<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0083</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Kwittanza 2023: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Kumitat tar-Reġjuni</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0046/2025 - Rapporteur: Joachim Stanisław Brudziński)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><NR>1.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Mejju 2025 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2023, Taqsima VII – Il-Kumitat tar-Reġjuni (2024/2026(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2023<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 58, 23.2.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/budget/2023/1/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2023 (COM(2024)272 – C10‑0074/2024)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/5462, 10.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5462/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-attività tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-2023 u r-rapport tiegħu dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għas-sena finanzjarja 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2023, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/5882, 9.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5882/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/6041, 10.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6041/oj.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2023 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1046/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikoli 59, 118, 260, 261 u 262 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 59, 118, 266, 267 u 268 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 102 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A10-0046/2025),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kumitat tar-Reġjuni għas-sena finanzjarja 2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kumitat tar-Reġjuni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><RESOL><TI><NR>2.</NR> <STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Mejju 2025 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2023, Taqsima VII – Il-Kumitat tar-Reġjuni (2024/2026(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2023, Taqsima VII – Il-Kumitat tar-Reġjuni,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 102 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A10-0046/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kwittanza, l-awtorità ta’ kwittanza tixtieq tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ aktar il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta’ titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont, u permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta’ baġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Kumitat tar-Reġjuni (il-“Kumitat”) huwa assemblea politika ta’ 329 membru eletti fir-reġjuni, fil-bliet, fl-irħula u fil-muniċipalitajiet tas-27 Stat Membru tal-Unjoni, li topera bħala korp konsultattiv għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni, bil-missjoni li tikkontribwixxi għat-tfassil tal-politika tal-Unjoni u għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet mill-perspettiva tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, u fl-istess ħin tikkontribwixxi biex l-Unjoni ssir aktar effettiva u tkun eqreb taċ-ċittadini;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-konsultazzjoni tal-Kumitat mill-Kummissjoni jew mill-Kunsill hija obbligatorja f’ċerti każijiet, filwaqt li l-Kumitat jista’ wkoll jadotta opinjonijiet fuq inizjattiva proprja tiegħu u jgawdi minn qasam wiesa’ għal konsultazzjoni, kif stabbilit fit-Trattati, li jippermettilu li jiġi kkonsultat mill-Parlament;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-attivitajiet tal-Kumitat huma definiti abbażi tal-istrateġija politika ġenerali tiegħu kif stabbilit fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta’ Lulju 2020 dwar il-prijoritajiet tiegħu għall-2020-2025<FOOTNOTE><FIELD> Ir-riżoluzzjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni – Il-prijoritajiet tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni għall-2020-2025 – Ewropa eqreb lejn iċ-ċittadini permezz tal-villaġġi, il-bliet u r-reġjuni tagħha (ĠU C 324, 1.10.2020, p. 8).