<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0079</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Kwittanza 2023: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0052/2025 - Rapporteur: Joachim Stanisław Brudziński)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><NR>1.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Mejju 2025 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2023, Taqsima II – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill (2024/2021(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2023<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 58, 23.2.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/budget/2023/1/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2023 (COM(2024)0272 – C10‑0069/2024)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/5462, 10.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5462/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapporti annwali tal-Kunsill għall-2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2023, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/5882, 9.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5882/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/6041, 10.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6041/oj.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2023 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1046/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikoli 59, 118, 260, 261 u 262 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikoli 59, 118, 266, 267 u 268 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 102 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A10-0052/2025),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jiddifferixxi d-deċiżjoni tiegħu dwar l-għoti ta’ kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill għas-sena finanzjarja 2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Ombudsman Ewropew, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><RESOL><TI><NR>2.</NR> <STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Mejju 2025 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2023, Taqsima II – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill (2024/2021(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2023, Taqsima II – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 102 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A10-0052/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kwittanza, l-awtorità ta’ kwittanza tixtieq tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ aktar il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta’ titjib tat-trasparenza u tar-responsabbiltà, u permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta’ bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi, skont l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Parlament huwa l-unika istituzzjoni responsabbli mill-għoti tal-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni, u billi l-baġit tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill huwa taqsima tal-baġit tal-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi, skont l-Artikolu 15(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), il-Kunsill Ewropew ma għandux jeżerċita funzjonijiet leġiżlattivi;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi, skont l-Artikolu 317 tat-TFUE, il-Kummissjoni għandha timplimenta l-baġit tal-Unjoni taħt ir-responsabbiltà tagħha stess, wara li tqis il-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, u billi, skont il-qafas stabbilit, il-Kummissjoni għandha tagħti lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni s-setgħat meħtieġa għall-implimentazzjoni tat-taqsimiet tal-baġit relatati magħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi, skont l-Artikolu 235(4) u l-Artikolu 240(2) tat-TFUE, il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill (il-“Kunsill”) huma megħjuna mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (is-“Segretarjat”), u billi s-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill hija kompletament responsabbli mill-ġestjoni tajba tal-approprjazzjonijiet imdaħħla fit-Taqsima II tal-baġit tal-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-Parlament ilu għal aktar minn għoxrin sena jimplimenta l-prattika stabbilita sew u rispettata tal-għoti tal-kwittanza lill-istituzzjonijiet, lill-korpi u lill-organi kollha tal-Unjoni, u billi l-Kummissjoni taqbel li l-prattika li tingħata l-kwittanza lil kull istituzzjoni, korp u organu tal-Unjoni għan-nefqa amministrattiva tagħhom għandha tkompli tiġi segwita;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi, skont l-Artikolu 59(1) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha tagħti lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni s-setgħat meħtieġa għall-implimentazzjoni tat-taqsimiet tal-baġit li huma relatati magħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi, mill-kwittanza tal-baġit tal-2009, in-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-Kunsill fil-proċedura ta’ kwittanza rriżulta fir-rifjut tal-Parlament li jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-Kunsill Ewropew u l-Kunsill, bħala istituzzjonijiet tal-Unjoni u riċevituri tal-baġit ġenerali tal-Unjoni, għandhom ikunu trasparenti u responsabbli b’mod demokratiku lejn iċ-ċittadini tal-Unjoni u soġġetti għal skrutinju demokratiku tal-infiq tal-fondi pubbliċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-Artikolu 15(3) tat-TFUE jirrikjedi lill-istituzzjonijiet tal-UE li jiżguraw, fir-Regoli ta’ Proċedura tagħhom, li l-proċedimenti tagħhom ikunu trasparenti, filwaqt li f’diversi inkjesti u deċiżjonijiet tiegħu l-Ombudsman ikkritika lill-Kunsill għan-nuqqas ta’ trasparenza tiegħu, u dan jissuġġerixxi li l-Kunsill naqas kompletament milli jifhem ir-rabta kritika bejn id-demokrazija u t-trasparenza fit-teħid tad-deċiżjonijiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tikkonferma d-dritt tal-kontribwenti u tal-pubbliku li jinżammu infurmati dwar l-użu tad-dħul pubbliku u li l-Qorti Ġenerali, fis-sentenza tagħha tal-25 ta’ Jannar 2023 fil-Kawża T-163/21<FOOTNOTE><FIELD> Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Jannar 2023, <STRING ITALIC="on">De Capitani vs Il-Kunsill</STRING>, T-163/21, CLI:EU:T:2023:15.