<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0080</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Kwittanza 2023: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0050/2025 - Rapporteur: Cristian Terheş)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><NR>1.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Mejju 2025 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2023, Taqsima IV – Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (2024/2022(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2023<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 58, 23.2.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/budget/2023/1/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2023 (COM(2024)0272 – C10‑0070/2024)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/5462, 10.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5462/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-attività tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għall-2023 u r-rapport annwali tagħha dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għall-2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2023, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/5882, 9.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5882/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/6041, 10.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6041/oj.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2023 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1046/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikoli 59, 118, 260, 261 u 262 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikoli 59, 118, 266, 267 u 268 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 102 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A10-0050/2025),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jagħti l-kwittanza lir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Ombudsman Ewropew, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><RESOL><TI><NR>2.</NR> <STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Mejju 2025 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2023, Taqsima IV – Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (2024/2022(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2023, Taqsima IV – Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 102 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A10-0050/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kwittanza, l-awtorità ta’ kwittanza tixtieq tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ aktar il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta’ titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont u permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta’ baġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) hija l-istituzzjoni ġudizzjarja tal-Unjoni, li għandha l-kompitu li tiżgura l-konformità mad-dritt tal-Unjoni billi tissorvelja l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni uniformi tat-Trattati u tiżgura l-legalità tal-miżuri adottati mill-istituzzjonijiet, mill-korpi, u mill-organi tal-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-QĠUE tgħin biex jiġu ppreżervati l-valuri tal-Unjoni u, permezz tal-ġurisprudenza tagħha, taħdem lejn il-kostruzzjoni tal-Ewropa;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-QĠUE tinkludi żewġ qrati: il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-Parlament u l-Kunsill emendaw il-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-QĠUE (l-“Istatut”)<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2019 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 li jemenda l-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ĠU L, 2024/2019, 12.8.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2019/oj.</FIELD></FOOTNOTE> fl-2024 fir-rigward tat-trasferiment ta’ deċiżjonijiet preliminari f’oqsma speċifiċi għall-ġuriżdizzjoni tal-Qorti Ġenerali;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jinnota li l-baġit tal-QĠUE jaqa’ taħt l-intestatura 7 tal-QFP, “Amministrazzjoni pubblika Ewropea”, li kienet tammonta għal EUR 12,3 biljun fl-2023 (ammont li jirrappreżenta 6,4 % tal-baġit totali tal-Unjoni); jinnota li l-baġit tal-QĠUE ta’ madwar EUR 0,5 biljun jirrappreżenta madwar 3,9 % tan-nefqa amministrattiva totali tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinnota li l-Qorti Ewropea tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-Rapport Annwali tagħha għas-sena finanzjarja 2023 (ir-“rapport tal-Qorti”), eżaminat kampjun ta’ 70 tranżazzjoni taħt l-intestatura “Amministrazzjoni”, 10 aktar mill-għadd li kien eżaminat fl-2022; il-Qorti tiddikjara ulterjorment li n-nefqa amministrattiva tinkludi n-nefqa fuq ir-riżorsi umani inkluża n-nefqa fuq il-pensjonijiet, li fl-2023 kienet tammonta għal madwar 70 % tan-nefqa amministrattiva totali, u n-nefqa fuq il-bini, it-tagħmir, l-enerġija, il-komunikazzjonijiet u t-teknoloġija tal-informazzjoni (IT), u li l-ħidma tagħha tul bosta snin tindika li, b’mod ġenerali, dan l-infiq huwa ta’ riskju baxx;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota li 21 (30 %) mis-70 tranżazzjoni kien fihom żbalji iżda li l-Qorti, abbażi tal-ħames żbalji li ġew ikkwantifikati, tistma li l-livell ta’ żball kien taħt il-livell limitu ta’ materjalità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jinnota li r-rapport tal-Qorti ma identifika l-ebda kwistjoni speċifika dwar il-QĠUE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Ġestjoni baġitarja u finanzjarja</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jinnota li l-baġit allokat lill-QĠUE fl-2023 kien jammonta għal EUR 486 025 796, li jirrappreżenta żieda ta’ 3,9 % meta mqabbel mal-2022; jinnota li din iż-żieda kienet prinċipalment relatata mal-aġġustamenti tas-salarju previsti għall-2023; jisħaq li l-baġit tal-QĠUE huwa essenzjalment amministrattiv, b’madwar 75 % tal-approprjazzjonijiet relatati man-nefqa għall-membri u l-persunal tagħha, u kważi l-kumplament kollu relatat man-nefqa għall-bini u għall-IT;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jinnota li