<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0082</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Kwittanza 2023: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0054/2025 - Rapporteur: Joachim Stanisław Brudziński)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><NR>1.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Mejju 2025 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2023, Taqsima VI – Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2024/2025(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2023<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 58, 23.2.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/budget/2023/1/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2023 (COM(2024)0272 – C10‑0073/2024)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/5462, 10.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5462/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-attività għall-2023 tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2023, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/5882, 9.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5882/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/6041, 10.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6041/oj.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2023 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1046/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikoli 59, 118, 260, 261 u 262 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 59, 118, 266, 267 u 268 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 102 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A10-0054/2025),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għas-sena finanzjarja 2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><RESOL><TI><NR>2.</NR> <STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Mejju 2025 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2023, Taqsima VI – Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2024/2025(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2023, Taqsima VI – Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 102 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A10-0054/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kwittanza, l-awtorità ta’ kwittanza tixtieq tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ aktar il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta’ titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont u permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta’ bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (il-“Kumitat”) huwa korp konsultattiv tal-Unjoni li jipprovdi forum għal konsultazzjoni, djalogu u kunsens fost ir-rappreżentanti tal-varji komponenti ekonomiċi, soċjali u ċivili tas-soċjetà ċivili organizzata mill-Istati Membri;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-Kumitat jikkontribwixxi għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Unjoni u, billi jiżgura rabtiet tal-politiki tal-Unjoni maċ-ċirkostanzi ekonomiċi, soċjali u ċiviċi, isegwi l-missjonijiet tiegħu li jfassal aħjar il-liġijiet, jiffavorixxi d-demokrazija parteċipattiva minn isfel għal fuq u jippromwovi l-valuri Ewropej;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-konsultazzjoni tal-Kumitat mill-Kummissjoni jew mill-Kunsill hija obbligatorja f’ċerti każijiet, u l-Kumitat jista’ jadotta wkoll opinjonijiet fuq l-inizjattiva tiegħu stess filwaqt li jgawdi minn qasam wiesa’ ta’ konsultazzjoni kif definit mill-Att Uniku Ewropew, mit-Trattat ta’ Maastricht u mit-Trattat ta’ Amsterdam, li jippermettilu li jiġi kkonsultat mill-Parlament;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-kummissjoni tal-Kumitat għall-affarijiet finanzjarji u baġitarji (CAF) hija l-korp superviżorju tal-Kumitat għall-proċeduri baġitarji kollha u, b’mod partikolari, l-istabbiliment tal-istimi baġitarji, l-implimentazzjoni tal-baġit, ir-rapport annwali tal-attività, il-kwittanza u s-segwitu għar-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”);
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi f’dawn l-aħħar snin il-Kumitat ħa inizjattivi biex jattira u jżomm persunal kwalifikat, jottimizza l-istruttura organizzattiva u l-metodi ta’ ħidma tiegħu u jippromwovi ambjent tax-xogħol rispettuż, fil-kuntest ta’ baġit limitat;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jinnota li l-baġit tal-Kumitat jidħol fl-intestatura 7 tal-QFP, “Amministrazzjoni pubblika Ewropea”, li fl-2023 kien jammonta għal total ta’ EUR 12,3 biljun, jiġifieri 6,4 % tal-infiq tal-baġit tal-Unjoni; josserva li, fl-2023, il-baġit tal-Kumitat kien jirrappreżenta 1,29 % tal-approprjazzjonijiet tal-intestatura 7 tal-QFP;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Josserva li l-Qorti, fir-Rapport Annwali tagħha għas-sena finanzjarja 2023 (ir-“rapport tal-Qorti”), eżaminat kampjun ta’ 70 tranżazzjoni taħt l-Intestatura 7, li minnhom 21 (30 %) kien fihom żbalji; jinnota wkoll li għal ħamsa minn dawk l-iżbalji, li ġew ikkwantifikati mill-Qorti, il-Qorti stmat livell ta’ żball taħt il-limitu ta’ materjalità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota mir-rapport tal-Qorti li n-nefqa amministrattiva tinkludi nefqa fuq ir-riżorsi umani inklużi l-pensjonijiet, li fl-2023 kienu jammontaw għal madwar 70 % tan-nefqa amministrattiva totali, u fuq bini, tagħmir, enerġija, komunikazzjonijiet u teknoloġija tal-informazzjoni; jilqa’ l-fatt li l-Qorti kkonkludiet, kif għamlet fis-snin preċedenti, li, b’mod ġenerali, l-infiq amministrattiv huwa ta’ riskju baxx; jinnota li fl-2023 il-Qorti ma identifikat l-ebda kwistjoni speċifika dwar il-Kumitat;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ġestjoni baġitarja u finanzjarja</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jinnota li fl-2023 il-baġit finali adottat għall-Kumitat kien ta’ EUR 158 767 970, liema ammont jirrappreżenta żieda ta’ 4,1 % meta mqabbel mal-2022; jinnota mit-tweġibiet tal-Kumitat għall-kwestjonarju ppreżentat mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit għall-kwittanza baġitarja tal-2023 (il-“Kwestjonarju”) u r-rapport annwali tal-attività tal-Kumitat għall-2023 (ir-“Rapport Annwali”) li l-linja baġitarja tar-remunerazzjoni u tal-allowances (spejjeż tal-persunal tal-Kumitat u l-Membri) żdiedet bi 8,4 % bejn l-2022 u l-2023 minħabba l-inflazzjoni; jinnota mill-Kwestjonarju li l-baġit għall-assistenza esterna għall-operat, l-iżvilupp u l-manutenzjoni tas-sistemi tas-software żdied bi 33,70 % mill-2022 għall-2023 minħabba li fl-2023 il-Kumitat għamel l-implimentazzjoni tal-istrateġija diġitali tiegħu għall-2024-2026 prijorità; jinnota li, altrimenti, id-distribuzzjoni tal-approprjazzjonijiet bejn linji baġitarji oħra fil-baġit tal-2023 tal-Kumitat baqgħet komparabbli mad-distribuzzjoni tas-snin preċedenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li r-rata tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kumitat tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn tas-sena