</FIELD></FOOTNOTE>, <STRING ITALIC="on">De Capitani vs Il-Kunsill</STRING>, iddikjarat dwar it-trasparenza fil-proċess leġiżlattiv tal-Unjoni li d-dokumenti prodotti mill-Kunsill fil-gruppi ta’ ħidma tiegħu mhumiex ta’ natura teknika iżda huma ta’ natura leġiżlattiva u għalhekk huma soġġetti għal talbiet ta’ aċċess għal dokumenti;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jinnota li l-baġit tal-Kunsill jaqa’ taħt l-intestatura 7 tal-QFP, “Amministrazzjoni pubblika Ewropea”, li ammonta għal EUR 12,3-il biljun fl-2023 (jiġifieri 6,4 % tal-baġit totali tal-Unjoni); jinnota li l-baġit tal-Kunsill ta’ madwar EUR 0,6 biljun jirrappreżenta madwar 5,2 % tan-nefqa amministrattiva totali tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-Qorti Ewropea tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-Rapport Annwali tagħha għas-sena finanzjarja 2023, analizzat kampjun ta’ 70 tranżazzjoni taħt “Amministrazzjoni”, jiġifieri 10 tranżazzjonijiet aktar minn dawk li ġew analizzati fl-2022; jinnota wkoll li l-Qorti tikteb li n-nefqa amministrattiva tinkludi n-nefqa fuq ir-riżorsi umani, inkluża n-nefqa fuq il-pensjonijiet, li fl-2023 kienet tammonta għal madwar 70 % tan-nefqa amministrattiva totali, u n-nefqa fuq il-bini, it-tagħmir, l-enerġija, il-komunikazzjonijiet u t-teknoloġija tal-informazzjoni, u li l-ħidma tagħha tul ħafna snin tindika li, b’mod ġenerali, dan l-infiq huwa ta’ riskju baxx;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota li 21 (30 %) mis-70 tranżazzjoni kien fihom żbalji iżda l-Qorti, abbażi tal-ħames żbalji li ġew ikkwantifikati, tistma li l-livell ta’ żbalji kien taħt il-livell limitu ta’ materjalità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jinnota li l-Qorti, fir-Rapport Annwali tagħha għas-sena finanzjarja 2023, għamlet osservazzjoni dwar it-tul ta’ żmien ta’ kuntratt qafas ta’ manutenzjoni tal-bini mogħti mill-Kunsill; jinnota li l-Qorti ma identifikat l-ebda żball kwantifikabbli fl-erba’ pagamenti eżaminati li jirrigwardaw il-Kunsill;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Is-sitwazzjoni attwali tal-proċedura ta’ kwittanza</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jesprimi dispjaċir kbir dwar il-fatt li mill-2009, u għal darb’oħra għas-sena finanzjarja 2022, il-Parlament kellu jirrifjuta li jagħti kwittanza lill-Kunsill minħabba li dan għadu jirrifjuta li jikkoopera mal-Parlament dwar il-proċedura ta’ kwittanza, u dan jipprevjeni lill-Parlament milli jieħu deċiżjoni infurmata bbażata fuq skrutinju serju u bir-reqqa tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jinnota li, fl-20 ta’ Settembru 2024, is-servizzi rilevanti tal-Parlament, f’isem ir-rapporteur għall-proċedura ta’ kwittanza, bagħtu kwestjonarju lis-Segretarjat tal-Kunsill b’90 mistoqsija importanti għall-Parlament sabiex jingħata lok għal skrutinju bir-reqqa tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill u tal-ġestjoni tal-Kunsill; jinnota wkoll li ntbagħtu kwestjonarji simili lill-istituzzjonijiet l-oħra kollha, li kollha kemm huma pprovdew lill-Parlament tweġibiet dettaljati għall-mistoqsijiet kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jesprimi dispjaċir dwar il-fatt li, fit-23 ta’ Settembru 2024, is-Segretarjat informa għal darb’oħra lill-Parlament li ma kienx se jwieġeb il-kwestjonarju tal-Parlament u li l-Kunsill ma kienx se jipparteċipa fis-seduta ta’ smigħ organizzata fit-12 ta’ Novembru 2024 bħala parti mill-proċess ta’ kwittanza, li pparteċipaw fiha l-istituzzjonijiet l-oħra kollha mistiedna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Itenni l-prerogattiva tal-Parlament li jagħti kwittanza skont l-Artikolu 319 tat-TFUE kif ukoll id-dispożizzjonijiet applikabbli tar-Regolament Finanzjarju u tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament f’konformità mal-interpretazzjoni u l-prattika attwali, jiġifieri s-setgħa li jagħti l-kwittanza sabiex tinżamm it-trasparenza u tiġi żgurata responsabbiltà demokratika fil-konfront tal-kontribwenti tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jissottolinja li l-Artikolu 59(1) tar-Regolament Finanzjarju jiddikjara li l-Kummissjoni għandha tagħti lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni s-setgħat meħtieġa għall-implimentazzjoni tat-taqsimiet tal-baġit li huma relatati magħhom u, għalhekk, isibha inkomprensibbli li l-Kunsill jemmen li huwa xieraq li għandha tingħata kwittanza lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jisħaq fuq il-prattika stabbilita sew u rispettata segwita mill-Parlament għal aktar minn għoxrin sena li ilu jagħti l-kwittanza lill-istituzzjonijiet, lill-korpi u lill-organi kollha tal-Unjoni, inkluż il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill; itenni li l-Kummissjoni ddikjarat in-nuqqas ta’ kapaċità tagħha li tissorvelja l-implimentazzjoni tal-baġits tal-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni; jenfasizza l-fehma mtennija tal-Kummissjoni li l-prattika li tingħata kwittanza lil kull istituzzjoni tal-Unjoni għan-nefqa amministrattiva tagħha u għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE għandha tkompli tiġi segwita direttament mill-Parlament, sabiex tiġi preżervata l-konformità mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jenfasizza li s-sitwazzjoni attwali timplika li l-Parlament jista’ biss jivverifika r-rapporti tal-Qorti u tal-Ombudsman kif ukoll l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-Kunsill, minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni persistenti tal-Kunsill fil-konfront tal-Parlament; jissottolinja li dan in-nuqqas ta’ kooperazzjoni jdgħajjef il-kapaċità tal-Parlament li jwettaq b’mod effettiv ir-rwol tiegħu ta’ sorveljanza u li jieħu deċiżjoni infurmata dwar l-għoti tal-kwittanza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jiddeplora