r-rata ta’ implimentazzjoni ġenerali tal-baġit fi tmiem l-2023 kienet 97,72 %. jinnota li ġew sottomessi ħames trasferimenti lill-awtorità baġitarja f’konformità mal-Artikolu 29 tar-Regolament Finanzjarju biex jissaħħu l-linji baġitarji għall-“Konsum tal-enerġija”, “Xiri, xogħol, servizz u manutenzjoni ta’ tagħmir u software” u “bini” minn linji baġitarji oħra, prinċipalment il-linja baġitarja għal “Remunerazzjoni u allowances” tal-persunal; jinnota li l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna kompliet toħloq pressjoni baġitarja għall-QĠUE, inkluż permezz ta’ żieda fl-inflazzjoni u aġġustamenti tas-salarji, li qed iżidu ħafna l-ispejjeż tal-enerġija u l-ispejjeż għal għadd ta’ oġġetti u servizzi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li l-uffiċjal awtorizzanti b’delega ddikjara li r-riżorsi allokati ntużaw għall-iskop maħsub u f’konformità mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba u li l-proċeduri ta’ kontroll stabbiliti pprovdew il-garanziji meħtieġa fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jinnota li ż-żmien medju għall-pagamenti kien ta’ 23,1 ġurnata fl-2023 meta mqabbel ma’ 24,32 ġurnata fl-2022; jistieden lill-QĠUE tkompli bl-isforzi tagħha biex tnaqqas iż-żmien għall-pagamenti, b’mod partikolari meta wieħed iqis li fl-2023 81 % tal-fatturi ġew riċevuti b’mod elettroniku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jinnota li l-baġit tal-missjoni tal-QĠUE, li fl-2023 kien ta’ EUR 638 000 kemm għall-persunal kif ukoll għall-Membri, kompla jonqos bi 3,3 % fl-2023 meta mqabbel mal-2022; jinnota li fl-2023 intużaw 85,1 % tal-approprjazzjonijiet għall-missjonijiet meta mqabbla ma’ 46,6 % fl-2022 minħabba r-restrizzjonijiet persistenti fuq l-ivvjaġġar applikati dak iż-żmien;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Ġestjoni interna, prestazzjoni u kontroll intern</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jinnota l-passi sinifikanti li ħadet il-QĠUE fl-2023 lejn ir-riforma ġudizzjarja tagħha li wasslet għat-trasferiment parzjali tal-ġuriżdizzjoni biex jingħataw deċiżjonijiet preliminari mill-Qorti tal-Ġustizzja lill-Qorti Ġenerali; jinnota li fl-aħħar tal-2023 intlaħaq ftehim politiku mal-Parlament u mal-Kunsill fid-dawl tal-emenda għall-Istatut tal-QĠUE u bil-ħsieb li jittejjeb il-funzjonament tal-QĠUE fl-isfond ta’ żieda kostanti fin-numru ta’ każijiet u fil-kumplessità u fin-natura sensittiva tal-mistoqsijiet imqajma; jinnota li, wara l-adozzjoni tar-riforma fl-2024, ġew adottati regoli u proċeduri dettaljati sabiex titlesta r-riforma u tkun tista’ ssir l-implimentazzjoni tal-qafas regolatorju l-ġdid mill-1 ta’ Ottubru 2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jinnota li, fl-2023, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet fuq ħames kawżi dwar il-prinċipju tal-primazija fil-kuntest ta’ erba’ deċiżjonijiet preliminari mressqa mill-qrati fil-Ġermanja, fl-Irlanda, fil-Polonja u fir-Rumanija, kif ukoll kawża ta’ ksur waħda li tikkonċerna l-Polonja; jisħaq fuq l-importanza fundamentali tal-prinċipju tal-primazija tad-dritt tal-Unjoni, li jiżgura l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni fl-Istati Membri kollha u jissalvagwardja l-istat tad-dritt bħala valur ewlieni tal-Unjoni; jafferma mill-ġdid bil-qawwa li l-primazija tad-dritt tal-Unjoni hija l-pedament tal-ordni ġuridiku tal-Unjoni u jenfasizza r-rwol ċentrali tal-QĠUE fid-difiża tal-istat tad-dritt madwar l-Unjoni. Barra minn hekk, jinnota wkoll li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet dwar sitt kawżi marbuta ma’ miżuri għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni kontra ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt mill-gvern Ungeriż, li sistematikament jimmina l-valuri ewlenin tal-Unjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu azzjonijiet ta’ infurzar deċiżivi kontra kwalunkwe Stat Membru li jikkontesta jew jinjora n-natura vinkolanti tad-deċiżjonijiet tal-QĠUE; jenfasizza li, f’każijiet relatati mal-investigazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, il-prinċipji ta’ proċess ġust u d-drittijiet fundamentali jridu jiġu rrispettati bis-sħiħ mill-awtoritajiet kompetenti kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jinnota li l-Artikolu 4(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jiddikjara li “L-Unjoni għandha tirrispetta l-ugwaljanza tal-Istati Membri quddiem it-Trattati kif ukoll l-identità nazzjonali tagħhom, inerenti fl-istrutturi politiċi u kostituzzjonali, fundamentali tagħhom, inkluża l-awtonomija lokali u reġjonali. Hija għandha tirrispetta l-funzjonijiet Statali essenzjali tagħhom [...]”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jikkundanna kwalunkwe miżura nazzjonali jew azzjoni leġiżlattiva li tfittex li timmina l-kodifikazzjoni u l-infurzar tas-sentenzi tal-QĠUE; jitlob li jiġi stabbilit mekkaniżmu ta’ monitoraġġ formali biex tiġi traċċata l-konformità tal-Istati Membri mad-deċiżjonijiet tal-QĠUE u jirrakkomanda li l-konformità mal-iżborż tal-finanzjament tal-UE tintrabat skont il-qafas ta’ kundizzjonalità tal-istat tad-dritt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jinnota li fl-2023 ġew ippreżentati 821 kawża ġdida lill-Qorti tal-Ġustizzja, meta mqabbla ma’ 806 fl-2022, li minnhom 63 % kienu referenzi għal deċiżjoni preliminari u 28,6 % kienu appelli kontra d-deċiżjonijiet tal-Qorti Ġenerali; jinnota li l-Qorti Ġenerali rat żieda kbira fil-kawżi b’1 271 kawża ġdida fl-2023 meta mqabbla ma’ 904 fl-2022, inkluża serje eċċezzjonali ta’ 404 kawżi konġunti ppreżentati f’Ottubru 2023; jinnota li fl-2023 għall-Qorti Ġenerali, 37 % tal-kawżi l-ġodda, inkluża s-serje ta’ 404 kawżi konġunti, kienu jikkonċernaw azzjonijiet relatati mal-liġi istituzzjonali, 24,3 % kienu jikkonċernaw azzjonijiet relatati mal-proprjetà intellettwali u 6 % kienu jikkonċernaw tilwim bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-persunal tagħhom; jinnota li l-għadd totali ta’ kawżi pendenti għadu stabbli meta mqabbel mas-snin preċedenti: meta wieħed iqis l-404 kawżi msemmija qabel bħala kawża unika, 2 587 kawża kienu pendenti fi tmiem l-2023, meta