attwali kompliet żdiedet minn 96,12 % fl-2022 għal 98,70 % fl-2023, wara l-implimentazzjoni baġitarja aktar baxxa fis-snin preċedenti minħabba l-pandemija tal-COVID-19 u r-restrizzjonijiet relatati fuq l-ivvjaġġar; jinnota wkoll li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament tas-sena attwali żdiedet minn 88,12 % fl-2022 għal 90,67 % fl-2023; jinnota li ż-żmien medju għall-pagamenti fl-2023 kien ta’ 20,14 jum, ogħla minn dak fl-2022 (li kien ta’ 18,34 jum);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jinnota li r-riport tal-approprjazzjonijiet mill-2023 għall-2024 kien jammonta għal EUR 13 827 713 (jiġifieri madwar 8,70 % tal-baġit tal-Kumitat għall-2023), li jirrappreżenta tnaqqis mil-livell tas-sena ta’ qabel ta’ EUR 20 162 518 (jiġifieri madwar 13 % tal-baġit tal-Kumitat għall-2022); jinnota wkoll b’apprezzament li r-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet riportati mill-2022 għall-2023 kienet ta’ 86,76 % fl-2023, meta mqabbla ma’ 76,91 % fl-2022; iħeġġeġ lill-Kumitat ikompli juża b’mod effiċjenti l-fondi pprovduti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jinnota li s-servizzi proprji tal-Kumitat nedew 12-il proċedura negozjata ta’ anqas minn EUR 60 000 fl-2022, prinċipalment għal studji tal-każijiet, studji u appoġġ loġistiku; jinnota li l-Kumitat nieda wkoll sitt proċeduri ta’ akkwist mas-servizzi konġunti kondiviżi mal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (il-“KtR”) prinċipalment fil-qasam tal-loġistika u l-manutenzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jinnota li, fl-2023, il-Kumitat kompla jtejjeb il-kosteffettività tal-attivitajiet tiegħu, inkluż permezz tal-ħidma ibrida, iż-żieda fit-telexogħol, id-dematerjalizzazzjoni sħiħa taċ-ċirkwiti finanzjarji u t-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija; jinnota mill-Kwestjonarju li fl-2023 il-Kumitat kiseb iffrankar finanzjarju ta’ EUR 65 000 minħabba tnaqqis fil-konsum tal-enerġija; ifaħħar lill-Kumitat talli ffirma kuntratt qafas ġdid għall-kontrolli mediċi li jipprevedi prezzijiet aktar baxxi, flessibbiltà akbar u servizz aħjar b’mod ġenerali mill-kuntratt preċedenti; jirrikonoxxi l-iffrankar baġitarju u amministrattiv sinifikanti li kiseb il-Kumitat permezz ta’ kooperazzjoni interistituzzjonali, b’mod partikolari s-servizzi konġunti mal-KtR u l-esternalizzazzjoni (Ftehimiet dwar il-livell ta’ servizz) ta’ servizzi speċifiċi lill-Kummissjoni fl-indirizzar tar-riżorsi umani u l-użu ta’ għodod tal-IT għall-ġestjoni finanzjarja u għar-riżorsi umani, kif ukoll il-parteċipazzjoni fi proċeduri ta’ akkwist interistituzzjonali mmexxija minn istituzzjonijiet oħra; jinnota mill-Kwestjonarju li l-ispejjeż totali mġarrba mill-Kumitat għall-esternalizzazzjoni ta’ servizzi speċifiċi lill-Kummissjoni żdiedu minn EUR 743 600 fl-2022 għal EUR 793 000 fl-2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Ifakkar li d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 2023 tistabbilixxi l-allowance għall-attendenza mill-bogħod ta’ membri tal-Kumitat f’laqgħat mhux statutorji għal EUR 145 għal kull laqgħa mill-bogħod kuljum, li fl-2023 kienet tirrappreżenta 50 % tal-allowance ta’ kuljum għall-parteċipazzjoni fiżika; iqis li minkejja li l-attendenza mill-bogħod hija strument importanti għall-istituzzjonijiet moderni peress li, fost l-oħrajn, tnaqqas l-ispejjeż tal-laqgħat u tippermetti parteċipazzjoni usa’, l-allokazzjoni ta’ indennizz għall-attendenza mill-bogħod tal-laqgħat, anke jekk titnaqqas u tkun maħsuba biss għal xi tipi ta’ avvenimenti, hija diffiċli biex tinftiehem mill-pubbliku, aktar u aktar meta titqies id-differenza mħallsa lill-membri tal-Kumitat u lill-membri tal-KtR għall-attendenza mill-bogħod; jinnota b’sodisfazzjon mir-rapport ta’ segwitu tal-Kumitat għar-riżoluzzjoni tal-Parlament dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kumitat għall-2022 (ir-“Rapport ta’ segwitu”) li l-applikazzjoni ta’ dik id-deċiżjoni diġà pproduċiet iffrankar baġitarju ta’ EUR 1 677 000 minħabba spejjeż u allowances tal-ivvjaġġar aktar baxxi mħallsa, kif ukoll iffrankar ambjentali ta’ madwar 553,66 tunnellata ta’ CO<STRING SUBSCRIPT="on">2</STRING>, minħabba anqas ivvjaġġar fl-2023; jinnota mir-Rapport annwali li l-għadd ta’ jiem ta’ laqgħat rimborżati li għalihom kien hemm attendenza mill-bogħod kien ta’ 2006 (6 259 fl-2022), b’durata medja ta’ 3 sigħat għal kull laqgħa bi spiża totali ta’ EUR 294 930 fl-2023 (EUR 922 925 fl-2022); jilqa’ d-diversi kontrolli li wettaq il-Kumitat biex tiġi ppruvata l-attendenza mill-bogħod tal-membri qabel il-ħlas tal-allowance;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jinnota li fl-2023 l-impatt tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna kompla jagħmel pressjoni fuq il-baġit tal-Kumitat, permezz ta’ żieda fl-inflazzjoni u aġġustamenti tas-salarji, sfidi fi proġetti ta’ bini minħabba dewmien u prezzijiet ogħla tal-materja prima, l-indiċjar ta’ kuntratti ta’ kiri (+10,3 % fl-2023 meta mqabbel mal-2022), kif ukoll l-indiċjar ta’ kuntratti ta’ manutenzjoni u servizzi ta’ sigurtà (+13,50 % fl-2023 meta mqabbel mal-2021); jinnota b’mod partikolari li l-ispejjeż tal-enerġija żdiedu minn EUR 726 000 għal EUR 3 125 000 bejn l-2021 u l-2022, qabel ma naqsu għal EUR 1 923 391 fl-2023; jirrikonoxxi l-limitu massimu ta’ 2 % għall-ispejjeż mhux relatati mas-salarji; ifaħħar, f’dan il-kuntest, lill-Kumitat għall-inizjattiva tiegħu li jindirizza l-isfidi fil-livell baġitarju billi pereżempju jimplimenta strateġiji għall-iffrankar tal-enerġija permezz ta’ miżuri għal żmien qasir, kif ukoll miżuri għal żmien medju u twil, u b’hekk fl-2023 ma kienx jeħtieġ baġit emendatorju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jinnota tnaqqis fl-approprjazzjonijiet tas-sena attwali għal-linja baġitarja 1004 (nefqa għall-ivvjaġġar tal-membri, inklużi allowances ta’ sussistenza u laqgħat) minn EUR 19,790 miljun fl-2022 (li minnhom tħallsu EUR 15,895 miljun tal-UE) għal EUR 19,761 miljun fl-2023 (li minnhom tħallsu EUR 18,344 miljun); jinnota b’sodisfazzjon titjib fir-rata ta’ implimentazzjoni ta’ dawk l-approprjazzjonijiet minn 80,31 % fl-2022 għal 92,83 % fl-2023; jinnota li l-President tal-Kumitat pparteċipa f’35 missjoni li ammontaw għal EUR 71 926 fl-2023 meta mqabbla ma’ 26 missjoni li ammontaw għal EUR 38 042 fl-2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jinnota mill-Kwestjonarju li d-Direttorat Konġunt għall-Innovazzjoni u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni tal-Kumitat u tal-KtR jalloka madwar 3 % tal-baġit tal-IT tiegħu għaċ-ċibersigurtà li huwa ’l bogħod mill-mira ta’ 10 % prevista fil-leġiżlazzjoni rilevanti; jitlob lill-koleġiżlaturi u lill-Kummissjoni jqisu dan fil-qafas tal-proċedura baġitarja annwali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ġestjoni interna, prestazzjoni u kontroll intern</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jinnota mir-Rapport annwali li, bħala parti mill-programm ta’ ħidma annwali tiegħu għall-2023, il-Kumitat kellu total ta’ 31 objettiv