l-fatt li l-Kunsill, għal aktar minn għaxar snin, wera li ma għandu l-ebda rieda politika li jikkollabora mal-Parlament fil-kuntest tal-proċedura annwali ta’ kwittanza; jissottolinja li din l-attitudni kellha effett negattiv dejjiemi fuq iż-żewġ istituzzjonijiet, skreditat il-ġestjoni u l-iskrutinju demokratiku tal-baġit tal-Unjoni u għamlet ħsara lill-fiduċja taċ-ċittadini fl-Unjoni bħala entità trasparenti; jissottolinja li l-Kunsill jeħtieġlu jaderixxi mal-istess standards ta’ responsabbiltà li jistenna minn istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Itenni li r-rifjut kontinwu tal-Kunsill li jinvolvi ruħu fil-proċedura ta’ kwittanza huwa ksur inaċċettabbli tar-responsabbiltà demokratika. Jitlob emendi legali u proċedurali biex l-approprjazzjonijiet baġitarji jiġu miżmuma fil-każ ta’ kwalunkwe istituzzjoni tal-Unjoni li tonqos milli tikkonforma mal-obbligi tat-trasparenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Itenni li l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tappoġġja d-dritt tal-kontribwenti u tal-pubbliku li jinżammu infurmati dwar l-użu tad-dħul pubbliku; jitlob, għalhekk, rispett sħiħ għall-prerogattiva u r-rwol tal-Parlament bħala garanti tal-prinċipju tar-responsabbiltà demokratika; jistieden lill-Kunsill isegwi kif xieraq ir-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Parlament fil-kuntest tal-proċedura ta’ kwittanza u jinsisti fuq l-applikazzjoni sħiħa tal-Artikolu 14(1) TUE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jistieden lill-Kunsill ikompli n-negozjati mal-Parlament mingħajr dewmien bla bżonn u jinvolvi ruħu b’mod attiv mal-Parlament fl-ogħla livell u malajr kemm jista’ jkun, bl-involviment tas-Segretarji Ġenerali u tal-Presidenti taż-żewġ istituzzjonijiet, sabiex jintemm l-impass u tinstab soluzzjoni dejjiema għall-problema tal-kwittanza, filwaqt li jiġu rrispettati r-rwoli rispettivi tal-Parlament u tal-Kunsill fil-proċedura ta’ kwittanza u jiġu żgurati t-trasparenza, il-kredibbiltà u l-kontroll demokratiku xieraq tal-implimentazzjoni tal-baġit; jitlob li s-servizzi legali tal-Kummissjoni u tal-Kunsill jipprovdu opinjoni dwar il-potenzjal ta’ soluzzjonijiet bbażati fuq it-Trattat biex jinfurzaw ir-responsabbiltà tal-Kunsill fil-proċedura ta’ kwittanza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jenfasizza l-fatt li filwaqt li s-sitwazzjoni attwali trid tittejjeb permezz ta’ kooperazzjoni interistituzzjonali aħjar fil-qafas tat-Trattati, reviżjoni tat-Trattati tista’ tagħmel il-proċedura ta’ kwittanza aktar ċara u trasparenti billi tagħti lill-Parlament il-kompetenza espliċita biex jagħti l-kwittanza lill-istituzzjonijiet, lill-korpi u lill-organi kollha tal-Unjoni fuq bażi individwali; jenfasizza, madankollu, li sakemm isir rieżami bħal dan, is-sitwazzjoni attwali trid tittejjeb permezz ta’ kooperazzjoni interistituzzjonali msaħħa; iħeġġeġ f’dan is-sens lill-Kunsill jinvolvi ruħu b’mod attiv mal-Parlament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jinnota li minkejja li l-Kunsill ma riedx jikkoopera fil-proċedura ta’ kwittanza, il-Parlament madankollu jisħaq fuq xi prijoritajiet politiċi u jistabbilixxi xi osservazzjonijiet dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja tal-Kunsill u osservazzjonijiet oħra rilevanti għall-proċedura ta’ kwittanza f’dan ir-rapport;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jinnota li, minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-Kunsill mal-Parlament, l-osservazzjonijiet fit-taqsimiet li ġejjin jibbażaw primarjament fuq informazzjoni aggregata disponibbli għall-pubbliku, li tipprovdi dettalji limitati;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Prijoritajiet politiċi</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jesprimi dispjaċir dwar il-fatt li l-Kunsill jeżerċita l-prerogattiva tiegħu fil-proċeduri ta’ nomina u ħatra għal ħafna istituzzjonijiet, korpi u organi tal-Unjoni mingħajr ma jqis il-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati jew ir-rakkomandazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jinnota t-tradizzjoni tal-Kunsill li ma jqajjimx dubji dwar il-ħatriet tal-Istati Membri individwali għall-biċċa l-kbira tal-karigi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Ifakkar li skont l-Artikolu 286(2) tat-TFUE, il-Kunsill jaħtar il-membri tal-Qorti tal-Awdituri, skont il-proposti magħmula minn kull Stat Membru, wara konsultazzjoni mal-Parlament; ifakkar li, abbażi ta’ dan il-prerekwiżit, il-Parlament jagħti opinjoni dwar il-kandidati; jiddispjaċih li l-Kunsill ripetutament injora r-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament fir-rwol konsultattiv tiegħu rigward il-ħatra tal-membri tal-Qorti; ifakkar li għalkemm l-opinjoni tal-Parlament mhijiex vinkolanti fuq il-Kunsill, il-kandidati li rċevew opinjoni mhux favorevoli rtiraw il-kandidaturi tagħhom billi aċċettaw id-deċiżjoni tal-Parlament, u b’hekk irrikonoxxew ir-rwol tal-Parlament bħala l-awtorità superviżorja demokratika marbuta mas-salvagwardja tal-baġit tal-Unjoni; jistieden lill-Kunsill jirrikonoxxi r-rwol tal-Parlament billi jikkoopera fil-proċedura ta’ kwittanza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Ifakkar li l-imħallfin u l-avukati ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jinħatru bi qbil komuni tal-gvernijiet tal-Istati Membri wara konsultazzjoni ma’ bord responsabbli biex jagħti opinjoni dwar l-adegwatezza tal-kandidati prospettivi biex iwettqu d-dmirijiet ikkonċernati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jistieden lill-Presidenzi b’rotazzjoni tal-Kunsill jieqfu jużaw l-isponsorizzazzjoni korporattiva biex tikkontribwixxi ħalli tkopri l-ispejjeż tagħhom peress li dan jissogra li joħloq kunflitti ta’ interess, f’konformità mal-konklużjonijiet tal-workshop li sar mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament fis-27 ta’ Ġunju 2023; jinnota li, fid-deċiżjoni tagħha tad-9 ta’ Settembru 2024 dwar l-inizjattiva strateġika dwar l-isponsorizzazzjoni