiment tar-riskju tar-riżorsi ta’ InvestEU b’orjentazzjoni ekwivalenti fl-użu tar-riżorsi finanzjarji proprji tal-Grupp tal-BEI; iħeġġeġ lill-BEI jintroduċi kundizzjonijiet aktar stretti biex jipprevjeni li l-finanzjament pubbliku tal-UE jintuża biex jissussidja kumpaniji li jirrilokaw il-produzzjoni barra mill-Ewropa, filwaqt li jiżgura li l-proġetti kollha ffinanzjati mill-BEI jikkontribwixxu għar-reżiljenza industrijali Ewropea fit-tul;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>94.</NO.P>Huwa konxju li l-membri tal-Kumitat ta’ Tmexxija tal-BEI spiss ikunu impjegati taċ-ċivil fil-pajjiżi ta’ oriġini tagħhom qabel ma jibdew il-mandati tagħhom fil-BEI, li tipikament idumu bejn sentejn sa sitt snin, u li għalhekk huma intitolati li jsegwu opportunitajiet ta’ żvilupp professjonali soġġetti għal ċerti kundizzjonijiet matul il-perjodu ta’ preklużjoni (li ġie estiż għal perjodu ta’ 24 xahar wara t-tmiem tal-mandat tagħhom fil-BEI); jinnota li l-membri tal-Kumitat ta’ Tmexxija huma mitluba jinfurmaw lill-Kumitat għall-Etika u l-Konformità u jfittxu l-approvazzjoni mill-aktar fis possibbli għal kwalunkwe kompitu ta’ negozjati rigward impjieg prospettiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>95.</NO.P>Jerġa’ jafferma bis-sħiħ l-appelli ripetuti tal-Parlament biex jissaħħaħ il-mekkaniżmu għall-prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess fi ħdan il-BEI u jittejjeb it-trattament ta’ tali każijiet, u biex jiġu ddefiniti aħjar it-termini li bihom il-viċi presidenti tal-BEI jistgħu jipparteċipaw f’deċiżjonijiet dwar operazzjonijiet fil-pajjiżi ta’ oriġini tagħhom, kif ukoll jinsisti li dawn il-kwistjonijiet jiġu indirizzati f’reviżjoni futura tal-kodiċi ta’ kondotta tal-Kumitat ta’ Tmexxija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>96.</NO.P>Jenfasizza li fil-31 ta’ Ottubru 2023, fil-Każ 611/2022/KR, l-Ombudsman Ewropew iddeċidiet li eks viċi president kien ipparteċipa fl-approvazzjoni ta’ ftehimiet ta’ finanzjament bejn il-BEI u bank promozzjonali nazzjonali<FOOTNOTE><FIELD> Il-banek promozzjonali nazzjonali huma intermedjarji finanzjarji bejn il-BEI u proġetti fuq skala żgħira li jibbenefikaw mill-investimenti tal-BEI.</FIELD></FOOTNOTE> fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħu ftit ġimgħat qabel ma ħa l-kariga ta’ Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta’ dak il-bank promozzjonali nazzjonali, minkejja li l-Uffiċjal Kap għall-Konformità tal-BEI ta l-parir kontra tali azzjonijiet matul il-proċess ta’ ħatra; jifhem li dan il-każ jippreċedi d-dħul fis-seħħ tal-kodiċi ta’ kondotta attwali tal-Kumitat ta’ Tmexxija, li issa jinkludi dispożizzjonijiet speċifiċi rigward l-impjieg prospettiv tal-membri tiegħu; jinnota li, fir-rieżami futur tar-regoli applikabbli għall-Kumitat tiegħu għall-Etika u l-Konformità, il-BEI impenja ruħu li jikkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Ombudsman Ewropew biex id-deċiżjonijiet tal-Kumitat isiru pubbliċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>97.</NO.P>Josserva li l-miżuri ta’ mitigazzjoni, bħad-delimitazzjoni u l-perjodi ta’ preklużjoni, huma l-aktar klawżoli prekawzjonarji komuni li għandhom jintużaw meta jiġi ttrattat każ ta’ revolving doors u jifhem li tali miżuri jiġu implimentati u jiġu rrispettati mill-membri tal-Kumitat ta’ Tmexxija, inklużi dawk irrapportati reċentement fil-media;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>98.</NO.P>Jikkondividi l-fehma tal-Ombudsman Ewropew li r-rwol tal-Kumitat għall-Etika u l-Konformità tal-BEI għandu jissaħħaħ fir-rigward tas-sorveljanza tal-impjiegi ġodda maħsuba tal-membri tal-Kumitat ta’ Tmexxija u li għandu jkun jista’ jimponi u jinforza miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju; jifhem li r-rwol tal-Kumitat għall-Etika u l-Konformità sar aktar prominenti f’dawn l-aħħar snin u li għaddejjin diskussjonijiet interni dwar kif tista’ tissaħħaħ l-effiċjenza tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>99.