mfassla għall-entitajiet kollha tal-amministrazzjoni tiegħu u, bħala parti mill-istrateġija tas-segretarjat ġenerali għall-2021-2025, il-Kumitat għandu ħames valuri ewlenin u ħames objettivi strateġiċi ewlenin; jinnota mill-Kwestjonarju li l-għadd ta’ opinjonijiet li tfasslu u l-parteċipazzjonijiet f’laqgħat ta’ livell għoli huma indikaturi ewlenin għall-miżuri tal-prestazzjoni tal-Kumitat; jieħu nota mill-Kwestjonarju li l-Kumitat għandu indikaturi tal-prestazzjoni f’diversi oqsma, bħall-IT, ir-riżorsi umani, it-traduzzjoni u l-komunikazzjoni; jitlob lill-Kumitat jinkludi fir-rapportar futur tiegħu lista tal-indikaturi u l-objettivi ewlenin kollha tal-prestazzjoni, għal kull attività, kif ukoll il-mira (%) stabbilita biex dawn jintlaħqu u l-livell (%) tal-ilħuq tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jinnota li l-Kumitat isegwi l-missjoni tiegħu permezz ta’ opinjonijiet, li jirreferu għal proposti leġiżlattivi li jsiru mill-Kummissjoni (konsultazzjonijiet), opinjonijiet fuq inizjattiva proprja, li jistiednu lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni jieħdu azzjoni, u opinjonijiet esploratorji, li jikkontribwixxu għall-ħidma tal-Kummissjoni dwar l-inizjattivi ppjanati tagħha, u li l-pożizzjonijiet tal-Kumitat jistgħu jiġu enfasizzati f’riżoluzzjonijiet jew inklużi f’rapporti ta’ evalwazzjoni u informazzjoni; ifaħħar lill-Kumitat għall-prestazzjoni tiegħu fl-għoti ta’ assistenza lill-Parlament, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni fiċ-ċiklu leġiżlattiv fl-2023; jinnota, f’dak il-kuntest li, fl-2023, il-Kumitat adotta 213-il opinjoni u rapport, żieda minn 202 fl-2022 u organizza 146 seduta u 23 konferenza, meta mqabbla ma’ 116 u 29 fl-2022, rispettivament; jinnota li l-membri tal-Kumitat ipparteċipaw f’429 laqgħa ta’ livell għoli, summits u konferenzi fl-2023 meta mqabbla ma’ 345 fl-2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Japprezza l-fatt li fl-2023 il-Kumitat ħa azzjoni biex itejjeb il-viżibbiltà u l-impatt tal-ħidma tiegħu b’rabta mal-format tal-opinjonijiet tiegħu, il-metodoloġija għall-opinjonijiet ta’ segwitu, il-kooperazzjoni mal-Parlament u mal-Kummissjoni u proġetti oħra ta’ natura trasversali, kif ukoll inizjattivi innovattivi bħat-test taż-Żgħażagħ tal-UE, l-inizjattiva tal-membru kandidat tat-tkabbir u l-Pjattaforma Ewropea tal-Partijiet Interessati tal-Ekonomija Ċirkolari, fost l-oħrajn;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>	Ifaħħar l-inizjattivi meħuda mill-Kumitat immirati lejn it-trawwim tal-involviment attiv taż-żgħażagħ fil-proċess tat-tfassil tal-politika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jilqa’ l-proġett pilota implimentat bejn Settembru 2022 u April 2023 bil-għan li jissaħħaħ is-segwitu ta’ opinjonijiet magħżula fir-rigward tal-istituzzjonijiet kollha, filwaqt li ntgħażlu 19-il opinjoni għal segwitu msaħħaħ fl-ambitu ta’ dak il-proġett; jinnota mill-Kwestjonarju r-riżultati pożittivi ġenerali ta’ dak il-proġett pilota, bħat-titjib tal-kapaċità tal-Kumitat li jwettaq azzjonijiet ta’ segwitu, definizzjoni mtejba tal-prijorità tal-ħidma tal-Kumitat u żieda fis-sensibilizzazzjoni u fl-impatt tal-opinjonijiet magħżula;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jenfasizza li l-ġestjoni effiċjenti tar-riżorsi limitati baqgħet sfida ewlenija matul l-2023 minħabba restrizzjonijiet fuq il-persunal, iggravat biż-żieda fl-attivitajiet fl-ambitu ta’ politika stabbli u kontinwa fil-qasam tal-persunal; jinnota l-pjan tal-Kumitat li jintroduċi approċċ ġdid għall-ippjanar strateġiku tal-forza tax-xogħol u l-allokazzjoni tal-persunal, l-ingranaġġ tal-ġbir tad-data dwar il-ħiliet tal-persunal, is-smigħ attiv fl-organizzazzjoni kollha, u r-riflessjonijiet dwar prijoritajiet strateġiċi mill-korpi politiċi tal-Kumitat; jistieden lill-Kumitat iżomm lill-Parlament infurmat dwar l-eżitu ta’ dan il-pjan il-ġdid, peress li dan jista’ jispira istituzzjonijiet oħra li jiffaċċjaw sfidi simili u rikorrenti mil-lat tar-riżorsi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jinnota fir-rigward tal-istandards ta’ kontroll intern (ICS), li l-eżerċizzju ta’ konformità tal-2023 wera titjib meta mqabbel mal-2022; jinnota f’dak il-kuntest li l-konformità, jiġifieri l-punt sa fejn ir-rekwiżiti tas-16-il ICS huma implimentati, żdiedet minn 80,30 % fl-2022 għal 87,40 % fl-2023, filwaqt li l-effettività, jiġifieri sa fejn l-implimentazzjoni ta’ dawk ir-rekwiżiti taħdem kif suppost, żdiedet minn 74 % fl-2022 għal 78,10 % fl-2023; jinnota wkoll li l-eżerċizzju annwali tal-valutazzjoni tar-riskju tal-2023 wera li l-applikazzjoni tal-kontrolli interni naqqset ir-riskji inerenti (fil-kategorija “kritiċi” u “importanti ħafna”) bi 53 %, minn 40 għal 19, fl-2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>	Jinnota li fl-2023 saret ristrutturazzjoni tas-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS), li saħħet il-konformità tiegħu mal-istandards internazzjonali tal-awditjar u ssimplifikat u ddokumentat il-proċess kollu tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jinnota li, fil-qasam tat-tranżazzjonijiet finanzjarji, is-servizz tal-awditjar intern (IAS) tal-Kumitat adotta deċiżjoni ġdida dwar il-valutazzjoni tar-riskji għall-implimentazzjoni ta’ proċedura simplifikata fil-bidu tal-2023; jinnota wkoll li fl-2023 il-Bureau tal-Kumitat adotta karta ġdida tal-awditu intern u karta tal-kumitat tal-awditjar li tinkludi r-regoli proċedurali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jinnota mir-Rapport annwali u l-Kwestjonarju li fl-2023, l-IAS nieda erba’ awditi, jiġifieri dwar l-awtorizzazzjonijiet tal-laqgħat, l-għażla tal-kummissjoni konsultattiva dwar il-bidla industrijali, iċ-ċiklu strateġiku u l-allowances għad-durata u d-distanza għall-membri tal-Kumitat; jistieden lill-Kumitat iżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar l-eżitu ta’ dawk l-awditi u jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet miftuħa kollha li rriżultaw minn awditi preċedenti (dwar l-iskadenzi istituzzjonali, l-interpretazzjoni, il-verifika, l-etika u l-integrità, id-drittijiet statutorji u l-ħinijiet tal-pagamenti);