tal-presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, l-Ombudsman Ewropew ħeġġet lill-Kunsill biex iqis kif ġew implimentati r-regoli mhux vinkolanti adottati mill-Kunsill għall-użu tal-isponsorizzazzjoni mill-presidenza tiegħu (il-Gwida) u jesplora miżuri possibbli oħra li jistgħu jgħinu biex jimmitigaw ir-riskji assoċjati mal-użu tal-isponsorizzazzjoni; itenni l-appell tiegħu lill-Kunsill biex jipprovdi baġit lill-Presidenzi tal-Kunsill ħalli jiżguraw standards adegwati u uniformi ta’ effiċjenza u effikaċja fil-ħidma tal-Kunsill b’mod ġenerali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar l-użu ħażin min-naħa tal-gvern Ungeriż tar-rwol tiegħu fil-Presidenza tal-UE biex isegwi impenji bilaterali li jikkontradixxu l-valuri ewlenin tal-Unjoni, bħal-laqgħat tal-Prim Ministru Viktor Orbán mal-President Russu Vladimir Putin, minkejja s-sanzjonijiet tal-Unjoni u l-mandat ta’ arrest tal-Qorti Kriminali Internazzjonali kontra Valdimir Putin għal delitti tal-gwerra; jinnota b’allarm impenji simili ma’ mexxejja awtoritarji oħra, li jdgħajfu l-kredibbiltà tal-UE; jistieden lill-Kunsill jikkundanna bil-qawwa tali azzjonijiet u jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura li l-Istati Membri li jkollhom il-Presidenza jaġixxu f’allinjament mal-prinċipji tal-UE, filwaqt li jissalvagwardjaw l-integrità u l-valuri tal-Unjoni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Ġestjoni baġitarja u finanzjarja</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jesprimi dispjaċir dwar il-fatt li l-baġit tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill ma nqasamx f’żewġ baġits separati b’mod ċar kif irrakkomandat mill-Parlament f’riżoluzzjonijiet ta’ kwittanza preċedenti sabiex jittejbu t-trasparenza u r-responsabbiltà, mhux l-anqas rigward il-Kunsill Ewropew, peress li bħalissa huwa impossibbli li tinkiseb informazzjoni affidabbli rigward l-ispejjeż tiegħu; jenfasizza l-importanza ta’ data affidabbli għal kontroll oġġettiv; jappella għall-konformità mar-rakkomandazzjoni tal-awtorità ta’ kwittanza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jinnota li l-baġit tal-Kunsill kien ta’ EUR 647 908 757 għall-2023, li jirrappreżenta żieda ta’ 6 % meta mqabbel mal-2022, li hija ogħla miż-żieda ta’ 2,3 % bejn l-2021 u l-2022; jinnota li din iż-żieda hija prinċipalment relatata mar-reviżjoni tal-parametri tal-aġġornament tas-salarji minħabba l-inflazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jinnota li r-rata ġenerali ta’ implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill fl-2023 kienet ta’ 97,0 %; jinnota li kważi EUR 20 miljun f’approprjazzjonijiet ġew ikkanċellati fl-aħħar tal-2023, li nofshom oriġinaw mil-linja baġitarja tan-nefqa tal-persunal;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jinnota li, f’konformità mal-Artikolu 29 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kunsill wettaq 41 trasferiment baġitarju fl-2023 għal ammont akkumulat ta’ EUR 6,5 miljun; jinnota wkoll li tlieta minn dawk it-trasferimenti kienu jirrikjedu li l-awtorità baġitarja tkun infurmata f’konformità mal-Artikolu 29(2), għall-fini li jissaħħu diversi linji baġitarji inklużi “Xogħol ta’ sistemazzjoni u ta’ installazzjoni”, “Ilma, gass, elettriku u tisħin”, “Akkwist ta’ tagħmir u software” u “Spejjeż ta’ kiri, manutenzjoni u tiswija ta’ karozzi tas-servizz”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>	Jistieden lill-Kunsill jippubblika rendikont annwali tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tar-rappreżentanza tal-uffiċjali għolja, inkluż il-President tal-Kunsill Ewropew, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u s-Segretarjat, f’format faċli għall-utent u aċċessibbli għall-pubbliku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jinnota li l-approprjazzjonijiet riportati mill-2023 għall-2024 ammontaw għal EUR 85,5 miljun li jkopru prinċipalment is-sistemi tal-kompjuter, l-ispiża tal-interpretazzjoni pprovduta fl-2023, li għaliha għadu ma ntlaħaqx qbil dwar il-fatturi mas-servizzi tal-Kummissjoni Ewropea fiż-żmien tal-għeluq, il-bini, l-informazzjoni u l-komunikazzjoni, it-tagħmir awdjoviżiv u tal-konferenzi, nefqa oħra tal-persunal: u t-trasport;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>	Jesprimi tħassib dwar mekkaniżmi ta’ kontroll insuffiċjenti rigward l-użu mill-Kunsill ta’ servizzi ta’ konsulenza u ta’ kuntratturi esterni; jitlob divulgazzjoni sħiħa tal-kuntratti kollha li jaqbżu l-EUR 50 000, b’dettalji dwar il-kamp ta’ applikazzjoni, ir-riżultati tanġibbli, u l-entitajiet li rebħu l-kuntratti, biex jiġi prevenut l-użu ħażin potenzjali tal-fondi pubbliċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jinnota li ż-żmien medju għall-pagamenti tal-fatturi naqas minn 18 għal 13-il jum mill-2022 għall-2023, ferm anqas mil-limitu massimu ta’ 30 jum, u b’hekk ġie evitat l-imgħax fuq il-pagamenti tard;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jinnota li l-ispejjeż tal-missjonijiet, li jinkludu kemm l-ispejjeż tal-missjonijiet tas-Segretarjat kif ukoll l-ispejjeż tal-missjonijiet tal-persunal relatati mal-Kunsill Ewropew, żdiedu b’25 % bejn l-2022 u l-2023, u li l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tad-delegazzjonijiet imġarrba mill-Presidenzi u mid-delegazzjonijiet nazzjonali żdiedu b’36,6 % matul l-istess perjodu; jistieden lill-Kunsill jivvaluta din iż-żieda sinifikanti fin-nefqa tal-missjonijiet; fin-nuqqas ta’ aċċess għal informazzjoni dettaljata, iħeġġeġ lill-Kunsill juża dawn ir-riżorsi fl-ispirtu ta’ ġestjoni finanzjarja tajba;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Ġestjoni interna, prestazzjoni u kontroll intern</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jinnota li l-Kunsill stabbilixxa objettivi għall-prestazzjoni tal-baġit tiegħu fl-2023, jiġifieri li jiżgura t-teħid ta’ deċiżjonijiet li għaddej bħalissa fil-Kunsill Ewropew u fil-Kunsill; li jiżgura appoġġ kontinwu għall-Kunsill Ewropew u għall-Kunsill permezz tal-użu effettiv u effiċjenti tar-riżorsi finanzjarji, b’mod partikolari fid-dawl tal-pressjoni