</FIELD></FOOTNOTE>, u billi l-Kumitat adotta tliet prijoritajiet politiċi għall-mandat tal-2020-2025, akkumpanjati minn tliet kampanji ta’ komunikazzjoni: Inressqu lill-Ewropa eqreb taċ-ċittadini, Nibnu komunitajiet reġjonali u lokali reżiljenti, u Nippromwovu l-koeżjoni bħala valur fundamentali tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-amministrazzjonijiet lokali u reġjonali jammontaw għal terz tan-nefqa pubblika, nofs l-investiment pubbliku u kwart tad-dħul mit-taxxa u, f’ħafna Stati Membri, għandhom kompetenzi f’oqsma ewlenin bħall-edukazzjoni, l-iżvilupp ekonomiku u l-koeżjoni, l-ambjent, il-protezzjoni soċjali, is-saħħa u s-servizzi ta’ interess ġenerali, għalhekk, il-koordinazzjoni tal-livelli lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropej iżżid il-leġittimità tal-leġiżlazzjoni, ittejjeb is-sjieda u ssegwi b’mod aktar effettiv il-benefiċċju taċ-ċittadini;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-Kumitat isegwi l-għan politiku tiegħu li jsaħħaħ l-involviment tiegħu fiċ-ċiklu politiku u leġiżlattiv kollu tal-Unjoni filwaqt li jagħmel ir-rabta maċ-ċittadini tal-Unjoni aktar tanġibbli billi juża l-membri tal-Kumitat bħala multiplikaturi b’saħħithom fil-komunitajiet tagħhom u fl-assoċjazzjonijiet nazzjonali tagħhom tal-awtoritajiet lokali u reġjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi, fl-2023, il-Kumitat identifika ħdax-il qasam prijoritarju ewlieni biex l-azzjoni tiegħu ssir aktar strateġika u tħalli impatt: (1) Is-segwitu għall-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, is-Sussidjarjetà Attiva u r-Regolamentazzjoni Aħjar; (2) L-Ukrajna u t-Tkabbir; (3) Il-kriżi enerġetika u klimatika; (4) L-ambjent; (5) Il-Politika ta’ Koeżjoni - It-tisħiħ tal-implimentazzjoni tal-Politika ta’ Koeżjoni u t-tfassil tal-futur tagħha għall-perjodu ta’ wara l-2027; (6) Il-Qafas Finanzjarju Pluriennali; (7) Il-governanza ekonomika għal Ewropa ġusta u sostenibbli; (8) Is-Sena Ewropea tal-Ħiliet 2023; (9) Is-Sħubija għall-Innovazzjoni Reġjonali u l-promozzjoni tal-missjonijiet territorjali; (10) Il-protezzjoni ċivili; (11) Is-sigurtà tal-ikel;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi r-Regolament (UE) 2021/1060<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1060/2024-06-30).</FIELD></FOOTNOTE>, li jirregola l-politika ta’ koeżjoni tal-Unjoni u l-finanzjament tagħha bejn l-2021 u l-2027, li daħal fis-seħħ f’Lulju 2021, jinkludi referenzi għall-prinċipju tas-sħubija u għall-prinċipju tal-governanza f’diversi livelli, appoġġjati mill-Kumitat u mill-Parlament u li jeħtieġu l-involviment tar-reġjuni u tal-awtoritajiet lokali u reġjonali tagħhom; jappoġġja bil-qawwa t-tisħiħ tal-investimenti tal-UE marbuta mar-reżiljenza reġjonali u lokali fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) li jmiss;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-aktar minn 400 programm nazzjonali u reġjonali stabbiliti għat-twettiq tal-politika ta’ koeżjoni tal-Unjoni fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027 se jagħmlu disponibbli madwar EUR 380 biljun, fl-ambitu ta’ fondi differenti, biex jiġu indirizzati l-isfidi ekonomiċi, soċjali u ambjentali li magħhom qed iħabbtu wiċċhom ir-reġjuni, il-bliet, l-irħula u l-muniċipalitajiet tal-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi, fid-19 ta’ Frar 2021, daħal fis-seħħ ir-Regolament (UE) 2021/241<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17, ELI: <STRING UNDERLINE="on">http://data.europa.eu/eli/reg/2021/241/2024-03-01</STRING>).</FIELD></FOOTNOTE>, li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza tal-Unjoni, li jipprovdi l-bażi legali għad-distribuzzjoni ta’ fondi u self sa EUR 672,5 biljun (fi prezzijiet tal-2018) lill-Istati Membri bejn l-2021 u l-2026 u li għandu l-għan ukoll li jappoġġja l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u li jiġu indirizzati d-disparitajiet bejn ir-reġjuni tal-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi, bħala istituzzjoni tal-Unjoni skont it-tifsira tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat huwa meħtieġ jadotta l-kontijiet annwali tiegħu stess, imħejjija f’konformità mar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (Regoli Kontabilistiċi tal-Unjoni Ewropea) u abbażi tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku, li fl-aħħar mill-aħħar huma kkonsolidati f’dawk tal-Unjoni;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jinnota li l-baġit tal-Kumitat jaqa’ taħt l-Intestatura 7 tal-QFP, “Amministrazzjoni pubblika Ewropea” (“Intestatura 7”), li kien jammonta għal total ta’ EUR 12,3-il biljun, jiġifieri 6,4 % tal-infiq tal-baġit tal-UE fl-2023; jinnota li, fl-2023, il-baġit tal-Kumitat kien jirrappreżenta 0,95 % tal-approprjazzjonijiet tal-Intestatura 7 tal-QFP;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport annwali tagħha (ir-“rapport tal-Qorti”) għas-sena finanzjarja 2023, eżaminat kampjun ta’ 70 tranżazzjoni taħt l-Intestatura 7, li minnhom 21 (30 %) kien fihom żbalji; jinnota wkoll li għal ħamsa minn dawk l-iżbalji, li ġew ikkwantifikati mill-Qorti, il-Qorti stmat livell ta’ żball taħt il-limitu ta’ materjalità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota mir-rapport tal-Qorti l-osservazzjoni tagħha li n-nefqa amministrattiva tinkludi n-nefqa fuq ir-riżorsi umani inklużi l-pensjonijiet, li fl-2023 kienet tammonta għal madwar 70 % tan-nefqa amministrattiva totali, u n-nefqa fuq il-bini, it-tagħmir, l-enerġija, il-komunikazzjonijiet u t-teknoloġija tal-informazzjoni; jilqa’ l-opinjoni mġedda tal-Qorti li, b’mod kumplessiv, l-infiq amministrattiv huwa ta’ riskju baxx;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jinnota b’dispjaċir mir-rapport tal-Qorti l-opinjoni tagħha dwar tranżazzjoni magħmula mill-Kumitat fl-2023, li fiha t-tul ta’ 10 snin ta’ kuntratt ta’ manutenzjoni tal-bini ma kienx ġustifikat biżżejjed;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ġestjoni baġitarja u finanzjarja</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jinnota mir-rapport annwali tal-attività tal-Kumitat għall-2023 li l-baġit finali adottat tal-Kumitat kien ta’ EUR 116 675 392 fl-2023, inkluż il-Baġit Emendatorju 4/2023 (relatat mas-salarji u l-enerġija), li jirrappreżenta żieda ta’ EUR 6 698 534 (jiġifieri +6,10 %) meta mqabbel mal-2022; jinnota b’sodisfazzjon li r-rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit tal-Kumitat tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn tas-sena kurrenti żdiedet minn 99,20 % fl-2022 għal 99,9 % fl-2023, u r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament tas-sena kurrenti żdiedet minn 88 % fl-2022 għal 91,20 % fl-2023; jilqa’ wkoll żieda fir-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet C8 minn 81,60 % fl-2022 għal 85 % fl-2023; iqis li dawn ir-rati għoljin ta’ eżekuzzjoni huma, minn naħa, sinjal ta’ ġestjoni baġitarja u finanzjarja tajba mill-Kumitat, minħabba monitoraġġ imsaħħaħ tal-eżekuzzjoni tal-baġit, previżjoni f’waqtha tal-baġit u riallokazzjoni tar-riżorsi biex jiġu indirizzati avvenimenti mhux previsti, iżda min-naħa l-oħra, jistgħu jkunu wkoll sinjal li l-Kumitat jeħtieġ riżorsi addizzjonali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-awtorità baġitarja jqisu dan fil-qafas tal-proċedura baġitarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jinnota li matul l-2023, il-Kumitat implimenta 31 trasferiment għal total ta’ EUR 2,84 miljun, li minnhom 25 trasferiment intern għal total ta’ EUR 0,98 miljun u sitt trasferimenti esterni għal total ta’ EUR 1,86 miljun, li minnhom madwar EUR 0,8 miljun ġew ittrasferiti għal-linji baġitarji li jkopru kuntratti affettwati minn inflazzjoni/indiċjar għoljin; jinnota li l-impatt tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna kompla joħloq pressjoni baġitarja għall-Kumitat fl-2023; jinnota f’dan il-kuntest li l-Kumitat kien l-aktar affettwat mir-rata għolja ta’ inflazzjoni, direttament jew indirettament, f’oqsma bħall-ispejjeż tal-ivvjaġġar (missjonijiet), l-enerġija, il-kirjiet u l-lokazzjoni ta’ binjiet, il-kuntratti ta’ manutenzjoni, il-proġetti ta’ kostruzzjoni u l-karti u l-pjanċi offset;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jinnota żieda ta’ madwar 20 % fil-pagamenti magħmula għall-membri tal-Kumitat, minn EUR 6 573 307 fl-2022 għal EUR 7 955 968 fl-2023, li jirrappreżentaw il-pagamenti magħmula għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar (8 119-il pagament), għall-indennizzi għall-ivvjaġġar (4 449 pagament), għall-indennizzi għall-parteċipazzjoni f’laqgħat wiċċ imb wiċċ (7 845 pagament) u għall-parteċipazzjoni mill-bogħod (152 pagament);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jinnota li l-baġit tal-missjoni (approprjazzjonijiet tas-sena kurrenti) baqa’ stabbli, b’EUR 420 833 fl-2023 (meta mqabbel ma’ EUR 419 657 fl-2022) u rata ta’ eżekuzzjoni ta’ madwar 80 % fl-2023 (simili għall-2022); jinnota li, minkejja żieda fl-ispiża medja tal-ispejjeż tal-akkomodazzjoni u tal-ivvjaġġar, il-baġit tal-missjonijiet tal-Kumitat baqa’ stabbli minħabba tnaqqis ta’ 13 % fl-għadd ta’ missjonijiet imwettqa fl-2023 meta mqabbel mal-2022; jilqa’ l-fatt li l-indennizz għall-Presidenza tal-Kumitat (għall-President u l-Ewwel Viċi President) għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-laqgħat, li huma ffinanzjati mill-baġit ġenerali għall-ispejjeż tal-Membri, naqas minn EUR 71 810 għal EUR 62 268, li jirrappreżenta tnaqqis ta’ 13 % bejn l-2022 u l-2023; jinkoraġġixxi lill-Kumitat ikompli jirrazzjonalizza u jnaqqas in-nefqa f’dan il-qasam, filwaqt li jiżgura allokazzjoni ottimali tar-riżorsi f’konformità mal-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Josserva bi tħassib żieda fl-approprjazzjonijiet tas-sena kurrenti għas-servizzi ta’ interpretazzjoni ta’ madwar 19 %, minn EUR 3,494 miljun fl-2022 għal EUR 4,167 miljun fl-2023; jitlob lill-Kumitat jispjega r-raġunijiet għal dik iż-żieda, minħabba l-fatt li fl-istess ħin, fl-2023, il-Kumitat