mqabbla ma’ 2 585 fi tmiem l-2022 u 2 541 fi tmiem l-2021;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jinnota li l-Qorti tal-Ġustizzja għalqet 783 kawża fl-2023, meta mqabbla ma’ 808 fl-2022, u li l-Qorti Ġenerali għalqet 904 kawżi fl-2023, meta mqabbla ma’ 858 fl-2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jilqa’ b'sodisfazzjon it-tnaqqis fid-durata medja tal-proċedimenti għall-kawżi magħluqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, billi fl-2023 dik il-medja kienet ta’ 16,1-il xahar meta mqabbla ma’ 16,4-il xahar fl-2022; jinnota li d-durata medja għall-kawżi magħluqa mill-Qorti Ġenerali kien ta’ 18,2-il xahar, meta mqabbel ma’ 16,2-il xahar fl-2022, li l-Qorti Ġenerali spjegat li kien minħabba n-natura u l-kumplessità relatata tal-proċedimenti ġestiti fl-2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jinnota t-tnaqqis fiż-żmien medju meħud biex jiġu trattati l-azzjonijiet diretti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja (minn 23,5 xahar fl-2022 għal 20,8 xahar fl-2023) u r-riferimenti għal deċiżjonijiet preliminari (minn 17,3-il xahar għal 16,8-il xahar); jinnota li, fir-rigward tal-litigazzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, kien hemm żieda sinifikanti fl-għadd ta’ azzjonijiet diretti, b’mod partikolari fil-qasam tal-ambjent, u li l-kwistjonijiet riferiti lill-Qorti tal-Ġustizzja għal deċiżjoni preliminari fl-2023 kienu jirrigwardaw primarjament l-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, segwiti mit-tassazzjoni, il-protezzjoni tal-konsumatur u t-trasport; jinnota li, fir-rigward tal-litigazzjoni quddiem il-Qorti Ġenerali, kien hemm żieda fil-kawżi fl-oqsma tal-proprjetà intellettwali u tal-politika ekonomika u monetarja, inkluż fis-settur bankarju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon ir-rata għolja tal-użu ta’ e-Curia fl-2023, fejn ġew irreġistrati 10 502 kontijiet ta’ e-Curia: 94 % tas-sottomissjonijiet quddiem il-Qorti Ġenerali saru permezz ta’ e-Curia, l-istess bħal fl-2022, filwaqt li r-rata tal-użu ta’ e-Curia fil-Qorti tal-Ġustizzja telgħet għal madwar 89 %, meta mqabbla ma’ 87 % fl-2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Japprezza l-progress li sar fid-diġitalizzazzjoni tal-arkivji ġudizzjarji bl-għan li jiġu ppreservati d-dokumenti għal konsultazzjoni futura u jiġi ffaċilitat l-aċċess għar-riċerkaturi u l-pubbliku permezz ta’ portal diġitali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jilqa’ l-approċċ ibbażat fuq il-prestazzjoni żviluppat mill-QĠUE, li jippermetti lill-QĠUE tieħu deċiżjonijiet ibbażati fuq l-eżiti tal-prestazzjoni u l-livell ta’ lħuq tal-objettivi tagħha, imkejla permezz ta’ sett ta’ indikaturi ta’ volum ta’ xogħol u operazzjonali; jinnota li l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni użati mill-QĠUE jkopru firxa wiesgħa ta’ oqsma speċifiċi b’appoġġ għall-ħames objettivi ta’ ġestjoni relatati mal-funzjonament xieraq tal-QĠUE, id-diġitalizzazzjoni u t-teknoloġiji emerġenti, il-ftuħ u t-trasparenza, il-multilingwiżmu u l-ġestjoni tar-riżorsi umani;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jinnota li l-qafas ta’ kontroll intern tal-QĠUE kien soġġett għal evalwazzjoni fil-fond fl-2022-2023, li kkonfermat is-solidità tiegħu; jinnota li, bħala parti minn dik l-evalwazzjoni, iċ-ċirkwiti ta’ kontroll finanzjarju ġew adattati sabiex il-kontrolli jsiru aktar effiċjenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jinnota li l-awditi interni ewlenin li twettqu fl-2023 kienu jikkonċernaw in-nefqa tal-QĠUE fuq it-tindif tal-bini, l-effettività tas-sistema ta’ kontroll intern biex jiġu ssalvagwardjati l-assi tal-IT tal-QĠUE u l-proċeduri tal-għażla tal-persunal; jinnota li awditu intern wettaq ukoll studju dwar l-użu tal-intelliġenza artifiċjali fil-qasam tal-ġustizzja fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ “strateġija għall-integrazzjoni ta’ għodod ibbażati fuq intelliġenza artifiċjali fl-operat tal-QĠUE”; jinnota li, f’ħafna każijiet, is-servizzi tal-QĠUE ħadu azzjonijiet biex jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar intern qabel il-finalizzazzjoni formali tal-awditi interni u li dawk l-azzjonijiet tqiesu bħala sodisfaċenti mill-awditur intern;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Riżorsi umani, ugwaljanza u benesseri tal-persunal</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jinnota li, fi tmiem l-2023, il-QĠUE impjegat 1 340 uffiċjal (58 %), 765 aġent temporanju (33 %) skont l-Artikoli 2(a), 2(b) u 2(c) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Persunal Ieħor tal-UE, u 198 aġent kuntrattwali (9 %); jinnota li, fi tmiem l-2023, ir-rata ta’ okkupazzjoni tat-tabella tal-persunal kienet ta’ 97,11 %; jinnota wkoll li l-fatturat annwali tal-persunal kien ta’ 7,8 % fl-2023, li kien dovut b’mod partikolari għall-20 % ta’ dak il-persunal li telaq mill-QĠUE minħabba l-irtirar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jinnota li l-Qorti tal-Ġustizzja hija magħmula minn 27 Imħallef u 11-il Avukat Ġenerali u li l-ebda Mħallef jew Avukat Ġenerali ġdid ma ħa l-kariga fl-2023; jinnota wkoll li l-Qorti Ġenerali hija magħmula minn 54 Imħallef u li żewġ Imħallfin ġodda, mara waħda u raġel wieħed, ħadu l-kariga matul l-2023; jinnota wkoll li fl-2023 ġie elett Reġistratur ġdid għall-Qorti Ġenerali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jilqa’ t-tweġibiet dettaljati tal-QĠUE għall-kwestjonarju mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament, ipprovdut bħala parti mill-proċedura ta’ kwittanza attwali, b’mod partikolari fir-rigward tad-distribuzzjoni tal-persunal fi tmiem l-2023; jinnota li l-kompożizzjoni tal-ġeneru tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali għadha żbilanċjata ħafna; jesprimi l-apprezzament tiegħu tal-ittra mill-President tal-Qorti Ġenerali lill-President tal-Konferenza tar-Rappreżentanti tal-Istati Membri fl-2024, filwaqt li jistieden lill-Istati Membri jqisu l-ħtieġa ta’ bilanċ bejn il-ġeneri meta jinnominaw kandidati għas-sostituzzjoni tal-Imħallfin u l-Avukati Ġenerali; jistieden lill-Istati Membri jqisu l-ħtieġa ta’ bilanċ bejn il-ġeneri