persistenti tal-inflazzjoni u ż-żidiet fil-prezzijiet li jirriżultaw minħabba l-indiċjar tal-kuntratti u li jkompli jipproċedi bil-proċess ta’ modernizzazzjoni diġitali amministrattiva bl-objettiv li tittejjeb il-kwalità tal-organizzazzjoni tas-Segretarjat u l-użu xieraq tar-riżorsi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jinnota li, sabiex jiżgura l-użu effiċjenti tal-baġit tiegħu fl-2023, is-Segretarjat kompla jtejjeb il-proċessi ta’ ġestjoni finanzjarja tiegħu, b’mod partikolari abbażi tar-rakkomandazzjonijiet ta’ għadd ta’ task forces interni; jilqa’, b’mod partikolari, l-għodod il-ġodda ta’ prestazzjoni, bħall-inklużjoni tar-riżorsi umani u l-elementi tal-ħiliet fl-eżerċizzju ta’ ppjanar integrat tal-ġestjoni, id-diġitalizzazzjoni sħiħa tal-flussi tax-xogħol finanzjarji u l-introduzzjoni tal-firma elettronika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jilqa’ l-użu akbar tad-data fit-teħid tad-deċiżjonijiet, b’mod partikolari abbażi tad-dashboard finanzjarju ta’ kull xahar, li juri indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni fis-servizzi tas-Segretarjat u fid-dashboard tal-Maniġers b’informazzjoni intuwittiva ewlenija mid-data tar-riżorsi umani sabiex jiġu ffaċilitati l-ġestjoni u d-deċiżjonijiet ta’ kuljum fil-qasam tar-riżorsi umani;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jinnota li s-Segretarjat organizza 4 429 laqgħa fl-2023, li kienu relattivament stabbli meta mqabbla mal-2022; jinnota wkoll li l-għadd ta’ laqgħat fiżiċi żdied bi 11 % meta mqabbel mal-2022, filwaqt li l-għadd ta’ laqgħat li saru b’vidjokonferenza jew f’modalità ibrida naqas sostanzjalment, b’aktar minn 60 %;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jinnota li s-Segretarjat nieda 17-il proċedura ta’ akkwist miftuħa, 12-il proċedura nnegozjata ġdida, kif ukoll 21 proċedura interistituzzjonali (kwalunkwe valur) bil-Kunsill mhux fit-tmexxija; jinnota li, sa tmiem l-2023, ġew iffirmati 41 kuntratt, meta mqabbla ma’ 42 fl-2022, u kienet qed issir ħidma fuq 47 Lott (kwalunkwe kategorija); jinnota li l-kuntratti ngħataw għal ammont totali ta’ EUR 124,1 miljun fl-2023, li jikkorrispondi għal 19,15 % tal-baġit annwali tal-Kunsill; jinnota, li mill-ammont totali kkuntrattat, 0,5 % ġew impenjati f’kuntratti ta’ valur baxx u medju, 58 % f’kuntratti speċifiċi fl-ambitu ta’ kuntratti qafas fejn il-Kunsill huwa l-unika awtorità kontraenti u 69,5 % f’kuntratti speċifiċi mogħtija fl-ambitu ta’ kuntratti qafas interistituzzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jinnota li l-Kunsill bagħat ir-rapport annwali tiegħu dwar l-awditi interni mwettqa fl-2023 lill-awtorità ta’ kwittanza, f’konformità mal-Artikolu 118 tar-Regolament Finanzjarju; jinnota li, fi tmiem l-2023, 81 % tar-rakkomandazzjonijiet maħruġa matul is-snin 2020-2022 kienu ġew implimentati, 18 % kienu għadhom miftuħa u għal 1 %, ir-riskju kien ġie aċċettat mill-maniġment jew ir-rakkomandazzjonijiet ma kinux għadhom applikabbli; jinnota li erba’ awditi interni ppjanati fil-programm ta’ ħidma tal-2023 ġew konklużi matul is-sena, waqt li tnejn kienu għadhom għaddejjin fi tmiem l-2023; jinnota li l-awditur intern ħareġ rakkomandazzjonijiet ta’ prijorità għolja fi tliet awditi tal-programm ta’ ħidma tal-2023 relatati mas-servizzi tat-trasport, is-servers tal-IOLAN u s-servizzi ewlenin u s-sistemi tal-punti terminali tal-IOLAN;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Riżorsi umani, ugwaljanza u benesseri tal-persunal</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jinnota li minn 3 116-il membru tal-persunal fi tmiem l-2023, 79 % kienu persunal permanenti, 12,8 % kienu persunal temporanju, 7,2 % kienu aġenti kuntrattwali u 1 % kienu esperti nazzjonali sekondati; jinnota li fl-2023 it-tqassim mill-ġdid tal-persunal permanenti u temporanju bejn il-kategoriji tal-impjiegi baqa’ stabbli, b’1 474,25 amministratur (AD), 1 159 assistent (AST) u 230 segretarju (AST-SC), meta mqabbla mal-1 519, 1 284 u 190 fl-2022; jinnota li r-rata ta’ okkupazzjoni tat-tabella tal-persunal kienet ta’ 97,4 % fi tmiem l-2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>	Jinnota li, minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-Kunsill mal-Parlament, l-osservazzjonijiet f’din it-taqsima huma bbażati primarjament fuq informazzjoni aggregata ppubblikata fuq is-sit web tal-Kunsill, li tipprovdi dettalji limitati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jinnota l-inizjattivi l-oħra meħuda mis-Segretarjat biex isir post tax-xogħol b’aktar diversità u inklużjoni; jilqa’ l-fatt li l-Kunsill ingħata l-premju tal-Ombudsman tal-2023 għal Amministrazzjoni Tajba fil-kategorija “Eċċellenza fid-diversità u l-inklużjoni” għall-Programm ta’ Azzjoni Pożittiva għal Trainees b’Diżabbiltà li kien ifisser li 6 trainees b’diżabbiltà ġew ospitati fis-Segretarjat fl-2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jesprimi dispjaċir dwar in-nuqqas ta’ informazzjoni disponibbli għall-pubbliku dwar il-ġeneru u d-distribuzzjoni ġeografika tal-persunal fis-Segretarjat; jistieden lill-Kunsill jipprovdi informazzjoni lill-Parlament dwar il-bilanċ bejn il-ġeneri, id-distribuzzjoni ġeografika u d-diżabbiltajiet tal-membri tal-persunal tiegħu u dwar il-politiki interni relatati; iħeġġeġ lill-Kunsill jippromwovi l-bilanċ ġeografiku tal-persunal tiegħu billi joffri grupp usa’ ta’ kandidati mill-Istati Membri sottorappreżentati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jilqa’ l-isforzi tas-Segretarjat fl-2023 biex jattira u jżomm forza tax-xogħol kwalifikata u iżgħar bħala età permezz ta’ diversi inizjattivi bħar-reklutaġġ ta’ tmien amministraturi ta’ politika subalterni fl-ambitu tal-programm il-ġdid Junior Policy Team, ir-reviżjoni tar-regoli dwar il-mobbiltà interna u l-parteċipazzjoni ta’ 41 membru tal-persunal tas-Segretarjat f’Eżerċizzju ta’ Job Shadowing Interistituzzjonali; jafferma li t-traineeships għandhom jiġu remunerati f’konformità mar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Ġunju 2023 dwar Traineeships ta’ Kwalità fl-Unjoni (2020/2005 