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Riżorsi umani, ugwaljanza u benesseri tal-persunal</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jinnota li, fi tmiem l-2023, il-Kumitat kien jimpjega ta’ 707 membri tal-persunal, meta mqabbel ma’ 706 fl-2022; jinnota wkoll li fl-2023 ġew impjegati 49 aġent kuntrattwali u 130 aġent temporanju (li minnhom 52 ġew reklutati fl-2023) (meta mqabbla ma’ 50 aġent kuntrattwali u 128 aġent temporanju fl-2022); jinnota, barra minn hekk, li l-Kumitat kien qed iħaddem 12-il aġent interim u 10 membri esterni tal-persunal li jaħdmu fuq il-post, bl-eżkluzjoni tal-fornituri esterni tas-servizzi fl-oqsma tal-loġistika u tal-IT; jieħu nota li fl-2023 ir-rata ta’ okkupazzjoni kienet ta’ 95,50 % meta mqabbla ma’ 95,10 % fl-2022, u r-rata tad-dawran tal-impjegati kienet ta’ 7 % fl-2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jilqa’ l-isforzi li għaddejjin bħalissa tal-Kumitat biex itejjeb il-qafas tar-riżorsi umani tiegħu bil-għan li jsir impjegatur u post tax-xogħol attraenti fejn kull individwu jkun apprezzat u jkun jista’ jiżviluppa bis-sħiħ il-potenzjal tiegħu; jinnota li bħala parti mill-implimentazzjoni tal-istrateġija tar-riżorsi umani tiegħu għall-2023-2025, fl-2023 il-Kumitat wettaq diversi stadji importanti, bl-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet ġodda dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol (xogħol ibridu, sahra, liv speċjali), l-istrateġija għad-diversità u l-inklużjoni u l-pjan ta’ azzjoni għall-2023-2027, il-mobbiltà tal-persunal u l-metodoloġija għall-pożizzjonijiet sensittivi, kif ukoll dwar is-sistema għall-evalwazzjoni u l-promozzjoni tal-persunal, fost l-oħrajn; jinnota b’sodisfazzjon ir-riżultati pożittivi tal-istħarriġ dwar is-sodisfazzjon tal-persunal ippubblikat f’Mejju 2023, fejn kemm il-persunal kif ukoll il-maniġers esprimew livelli għoljin ta’ sodisfazzjon b’diversi kwistjonijiet relatati mar-riżorsi umani, b’mod partikolari dwar l-arranġamenti tax-xogħol, suġġett li dwaru jidher li l-Kumitat sab il-bilanċ perfett;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jinnota li l-Kumitat sar importatur nett tat-talent (minn istituzzjonijiet oħra) għat-tieni sena konsekuttiva b’riżultat tal-implimentazzjoni ta’ pjan immirat ta’ attraenza u żamma; jirrikonoxxi, madankollu, sfidi persistenti minħabba d-dipendenza fuq aġenti temporanji fost nuqqas ta’ listi ta’ riżerva tal-EPSO, li joħolqu riskji għaż-żamma tal-għarfien espert; jissottolinja l-importanza tal-persunal permanenti fiż-żamma tal-ħiliet, il-kontinwità u l-ambjent tax-xogħol produttiv; jirrakkomanda lill-Kumitat biex jimplimenta inizjattivi ħalli jirrispondi għal dawk l-isfidi billi, pereżempju, jorganizza kompetizzjonijiet interni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jinnota li bil-għan li r-riżorsi skarsi tiegħu jitqassmu aħjar, fl-2023 ġie ffinalizzat awditu estern tal-immappjar tar-riżorsi umani, ikkummissjonat mill-Kumitat; jinnota bi tħassib li r-riżultati ta’ dak l-awditu kkonfermaw l-ammont ta’ xogħol kbir f’ħafna servizzi differenti fost il-Kumitat, u b’hekk dan ipoġġi f’riskju t-twettiq tal-missjoni u l-obbligi tal-Kumitat; jistieden lill-Kumitat jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet ta’ dak l-awditu, inklużi r-reviżjoni tas-sistema ta’ evalwazzjoni u prestazzjoni sal-2025, l-adozzjoni tad-deċiżjoni l-ġdida dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u t-twettiq ta’ monitoraġġ regolari tal-inkarigu tal-persunal; jisħaq fuq l-importanza tal-ippjanar strateġiku tal-forza tax-xogħol biex tiġi ottimizzata l-allokazzjoni tar-riżorsi, jiġi żgurat l-allinjament mal-prijoritajiet ta’ livell għoli stabbiliti mill-awtoritajiet politiċi u jitkomplew l-isforzi ta’ kosteffiċjenza tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jinnota li fl-2023 komplew ix-xejriet pożittivi li bdew fl-2022 fir-rigward tar-reklutaġġ tal-persunal; ifaħħar lill-Kumitat għall-azzjonijiet li ttieħdu f’dan il-qasam bħall-allinjament tal-pubblikazzjoni ta’ pożizzjonijiet vakanti bil-pubblikazzjoni ta’ listi ta’ riżerva ġodda tal-EPSO jew il-pubblikazzjoni ta’ opportunitajiet ta’ impjieg fuq is-sit web tal-Kumitat u fuq Linkedin, fost l-oħrajn; jitlob lill-Kumitat iżomm lill-Parlament infurmat dwar l-eżitu tal-proġett pilota tiegħu dwar l-attivitajiet ta’ mmarkar tal-impjegaturi; jissottolinja li l-inklużjoni ta’ membri tal-persunal ġodda tikkostitwixxi fattur importanti ta’ allinjament strateġiku billi tiżgura li l-persunal ikun infurmat dwar ir-regoli u l-istrateġiji stabbiliti f’istituzzjoni; ifaħħar lill-Kumitat talli fl-2023 saħħaħ l-inklużjoni ta’ membri tal-persunal ġodda permezz ta’ ktejjeb ta’ merħba aġġornat u ittra ta’ inklużjoni, pakkett ta’ merħba b’oġġetti ekoloġiċi, ċirku ta’ feedback dwar l-esperjenza tal-inklużjoni, ħin aħjar tas-sessjoni ta’ merħba, spazju ristrutturat għall-Membri tal-persunal ġodda, u pariri dwar l-inklużjoni għall-maniġers;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Ifakkar li l-Kumitat adotta d-Deċiżjoni 282/23A, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2024, li tistabbilixxi politika tax-xogħol ibrida flessibbli u bbażata fuq il-fiduċja filwaqt li toffri lill-persunal bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u ttejjeb l-adattabbiltà u l-effiċjenza; jitlob lill-Kumitat jinforma lill-awtorità ta’ kwittanza bl-iżviluppi f’dan ir-rigward f’ħin utli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jilqa’ l-ħatra ta’ Segretarju Ġenerali mara f’Jannar 2024 bħala żvilupp pożittiv lejn il-kisba ta’ bilanċ bejn il-ġeneri; jiddispjaċih madankollu li l-perċentwal ta’ nisa fil-maniġment superjuri baqa’ baxx fl-2023, bi tnejn biss minn seba’ pożizzjonijiet maniġerjali superjuri attwalment okkupati min-nisa; jilqa’ madankollu l-fatt li l-Kumitat iqis il-bilanċ bejn il-ġeneri tal-persunal tiegħu u b’mod partikolari fil-maniġment superjuri bħala fattur importanti u jistieden lill-Kumitat itejjeb malajr is-sitwazzjoni fl-ogħla livelli tal-Kumitat, billi jiżgura rappreżentanza bbilanċjata f’konformità mal-impenji tal-Kumitat għad-diversità u l-inklużjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jiddispjaċih li l-Kumitat ma setax jipprovdi data dwar każijiet ta’ eżawriment fl-2023 u jirrifjuta l-pożizzjoni tal-Kumitat espressa fir-rapport ta’ segwitu tiegħu li skontha l-eżawriment bħala tali mhuwiex dijanjożi medika rikonoxxuta u r-raġunijiet għall-eżawriment jistgħu jkunu diversi; ifakkar fl-importanza ta’ data statistika dwar l-eżawriment bl-għan li tgħin fit-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar il-benesseri tal-persunal, li għandhom ikunu bbażati wkoll fuq it-tagħlimiet meħuda minn esperjenzi sfortunati ħafna tal-passat, u fuq evalwazzjonijiet esterni tal-qafas attwali; jirrikonoxxi r-restrizzjonijiet tal-protezzjoni tad-data iżda jenfasizza l-valur ta’ data statistika anonimizzata biex tappoġġja deċiżjonijiet maniġerjali infurmati; jinnota bi tħassib ir-riżultati li jindikaw ammonti kbar ta’ xogħol f’diversi servizzi minħabba riżorsi umani limitati; jilqa’ l-adozzjoni ta’ arranġamenti ġodda ta’ ħidma bħala pass pożittiv, iżda jħeġġeġ lill-Kumitat jieħu passi ulterjuri biex jiżgura l-pubblikazzjoni ta’ data anonimizzata dwar il-każijiet ta’ eżawriment;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jinnota li, fl-2023, il-Kumitat kien qed jimpjega membri tal-persunal mill-Istati Membri kollha, u xi wħud minnhom kienu rrappreżentati żżejjed (eż. il-Belġju, l-Italja); jinnota li fl-2023 24 % tal-maniġers impjegati mill-Kumitat kienu ġejjin mit-13-il Stat Membru li ssieħbu fl-Unjoni wara l-2004, ammont li jirrappreżenta żieda żgħira meta mqabbel ma’ 21 % fl-2022 u 19 % fl-2021; itenni l-inkoraġġiment tiegħu lill-Kumitat biex ikompli jieħu azzjoni sabiex jikseb distribuzzjoni ġeografika xierqa fost il-persunal tiegħu, b’enfasi partikolari fil-livell maniġerjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jilqa’ l-isforzi tal-Kumitat biex joħloq ambjent tax-xogħol b’saħħtu għall-membri tal-persunal tiegħu; ifaħħar b’mod partikolari l-enfasi li l-Kumitat għamel fuq is-saħħa mentali u fiżika tal-persunal, u l-isforzi li saru fir-rigward tas-sensibilizzazzjoni dwar kwistjonijiet relatati mas-saħħa; jinnota l-miżuri tal-Kumitat dwar il-ġestjoni tal-liv minħabba mard, bħall-ħin mediku part-time u x-xogħol mill-bogħod estiż, biex jiġi żgurat li l-persunal li jkun assenti minħabba mard fit-tul jirritorna għax-xogħol f’ħin opportun, kif ukoll żieda fil-perċentwal ta’ persunal mingħajr ebda assenza minn 27 % fl-2022 għal 30 % fl-2023; josserva b’sodisfazzjon li l-Kumitat organizza kampanja ta’ skrinjar tal-kanċer tal-ġilda mingħajr ħlas fil-bini tal-Kumitat fejn fl-2023 ġew ikkonsultati 104 membri tal-persunal fuq perjodu ta’ erbat ijiem minn dermatoloġisti esterni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Qafas etiku u trasparenza</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jilqa’ l-adozzjoni tal-istrateġija l-ġdida dwar id-diversità u l-inklużjoni, effettiva sal-2027; ifaħħar l-azzjonijiet speċifiċi ta’ sensibilizzazzjoni dwar id-diżabilità li ttieħdu fil-bidu tal-2024; jinnota b’sodisfazzjon li t-taħriġ dwar id-diversità u l-inklużjoni għadu obbligatorju għall-maniġers u rrakkomandat għall-persunal; jirrikonoxxi l-impenn qawwi tal-Kumitat li jrawwem post tax-xogħol kompletament inklużiv; iħeġġeġ lill-Kumitat jieħu passi ulterjuri biex jimmonitorja r-rappreżentanza tal-impjegati b’diżabilità u jiżgura l-pubblikazzjoni ta’ data anonimizzata f’dan ir-rigward;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jinnota li fl-2023 il-Kumitat kompla l-proċess ta’ riforma interna tiegħu bl-adozzjoni ta’ deċiżjoni dwar id-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implimentazzjoni dwar l-investigazzjonijiet amministrattivi u r-regoli ta’ implimentazzjoni għall-proċedimenti dixxiplinari; ifaħħar lill-Kumitat talli ħa dan l-aħħar pass meħtieġ biex jimplimenta bis-sħiħ il-miżuri għal qafas etiku msaħħaħ tal-Kumitat; jinnota mir-rapport ta’ segwitu li l-Kumitat u l-awditur intern qablu dwar pjan ta’ azzjoni relatat mal-awditu tal-etika u l-integrità tal-Kumitat, filwaqt li ġew implimentati u ngħalqu tmien rakkomandazzjonijiet u żewġ rakkomandazzjonijiet għadhom miftuħa biex jiġu implimentati sa Marzu 2025; jitlob lill-Kumitat iżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar il-progress li jkun sar fuq din il-kwistjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jinnota li fl-2023 il-Kumitat kompla jħarreġ lill-persunal u qajjem sensibilizzazzjoni dwar suġġetti relatati mal-iżvelar ta’ informazzjoni protetta, il-kunflitti ta’ interess u kwistjonijiet etiċi oħra: jinnota f’dan il-kuntest b’sodisfazzjon ir-riżultati tal-istħarriġ dwar l-involviment tal-persunal li twettaq fl-2023 li juru rata għolja ta’ sensibilizzazzjoni fost il-persunal, fir-rigward tal-qafas etiku tal-Kumitat, b’mod partikolari dwar in-networks ta’ konsulenti kunfidenzjali (93 %) u ta’ konsulenti etiċi (83 %); josserva li fl-2023 il-Kumitat organizza 12-il sessjoni ta’ taħriġ dwar dawk is-suġġetti b’parteċipazzjoni totali ta’ 79 membru tal-persunal; ifaħħar lill-Kumitat talli organizza taħriġ obbligatorju dwar ir-rispett u d-dinjità fuq il-post tax-xogħol għall-persunal kollu, inklużi l-maniġers;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jinnota li fl-2023 ġie rrapportat ilment wieħed ta’ fastidju u ngħalaq fl-istess sena, bħala riżultat tal-investigazzjoni u l-medjazzjoni mill-Kumitat, mingħajr ma ġew imposti sanzjonijiet; ifakkar li l-Kumitat huwa parti ċivili fil-proċedimenti legali li għaddejjin bħalissa mibdija mill-awtoritajiet nazzjonali Belġjani kontra eks membru akkużat bi mġiba ħażina, li bħalissa jinsabu quddiem il-qorti Belġjana; jitlob lill-Kumitat jinforma lill-Parlament dwar l-iżviluppi f’dak il-każ; jemmen li t-trawwim ta’ kultura ta’ rispett u dinjità, appoġġjata minn politika ta’ tolleranza żero għal dak li jikkonċerna l-fastidju, huwa kruċjali biex jiġu evitati allegazzjonijiet futuri u biex jiġi żgurat ambjent tax-xogħol sikur u inklużiv fi ħdan il-Kumitat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Itenni li politika ta’ tolleranza żero kontra l-fastidju hija meħtieġa biex tipproteġi l-benesseri tal-persunal u hija dmir ta’ kwalunkwe impjegatur; ifakkar li fl-indirizzar ta’ allegazzjonijiet ta’ fastidju għandu jiġi stabbilit approċċ ibbażat fuq tagħlim miksub sabiex jiġi evitat kwalunkwe għemil ħażin possibbli; iqis, madankollu, li investigazzjoni esterna u indipendenti tal-każ li bħalissa huwa s-suġġett ta’ proċedimenti legali tkun ta’ benefiċċju biex tittejjeb ir-reazzjoni tal-Kumitat f’każijiet simili;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Japprezza r-rieda tal-Kumitat li jikkoopera mal-korpi investigattivi tal-Unjoni jiġifieri l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) u l-Ombudsman; Jinnota li fl-2023 infetħu żewġ każijiet tal-OLAF, li t-tnejn li huma ġew miċħuda fl-istess sena: wieħed għal nuqqas ta’ evidenza suffiċjenti u l-ieħor ġie rreferut lill-Kumitat għal segwitu; jitlob lill-Kumitat iżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar il-progress li jkun sar fit-tieni każ; jinnota wkoll li fl-2023 l-Ombudsman fetħet investigazzjoni fir-rigward tal-ġestjoni ta’ każ li jinvolvi allegazzjonijiet ta’ fastidju; jitlob lill-Kumitat jinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-eżiti ta’ dik l-inkjesta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon il-ħidma tal-Kumitat lejn aktar trasparenza fl-attivitajiet tiegħu fl-2023; jinnota f’dak il-kuntest l-adozzjoni ta’ deċiżjoni li twessa’ l-firxa ta’ dokumenti disponibbli online permezz tar-Reġistru tat-Trasparenza, bħall-minuti tal-laqgħa u l-listi tal-attendenza tal-Kumitat, kif ukoll deċiżjoni li titlob lill-membri tal-Kumitat jiltaqgħu biss ma’ partijiet ikkonċernati rreġistrati, jippubblikaw il-lista tagħhom ta’ laqgħat u jehmżu l-“impronta leġiżlattiva” tagħhom mal-opinjonijiet tagħhom; japprezza l-fatt li l-Kumitat jippubblika informazzjoni online dwar il-baġit annwali, l-indikaturi tal-prestazzjoni, in-nefqa jew l-akkwist pubbliku tiegħu; jappella għall-pubblikazzjoni tal-laqgħat kollha li jsiru mill-membri tal-KESE ma’ partijiet terzi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li l-Kumitat stabbilixxa regoli u proċeduri sodi biex jipprevjeni kunflitti ta’ interess u jevita revolving doors fir-rigward tal-persunal li jinvolvi ruħu f’attivitajiet esterni jew membri li jidħlu f’impjieg wara li ma jibqgħux membru tal-Kumitat; jinnota f’dan il-kuntest li fl-2023 il-Kumitat introduċa “Formola tad-dikjarazzjoni tal-interessi finanzjarji” ġdida; jinnota li l-formola għandha tiġi ddikjarata mill-membri, mid-delegati, mis-supplenti u mill-konsulenti kemm għall-pożizzjonijiet jew għall-attivitajiet tagħhom remunerati kif ukoll dawk mhux remunerati barra mill-Kumitat; ifaħħar ukoll lill-Kumitat talli fl-2023 involva ruħu fin-negozjati politiċi biex joħloq il-Korp