meta jinnominaw kandidati għas-sostituzzjoni tal-imħallfin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jieħu nota tal-fatt li, mill-2 303 uffiċjali u aġenti fis-servizz fi tmiem l-2023, 61 % huma nisa; jilqa’ l-fatt li l-proporzjon ta’ nisa f’pożizzjonijiet amministrattivi huwa ekwivalenti għal 55 %, u speċjalment il-fatt li, f’karigi maniġerjali, il-proporzjon żdied għal 43 %, meta mqabbel ma’ 40 % fl-2022 u fl-2021, u dan jikkonferma x-xejra ’l fuq irreġistrata sa mill-2018 (41 % fl-2020, 39 % fl-2019 u 37,5 % fl-2018); jinnota, madankollu li r-rappreżentanza tan-nisa kienet l-ogħla fi gradi ta’ assistenti, filwaqt li kienet l-aktar baxxa f’pożizzjonijiet ta’ maniġment superjuri; jistieden lill-QĠUE tiżgura rappreżentanza akbar tan-nisa f’pożizzjonijiet maniġerjali superjuri u tieħu aktar miżuri biex tippromwovi l-bilanċ bejn il-ġeneri fil-livelli kollha; jilqa’ l-isforzi li saru mill-QĠUE favur l-ugwaljanza, l-inklużjoni u d-diversità, speċjalment fl-istadju tar-reklutaġġ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jistieden lill-QĠUE tippubblika Rapport annwali dwar il-Ġeneru u d-Diversità biex tipprovdi trasparenza dwar ir-rappreżentanza tal-ġeneri fil-livelli kollha tal-istituzzjoni, inklużi l-Imħallfin, l-Avukati Ġenerali, u l-persunal amministrattiv, kif ukoll tipprevedi miżuri konkreti għat-titjib tal-parità bejn il-ġeneri f’pożizzjonijiet għolja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li n-nazzjonalitajiet kollha tal-Unjoni huma rrappreżentati fil-persunal tal-QĠUE, iżda jinnota li ċerti nazzjonalitajiet huma aktar irrappreżentati minn oħrajn; jilqa’ b’sodisfazzjoni l-isforzi kontinwi tal-QĠUE biex tippromwovi bilanċ ġeografiku aħjar fost il-persunal tagħha, b’mod partikolari billi trawwem il-viżibbiltà u l-attraenza tal-postijiet tax-xogħol vakanti tagħha, filwaqt li toħloq u toffri kundizzjonijiet tax-xogħol aktar favorevoli biex tattira aġenti temporanji minn ċerti Stati Membri b’anqas rappreżentanza u tikkomunika b’mod wiesa’ lil udjenzi varji dwar l-opportunitajiet ta’ xogħol fil-QĠUE fl-2023; jinnota li sar sforz sinifikanti biex jiġu attirati ħafna żgħażagħ ta’ talent minn Stati Membri differenti permezz tal-programm ta’ internship tal-QĠUE; iħeġġeġ lill-QĠUE teżamina jekk it-trainees mill-Istati Membri kollha humiex rappreżentati b’mod proporzjonat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Iħeġġeġ lill-QĠUE tippromwovi ambjent tax-xogħol multilingwi, u jirrikonoxxi l-potenzjal tagħha li ttejjeb id-distribuzzjoni ġusta tan-nazzjonalitajiet fost il-persunal tagħha; jistieden lill-istituzzjonijiet kollha tal-UE jirrispettaw u jiżguraw il-prinċipju tal-multilingwiżmu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jilqa’ l-ħidma li saret mill-Grupp Interistituzzjonali ta’ Livell Għoli dwar it-tisħiħ tal-attraenza tal-Lussemburgu bħala post tax-xogħol għall-persunal; jistieden lill-QĠUE żżomm u ssaħħaħ il-kooperazzjoni ma’ istituzzjonijiet oħra bbażati fil-Lussemburgu permezz ta’ inizjattivi differenti; jinnota b’apprezzament li l-awtorità baġitarja approvat għas-sena finanzjarja 2025 l-approprjazzjonijiet meħtieġa sabiex tippermetti l-għoti ta’ allowance għall-akkomodazzjoni lill-persunal fi gradi aktar baxxi, kif irrakkomandat mill-Grupp Interistituzzjonali ta’ Livell Għoli; jitlob li l-Parlament jiġi aġġornat dwar il-progress ta’ tali inizjattivi maħsuba biex itejbu l-attraenza tal-Lussemburgu bħala post tax-xogħol;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jinnota li, fl-2023, il-QĠUE implimentat diversi inizjattivi biex tippromwovi l-benesseri fiżiku u mentali tal-persunal permezz ta’ workshops speċjalizzati u attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni; jinnota li l-iskema tat-telexogħol, li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2022, ġiet ivvalutata b’mod pożittiv mill-maniġers, li fosthom 92 % wieġbu li l-produttività tat-telexogħol tal-persunal kienet jew ekwivalenti jew aħjar minn qabel l-eżistenza tal-iskema tat-telexogħol; jinnota li, bil-għan li jintlaħaq bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja personali, fl-2023, il-QĠUE ġeddet il-possibbiltà li l-persunal tagħha jwettaq telexogħol minn barra l-post tax-xogħol sa 10 ijiem fis-sena, speċjalment matul il-vaganzi ġudizzjarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jilqa’ l-kampanji kontinwi ta’ sensibilizzazzjoni, informazzjoni u taħriġ li għandhom l-għan li jippromwovu l-inklużjoni, ir-rispett reċiproku, il-kooperazzjoni u l-appoġġ għall-persuni b’diżabbiltà u għall-persuni li jgħinuhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jinnota li l-għadd ta’ jiem tax-xogħol ta’ liv minħabba mard kien ta’ 20 198 fl-2023, li jikkorrispondi għal tnaqqis ta’ 14,78 % meta mqabbel mal-2022; jinnota bi tħassib li s-servizz mediku rrapporta 11-il każ ta’ burnout fl-2023; jilqa’ analiżi bir-reqqa tar-rapporti dijanjostiċi mwettqa mill-QĠUE biex jiġu identifikati każijiet ta’ burnout professjonali u l-enfasi tal-QĠUE fuq miżuri preventivi, speċjalment it-tisħiħ tat-tim tal-ħaddiema mediċi u soċjali tagħha, il-prevenzjoni tar-riskji psikosoċjali fuq il-post tax-xogħol u l-introduzzjoni ta’ attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni għall-ġestjoni dwar id-dritt għall-iskonnessjoni u r-riskji ta’ prestazzjoni żejda; iħeġġeġ lill-QĠUE tkompli tiffoka fuq din il-problema sabiex tipprevjeni aktar każijiet assoċjati ma’ burnout u tinforma lill-Parlament dwar kwalunkwe miżuri li tieħu f’dan ir-rigward;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jinnota li fl-2023 tnediet inkjesta amministrattiva dwar allegat każ ta’ fastidju sesswali li jikkonċerna membru tal-persunal u li dan il-każ ġie magħluq fl-2024 b’sanzjoni; jesprimi tħassib li fl-2023 ġiet ippreżentata wkoll proċedura ta’ assistenza għal allegat fastidju li jikkonċerna mħallef iżda ma ġie stabbilit l-ebda fastidju f’dak il-każ; jinnota li grupp ta’ ħidma interdipartimentali, stabbilit f’Marzu 2023, għalhekk qabel ir-ratifika tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika, eżamina r-regoli u l-proċeduri stabbiliti fil-QĠUE biex jipprevjeni l-fastidju u