INL), li titlob li l-internships kollha fl-Ewropa għandhom ikunu mħallsa; jesprimi dispjaċir dwar in-nuqqas ta’ informazzjoni rigward l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Branding tal-Impjegatur tal-Kunsill, imħejji fl-2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jinnota li, fl-2023, il-pjan ta’ Prevenzjoni tar-Riskji Psikosoċjali tal-2020-2023 kien is-suġġett ta’ rieżami, li r-riżultati tiegħu tqiesu fit-tħejjija ta’ pjan ġdid għall-Prevenzjoni tar-Riskji u fl-aġġornament tal-Pjan ta’ Intervent Psikosoċjali bħala parti mill-inizjattivi tal-Kunsill biex jippromwovi l-benesseri tal-persunal, kemm individwalment kif ukoll bħala timijiet jew unitajiet; jinnota li ġew offruti diversi forom ta’ appoġġ u korsijiet lill-membri tal-persunal u lill-maniġers tas-Segretarjat, bħal sessjoni ta’ taħriġ ta’ ġestjoni ddedikata dwar is-sikurezza psikoloġika, Gwida għall-Maniġers dwar is-saħħa mentali, workshops speċifiċi dwar il-prevenzjoni tar-riskji psikosoċjali organizzati fuq talba u workshops dwar il-ġestjoni tal-istress għall-Presidenza tal-Kunsill Spanjola u dik Belġjana;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jinnota li s-Segretarjat lesta l-proġett pilota Modi Ġodda ta’ Ħidma (NWOW), li tnieda fl-2018, u wettaq evalwazzjoni li tipprovdi informazzjoni intuwittiva siewja speċjalment f’termini ta’ komunikazzjoni dwar il-bidla, l-involviment tal-utenti u l-involviment tal-persunal fil-proċessi tal-bidla; jinnota li l-Kunsill qasam r-riżultati tal-proġett pilota ma’ organizzazzjonijiet oħra li jwettqu programmi simili; jistieden lill-Kunsill jaqsam ukoll it-tagħlimiet meħuda mal-awtorità ta’ kwittanza;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Qafas etiku u trasparenza</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jesprimi dispjaċir dwar il-fatt li żewġ komponenti ewlenin tal-qafas etiku tal-Kunsill, il-“Gwida għall-Etika u l-Kondotta” għall-persunal tas-Segretarjat u l-“Kodiċi ta’ Kondotta għall-President tal-Kunsill Ewropew”, huma disponibbli fuq is-sit web tal-Kunsill mingħajr gwida ulterjuri jew data tal-pubblikazzjoni; jikkritika l-fatt li, minkejja diversi talbiet mill-Parlament, il-kodiċi ta’ kondotta għall-President tal-Kunsill Ewropew ma ġiex allinjat ma’ dawk tal-Parlament u tal-Kummissjoni, b’mod partikolari f’termini ta’ attivitajiet ta’ wara tmiem il-mandat; jitlob li jiġu rettifikati minnufih in-nuqqasijiet imsemmija hawn fuq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>	Itenni li l-imġiba etika tikkontribwixxi għal ġestjoni finanzjarja tajba u żżid il-fiduċja pubblika u li, kif enfasizzat mill-Qorti fir-Rapport Speċjali tagħha Nru 13/2019, jeżisti lok għal titjib fl-oqfsa etiċi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni; ifakkar b’mod partikolari fir-rakkomandazzjoni maħruġa mill-Qorti rigward it-titjib tal-qafas etiku tal-Kunsill; jesprimi tħassib dwar in-nuqqas ta’ qafas etiku komuni tal-Unjoni li jirregola l-ħidma tar-rappreżentanti tal-Istati Membri fil-Kunsill kif identifikat mill-Qorti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jinnota li, bħala parti mill-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 23/2021 tas-Segretarju Ġenerali dwar il-fastidju psikoloġiku u sesswali fuq il-post tax-xogħol, ittieħdu diversi azzjonijiet fl-2023 bħall-pubblikazzjoni fuq l-intranet tas-Segretarjat tal-Gwida għall-prevenzjoni tal-fastidju fuq il-post tax-xogħol, attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni għal persunal ġdid fir-rigward tal-approċċ ta’ tolleranza żero tal-Kunsill u l-organizzazzjoni ta’ taħriġ obbligatorju dwar il-ġlieda kontra l-fastidju u l-imġiba mhux xierqa għall-maniġers u għall-membri tal-persunal ġodda b’responsabbiltajiet maniġerjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jinnota li s-Segretarjat jippubblika rapport annwali b’informazzjoni rigward l-attivitajiet tax-xogħol ta’ eks uffiċjali għolja tas-Segretarjat wara li jħallu s-servizz f’konformità mal-Artikolu 16, it-tielet u r-raba’ paragrafu, tar-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; jinnota li, skont ir-rapport dwar l-2023, eks uffiċjal anzjan iddikjara l-intenzjoni tiegħu li jinvolvi ruħu f’attivitajiet tax-xogħol anqas minn 12-il xahar wara li telaq u ngħata permess mill-Awtorità tal-Ħatra biex jinvolvi ruħu f’attività waħda soġġetta għal ċerta kundizzjoni li kellha l-għan li tirrispetta l-perjodu ta’ mitigazzjoni tal-Artikolu 16, it-tieni paragrafu tar-Regolamenti tal-Persunal;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>	Iħeġġeġ lill-Kunsill jistabbilixxi regoli aktar stretti dwar l-impjieg wara t-terminu għall-uffiċjali għolja, inkluż perjodu estiż ta’ preklużjoni u ta’ divulgazzjoni pubblika obbligatorja tal-affiljazzjonijiet tas-settur privat; jistieden lill-Kunsill jagħmel il-parteċipazzjoni tar-Rappreżentanzi Permanenti tal-Istati Membri fir-Reġistru tat-Trasparenza tal-UE obbligatorja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jesprimi dispjaċir dwar il-fatt li l-parteċipazzjoni tar-Rappreżentanti Permanenti tal-Istati Membri fir-reġistru ta’ trasparenza obbligatorju, stabbilit bil-ftehim interistituzzjonali tal-20 ta’ Mejju 2021 bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni, hija kompletament volontarja peress li l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-kundizzjonalità titħalla għad-diskrezzjoni tar-Rappreżentanza Permanenti ta’ kull Stat Membru; jinnota li tmien Stati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni biss jirrispettaw l-aħjar prattika li tiġi applikata definizzjoni obbligatorja b’ambitu wiesa’ ta’ lobbist fil-qafas regolatorju tagħhom u jinsisti li r-Rappreżentanzi Permanenti kollha għandhom jieħdu sehem attiv fir-reġistru ta’ trasparenza obbligatorju qabel, matul u wara l-presidenza tal-Istat Membru tagħhom tal-Kunsill; jappella għal regoli tal-etika aktar qawwija u armonizzati dwar il-kunflitti ta’ interess, ir-revolving doors, u t-trasparenza tal-lobbjar; ifakkar il-pożizzjoni tal-Parlament li r-rappreżentanti tal-Istati Membri, li jibbenefikaw