irrapporta ffrankar b’rabta mal-użu ta’ interpretazzjoni mill-bogħod;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jinnota li sat-23 ta’ Lulju 2023, l-indennizz fiss għall-parteċipazzjoni f’laqgħa mill-bogħod imħallas mill-Kumitat lill-membri tiegħu, lis-sostituti tagħhom, kif ukoll lill-esperti tar-rapporteurs u lill-kelliema mistiedna jattendu laqgħat mill-bogħod jew ibridi kien ta’ EUR 200; jinnota wkoll li f’dik id-data, daħlu fis-seħħ regoli ġodda dwar il-kwistjoni li jistabbilixxu l-indennizz fiss għall-parteċipazzjoni f’laqgħa mill-bogħod għal 50 % tal-indennizz regolari għall-parteċipazzjoni f’laqgħa, fejn dan tal-aħħar ikun ta’ EUR 359 u dak tal-ewwel ikun ta’ EUR 179,50; jinnota f’dan il-kuntest tnaqqis sinifikanti fl-ammont totali mħallas għall-indennizzi għall-parteċipazzjoni f’laqgħat mill-bogħod minn EUR 1 742 000 fl-2021 u EUR 489 600 fl-2022 għal EUR 32 632 fl-2023, filwaqt li n-nefqa globali marbuta mal-linja baġitarja 1004 (“Allowances għall-ivvjaġġar u għas-sussistenza, attendenza għal-laqgħat u nfiq assoċjat”) żdiedet b’mod konsiderevoli minn madwar EUR 6,6 miljun fl-2022 għal madwar EUR 8 miljun fl-2023, l-aktar minħabba li fl-2023 reġgħu bdew isiru ħafna laqgħat wiċċ imb wiċċ u minħabba ż-żieda fil-prezzijiet relatati mal-ivvjaġġar wara l-pandemija tal-COVID-19;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar iż-żieda sinifikanti fl-indennizzi għall-ivvjaġġar u għal-laqgħat imħallsa lill-membri tal-Kumitat, li żdiedu minn EUR 6,6 miljun fl-2022 għal EUR 8 miljun fl-2023; jistieden lill-Kumitat jadotta strateġija ċara ta’ kosteffiċjenza għall-infiq fl-ivvjaġġar, inkluż użu akbar tal-parteċipazzjoni mill-bogħod u tal-laqgħat ibridi biex jitnaqqsu l-ispejjeż u l-emissjonijiet bla bżonn filwaqt li jibqa’ jinżamm l-impenn politiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-fatt li ż-żmien medju għall-ħlas żdied minn 17,87-il jum fl-2022 għal 21,88 jum fl-2023; jifhem, madankollu, li dik iż-żieda hija r-riżultat tal-fatt li fl-2023 il-Kumitat ipproċessa u ħallas numru rekord ta’ fatturi, jiġifieri, 5 723 meta mqabbel ma’ 4 260 fl-2022; jinnota f’dan il-kuntest li s-sehem tal-fatturi kummerċjali riċevuti elettronikament mill-Kumitat żdied minn 68 % fl-2022 għal 76 % fl-2023 u kompla jiżdied fl-2024;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ġestjoni interna, prestazzjoni u kontroll intern</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jirrikonoxxi l-fatt li l-Kumitat għandu rwol fundamentali fil-kontribut għall-proċess tal-iżvilupp tal-politiki u għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Unjoni billi jirrappreżenta l-interessi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-Unjoni; jinnota li għall-2023, bħala parti mill-pjan operazzjonali annwali tiegħu, ir-rapportar tal-prestazzjoni tal-Kumitat kien ibbażat fuq 25 objettiv, li l-ilħuq tagħhom ġie vvalutat permezz ta’ 80 indikatur kwantitattiv, filwaqt li l-miri tal-maġġoranza ta’ dawk l-indikaturi (bejn wieħed u ieħor 75 %) intlaħqu fil-livell ta’ 90 % jew aktar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Ifakkar li l-Kumitat jikkontribwixxi għall-politika tal-Unjoni u għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet mill-perspettiva tal-awtoritajiet reġjonali u lokali fl-Unjoni, u jipprovdi qafas biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-livell lokali, dak reġjonali, dak nazzjonali u dak Ewropew, u biex l-Ewropa tinġieb eqreb taċ-ċittadini tagħha; jiddispjaċih li l-limitazzjonijiet baġitarji dgħajfu l-kapaċità tal-Kumitat li jilħaq bis-sħiħ l-objettiv tiegħu li jqarreb liċ-ċittadini lejn l-Unjoni, u b’hekk illimitaw il-valur miżjud tal-Kumitat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Meta jitqies ir-rwol importanti tal-Kumitat fiż-żieda tal-leġittimità demokratika tal-leġislazzjoni tal-Unjoni billi jipprovdi koordinazzjoni attiva tal-awtoritajiet reġjonali u lokali, jappoġġja lill-Kumitat fl-isforz tiegħu biex jipprovdi aktar valutazzjonijiet tal-impatt territorjali, f’konformità wkoll mar-rapport finali u r-rakkomandazzjonijiet tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Ifaħħar lill-Kumitat għall-kisbiet politiċi tiegħu fl-oqsma prijoritarji ewlenin tiegħu fl-2023; jinnota li l-Kumitat isegwi l-missjoni tiegħu permezz ta’ opinjonijiet, li jirreferu għal proposti leġiżlattivi magħmula mill-Kummissjoni (konsultazzjonijiet), opinjonijiet fuq inizjattiva proprja, li jistiednu lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni jieħdu azzjoni, u permezz ta’ riżoluzzjonijiet, li jenfasizzaw il-pożizzjonijiet tal-Kumitat dwar suġġetti speċifiċi; jinnota li, fl-2023, il-Kumitat adotta 53 opinjoni u 6 riżoluzzjonijiet, tnaqqis mill-55 opinjoni u t-8 riżoluzzjonijiet adottati fl-2022 minkejja ż-żieda