għamel xi rakkomandazzjonijiet bil-għan li jittejbu dawn ir-regoli u l-proċeduri; iħeġġeġ lill-QĠUE ssegwi u tkompli turi l-ebda tolleranza għall-fastidju fuq il-post tax-xogħol billi tintroduċi taħriġ obbligatorju dwar il-preġudizzju inkonxju u l-istandards etiċi għall-imħallfin u l-uffiċjali għolja kollha biex jiġi evitat l-abbuż tal-poter;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Qafas etiku </STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li, kif mitlub fir-rakkomandazzjonijiet ta’ kwittanza preċedenti, il-kodiċi ta’ kondotta l-ġdid dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-uffiċjali u aġenti oħra tal-QĠUE li jirrifletti l-valuri u l-impenn tal-QĠUE għall-etika tfassal fl-2023 u ġie adottat f’Marzu 2024; jinnota li l-kodiċi ta’ kondotta jinkludi dispożizzjonijiet dwar il-kunflitt ta’ interessi, id-dmir ta’ lealtà, id-dmir ta’ kunfidenzjalità u diskrezzjoni, attivitajiet esterni, attivitajiet tax-xogħol wara l-ħruġ mis-servizz u pubblikazzjonijiet u japplika wkoll għal esperti nazzjonali sekondati u mħallfin trainees ospitati min-Network Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju; jinnota li, fl-2023, ġew organizzati attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni u taħriġ imġedded dwar il-kodiċi ta’ kondotta għall-persunal u l-maniġers, b’enfasi partikolari fuq il-persunal il-ġdid; jitlob taħriġ obbligatorju għall-persunal kollu fuq bażi regolari u jitlob li l-Parlament jinżamm infurmat dwar l-implimentazzjoni tal-kodiċi ta’ kondotta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jinnota li, qabel ma daħal fis-seħħ il-kodiċi ta’ kondotta, ġew iddikjarati u ttrattati żewġ każijiet ta’ kunflitt ta’ interess potenzjali f’konformità mal-proċeduri stabbiliti, bil-għan li jiġi żgurat li l-membri l-ġodda tal-persunal ikkonċernati ma kinux involuti fil-ġestjoni ta’ fajls li kienu jafu minn impjieg preċedenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jinnota li, minbarra l-adozzjoni tal-kodiċi ta’ kondotta għall-Membri u għall-eks Membri tal-QĠUE, id-dikjarazzjoni ta’ interessi tal-Membri ġiet ippubblikata online biex jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta’ interess potenzjali fit-trattament tal-kawżi; jinnota li l-QĠUE b’mod kostanti qed tivvaluta mill-ġdid ir-regoli interni tagħha dwar din il-kwistjoni bil-għan li taġġorna dawk ir-regoli u tiżgura l-ogħla standards possibbli ta’ mġiba etika; jistieden lill-QĠUE tistabbilixxi kumitat tal-etika indipendenti biex jissorvelja l-konformità mal-kodiċi ta’ kondotta u jinvestiga ksur potenzjali; jitlob taħriġ annwali obbligatorju dwar l-etika għall-persunal kollu tal-QĠUE, inklużi l-Imħallfin u l-Avukati Ġenerali biex tiġi ppreservata l-integrità tal-QĠUE; jitlob lill-QĠUE tinforma lill-Parlament dwar ir-riżultati ta’ kwalunkwe valutazzjoni ulterjuri tal-effettività ta’ dik il-miżura mmirata lejn il-prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jilqa’ l-pubblikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-Membri tal-QĠUE iżda jitlob l-introduzzjoni ta’ proċess standard ta’ skrinjar ta’ qabel il-ħatra biex jiġu identifikati u mmitigati kunflitti ta’ interess potenzjali fi stadju bikri; iħeġġeġ lill-Kunsill jistabbilixxi linji gwida trasparenti għall-Istati Membri meta jinnominaw kandidati għal pożizzjonijiet ġudizzjarji fil-QĠUE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Iħeġġeġ lill-QĠUE tintroduċi politika obbligatorja ta’ rikuża għall-imħallfin f’każijiet fejn ikollhom affiljazzjonijiet professjonali tal-passat ma’ partijiet fil-kawża li jidhru quddiem il-QĠUE; jappella għal skrinjar aktar strett tal-kunflitt ta’ interessi għall-imħallfin u l-persunal ta’ livell għoli, inklużi aġġornamenti regolari għar-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni finanzjarja; jitlob il-pubblikazzjoni ta’ deċiżjonijiet ta’ rikuża f’ħin reali f’każijiet fejn l-imħallfin jiddikjaraw kunflitt ta’ interess, filwaqt li jiżguraw trasparenza akbar fil-proċess ġudizzjarju u jsaħħu l-fiduċja pubblika fl-imparzjalità u l-integrità tal-QĠUE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jinnota li fl-2023, il-Membri kollha tal-QĠUE kienu residenti fil-Lussemburgu f’konformità mal-Artikolu 14 tal-Istatut;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jinnota li l-lista ta’ attivitajiet esterni mwettqa mill-Membri kemm tal-Qorti tal-Ġustizzja kif ukoll tal-Qorti Ġenerali ilha tiġi ppubblikata fuq is-sit web tal-QĠUE mill-2018<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">; </STRING></STRING>jinnota wkoll li l-lista hija diffiċli biex tinqara għall-pubbliku ġenerali u jirrakkomanda r-reviżjoni tagħha biex jiġu żgurati ċarezza u informazzjoni akbar; jinnota li l-awtorizzazzjoni minn qabel mil-laqgħa ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja jew mill-konferenza plenarja tal-Qorti Ġenerali tingħata biss meta l-attività esterna tkun kompatibbli mar-rekwiżiti tal-kodiċi ta’ kondotta u mal-obbligi tal-Membri li jkunu disponibbli għal attivitajiet ġudizzjarji; jitlob lill-QĠUE tinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar kwalunkwe inizjattiva biex tittejjeb il-leġġibbiltà tal-informazzjoni relatata mal-attivitajiet esterni, f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet preċedenti dwar il-kwittanza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jinnota li r-regoli li jirregolaw il-vjaġġi, il-missjonijiet u l-użu tas-sewwieqa u tal-karozzi tal-Membri, kif aġġornati fl-2021, jipprevedu li huma biss l-ispejjeż operatorji li jirriżultaw mill-użu tal-karozzi għal skopijiet relatati mal-eżekuzzjoni ta’ ordni ta’ missjoni jew mal-eżerċitar tal-mandat tiegħu jew tagħha f’limitu ta’ 10 000 km jitħallsu mill-QĠUE; itenni l-opinjoni tiegħu li l-użu tal-flotta tal-karozzi barra mill-prestazzjoni stretta tad-dmirijiet tal-Membri tal-QĠUE ma għandu jsir taħt l-ebda ċirkostanza, jinnota li l-QĠUE rrapportat li hija f’diskussjoni ma’ istituzzjonijiet oħra sabiex jinkiseb sett armonizzat ta’ regoli għall-użu ta’ vetturi uffiċjali, filwaqt li tiġi rrispettata l-awtonomija ta’ kull istituzzjoni; jistieden lill-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni biex jaqblu dwar sistema waħda li għandha tiġi applikata b’mod orizzontali, li tnaqqas il-konfużjoni u żżid it-trasparenza u l-effiċjenza fl-użu tal-fondi pubbliċi; jitlob lill-QĠUE żżomm lill-Parlament Ewropew infurmat dwar kwalunkwe progress f’din il-kwistjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jinnota li kawża tal-OLAF, imsemmija f’riżoluzzjonijiet ta’ kwittanza preċedenti, li kienet tittratta l-imġiba ta’ membru tal-persunal li seta’ kien jikkostitwixxi nuqqas serju ta’ konformità mal-obbligi tiegħu, ġiet magħluqa fl-2023; jinnota li l-QĠUE ma hija konxja mill-ebda investigazzjoni jew rakkomandazzjoni ġdida tal-OLAF fl-2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jinnota li l-QĠUE ma rrapportat l-ebda każ ta’ frodi, korruzzjoni jew użu ħażin tal-fondi tal-Unjoni fl-2023; jinnota li l-istrateġija tal-QĠUE kontra l-frodi hija parti integrali mill-qafas integrat tagħha ta’ kontroll intern u ta’ ġestjoni tar-riskju, b’enfasi partikolari fuq ir-riskji ta’ divulgazzjoni mhux xierqa tal-informazzjoni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Trasparenza u aċċess għall-ġustizzja għaċ-ċittadini</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jilqa’ l-impenn tal-QĠUE li ttejjeb it-trasparenza, l-aċċess għall-ġustizzja u l-ftuħ pubbliku, u b’hekk tikkontribwixxi għat-trawwim tal-fiduċja pubblika fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jinnota li, fl-2023, il-QĠUE kkonsolidat is-servizz ta’ streaming għas-seduti ta’ smigħ tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali fuq is-sit web Curia, u b’hekk tiffaċilita l-aċċess taċ-ċittadini għall-attivitajiet ġudizzjarji tal-QĠUE; jilqa’ t-titjib tas-sit web CVRIA, f’termini tal-istruttura, il-funzjonalitajiet u l-kontenut tiegħu; jilqa’ l-fatt li l-għoti tas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-qari tal-opinjonijiet tal-Avukati Ġenerali, is-seduti tal-Awla Manja u ċerti seduti ta’ smigħ tal-awli b’ħames Imħallfin ilhom jixxandru b’mod dirett fuq is-sit web Curia mill-2023; jistieden lill-QĠUE tkompli ttejjeb it-trasparenza billi xxandar is-seduti kollha kemm tal-Qorti tal-Ġustizzja kif ukoll tal-Qorti Ġenerali fuq is-sit web tagħha u taħżinhom online b’mod permanenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li, wara r-riforma tal-Istatut tagħha, il-QĠUE se tippubblika dikjarazzjonijiet tal-kawża jew osservazzjonijiet bil-miktub ippreżentati fi proċedimenti għal deċiżjoni preliminari wara l-għeluq ta’ tali proċedimenti, ħlief f’kawżi ta’ oġġezzjoni għall-pubblikazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-kawża jew ta’ osservazzjoni ta’ persuna; jissottolinja li tali pubblikazzjoni se ttejjeb it-trasparenza u l-aċċess għall-ġustizzja għaċ-ċittadini u jistieden lill-QĠUE tippubblika d-dokumenti kollha relatati ma’ fajl fuq is-sit web tagħha; jistieden lill-QĠUE timplimenta proċedura li tista’ tintuża minn kwalunkwe persuna biex taċċessa d-dokumenti kollha relatati ma’ kawża internament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jinnota li r-regoli dwar l-użu tal-vidjokonferenzi ġew adottati mill-Qorti Ġenerali f’April 2023 u mill-Qorti tal-Ġustizzja f’Settembru 2024, li skonthom parti tista’ titlob l-użu ta’ vidjokonferenzi fejn raġunijiet ta’ sigurtà jew raġunijiet serji oħra jipprevjenu lir-rappreżentant ta’ dik il-parti milli jipparteċipa f’seduta ta’ smigħ personalment;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jinnota li r-regoli stabbiliti mid-deċiżjoni tal-QĠUE tas-26 ta’ Novembru 2019 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti miżmuma mill-QĠUE fl-eżerċizzju tal-funzjoni amministrattiva tagħha ma japplikawx għal dokumenti ġudizzjarji li l-aċċess għalihom huwa rregolat mir-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja u mir-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali; jinnota li fl-2023 il-QĠUE rreġistrat 21 talba għal aċċess pubbliku għad-dokumenti amministrattivi u tat aċċess għad-dokumenti amministrattivi fi 12-il każ; jinnota li l-Ombudsman Ewropew ma sabet l-ebda każ ta’ amministrazzjoni ħażina min-naħa tal-QĠUE fl-2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jistieden lill-QĠUE tissimplifika l-proċess biex jinstabu deċiżjonijiet speċifiċi dwar e-Curia; jilqa’ l-isforzi biex l-interfaċċja ssir aktar faċli għall-klijent u intuwittiva;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Diġitalizzazzjoni, ċibersigurtà u protezzjoni tad-data</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jinnota li meta mqabbla mal-2022, in-nefqa baġitarja żdiedet b’10,9 % għall-proġetti tal-IT, bi 13 % għat-tagħmir tal-IT, b’59 % għall-proġetti taċ-ċibersigurtà u bi 72 % għas-servizzi, il-liċenzji u t-tagħmir taċ-ċibersigurtà fl-2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jinnota li fl-2023 l-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ diġitalizzazzjoni kbar taħt l-istrateġija ta’ trasformazzjoni diġitali baqgħet prijorità għall-QĠUE, bħall-iżvilupp tas-sistema integrata ta’ ġestjoni tal-każijiet (SIGA), il-promozzjoni tal-użu tal-applikazzjoni tal-e-Curia għall-preżentazzjoni u n-notifika ta’ dokumenti proċedurali b’mezzi elettroniċi, l-adozzjoni tal-firma elettronika u l-adozzjoni tas-sistema ta’ rekords u ta’ ġestjoni tad-dokumenti elettroniċi HAN/Ares; jinnota li l-QĠUE ssegwi r-redditu fuq l-investiment fi proġetti ta’ diġitalizzazzjoni f’termini ta’ spejjeż u effiċjenza fir-riżorsi u jitlob lill-QĠUE żżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata bis-sejbiet tagħha f’dak il-qasam;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jinnota li, bħala parti mill-inizjattiva komprensiva tagħha biex iżżid l-aċċessibbiltà u l-inklużjoni għall-persuni b’vulnerabbiltà, il-QĠUE kompliet timplimenta l-approċċ “aċċessibbbiltà mid-disinn” għal kwalunkwe bidla u evoluzzjoni tas-sistemi tal-IT tagħha; jinnota li, wara awditu tas-sit web tal-Curia, il-QĠUE bdiet ittejjeb l-aċċessibbiltà tas-sit għal firxa wiesgħa ta’ utenti, bħal persuni b’vista batuta, persuni b’telf ta’ smigħ jew diżabbiltajiet intellettwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jinnota li l-QĠUE