direttament minn sussidji tal-Unjoni permezz tan-negozji li huma proprjetarji tagħhom, ma għandhomx jitħallew jipparteċipaw f’diskussjonijiet u votazzjonijiet dwar il-politiki jew il-baġit relatati ma’ dawk is-sussidji; jiddispjaċih li l-Kunsill ma jużax għalkollox ir-reġistru ta’ trasparenza obbligatorju jew ma jaċċettax proposti għal titjib; itenni t-talba tiegħu lill-Kunsill biex iżomm lura milli jiltaqa’ ma’ lobbisti mhux reġistrati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>	Jesprimi dispjaċir dwar il-fatt li l-Kunsill ma jużax għalkollox ir-reġistru obbligatorju ta’ trasparenza lil hinn mil-limitazzjonijiet attwali tiegħu, u jirrifjuta kwalunkwe rakkomandazzjoni għal titjib; itenni l-appell tiegħu lill-Kunsill biex jirrifjuta li jiltaqa’ ma’ lobbisti mhux reġistrati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>	Iħeġġeġ lill-Kunsill jagħti mandat biex l-uffiċjali għolja kollha, inkluż ir-Rappreżentanti Permanenti u l-Kapijiet tad-Delegazzjoni, jiddivulgaw pubblikament il-laqgħat tagħhom ma’ gruppi ta’ interess u lobbisti f’reġistru ta’ trasparenza standardizzat, simili għall-obbligi imposti fuq il-Membri tal-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jesprimi dispjaċir kbir dwar il-fatt li l-Kunsill ikompli, b’mod sistematiku jżomm jew idewwem l-aċċess għad-dokumenti leġiżlattivi, u l-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fil-Kunsill għadu ’l bogħod milli jkun trasparenti għalkollox, u b’hekk ixekkel l-iskrutinju pubbliku tat-teħid tad-deċizjonijiet tiegħu, jolqot b’mod negattiv il-fiduċja taċ-ċittadini fl-Unjoni bħala entità trasparenti u jipperikola r-reputazzjoni tal-Unjoni kollha kemm hi; ifakkar u jappoġġja r-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman Ewropew dwar it-trasparenza tal-proċess leġiżlattiv tal-Kunsill fl-inkjesta strateġika OI/2/2017/TE; iħeġġeġ lill-Kunsill jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman u d-deċiżjonijiet rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea mingħajr dewmien żejjed; ifakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fis-sentenza tagħha fil-Kawża T-163/21, <STRING ITALIC="on">De Capitani vs Il-Kunsill</STRING>, issottolinjat li hija meħtieġa trasparenza leġiżlattiva aktar ċara mill-Kunsill sabiex jiġi żgurat l-aċċess għad-dokumenti leġiżlattivi, u dan jikkorrispondi għall-obbligu tal-Kunsill f’termini ta’ skrutinju pubbliku u responsabbiltà tal-koleġiżlaturi bħala l-bażi ta’ kwalunkwe leġittimità demokratika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jinsab imħasseb li, fl-2023, l-Ombudsman Ewropew għal darb’oħra stiednet lill-Kunsill jagħmel id-dokumenti leġiżlattivi disponibbli fi żmien li jippermetti lill-pubbliku jipparteċipa b’mod effettiv fid-diskussjonijiet; jinnota li l-Ombudsman Ewropew stiednet ukoll lill-Kunsill ikompli kemm jista’ jkun bl-isforzi tiegħu fir-rigward tal-għoti ta’ informazzjoni lill-pubbliku b’mod adegwat dwar il-miżuri restrittivi adottati kontra r-Russja; jilqa’ l-inkjesta strateġika mnedija mill-Ombudsman Ewropew fl-2023 dwar kif l-istituzzjonijiet jittrattaw it-talbiet ta’ aċċess pubbliku għad-dokumenti leġiżlattivi, b’mod partikolari abbażi ta’ sitt ilmenti reċenti indirizzati lill-Ombudsman dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti leġiżlattivi tal-Unjoni ttrattati mill-Kunsill;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jinnota li t-tim tal-Aċċess għad-Dokumenti rrapporta li huwa rċieva u wieġeb għadd aktar għoli mis-soltu ta’ talbiet għall-aċċess pubbliku għad-dokumenti fl-2023, 3 732 talba inizjali għall-aċċess għad-dokumenti u 40 applikazzjoni konfermatorja, li rrikjedew l-analiżi ta’ 13 912-il dokument; jinnota li, fost it-talbiet inizjali għall-aċċess, ingħata aċċess sħiħ għal 10 908 dokumenti (78,4 %) u ngħata aċċess parzjali għal 1 600 dokument (11,5 %), filwaqt li l-aċċess ġie rrifjutat għal 1 404 dokumenti (10,1 %) ; jinnota li għall-applikazzjonijiet konfermatorji, ingħata aċċess sħiħ għal 53 dokument u ngħata aċċess parzjali għal 45 dokument, filwaqt li l-aċċess ġie rrifjutat għal 48 dokument; jinnota li t-talbiet inizjali ġew ipproċessati, bħala medja, f’16-il jum ta’ xogħol u l-applikazzjonijiet konfermatorji fi 32 jum ta’ xogħol;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li, skont ir-rapporti annwali disponibbli għall-pubbliku, ma tressaq l-ebda każ ta’ frodi jew irregolarità għall-attenzjoni tal-uffiċjali awtorizzanti responsabbli b’delega matul l-2023, u każijiet ta’ dan it-tip lanqas ma kienu soġġetti għall-kompetenza tal-bord (l-Artikolu 143 tar-Regolament Finanzjarju) jew tal-OLAF;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Diġitalizzazzjoni</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jinnota li, fl-2023, is-Segretarjat kompla jsegwi l-għan tiegħu ta’ trasformazzjoni diġitali, f’konformità mal-prijoritajiet tiegħu tal-Istrateġija Diġitali għall-perjodu 2022-2025; jinnota li, minn 113-il proġett ta’ diġitalizzazzjoni fil-pjan ta’ ħidma annwali li jirrigwardaw, b’mod partikolari, il-qasam tas-servizzi kondiviżi, il-qasam tal-politika, il-qasam legali u l-qasam tat-IT, 37 % tlestew sal-aħħar tas-sena, 8 % ġew ikkanċellati jew amalgamati u 38 % kienu għadhom għaddejjin; jinnota li ġew organizzati korsijiet ta’ taħriġ aktar diversifikati, inklużi korsijiet speċifiċi dwar l-iffirmar elettroniku tal-kuntratti u għall-promozzjoni tal-FIORI, l-esperjenza l-ġdida tal-utenti tal-SAP;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>	Iħeġġeġ lill-Kunsill jaċċellera l-implimentazzjoni ta’ sistemi siguri ta’ votazzjoni diġitali u ta’ kondiviżjoni tad-dokumenti biex jissaħħu l-effiċjenza u r-responsabbiltà u jitnaqqsu l-proċessi mhux meħtieġa bbażati fuq il-karti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li, fl-2023, 97 % tal-fatturi ġew sottomessi b’mod elettroniku, l-istess bħal fl-2022; jirrikonoxxi li, fl-2023, bejn 30 u 40 % tal-ordnijiet ta’ xiri u tal-kuntratti ġew iffirmati elettronikament kull xahar u b’hekk sar progress sinifikanti lejn id-diġitalizzazzjoni sħiħa tal-fluss tax-xogħol