fl-approprjazzjonijiet u fil-persunal; jinkoraġġixxi lill-Kumitat ikompli jaħdem fuq it-titjib tal-prestazzjoni kif ukoll fuq it-titjib tal-effettività; jilqa’ l-isforzi tal-Kumitat biex jintroduċi soluzzjonijiet riformattivi u innovattivi, jissimplifika l-amministrazzjoni u jevita r-rwoli li jikkoinċidu ma’ korpi oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Japprezza li fl-2023 il-Kumitat kompla jimplimenta miżuri biex jimmodernizza l-amministrazzjoni tiegħu u jtejjeb il-kosteffettività fil-kuntest tal-programm “Going for IMPact”; jinnota f’dan il-kuntest il-progress li sar, fost l-oħrajn, fir-rigward tad-diġitalizzazzjoni u tal-ottimizzazzjoni tal-fluss tax-xogħol, il-modernizzazzjoni tal-istrumenti ta’ ppjanar u rapportar tal-Kumitat, il-ħolqien ta’ servizz ta’ laqgħat ċentrali, u t-titjib tal-kooperazzjoni ma’ istituzzjonijiet jew korpi oħra (eż. il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (“KESE”), il-Kummissjoni, il-Parlament, l-Uffiċċju għall-Infrastruttura u l-Loġistika); ifaħħar lill-Kumitat talli implimenta kważi 90 % tal-proġetti ta’ simplifikazzjoni mnedija fl-2021, fl-oqsma tal-proċessi amministrattivi, tal-proċeduri bil-miktub u tad-dokumenti legali (interni);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon mit-tweġibiet tal-Kumitat għall-kwestjonarju ppreżentat mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament għall-kwittanza baġitarja tal-2023 (il-“Kwestjonarju”) li, bis-saħħa tal-programm “Going for IMPact”, fl-2023 il-Kumitat irnexxielu jallinja l-objettivi tiegħu mar-riżorsi disponibbli li kienu taħt pressjoni bħala riżultat tal-effetti inflazzjonarji tal-gwerra fl-Ukrajna; ifaħħar b’mod partikolari l-progress li għamel il-Kumitat fl-implimentazzjoni ta’ “Project Convergence” (għodda bbażata fuq SharePoint għall-ippjanar, ir-rapportar, il-valutazzjoni tar-riskju u l-kontinwità tal-operat) u l-politika l-ġdida dwar il-kontinwità tal-operat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jirrikonoxxi l-impatt tal-ħidma tal-Kumitat, b’mod partikolari l-opinjonijiet tiegħu, li xi wħud minnhom kienu riflessi fir-riżoluzzjonijiet, fil-pożizzjonijiet, fil-proposti, fir-rapporti, fir-rieżamijiet, fil-konklużjonijiet jew fit-trilogi tal-Kummissjoni, tal-Parlament jew tal-Kunsill fl-2023; jistieden lill-Kumitat ikompli fit-triq li jipprovdi kontribut utli u rilevanti, bħad-data mill-prattika u l-analiżi, lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u lil benefiċjarji oħra tal-politiki tal-Unjoni; jilqa’ l-involviment imsaħħaħ tal-Kumitat matul iċ-ċiklu politiku u leġiżlattiv kollu tal-Unjoni permezz ta’ ftehimiet ta’ kooperazzjoni u pjanijiet ta’ azzjoni mal-Kummissjoni, mal-Parlament u mal-Bank Ewropew tal-Investiment; iqis li l-membri tal-Kumitat u tal-KESE għandhom jiġu mistiedna għal-laqgħat parlamentari rilevanti dwar kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-mandat tagħhom; jinnota li, fl-2023, il-membri tal-Kumitat ltaqgħu wkoll mal-Kunsill u mar-Rappreżentanzi Permanenti u pparteċipaw fl-avvenimenti organizzati mill-Presidenza tal-Kunsill, sabiex jiġi żgurat li l-pożizzjonijiet tal-Kumitat jiġu riflessi fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni; jifraħ lill-Kumitat għat-tisħiħ tal-involviment tiegħu fit-trilogi leġiżlattivi, b’mod partikolari billi fl-2023 ingħata aċċess, għall-ewwel darba, għad-dokumenti tat-trilogu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jistieden lill-Kumitat jiżgura l-involviment aktar b’saħħtu tal-gvernijiet reġjonali u lokali fit-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Unjoni billi joħloq mekkaniżmi ta’ konsultazzjoni strutturati mal-awtoritajiet reġjonali u lokali, inklużi l-parlamenti, il-muniċipalitajiet u l-organizzazzjonijiet lokali tas-soċjetà ċivili qabel ma joħroġ l-opinjonijiet; iħeġġeġ lill-Kumitat jippromwovi proċess ta’ konsultazzjoni obbligatorju dwar kwistjonijiet leġiżlattivi li għandhom impatt sinifikanti fuq l-iżvilupp reġjonali u l-politika ta’ koeżjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jinnota li, fir-rigward tal-qafas ta’ kontroll intern il-ġdid tiegħu, mill-2023 ’il hawn il-Kumitat beda implimenta metodoloġija ġdida dwar il-kontrolli ex post, bl-għan li jissimplifika u jallinja l-approċċ mal-prattika tal-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni, u l-kontrolli ex post issa huma ċentralizzati minflok il-prattika deċentralizzata li kien hemm qabel; jinnota li, fl-2023, il-kontrolli ex post iffukaw fuq is-salarju bażiku u l-ħin li jkun inħadem, fejn ġew ivverifikati 55 fajl, u li l-istima statistika tal-iżball li jaffettwa l-popolazzjoni ta’ referenza kienet ta’ 0 %; jinnota wkoll li fl-2023, il-Kumitat aġġorna l-eżerċizzju tiegħu ta’ konformità u effettività biex jivvaluta l-firxa tal-konformità