implimentat diversi proġetti bbażati fuq l-intelliġenza artifiċjali (IA), bħall-awtomatizzazzjoni tal-analiżi tad-dokumenti għal referenzi għal-leġiżlazzjoni applikabbli u l-assistenza fil-verifika tal-fattura permezz ta’ proċessi robotiċi u traskrizzjonijiet tal-udjenzi, f’konformità mal-istrateġija l-ġdida tagħha għall-integrazzjoni tal-IA adottata f’Ġunju 2023; jissottolinja li huwa ta’ importanza vitali li l-IA tintuża b’mod li jippreserva bis-sħiħ l-indipendenza, il-kwalità u s-serenità tal-proċessi legali, tqis bis-sħiħ il-kwistjonijiet etiċi u tintuża taħt sorveljanza mill-bniedem u tippermetti intervent mill-bniedem sabiex jiġu evitati konsegwenzi jew riskji negattivi, jew titwaqqaf is-sistema jekk ma taħdimx kif maħsub; jinnota li, bħala parti minn dik l-istrateġija, il-QĠUE stabbiliet bord ta’ ġestjoni tal-IA magħmul minn membri tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali biex jissorvelja l-aspetti etiċi tal-użu tal-IA fi ħdan il-QĠUE u biex jistabbilixxi limiti ċari għall-applikazzjoni tagħha; jilqa’ l-linji gwida tal-persunal dwar l-użu tal-IA maħruġa mill-bord; jilqa’ l-inizjattivi fis-seħħ għat-titjib tal-ħiliet tal-impjegati fil-kompetenzi diġitali permezz ta’ perkors ta’ taħriġ żviluppat f’kooperazzjoni mal-Kumitat Interistituzzjonali għat-Trasformazzjoni Diġitali (ETA); jenfasizza li d-diġitalizzazzjoni tal-ġustizzja u l-adozzjoni ta’ teknoloġiji emerġenti bħall-IA se joffru vantaġġi sinifikanti għall-funzjonament effiċjenti tal-QĠUE; jirrakkomanda madankollu li l-QĠUE tantiċipa r-riskji assoċjati taċ-ċibersigurtà u ssaħħaħ saħansitra aktar il-kollaborazzjoni tagħha mal-Aġenzija tal-UE għaċ-Ċibersigurtà u s-CERT-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jinnota li fl-2023 ma ġiet ikkomunikata l-ebda mistoqsija tal-EDPS lill-QĠUE; jinnota li, fl-2023, l-EDPS ma kien indirizza l-ebda rakkomandazzjoni speċifika lill-QĠUE wara l-investigazzjoni tiegħu dwar l-użu ta’ servizzi ta’ cloud mis-servizzi tal-web ta’ Amazon; jinnota li l-EDPS ippubblika deċiżjoni fl-2023 li tikkonferma l-konformità tal-użu mill-QĠUE ta’ servizzi ta’ vidjokonferenzi tal-cloud mal-liġi dwar il-protezzjoni tad-data; itenni madankollu t-tħassib tiegħu dwar l-użu tas-servizzi tal-cloud esterni, minħabba t-theddid dejjem jikber dwar iċ-ċibersigurtà u s-sovranità diġitali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jilqa’ b’sodisfazzjon l-adozzjoni tal-QĠUE ta’ pjan direzzjonali ċibernetiku fl-2023 u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet operazzjonali tagħha taċ-ċibersigurtà biex tipproteġi aħjar is-sistemi tagħha kontra l-għadd dejjem akbar ta’ attakki ċibernetiċi; jissottolinja, barra minn hekk, li strateġija robusta taċ-ċibersigurtà hija għodda essenzjali għall-ġlieda kontra l-interferenzi barranin li għandhom l-għan li jimminaw l-integrità tal-Istituzzjonijiet Ewropej; jinnota li l-QĠUE ħadet diversi miżuri biex issaħħaħ it-tħejjija u l-kapaċità taċ-ċibersigurtà tagħha li tirkupra minn inċidenti ta’ sigurtà, inkluż permezz tal-parteċipazzjoni tagħha fil-governanza tal-Bord Interistituzzjonali taċ-Ċibersigurtà u permezz ta’ taħlita ta’ kontrolli u għodod taċ-ċibersigurtà f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tas-CERT-UE; jinnota li l-awtorità baġitarja approvat l-approprjazzjonijiet meħtieġa għal żewġ pożizzjonijiet addizzjonali għas-sena finanzjarja 2025 sabiex issaħħaħ il-kapaċitajiet tal-persunal tal-QĠUE fil-qasam taċ-ċibersigurtà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jilqa’ l-miżuri meħuda, bħall-awditi taċ-ċibersigurtà, it-taħriġ tal-persunal u l-protokolli ta’ rispons rapidu għall-inċidenti, biex l-infrastruttura teknoloġika tal-QĠUE tkun protetta mit-theddid ċibernetiku; jisħaq li d-diġitalizzazzjoni tal-ġustizzja u l-użu ta’ teknoloġiji ġodda bħall-intelliġenza artifiċjali se jġibu ħafna benefiċċji f’termini tal-funzjonament bla xkiel tal-QĠUE, iżda jinvolvu wkoll riskji li l-QĠUE jeħtieġ li tantiċipa u tipproteġi lilha nnifisha kontrihom; jissuġġerixxi, f’dan ir-rigward, li l-QĠUE tiżviluppa strateġija taċ-ċibersigurtà u żżid il-kollaborazzjoni ma’ istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari l-ENISA (l-Aġenzija tal-UE għaċ-Ċibersigurtà), rigward il-prevenzjoni ta’ attakki ċibernetiċi, li l-għadd u s-sofistikazzjoni tagħhom qed jikbru b’mod esponenzjali fl-Ewropa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jilqa’ l-inizjattiva li jiġu assenjati ismijiet fittizji għal kawżi anonimizzati, bl-użu ta’ ġeneratur tal-ismijiet awtomatiku kompjuterizzat, sabiex tissaħħaħ il-protezzjoni tad-data personali u tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni ta’ kawżi individwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon l-emenda għar-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti Ġenerali, li se tiċċara u tissimplifika l-proċeduri ġudizzjarji, inklużi l-possibbiltà li jintużaw vidjokonferenzi għas-seduti ta’ smigħ, il-firma elettronika tad-deċiżjonijiet u d-deżinjazzjoni ta’ kawżi pilota;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Il-Bini</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jinnota li tnedew proġetti pilota b’segwitu għar-riflessjoni bejn is-servizzi dwar l-aktar użu effiċjenti tal-bini tal-QĠUE, li ġiet konkluża fl-2023; jinnota li r-riżultati ta’ dawk il-proġetti, flimkien ma’ fatturi oħra, bħall-aspetti ambjentali u baġitarji, il-kwalità tal-ġustizzja, il-benesseri fuq il-post tax-xogħol, l-inklużjoni, l-aċċessibbiltà u l-attraenza tal-QĠUE, se jitqiesu fid-deċiżjoni finali dwar l-użu tal-bini tal-QĠUE; jitlob li l-Parlament jinżamm infurmat dwar l-implimentazzjoni ta’ dawk il-konklużjonijiet u l-konsegwenzi għall-organizzazzjoni tal-ispazju tax-xogħol;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jinnota li, fl-2023, il-QĠUE kompliet issegwi l-inizjattiva komprensiva tagħha biex iżżid l-aċċessibbiltà u l-inklużjoni għall-persuni b’diżabbiltà, bil-għan li tiggarantixxi aċċess għall-QĠUE, fiżikament jew virtwalment, għall-individwi, għall-parteċipanti fil-proċedimenti u għall-viżitaturi kollha; jinnota wkoll li, fl-2023, il-QĠUE bdiet tagħmel inventarju tal-infrastruttura