tal-Etika Interistituzzjonali inkarigat mill-istabbiliment ta’ standards etiċi biex jissaħħu t-trasparenza u l-integrità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jinnota li l-Bureau tal-Kumitat, fil-21 ta’ Marzu 2023, adotta diversi miżuri ta’ trasparenza f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fir-rigward tar-Reġistru tat-Trasparenza tal-UE, bħal rakkomandazzjoni għall-membri fil-kariga biex jiltaqgħu biss mal-partijiet ikkonċernati rreġistrati, l-obbligu għall-membri fil-kariga li jippubblikaw il-listi tal-laqgħat tagħhom u “impronta leġiżlattiva” volontarja għar-rapporteurs; jinnota li ttieħdu diversi azzjonijiet biex tiġi implimentata d-deċiżjoni tal-Bureau, inkluż il-ħruġ ta’ nota ta’ servizz li tistabbilixxi modalitajiet prattiċi għall-implimentazzjoni tad-deċiżjoni, kampanja ta’ taħriġ ta’ sensibilizzazzjoni, u d-dispożizzjonijiet ta’ mudelli ta’ messaġġi li għandhom jiġu inklużi fil-korrispondenza bejn il-membri tal-Kumitat u l-partijiet ikkonċernati esterni li jinkoraġġixxu l-inseriment fir-Reġistru tat-Trasparenza tal-UE (jekk applikabbli);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Iħeġġeġ lill-KESE jimplimenta traċċar f’ħin reali tal-kunflitti ta’ interess iddikjarati, u jirrikjedi li l-membri u l-persunal superjuri kollha jiżvelaw pubblikament l-interessi finanzjarji, l-assi u l-affiljazzjonijiet esterni kull sena, biex tiġi evitata influwenza indebita fuq it-teħid tad-deċiżjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jinnota li fl-2023 kien hemm nuqqas ta’ każijiet f’oqsma ta’ frodi, kunflitti ta’ interess u żvelar ta’ informazzjoni protetta; jinnota li ġiet rieżaminati l-effettività tal-miżuri kontra l-frodi tal-Kumitat sabiex tiġi żviluppata strateġija kontra l-frodi, li għadha nieqsa minkejja l-ħafna talbiet mill-Parlament fir-riżoluzzjonijiet ta’ kwittanza tiegħu biex tittieħed azzjoni ħalli tittejjeb is-sistema ġenerali kontra l-frodi; ifakkar fl-importanza ta’ strateġija komprensiva kontra l-frodi u jistieden lill-Kumitat iżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar l-eżitu ta’ dak l-eżerċizzju li kellu jiġi konkluż bl-adozzjoni ta’ strateġija kontra l-frodi fl-2024;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Diġitalizzazzjoni, ċibersigurtà u protezzjoni tad-data</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jinnota li fl-2023 il-baġit ikkombinat tal-IT kemm tal-Kumitat kif ukoll tal-KtR kien ta’ EUR 12 700 000, meta mqabbel ma’ EUR 11 712 000 fl-2022, jiġifieri żieda ta’ 8,4 %, filwaqt li fl-2023 EUR 350 000 ta’ dak il-baġit (jew 3 % tiegħu) tħallsu għaċ-ċibersigurtà; jinnota wkoll li 6,24 % tal-baġit totali tal-Kumitat għall-2023 kien jirrappreżenta n-nefqa għal azzjonijiet li jimplimentaw l-“Istrateġija Diġitali 2024-2026” (DS2026) il-ġdida li tħejjiet mid-Direttorat Konġunt għall-Innovazzjoni u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni (DIIT) fl-2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jinnota li d-DS2026 tipprevedi futur fejn it-teknoloġija tintegra mal-missjoni ewlenija tal-Kumitat, b’enfasi fuq l-effiċjenza, il-veloċità u l-evoluzzjoni diġitali kontinwa, li tpoġġi kemm l-amministrazzjoni kif ukoll il-membri fiċ-ċentru tat-trasformazzjoni diġitali u li għandha l-għan li ttejjeb il-prestazzjoni tas-servizzi, l-awtonomizzazzjoni u l-adattabilità; jinnota li d-DS2026 hija strutturata madwar tmien objettivi, tmien prinċipji ewlenin u erba’ proġetti ewlenin bħall-adozzjoni ta’ Ares u ta’ EdiT li huma mistennija li jiġu implimentati fl-2026 u fl-2025, rispettivament; jinnota b’sodisfazzjon mill-Kwestjonarju l-progress li sar mid-DIIT fl-implimentazzjoni tad-DS2026 fl-2023, filwaqt li ttieħdu azzjonijiet bħall-adozzjoni ta’ linji gwida tal-persunal dwar l-intelliġenza artifiċjali, l-integrazzjoni ta’ flussi ta’ emendi b’għodod ta’ traduzzjoni u l-istabbiliment ta’ uffiċċju għall-ġestjoni tal-proġetti, fost ħafna oħrajn;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jinnota mir-rapport annwali l-azzjonijiet tal-Kumitat fil-qasam tal-protezzjoni tad-data personali u l-ipproċessar tagħha; jinnota li fl-2023, il-Kumitat ħoloq verżjoni online ġdida tar-reġistru tar-rekords tiegħu u reġistru konġunt ġdid tar-rekords mal-KtR, u li l-ewwel kellu 121 rekord u t-tieni kellu 25 rekord fi tmiem l-2023; jinnota wkoll li fl-2023 il-Kumitat adotta proċedura ġdida għall-ġestjoni tal-ksur tad-data, ippubblika gwida dwar il-protezzjoni tad-data u implimenta diversi inizjattivi ta’ sensibilizzazzjoni għall-persunal u l-membri tiegħu; jinnota fl-aħħar nett li fl-2023 l-EDPS nieda investigazzjoni waħda relatata mal-ġestjoni ta’ awditu estern, u kompla investigazzjoni preċedenti dwar l-użu tas-servizzi tal-cloud skont il-kuntratti tal-Cloud II mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, u li għaż-żewġ investigazzjonijiet il-konklużjonijiet għadhom pendenti; jitlob lill-Kumitat iżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar is-segwitu f’dawn il-kwistjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jinnota li fl-2023 il-Kumitat iffinalizza l-proġett tiegħu għat-tagħmir tal-kmamar tal-laqgħat kollha tiegħu, u li 14-il kamra oħra bħal dawn kienu mgħammra b’teknoloġiji li jagħmluhom kompletament operazzjonali f’modalità ibrida; japprezza l-fatt li fl-2023 il-Kumitat wettaq il-proċeduri kollha ta’ akkwist għal kuntratti ta’ valur għoli b’mod kompletament diġitalizzat, uża l-firma elettronika kwalifikata għal kwalunkwe tip ta’ ftehim kuntrattwali u pprovda taħriġ lill-persunal dwar it-tranżizzjoni għas-sistema tal-Għodda għall-Ġestjoni tal-Akkwist Pubbliku u l-Portal tal-Finanzjament u l-Offerti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Ifaħħar lill-Kumitat talli fl-2023 ħa azzjonijiet konkreti biex jiżgura li l-persunal tiegħu jikseb il-ħiliet diġitali meħtieġa f’post tax-xogħol dejjem aktar diġitalizzat; jinnota f’dan il-kuntest l-attivitajiet, bħall-“mini-hackatons”, organizzati fil-qafas ta’ network bejn il-pari stabbilit mal-KtR biex jitrawmu użu u fehim aħjar tal-għodod diġitali kollaborattivi, kif ukoll taħriġ bejn il-pari u skambji ta’ esperjenza; jinnota li l-eżitu ta’ dawk l-attivitajiet ġie integrat fl-offerta ta’ taħriġ tal-Kumitat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jinnota li f’Ottubru 2023 ġew adottati linji gwida għall-membri tal-persunal dwar l-użu tal-Intelliġenza Artifiċjali (IA), li ġiet ipprovduta sessjoni ta’ informazzjoni għall-membri kollha tal-persunal, li wriet l-opportunitajiet u l-isfidi, u li ġiet ipprovduta komunikazzjoni ulterjuri lill-membri tal-persunal permezz ta’ artikoli bbażati fuq l-għarfien fuq l-intranet tal-Kumitat biex titqajjem sensibilizzazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jinnota li fl-2023 il-ħidma kompliet bl-adozzjoni u l-applikazzjoni tal-Qafas taċ-Ċibersigurtà NIST kemm fil-Kumitat kif ukoll fil-KtR, u li l-azzjonijiet li ttieħdu dik is-sena ffukaw fuq xi wħud mill-prinċipji ta’ dak il-qafas, jiġifieri l-prinċipji ta’ protezzjoni u detezzjoni; jinnota li l-istrateġiji ta’ mitigazzjoni