</NO.P>Jistieden lill-Bank jagħti spinta lill-parteċipazzjoni tal-kumpaniji Ewropej fil-proċessi ta’ akkwist imnedija għal proġetti ffinanzjati mill-BEI; jinkoraġixxi lill-Bank jagħti pariri lil mutwatarji biex jipprijoritizzaw l-eliġibbiltà għall-kumpaniji Ewropej sabiex tissaħħaħ il-kompetittività Ewropea;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>100.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu lill-BEI biex jiżgura rappreżentanza ġeografika xierqa, inkluż fil-livell maniġerjali medju u dak superjuri, u jitolbu jippubblika diżaggregazzjoni annwali skont il-ġeneru u n-nazzjonalità tal-pożizzjonijiet maniġerjali medji u superjuri;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Skrutinju, trasparenza u sorveljanza</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>101.</NO.P>Jiddispjaċih bil-qawwa għall-fatt li l-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) għadha ma għandhiex aċċess sħiħ għad-data kollha relatata mal-operazzjonijiet tal-BEI; jirrikonoxxi li mhux l-attivitajiet kollha tal-BEI huma ffinanzjati direttament mill-UE u, għalhekk, mhux l-attivitajiet kollha huma awtomatikament aċċessibbli għall-QEA; jinsisti li l-QEA għandu jkollha aċċess għall-informazzjoni meħtieġa biex tivvaluta b’mod komprensiv u eżawrjenti l-operazzjonijiet kollha tal-BEI li jinvolvu l-fondi tal-UE, inklużi dawk imwettqa permezz ta’ intermedjarji finanzjarji, imfassla biex jimplimentaw il-politiki tal-UE; jistieden lill-QEA tiskrutinizza bis-sħiħ, bl-aħjar kapaċitajiet tagħha, l-operazzjonijiet kollha li bi kwalunkwe mod jinvolvu l-baġit tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>102.</NO.P>Josserva li l-kompiti tal-awditjar rilevanti ewlenin huma fdati lill-Kumitat tal-Verifika tal-BEI, li huwa korp kompletament indipendenti; jemmen li l-parteċipazzjoni ta’ rappreżentanti esterni kwalifikati f’kompiti speċifiċi tal-Kumitat tal-Verifika tista’ ttejjeb l-oġġettività tal-analiżijiet tal-Kumitat tal-Verifika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>103.</NO.P>Jinnota li l-Politika ta’ Trasparenza tal-BEI toħloq kompromess bejn il-prinċipju tal-ftuħ u l-ħtieġa li tiġi ssalvagwardjata informazzjoni sensittiva; josserva li l-politika tindika liema informazzjoni għandha tiġi ppubblikata b’mod proattiv u meta – filwaqt li tistipula, pereżempju, li s-sommarji tal-proġetti għandhom jiġu ppubblikati mill-anqas tliet ġimgħat qabel ma l-finanzjament tal-proġett jitqies għall-approvazzjoni mill-Bord tad-Diretturi tal-BEI – u tistabbilixxi d-derogi rilevanti; jitlob li dawn is-sommarji jipprovdu informazzjoni sinifikanti lill-partijiet ikkonċernati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>104.</NO.P>Jinnota li fl-2023, 449 proġett ġew approvati mill-Bord tad-Diretturi tal-BEI u li kważi s-sommarji kollha (94 %) tal-proġetti ġew ippubblikati, fil-maġġoranza (57 %) tal-każijiet qabel l-approvazzjoni; josserva li l-operazzjonijiet kollha tal-BEI mwettqa permezz ta’ intermedjarji finanzjarji huma ppubblikati fuq is-sit web tal-BEI u li l-BEI jipprovdi dettalji fuq talba;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>105.</NO.P>Ifakkar li d-dokumenti kollha tal-BEI huma aċċessibbli għall-pubbliku f’konformità mal-preżunzjoni favur l-iżvelar; jenfasizza li l-applikanti kollha għandhom jiġu infurmati minn qabel dwar l-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti, u li kwalunkwe rifjut għandu jkun ibbażat biss fuq l-eċċezzjonijiet speċifikati; jisħaq li l-BEI għandu jikkunsidra li jippubblika, b’mod f’waqtu, informazzjoni dwar ir-raġunament u l-kuntest għall-proġetti u l-ispjegazzjoni tal-allinjament tagħhom mal-għanijiet ta’ politika tal-UE u l-kontribut tagħhom għalihom; jistieden lill-BEI jippubblika b’mod sistematiku r-riżultati tal-awditjar tal-akbar operazzjonijiet finanzjarji tiegħu, filwaqt li jiżgura skrutinju indipendenti tal-ġestjoni tar-riskju u l-valutazzjonijiet tal-impatt tiegħu; jistenna li l-BEI jillimita n-nuqqas ta’ żvelar għall-eċċezzjonijiet applikabbli elenkati fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43. ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/1049/oj).</FIELD></FOOTNOTE> u r-Regolament (KE) Nru 1367/2006<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, 25.9.2006, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1367/oj).</FIELD></FOOTNOTE>; jitlob l-implimentazzjoni sħiħa tar-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman maħruġa wara l-inkjesti tagħha dwar il-politika ta’ żvelar tal-BEI u t-talbiet relatati għall-aċċess għad-dokumenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>106.</NO.P>Ifakkar li r-riċevituri kollha tal-finanzjament tal-UE għandhom obbligu ġenerali li jirrikonoxxu l-oriġini tiegħu u jiżguraw il-viżibbiltà ta’ kwalunkwe finanzjament tal-UE riċevut; jistieden lill-Grupp tal-BEI jiżgura li r-riċevituri finali jikkonformaw mal-kriterji ta’ viżibbiltà tal-appoġġ finanzjarju tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>107.</NO.P>Jenfasizza li l-Bank qed jaħdem biex inaqqas iż-żmien meħtieġ biex prodott jinġieb mill-konċepiment għad-disponibbiltà tas-suq (żmien sas-suq) billi jwettaq diġitalizzazzjoni sħiħa taċ-ċikli tal-proġetti tiegħu; jistieden lill-Bank jintensifika l-isforzi tiegħu fid-diġitalizzazzjoni tal-operazzjonijiet tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>108.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu lill-BEI biex isaħħaħ u jimplimenta bis-sħiħ il-politika tiegħu dwar il-frodi, l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa, inkluż billi joqgħod lura milli jiffinanzja benefiċjarji jew intermedjarji finanzjarji li nstabu li huma, jew li huma f’riskju għoli li jkunu, involuti f’tali prattiki;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>109.</NO.P>Itenni li djalogu aktar strutturat bejn il-Parlament u l-BEI jissaħħaħ bl-adozzjoni ta’ memorandum ta’ kooperazzjoni; ifaħħar, f’dan ir-rigward, il-kooperazzjoni bla preċedent tal-BEI mal-Parlament għat-tħejjija ta’ din ir-riżoluzzjoni, filwaqt li jinnota li din hija espressjoni tanġibbli ta’ ftuħ u trasparenza;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>110.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">Iħeġġeġ lill-BEI jkompli jirrapporta dwar l-istatus tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti maħruġa mill-Parlament, b’mod partikolari fir-rigward tal-eżiti miksuba u l-impatt tal-azzjonijiet meħuda biex jiġu implimentati l-prijoritajiet tiegħu u l-politiki tal-UE, speċjalment fir-rigward ta’:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(a)</SYMBOL>l-impatt (ekonomiku, ambjentali u soċjali) tal-istrateġija ta’ investiment tiegħu u r-riżultati miksuba biex jingħata kontribut għall-iżvilupp ekwilibrat u regolari tas-suq intern fl-interessi tal-Unjoni,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(b)</SYMBOL>l-azzjonijiet adottati biex jissaħħu l-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kunflitti ta’ interess, il-frodi, il-korruzzjoni u forom potenzjali oħra ta’ mġiba ħażina;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(c)</SYMBOL>il-miżuri ġodda biex tissaħħaħ it-trasparenza;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(d)</SYMBOL>il-miżuri biex jissaħħaħ l-appoġġ għall-SMEs u l-operaturi ekonomiċi eliġibbli matul l-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(e)</SYMBOL>is-segwitu għas-sejħiet u t-talbiet adottati permezz ta’ din ir-riżoluzzjoni;</ITEM></LIST>
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>111.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u jitlob lill-Kunsill u lill-Bord tad-Diretturi tal-BEI jagħmlu dibattitu dwar il-pożizzjonijiet tal-Parlament hawnhekk ippreżentati.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>