tal-Kumitat ma’ ċerti standards ta’ kontroll intern u l-effettività tal-implimentazzjoni tagħhom; ifaħħar lill-Kumitat għar-rapportar ta’ titjib f’din il-kwistjoni meta mqabbel mar-riżultati tal-eżerċizzju tal-2022; Jinkoraġġixxi lill-Kumitat ikompli bl-isforzi tiegħu biex ikompli jżid il-livell ta’ konformità u l-grad ta’ effettività tal-miżuri ta’ kontroll intern li hemm fis-seħħ; jinnota b’sodisfazzjon, fir-rigward tal-politika l-ġdida dwar il-karigi sensittivi, li fl-2023 il-Kumitat wettaq eżerċizzju ta’ skrinjar biex jidentifika l-livell ta’ riskju ta’ kull kariga u, b’hekk, il-livell ta’ sensittività tagħha, kif ukoll il-miżuri meħtieġa biex jiġu mmitigati dawk ir-riskji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jinnota li fl-2023 il-Kumitat nieda żewġ awditi ġodda: wieħed dwar il-konformità ta’ diversi funzjonijiet (eż. il-ġestjoni tar-riskju, l-ippjanar, is-sistema ta’ kontroll) mal-leġiżlazzjoni rilevanti dwar il-protezzjoni tad-data u ieħor dwar il-prestazzjoni tal-organizzazzjoni tal-IT fis-Servizzi Konġunti (il-Kumitat u d-Direttorat konġunt il-ġdid tal-KESE għall-Innovazzjoni u l-IT); jinnota li għal kull wieħed minn dawk l-awditi: inħarġu 11-il rakkomandazzjoni u 7 rakkomandazzjonijiet tqiesu importanti ħafna; jinnota wkoll li wara l-awditu dwar il-ġestjoni tal-pożizzjonijiet vakanti mniedi fl-2022, inħarġu 10 rakkomandazzjonijiet, li 3 minnhom kienu importanti ħafna; jistieden lill-Kumitat jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet pendenti kollha kemm jista’ jkun malajr u jżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar il-progress f’din il-kwistjoni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Riżorsi umani, ugwaljanza u benesseri tal-persunal</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jinnota li, fi tmiem l-2023, il-Kumitat kellu total ta’ 559 membru tal-persunal (l-esperti nazzjonali sekondati, il-membri tal-persunal interim, il-membri tal-persunal intra muros u t-trainees mhumiex inklużi), meta mqabbel ma’ 533 fl-2022; jinnota li 74 membru tal-persunal bil-kuntratt, meta mqabbla ma’ 56 membru tal-persunal bil-kuntratt fl-2022, u 96 membru tal-persunal temporanju, meta mqabbla ma’ 89 membru tal-persunal temporanju fl-2022, kienu impjegati mill-Kumitat fl-aħħar tal-2023, li minnhom 21 membru tal-persunal bil-kuntratt kellhom kuntratt indefinit, 53 membru tal-persunal bil-kuntratt kellhom kuntratt b’terminu limitat, 53 membru tal-persunal temporanju kienu qed jokkupaw pożizzjonijiet permanenti b’kuntratt b’terminu limitat, 50 membru tal-persunal temporanju kellhom kuntratt indefinit u 3 membri tal-persunal temporanji kellhom pożizzjoni temporanja (f’żewġ każijiet b’kuntratt indefinit u, fil-każ tas-Segretarju Ġenerali, għal tul fiss ta’ 5 snin); jinnota, barra minn hekk, li l-Kumitat impjega 5 aġenti interim u 12-il membru estern tal-persunal li jaħdmu fuq il-post, esklużi fornituri esterni tas-servizzi fl-oqsma tal-loġistika u tal-IT; jittama li ż-żieda fil-persunal ikollha ġustifikazzjoni raġonevoli; jinnota li fl-2023 ir-rata ta’ okkupazzjoni tal-pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal kienet ta’ 98 % (żieda minn 96 % fl-2022) u r-rata tad-dawran kienet ta’ 6,6 % (tnaqqis minn 10,80 % fl-2022), rispettivament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Josserva żieda fid-dipendenza tal-Kumitat minn membri tal-persunal bil-kuntratt u membri tal-persunal temporanji (li jirrappreżentaw sa 26 % tal-persunal tal-Kumitat); jinnota mill-Kwestjonarju li d-dipendenza msemmija hija dovuta b’mod partikolari għan-nuqqas ta’ listi ta’ riżerva tal-EPSO għal profili ta’ amministraturi ġeneralisti mill-2018; jinsab imħasseb li l-istabbiltà fit-tul u l-kontinwità tal-operat tal-Kumitat huma mhedda min-nuqqas ta’ attraenza tal-kuntratti b’terminu limitat offruti; jissottolinja l-importanza tal-persunal permanenti fiż-żamma tal-ħiliet, il-kontinwità u l-ambjent tax-xogħol produttiv; jinnota li l-Kumitat fl-2024 organizza kompetizzjoni interna għall-ġeneralisti f’ħames gradi (AST/SC1, AST1, AST3, AD5, u AD7); jappoġġja lill-Kumitat fl-isforzi tiegħu biex jirrispondi għal dawk l-isfidi; jitlob lill-Kumitat jirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar tali kompetizzjonijiet organizzati fl-2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jinnota li, fi tmiem l-2023, il-Kumitat impjega 56,9 % nisa u 43,1 % irġiel; jiddispjaċih li l-Kumitat għadu ma kisibx il-parità bejn il-ġeneri fil-pożizzjonijiet ta’ tmexxija, iżda jirrikonoxxi l-progress sinifikanti li sar fl-ambitu tal-istrateġija u l-pjan ta’ azzjoni ta’ ħames snin tal-Kumitat dwar id-diversità u l-inklużjoni għall-2022–2026, inkluża żieda sinifikanti fil-proporzjon ta’ nisa f’pożizzjonijiet ta’ maniġment superjuri minn 37,5 % fl-2022 għal 44,4 % fl-2023; jirrakkomanda miżuri biex tissaħħaħ l-inklużività fl-avviżi tal-postijiet battala u biex titħeġġeġ il-parteċipazzjoni akbar tan-nisa fi rwoli ta’ maniġment superjuri u intermedju, inkluż permezz ta’ miri ta’ bilanċ bejn il-ġeneri, rappreżentanza bbilanċjata fuq il-bordijiet tal-għażla, opportunitajiet ta’ taħriġ immirati għall-persunal femminili li jaspira għal pożizzjonijiet maniġerjali, u l-promozzjoni ta’ arranġamenti tax-xogħol aktar flessibbli; jinkoraġġixxi lill-Kumitat ikompli bl-isforzi tiegħu biex jikseb bilanċ bejn il-ġeneri u jirrikjedi, f’dan il-kuntest, li l-Istati Membri jinnominaw kandidat kemm raġel kif ukoll mara għall-ħatriet għas-sħubija fil-Kumitat biex tittejjeb ir-rappreżentanza fil-livelli kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jinnota li, bħala riżultat ta’ proġett pilota dwar reġim tax-xogħol ibridu u stħarriġ dwar is-sodisfazzjon tal-persunal li ġie varat fl-2022, il-Kumitat fl-1 ta’ Jannar 2024 adotta deċiżjoni li tipprevedi reġim tax-xogħol ibridu u skeda tax-xogħol personalizzata ta’ kull ġimgħa għal kull membru tal-persunal, kif ukoll il-possibbiltà li l-persunal jaħdem sa 60 % tal-ħin tax-xogħol tiegħu mid-dar (ħlief għall-kategoriji ta’ persunal li huma inkompatibbli mat-telexogħol) u li jaħdem minn barra l-belt tal-impjieg għal sa 15-il jum fis-sena; jirrikonoxxi l-fatt li dawn il-miżuri għandhom l-għan li jtejbu l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata filwaqt li jżommu l-effiċjenza operattiva u s-sodisfazzjon tal-persunal;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li r-reġim ta’ xogħol ibridu tal-Kumitat kellu impatt pożittiv fir-rigward tal-liv minħabba mard għal żmien qasir, filwaqt li: - l-għadd ta’ membri tal-persunal mingħajr liv minħabba mard żdied minn 71 (jew 12 % tal-persunal kollu) fl-2018 għal 211 (jew 36 % tal-persunal kollu) fl-2023; - l-għadd ta’ membri tal-persunal fuq liv minħabba mard għal anqas minn sebat ijiem naqas minn 257 (jew 46 % tal-persunal kollu) fl-2018 għal 201 (jew 35 % tal-persunal kollu) fl-2023 u; - l-għadd ta’ membri tal-persunal fuq liv minħabba mard għal perjodu ta’ bejn 7,5 ijiem u 21 jum naqas minn 140 (jew 25 % tal-persunal kollu) fl-2018 għal 92 (jew 16 % tal-persunal kollu) fl-2023; jistieden lill-Kumitat jissorvelja l-impatt tar-reġim ta’ xogħol il-ġdid u jżomm dan is-suġġett fl-istħarriġiet li ġejjin dwar is-sodisfazzjon tal-persunal; jinnota b’sodisfazzjon li 90,25 % (82 % fil-każ tal-maniġers) ta’ dawk li wieġbu għall-istħarriġ tal-persunal ta’ Diċembru 2022 indikaw is-sodisfazzjon tagħhom bl-arranġamenti flessibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jinnota bi tħassib li fl-2023 ġew irrapportati 18-il każ ta’ burnout fil-Kumitat, li jirrappreżentaw żieda mis-16-il każ fl-2022; jissottolinja l-impatt soċjali u professjonali sinifikanti tal-burnout fuq il-benesseri u l-prestazzjoni tal-persunal; jinnota wkoll li fl-2023 il-Kumitat irnexxielu jintegra mill-ġdid 16-il membru tal-persunal wara assenza fit-tul minħabba burnout, bis-saħħa ta’ segwitu personalizzat tal-liv minħabba mard fit-tul; jilqa’ l-azzjonijiet preventivi meħuda mill-Kumitat biex jitnaqqsu r-riskji psikosoċjali u l-burnout; japprezza f’dan ir-rigward l-approċċ proattiv tas-servizz mediku u l-konferenzi ta’ sensibilizzazzjoni, it-taħriġ u l-korsijiet organizzati mill-Kumitat; jenfasizza, madankollu, il-ħtieġa li l-isforzi jkomplu jissaħħew aktar biex jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tal-burnout u biex jitrawwem ambjent tax-xogħol aktar san;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jinnota li, fl-2023, il-Kumitat kompla jwettaq sensibilizzazzjoni dwar il-miżuri stabbiliti għall-prevenzjoni tal-fastidju fuq il-post tax-xogħol, u l-ġlieda kontrih, f’konformità mad-Deċiżjoni tiegħu tas-26 ta’ April 2021 dwar il-protezzjoni tad-dinjità fuq il-post tax-xogħol, il-ġestjoni tal-kunflitt u l-ġlieda kontra l-fastidju, b’mod partikolari permezz ta’ gwida apposta, komunikazzjoni interna u l-organizzazzjoni ta’ diversi sessjonijiet ta’ informazzjoni għall-persunal u għall-maniġers; jilqa’ b’mod partikolari l-organizzazzjoni ta’ ħames sessjonijiet ta’ taħriġ dwar “Il-prevenzjoni tal-fastidju psikoloġiku u sesswali” u “Ir-Rispett u d-Dinjità għal tim ta’ prestazzjoni għolja” fl-2023 u jirrakkomanda li din l-inizjattiva tkompli ssir; jinnota wkoll b’sodisfazzjon li matul is-sena ma ġie rrappurtat l-ebda każ ġdid, li għadu għaddej jew magħluq li jikkonċerna l-fastidju sesswali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Ifaħħar lill-Kumitat għall-azzjonijiet li ħa fl-2023 b’rabta mal-integrazzjoni tal-persuni b’diżabbiltà, bħall-fatt li għamel il-bini tal-Kumitat aċċessibbli għall-persuni b’mobbiltà mnaqqsa u li żgura li l-pożizzjonijiet vakanti kollha