finanzjarju, mit-tnedija ta’ proċeduri ta’ akkwist sal-ħlas tal-fatturi b’mod elettroniku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jinnota li, fl-2023, il-Kunsill ħa passi favur aċċessibbiltà diġitali akbar, b’mod partikolari permezz tal-pubblikazzjoni ta’ Gwida għall-Aċċessibbiltà Diġitali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Ċibersigurtà u protezzjoni tad-data</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jinnota li, fl-2023, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS) ħareġ Opinjoni Superviżorja f’konformità mal-Artikolu 57(1)(g) tar-Regolament (UE) 2018/1725 dwar il-ħtieġa li titwettaq valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data dwar il-proġett tas-Segretarjat rigward l-użu ta’ servizzi ċentralizzati ta’ analitika u rapportar tar-riżorsi umani u l-istabbiliment ta’ maħżen tad-data; jinnota li l-EDPS ma rrapporta l-ebda investigazzjoni jew ilment dwar il-Kunsill fl-2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>	Jesprimi tħassib dwar in-nuqqas ta’ salvagwardji robusti kontra s-sorveljanza u l-ġbir ta’ data minn partijiet terzi; jappella għal miżuri ta’ sigurtà msaħħa, inkluż il-kriptaġġ obbligatorju tad-data u awditi regolari tas-sigurtà tas-sistemi ta’ komunikazzjoni diġitali kollha użati mill-Kunsill;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Jinnota li, sabiex itejjeb is-sensibilizzazzjoni u t-tħejjija tal-persunal tiegħu fil-konfront taċ-ċibersigurtà, is-Segretarjat fassal u nieda diversi korsijiet ġodda ta’ taħriġ relatati mas-sigurtà tal-informazzjoni, il-kontrospjunaġġ u ċ-ċibersigurtà fl-2023; jinnota wkoll li ġew organizzati avvenimenti ta’ sensibilizzazzjoni dwar iċ-ċibersigurtà u s-sigurtà tal-informazzjoni matul ix-Xahar taċ-Ċibersigurtà f’Ottubru 2023;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Bini</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Jinnota li l-linja baġitarja 2011 għall-“Ilma, gass, elettriku u tisħin” issaħħet bi 33 % permezz ta’ trasferiment baġitarju fl-2023; jinnota li s-Segretarjat kompla jnaqqas il-konsum tal-enerġija tiegħu, permezz ta’ metodi bħat-tnaqqis tat-tisħin tal-bini u s-sostituzzjoni tal-bojlers fil-bini Justus Lipsius;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Jinnota li fl-2023 twettqu proġetti ewlenin tal-bini, bħar-rinnovazzjoni ta’ xi kmamar tal-laqgħat fil-binjiet LEX u Justus Lipsius, ir-rinnovazzjoni kontinwa tal-kurituri tal-uffiċċji fil-bini Justus Lipsius, it-titjib tal-faċilitajiet u l-infrastruttura għar-roti fil-bini tal-Kunsill u l-modernizzazzjoni tar-receptions ta’ Justus Lipsius;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Jesprimi dispjaċir dwar il-fatt li l-Kunsill għadu ma implimentax proċedura ta’ akkreditazzjoni simplifikata biex jiffaċilita l-aċċess tal-persunal tal-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni għall-bini tal-Kunsill; jistieden lill-Kunsill jimplimenta din il-miżura;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Ambjent u sostenibbiltà</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>69.</NO.P>Jinnota li, wara awditu estern imwettaq fl-2023, l-Iskema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali nżammet u li ċ-ċertifikati tar-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija ġew imġedda;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>70.</NO.P>Jinnota li, bħala parti mill-isforzi kontinwi ta’ prijorità għall-mobbiltà sostenibbli, il-faċilitajiet u l-infrastrutturi għar-roti fil-bini tas-Segretarjat ġew imtejba u mfassla apposta u ġew installati faċilitajiet ġodda tal-vidjokonferenzi fil-forma ta’ “kmamar biex tiltaqa’ fejn trid”, waqt li dawk eżistenti ġew rinnovati; jinnota wkoll li saru sforzi biex il-persunal u l-maniġers jiġu involuti fit-trasformazzjoni ekoloġika permezz ta’ taħriġ u ta’ azzjonijiet ta’ sensibilizzazzjoni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Kooperazzjoni interistituzzjonali</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>71.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Artikolu 319 tat-TFUE jiġi rivedut sabiex jistipula b’mod espliċitu li l-Parlament, minbarra li jagħti kwittanza lill-Kummissjoni, jagħti wkoll kwittanza lil istituzzjonijiet, korpi u organi oħra tal-Unjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tat-taqsimiet tagħhom tal-baġit jew tal-baġits tagħhom; jistieden lill-Kunsill jegħleb il-kunflitt interistituzzjonali u jerġa’ jibda t-taħditiet mal-Parlament Ewropew sabiex jintlaħaq ftehim komuni għat-tkomplija bla xkiel tal-proċedura ta’ kwittanza;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Komunikazzjoni</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>72.</NO.P>Jinnota li, fl-2023, il-baġit ġenerali għall-komunikazzjoni implimentat matul is-sena, filwaqt li jitqiesu t-trasferimenti, kien ta’ EUR 11 871 300, jiġifieri 3,54 % aktar mill-baġit tal-2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>73.</NO.P>Jinnota li s-Segretarjat jipprovdi servizzi ta’ komunikazzjoni lill-President tal-Kunsill Ewropew, li l-preżenza tiegħu fuq l-internet ġiet imġedda b’mod fundamentali fl-2022, lill-President tal-Grupp tal-Euro, lill-presidenza b’rotazzjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni /lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-Istati Membri u lis-Segretarjat; jinnota li l-2023 rat żieda sinifikanti fil-kollaborazzjoni bejn it-tim diġitali tas-Segretarjat u l-presidenzi, b’mod partikolari, koordinazzjoni editorjali mill-qrib wasslet għal sinerġiji akbar f’termini ta’ użu mill-ġdid tal-kontenut u komplementarjetà aħjar, li mmassimizzaw l-impatt ġenerali tal-komunikazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>74.</NO.P>Jinnota li, skont stħarriġ online li sar fl-aħħar trimestru tal-2023, 67 % tal-utenti kienu sodisfatti bl-esperjenza ġenerali tagħhom tas-sit web tal-Kunsill, li kellu aktar minn 23 miljun żjara fl-2023, jiġifieri żieda ta’ 1 % meta mqabbel mal-2022, u 57 900 abbonat, meta mqabbel ma’ 51 600 fl-2022.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>