huma implimentati permezz tal-Qafas taċ-Ċibersigurtà “Essential Eight”; jinnota wkoll li fl-2023 il-Kumitat ma esperjenza l-ebda attakk ċibernetiku, iżda esperjenza attakki qosra ta’ Ċaħda tas-Servizzi (DoS) kontra s-siti web korporattivi tal-Kumitat ospitati esternament fi tmiem l-2022 u l-bidu tal-2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Iħeġġeġ lill-KESE jżid il-baġit tiegħu għaċ-ċibersigurtà għal mill-inqas 10 % tal-infiq totali tal-IT tiegħu f’konformità mad-direttivi tal-UE dwar iċ-ċibersigurtà, filwaqt li jiżgura protezzjoni msaħħa kontra t-theddid ċibernetiku, speċjalment għal data sensittiva relatata ma’ kwistjonijiet ta’ politika u dawk baġitarji;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Bini</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jirrikonoxxi l-wasla tar-rapport tal-Kumitat tat-3 ta’ Ġunju 2024 li jinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-politika tal-bini tal-Kumitat, f’konformità mal-Artikolu 266(1) tar-Regolament Finanzjarju tal-Unjoni; jinnota b’sodisfazzjon minn dak ir-rapport li l-Kumitat, flimkien mal-KtR, kiseb waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-Istrateġija għall-Bini tagħhom tal-2017, jiġifieri “konċentrazzjoni ġeografika tal-bini”; jinnota wkoll li din il-kisba diġà ġabet iffrankar minħabba l-ispejjeż aktar baxxi tal-kiri tal-VMA kollha meta mqabbla mat-tliet binjiet li qabel kienu mikrija; jifhem li dak l-iffrankar huwa ta’ madwar EUR 1,8 miljun, li, skont dak ir-rapport, huwa ekwivalenti għall-kera mħallsa għall-bini B100; jinnota li l-Kumitat bħalissa qed jaħdem fuq l-aġġornament tal-istrateġija immobiljari fit-tul tiegħu tal-2017, u li din il-ħidma għandha titlesta sa tmiem l-2025; jistieden lill-Kumitat iżomm lill-awtorità ta’ kwittanza informata dwar l-eżitu ta’ dan l-eżerċizzju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jilqa’ l-finalizzazzjoni tar-rinnovazzjonijiet (jiġifieri xogħlijiet ta’ installazzjoni) tal-bini tal-VMA li għadu kif ġie akkwistat, li kienu jinkludu l-installazzjoni ta’ teknoloġiji intelliġenti għall-iffrankar tal-enerġija; jappoġġja l-pjan tal-Kumitat li jwettaq awditi tekniċi u ambjentali tal-bini kollu tiegħu, filwaqt li l-eżitu ta’ dawk l-awditi għandu jippermetti l-identifikazzjoni tal-installazzjonijiet tekniċi u l-komponenti tal-bini kollha li jeħtieġ li jiġu rinnovati kompletament jew parzjalment jew jinżammu kif inhuma, u b’hekk jiġu allinjati mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew; jistieden lill-Kumitat jaġġorna lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-eżitu ta’ dawk l-awditi u s-segwitu tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jinnota li t-task force dwar “modi ġodda ta’ ħidma”, stabbilita fl-2022, ħarġet l-ewwel rapport prospettiv fl-2023, li jagħmel enfasi fuq l-ispazji tal-uffiċċju disponibbli u l-għażliet possibbli ta’ ottimizzazzjoni; jinnota l-pjan tal-Kumitat li jkompli dak l-eżerċizzju bi proċess parteċipattiv mal-membri tal-persunal biex jiddisinjaw b’mod konġunt l-ispazji tax-xogħol futuri; jistieden lill-Kumitat iżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar il-progress f’din il-kwistjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jilqa’ l-impenn tal-Kumitat u tal-KtR li japplikaw b’mod sistematiku l-prinċipju ta’ “disinn universali” għall-infrastruttura tagħhom, filwaqt li jiżguraw l-aċċessibbiltà tal-bini tagħhom mid-disinn; jinnota li fl-2023 iż-żewġ kumitati ħadu serje ta’ miżuri differenti biex jiżguraw l-aċċessibbiltà tal-bini tagħhom għal persuni b’diversi tipi ta’ diżabilitajiet, anki fil-mument tal-modernizzazzjoni tal-lifts tagħhom fil-bini JDE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ambjent u sostenibilità</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jilqa’ l-prattiki ekoloġiċi tal-Kumitat u jfaħħar it-tnaqqis ulterjuri tal-konsum tal-gass, tal-elettriku u tal-ilma u tal-emissjonijiet tal-karbonju u żieda fir-rata ta’ riċiklaġġ b’rabta mal-attivitajiet tal-Kumitat fl-2023 meta mqabbla mal-2019; jinnota deterjorament żgħir, meta mqabbel mal-livelli tal-2019, tar-rata tal-volum tal-iskart, minn -66 % fl-2022 għal -56 % fl-2023 minħabba preżenza ogħla fl-uffiċċju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jinnota li l-effiċjenzi fl-użu tal-enerġija u t-tnaqqis fl-emissjonijiet inkisbu permezz ta’ investimenti f’installazzjonijiet tal-bini innovattivi effiċjenti fl-użu tal-enerġija, inkluż permezz ta’ teknoloġiji intelliġenti għall-iffrankar tal-enerġija installati fil-bini tal-VMA, ix-xiri ta’ elettriku kompletament ekoloġiku, l-introduzzjoni ta’ kriterji ambjentali (personalizzati) fil-proċeduri kollha tal-offerti b’valur ta’ EUR 60 000 jew aktar, l-użu ta’ flussi ta’ xogħol mingħajr karti u miżuri oħra bħat-tnaqqis tas-sigħat ta’ tħaddim għad-dawl, it-tnaqqis tat-temperatura ta’ referenza tax-xitwa fil-bini kollu għal 19-il grad jew l-għeluq tal-bini fil-perjodi bi preżenza baxxa ta’ persunal, fost bosta miżuri oħra; jinnota li t-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija tal-Kumitat jikkorrispondi għal rata ta’ 3,4 % u qligħ finanzjarju ta’ EUR 65 395;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jinnota mir-rapport ta’ segwitu li t-teknoloġiji intelliġenti tal-iffrankar tal-enerġija installati fil-bini tal-VMA reċentement rinnovat ikkontribwew għal tnaqqis fil-konsum tal-enerġija tal-Kumitat (gass u elettriku) ta’ 20 % għal 30 % fl-2023; itenni, madankollu, it-talba tiegħu lill-Kumitat biex jipprovdi lill-Parlament aġġornament dwar ir-redditu fuq l-investimenti ta’ dawk l-installazzjonijiet teknoloġiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-Kumitat adotta strateġija għall-iffrankar tal-enerġija, b’miżuri għal żmien qasir, medju u twil; jinnota f’dan il-kuntest li l-Kumitat beda awditu ambjentali tal-bini kollu tiegħu sabiex jidentifika, fost l-oħrajn, il-livell tal-prestazzjoni enerġetika tal-istrutturi u l-attrazzaturi attwali, kif ukoll jistma r-redditu ambjentali tal-investimenti meħtieġa meta mqabbel mal-ispejjeż ġenerali (manutenzjoni, konsum eċċ.) matul perjodu ta’ 30 sena; jinnota wkoll li l-istudji dwar il-miżuri tal-effiċjenza enerġetika huma ppjanati għall-2024 u l-2025; jistieden lill-Kumitat iżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar il-progress li jkun sar rigward dik il-kwistjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Ifakkar li fl-2022, l-elettriku prodott mill-pannelli solari tal-Kumitat kien ta’ 15,5 MWH jew 0,25 % tal-konsum annwali tal-Kumitat, filwaqt li fl-2023 l-istess ċifra naqset għal 5,75 MWh; jinnota b’sodisfazzjon mill-Kwestjonarju li l-Kumitat qed jagħti eżempju fil-qasam tal-miżuri u l-azzjonijiet meħuda favur il-mobbiltà sostenibbli;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kooperazzjoni interistituzzjonali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Ifaħħar il-kooperazzjoni mill-qrib stabbilita mill-Kumitat mal-KtR fil-livell amministrattiv, permezz tal-ftehim ta’ kooperazzjoni l-ġdid iffirmat fl-2022, fejn iż-żewġ kumitati jaqsmu bini