tagħha bil-għan li tikkonforma mal-leġiżlazzjoni nazzjonali l-ġdida dwar l-aċċessibbiltà mill-1 ta’ Jannar 2032; jitlob li l-Parlament jinżamm infurmat dwar inizjattivi ulterjuri f’dan il-qasam;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Ambjent u sostenibbiltà</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li, fl-2023, il-QĠUE kompliet tnaqqas b’mod sinifikanti l-konsum tal-enerġija u l-impronta tal-karbonju tagħha meta mqabbel mal-2015, li hija l-linja bażi għall-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-UE għall-ġestjoni tal-ambjent u l-iskema tal-awditjar, bis-saħħa ta’ miżuri ta’ ffrankar tal-enerġija u l-ottimizzazzjoni tal-infrastrutturi tagħha tat-tisħin, tat-tkessiħ u tad-dawl; jinnota li l-konsum tat-tisħin tnaqqas bi 33,5 %, l-elettriku bi 28,7 %, l-ilma b’20,1 % , il-karti tal-uffiċċju bi 63 %, l-iskart tal-uffiċċji u tal-kantin bi 43 % u l-emissjonijiet tal-gassijiet serra bi 30,2 % fl-2023 meta mqabbel mal-2015; jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-QĠUE applikat kriterji ta’ akkwist ekoloġiku fl-10 sejħiet għal offerti ta’ aktar minn EUR 60 000; jilqa’ l-impenn tal-QĠUE għall-Iskema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali (EMAS); iħeġġeġ lill-QĠUE tkompli bl-isforzi tagħha biex tnaqqas l-impatt ambjentali tagħha, bi strateġija biex tilħaq in-newtralità karbonika sal-2035;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-QĠUE ħadet diversi inizjattivi biex tappoġġja u żżid il-mobbiltà sostenibbli għall-persunal u għall-Membri tagħha, inklużi sussidji għat-trasport pubbliku, sussidji għal roti self-service, faċilitajiet imtejba għall-parkeġġ tar-roti u faċilitajiet imtejba għal karozzi ibridi u elettriċi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Kooperazzjoni interistituzzjonali</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Jilqa’ l-iffrankar baġitarju li nkiseb permezz ta’ kooperazzjoni ma’ istituzzjonijiet oħra u b’mod partikolari l-applikazzjonijiet kondiviżi u s-servizzi ta’ hosting ibbażati fuq ftehimiet fil-livell ta’ servizz mal-Kummissjoni kif ukoll il-parteċipazzjoni fi proċeduri ta’ akkwist interistituzzjonali, li ppermettew lill-QĠUE tottimizza l-ispejjeż u r-riżorsi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Jilqa’ l-isforzi tan-Network Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju (EJTN) għat-taħriġ tal-imħallfin nazzjonali dwar il-liġi tal-UE; Jinnota b’apprezzament li, f’konformità mad-dikjarazzjoni tal-QĠUE intitolata “Supporting the EJTN to shape a sustainable European judicial culture” (Nappoġġjaw l-EJTN biex jifforma kultura ġudizzjarja Ewropea sostenibbli), il-QĠUE u l-EJTN fittxu li jżidu d-diversità tat-trainees fit-tul fl-2023, bil-għan li fl-aħħar mill-aħħar iżidu l-għadd tagħhom għal wieħed għal kull Stat Membru; jinnota li l-miżuri meħuda diġà kienu ta’ suċċess peress li l-QĠUE għandha trainees minn xi Stati Membri li qabel ma pparteċipawx b’mod attiv fil-programm; jinnota li ġew offruti 15-il traineeship imħallas għas-sena 2023-24; jistieden lill-QĠUE tkompli tiżviluppa l-inizjattivi tagħha ta’ kondiviżjoni tal-għarfien, inklużi bażijiet tad-data konġunti tal-ġurisprudenza u pjattaformi ta’ kollaborazzjoni virtwali biex tappoġġja lill-qrati nazzjonali f’interpretazzjonijiet legali kumplessi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Jafferma li t-traineeships għandhom jiġu remunerati f’konformità mar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Ġunju 2023 dwar Traineeships ta’ Kwalità fl-Unjoni (2020/2005 INL), li titlob li l-internships kollha fl-Ewropa għandhom ikunu bi ħlas; jilqa’ l-fatt li bħalissa t-trainees kollha fil-QĠUE jirċievu għotja matul is-soġġorn tagħhom, prinċipalment mill-QĠUE u, f’xi każijiet speċifiċi, minn sorsi oħra; jieħu nota li l-QĠUE taċċetta biss ftit trainees (inqas minn 10 fis-sena) imħallsa minn sorsi oħra, u għal perjodi qosra (fuq medja ta’ xahrejn); jilqa’ l-fatt li f’każijiet bħal dawn, l-amministrazzjoni tal-QĠUE tivverifika bir-reqqa li dawn it-trainees jirċievu għotja, allowance jew remunerazzjoni għal dan it-traineeship, imħallsa direttament mill-impjegatur jew mill-istituzzjoni akkademika tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Japprezza li l-QĠUE tikkoopera bis-sħiħ mal-OLAF, il-Qorti, l-EDPS u l-Ombudsman Ewropew; jinnota li, fl-2023, il-QĠUE kompliet taħdem biex iżżomm id-djalogu stabbilit mal-qrati nazzjonali, u b’mod partikolari mal-qrati kostituzzjonali u supremi, u li l-QĠUE ospitat għadd ta’ laqgħat, inkluża l-laqgħa annwali tal-imħallfin nazzjonali; iħeġġeġ kooperazzjoni aktar profonda bejn il-QĠUE u l-qrati nazzjonali biex tissaħħaħ l-applikazzjoni uniformi tal-liġi tal-Unjoni; jirrakkomanda li jiġi stabbilit programm permanenti ta’ skambju ġudizzjarju għall-imħallfin mill-Istati Membri biex jaħdmu flimkien mal-kontropartijiet tagħhom tal-QĠUE, filwaqt li jitrawmu l-aħjar prattiki fl-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Komunikazzjoni</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Jinnota li, fl-2023, il-QĠUE saħħet l-isforzi tagħha biex tinvolvi ruħha maċ-ċittadini tal-Unjoni billi tejbet is-sensibilizzazzjoni tagħha fuq il-media soċjali; jinnota li, fi tmiem l-2023, l-għadd ta’ abbonati fil-kont LinkedIn tal-QĠUE żdied bi 32 % u l-għadd ta’ segwaċi fiż-żewġ kontijiet tal-QĠUE fuq X (dak li qabel kien Twitter) żdied b’9 %, filwaqt li d-dehriet fuq il-kanal ta’ YouTube tagħha żdiedu b’84,96 % meta mqabbla mas-sena preċedenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>69.</NO.P>Jilqa’ l-isforzi tal-QĠUE biex ittejjeb il-komunikazzjoni strateġika u t-trasparenza lejn iċ-ċittadini tal-Unjoni dwar l-attivitajiet ġudizzjarji tal-QĠUE, speċjalment permezz tal-organizzazzjoni ta’ jum għall-pubbliku, l-offerta għall-viżitaturi, b’mod partikolari ż-żjarat virtwali speċjali, li fihom 800 student ipparteċipaw fl-2023, u r-rieżami tal-abbozzar tal-istqarrijiet għall-istampa u l-pubblikazzjonijiet online tagħha bi stil aċċessibbli, dwar kwistjonijiet ta’ interess tal-media jew li għandhom impatt fuq il-ħajjiet taċ-ċittadini.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>