u servizzi konġunti fl-oqsma tat-traduzzjoni, l-infrastruttura, il-loġistika, is-sigurtà, l-akkwist, il-ġestjoni finanzjarja u l-IT, filwaqt li jżommu awtonomija istituzzjonali sħiħa; jilqa’ l-iżvilupp pożittiv fl-2023 meta ż-żewġ kumitati qablu aktar dwar l-iżvilupp u l-finanzjament ta’ żona ta’ komunikazzjoni kondiviża b’faċilitajiet awdjoviżivi konġunti fil-bini JDE; jitlob lill-Kumitat jidentifika u jinforma lill-Parlament dwar l-iffrankar baġitarju li sar matul l-ewwel sena tal-implimentazzjoni ta’ dak il-ftehim fiż-żona awdjoviżiva; itenni l-istedina tiegħu lill-Kumitat biex isegwi u jespandi dik il-kooperazzjoni f’oqsma oħra bil-għan li tiġi evitata d-duplikazzjoni u biex ikomplu jiġu ssimplifikati aktar il-kostijiet operattivi tas-servizzi disponibbli fil-bini kondiviż mill-Kumitat u l-KtR; jistieden lill-Kumitat u lill-KtR jesploraw il-possibbiltà li jistabbilixxu amministrazzjoni unika għas-servizzi konġunti tagħhom, filwaqt li jżommu direttorati jew unitajiet separati għas-servizzi li jittrattaw kwistjonijiet relatati mal-mandati speċifiċi u indipendenti tagħhom; jinkoraġġixxi lill-Kumitat u lill-KtR ikomplu bl-isforzi tagħhom biex jiżviluppaw aktar kooperazzjoni u sinerġiji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Josserva li fl-2023 l-iffrankar baġitarju u l-kisbiet fl-effiċjenza komplew jitwettqu permezz ta’ kooperazzjoni attiva bejn il-Kumitat u istituzzjonijiet oħra tal-Unjon, anki bl-organizzazzjoni tas-sessjonijiet plenarji tal-Kumitat fil-bini tal-Kummissjoni u tal-Parlament, fejn il-postijiet u s-servizzi assoċjati jiġu pprovduti jew mingħajr ħlas jew b’rati anqas mill-prezzijiet tas-suq estern;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li l-Kumitat u l-Parlament reġgħu nnegozjaw fl-2023 u ffirmaw fl-2024 il-ftehim interistituzzjonali tagħhom, u li l-ftehim għandu l-għan li jipprovdi kontribuzzjonijiet aktar rilevanti u f’waqthom matul iċ-ċiklu leġiżlattiv u li jsaħħaħ il-kooperazzjoni bilaterali; jilqa’ l-fatt li l-Protokoll il-ġdid ta’ Kooperazzjoni tal-Kumitat mal-Kummissjoni, iffirmat fl-2022, diġà ġab titjib fl-impatt tal-Kumitat pereżempju fil-fażi ta’ qabel il-leġiżlazzjoni permezz ta’ opinjonijiet esploratorji; jinkoraġġixxi t-tisħiħ ulterjuri tas-sinerġiji politiċi, leġiżlattivi u ta’ komunikazzjoni bejn il-Kumitat u l-Parlament, b’mod partikolari fil-kuntest tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej u s-Semestru Ewropew;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Itenni l-apprezzament tiegħu għall-esternalizzazzjoni (Ftehimiet dwar il-livell ta’ servizz) ta’ servizzi speċifiċi lill-Kummissjoni fl-ambitu tar-riżorsi umani u l-użu ta’ għodod tal-IT finanzjarji u ta’ ġestjoni tar-riżorsi umani, kif ukoll għall-parteċipazzjoni tal-Kumitat fi proċeduri ta’ akkwist interistituzzjonali mmexxija minn istituzzjonijiet oħra, fejn fl-2023 il-Kumitat kompla jibbenefika minn sinerġiji fil-qasam tal-IT, l-ivvjaġġar korporattiv, l-assigurazzjoni, it-trasport, it-traduzzjoni u t-tagħmir awdjoviżiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Jinnota r-rwol tal-Kumitat fit-tisħiħ tar-rabtiet mal-kunsilli ekonomiċi u soċjali nazzjonali (NESCs) tal-Istati Membri u tar-rabtiet bejniethom; jinnota mill-Kwestjonarju l-miżuri li l-Kumitat ħa biex isaħħaħ in-network tal-NESCs u l-komunità online magħhom, bħall-istabbiliment ta’ gruppi ta’ ħidma konġunti u programmi ta’ skambju, il-ħidma fuq pjattaforma kollaborattiva tal-IT, u l-parteċipazzjoni f’avvenimenti komuni, fost l-oħrajn; jappella għal kooperazzjoni kontinwa dwar suġġetti ta’ interess komuni u l-iskambju ta’ prattiki tajba, filwaqt li jenfasizza r-rwol vitali tas-soċjetà ċivili fl-indirizzar tal-isfidi attwali tal-Unjoni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Komunikazzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Jinnota li l-baġit ġenerali tal-Kumitat għall-komunikazzjoni fl-2023 kien ta’ EUR 2,15 miljun, żieda meta mqabbel ma’ EUR 1,5 miljun fl-2022; jinnota li dan il-baġit kien primarjament allokat għall-erba’ avvenimenti ewlenin organizzati fl-2023 (l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej, l-Ewropa Tiegħek, Leħnek! Il-premjijiet tal-ikel organiku u l-14-il Premju tas-Soċjetà Ċivili), it-titjib u/jew it-tiġdid tal-media soċjali tal-Kumitat, is-sit web estern u l-produzzjoni awdjoviżiva, kif ukoll għall-pubblikazzjonijiet tal-media u tal-istampa; ifaħħar lill-Kumitat għall-attivitajiet ta’ komunikazzjoni tiegħu li jwettqu dawn il-prijoritajiet ta’ komunikazzjoni għall-2023, bħall-inizjattiva tal-Patt Blu, is-COP28, ir-riżoluzzjoni dwar id-demokrazija, u l-65 anniversarju tal-Kumitat, fost l-oħrajn;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Ifaħħar lill-Kumitat għall-isforzi tiegħu b’rabta mal-komunikazzjoni strateġika tiegħu fl-2023; jinnota li l-Kumitat adotta strateġija ġdida ta’ komunikazzjoni mmirata lejn it-tisħiħ tal-immaġni u l-ilħuq tiegħu; jinnota li, bħala parti minn dik l-istrateġija, il-Kumitat xandar l-avvenimenti ewlenin tiegħu fuq il-web, l-aktar bil-lingwi kollha tal-Unjoni, introduċa għodod ġodda ta’ komunikazzjoni bħas-serje ta’ vidjo “Rapportar mis-sessjoni plenarja” b’enfasi fuq ir-riżorsi ta’ komunikazzjoni tiegħu fuq l-avvenimenti ewlenin tal-Kumitat għall-2023 u wettaq sforzi speċjali biex iżid l-ilħuq tiegħu fil-media soċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Jistieden lill-KESE jsaħħaħ il-monitoraġġ u r-rappurtar tiegħu fil-qasam tad-drittijiet tax-xogħol, l-inklużjoni soċjali, u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fi ħdan programmi ffinanzjati mill-UE, filwaqt li jiżgura responsabbiltà akbar fil-funzjonijiet konsultattivi u r-rakkomandazzjonijiet ta’ politika tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>69.</NO.P>Jinnota li fl-2023 l-għadd ta’ segwaċi tal-media soċjali fuq il-pjattaformi korporattivi tal-Kumitat żdied b’mod sostanzjali b’25,000; jinnota li sa tmiem l-2023, il-Kumitat laħaq 61 416 segwaċi fuq X, li hija żieda ta’ 5 % meta mqabbla mal-2022, 61 761 segwaċi fuq LinkedIn, li hija żieda ta’ 30 % meta mqabbla mal-2022, 46 868 segwaċi fuq Facebook, li hija żieda ta’ 5,3 % meta mqabbla mal-2022 u 17 428 segwaċi fuq Instagram, li hija żieda ta’ 45 % meta mqabbla mal-2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>70.</NO.P>Jilqa’ l-approċċ pożittiv tal-Kumitat għall-użu ta’ soluzzjonijiet b’sors miftuħ għall-komunikazzjoni online tiegħu; jinnota li f’Lulju 2023, il-Kumitat fetaħ l-ewwel kont tiegħu fuq il-pjattaforma tal-UE Voice Mastodon, network tal-media soċjali deċentralizzat, liberu u b’sors miftuħ li jgħaqqad lill-utenti f’ambjent orjentat lejn il-privatezza u mingħajr reklamar; josserva matul it-tieni nofs tal-2023, li l-Kumitat ikkomunika b’mod attiv fuq il-kont ta’ Mastodon, u kull jum tax-xogħol tella’ posts dwar l-attivitajiet u l-prijoritajiet tiegħu u qajjem sensibilizzazzjoni dwar l-Unjoni; jieħu nota tad-deċiżjoni tal-Kumitat li jtemm il-preżenza tiegħu fuq dik il-pjattaforma mill-2024.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>