jkunu aċċessibbli għall-kandidati b’diżabbiltà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jinnota li, fl-2023, il-Kumitat kien qed jimpjega persunal li jirrappreżenta ċ-ċittadinanzi kollha tal-Unjoni (u membru tal-persunal wieħed ta’ ċittadinanza Ukrena), b’xi wħud minnhom irrappreżentati żżejjed (eż. il-Belġju); jilqa’ l-isforzi addizzjonali tal-Kumitat intiżi biex jibbilanċjaw id-distribuzzjoni ġeografika fost il-persunal billi jippruvaw jilħqu udjenza usa’ permezz tal-pubblikazzjoni fuq is-sit web tiegħu u fuq il-media soċjali ta’ sejħiet għal espressjoni ta’ interess għal persunal bil-kuntratt u temporanju; jiddispjaċih għan-nuqqas persistenti ta’ bilanċ ġeografiku fi ħdan il-persunal tal-Kumitat, fejn ċerti nazzjonalitajiet għadhom rappreżentati żżejjed meta mqabbla ma’ oħrajn; iħeġġeġ lill-Kumitat jintensifika l-isforzi tiegħu biex jikseb distribuzzjoni ġeografika aktar ibbilanċjata, b’mod partikolari fil-livell maniġerjali; jitlob lill-Kumitat iżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata bir-riżultat ta’ dan it-tip ta’ azzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jilqa’ l-parteċipazzjoni tal-Uffiċċju tat-Traineeships tal-Kumitat, għat-tieni darba konsekuttiva, fis-sessjoni bit-titolu “Opportunitajiet għaż-żgħażagħ Rom” f’April 2023; ifaħħar l-inizjattiva li tiġi ppreżentata l-iskema tat-traineeships tal-Kumitat lill-parteċipanti żgħażagħ u motivati Rom u mhux Rom, li tirrifletti impenn qawwi għall-promozzjoni tal-inklużività, id-diversità u l-opportunitajiet indaqs; iħeġġeġ il-kontinwazzjoni u l-espansjoni ta’ inizjattivi bħal dawn biex ikomplu jiġu involuti aktar il-komunitajiet sottorappreżentati u titrawwem forza tax-xogħol Ewropea aktar inklużiva;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jilqa’ l-progress li sar fir-rigward tal-bilanċ bejn il-ġeneri fil-maniġment, b’żieda fil-perċentwal tan-nisa kemm f’pożizzjonijiet ta’ maniġment intermedju (minn 29,7 % fl-2022 għal 32,5 % fl-2023) kif ukoll f’pożizzjonijiet ta’ maniġment superjuri (minn 37,5 % fl-2022 għal 44,4 % fl-2023);
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Qafas etiku u trasparenza</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jilqa’ l-ħidma li għamlu l-Kumitati fl-2023 biex jikkonsolidaw ir-regoli u l-prattiki etiċi f’qafas legali etiku uniku (id-Deċiżjoni Nru 157/2023) li jkopri, fost l-oħrajn, il-proċedura dixxiplinari, id-dinjità fuq il-post tax-xogħol, il-ġestjoni tal-kunflitti, il-ġlieda kontra l-fastidju, l-attivitajiet esterni u l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta; jinnota li dik il-ħidma laħqet il-qofol tagħha b’deċiżjoni (Nru 157/2023) li kienet ir-riżultat ta’ konsultazzjonijiet komprensivi ma’ partijiet ikkonċernati differenti, kif ukoll segwitu għal stħarriġ intern dwar l-għarfien dwar l-etika tal-persunal u l-implimentazzjoni ta’ rakkomandazzjoni ta’ awditjar intern dwar dak is-suġġett; ifaħħar lill-Kumitat tali fl-2023 kompla joffri korsijiet ta’ taħriġ dwar l-etika, l-integrità u r-rispett u d-dinjità fuq il-post tax-xogħol lil gruppi differenti ta’ persunal li jvarjaw minn persuni ġodda, maniġers u persunal b’mod ġenerali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jinnota li fl-2023 l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) ipproċessa żewġ każijiet: każ wieħed dwar allegati attivitajiet esterni bi qligħ ta’ membru tal-Kumitat u każ ieħor dwar allegazzjonijiet ta’ reċidività rigward attivitajiet esterni mhux awtorizzati minn membru tal-persunal; jinnota li fl-ewwel każ ma nfetħet l-ebda investigazzjoni mill-OLAF minħabba nuqqas ta’ proporzjonalità bejn ir-riżorsi meħtieġa għat-twettiq ta’ investigazzjoni u r-riżultati mistennija, filwaqt li l-Kumitat ikkunsidra li ma kien hemm l-ebda kunflitt ta’ interess minħabba li l-membri tal-Kumitat ma jirċievu l-ebda remunerazzjoni mill-Unjoni, u lanqas mhuma meħtieġa jiddikjaraw l-attivitajiet professjonali tagħhom, li għalihom jistgħu jitħallsu għal mandati lokali jew reġjonali li dawk il-membri jista’ jkollhom; jinnota fir-rigward tal-aħħar każ li l-OLAF fetaħ investigazzjoni li ġiet konkluża b’żewġ rakkomandazzjonijiet, li l-Kumitat implimenta billi fetaħ proċedura dixxiplinari kontra l-membru tal-persunal ikkonċernat u billi rkupra l-gwadanji b’rabta mal-attivitajiet esterni mhux awtorizzati ta’ dik il-persuna; ifakkar li l-każ magħluq fl-2022 dwar allegazzjonijiet ta’ mġiba ħażina finanzjarja, ta’ fastidju u ta’ ġestjoni ħażina f’servizz konġunt bejn il-Kumitat u l-KESE, wassal għal eżerċizzju ta’ ġestjoni tal-kunflitti li jinvolvi lill-persuni kkonċernati u għal pjan ta’ azzjoni ta’ ħames punti; jinnota b’sodisfazzjon mir-rapport ta’ segwitu tal-Kumitat għad-deċiżjoni ta’ kwittanza tal-Parlament li tkopri s-sena ta’ implimentazzjoni tal-baġit 2022 tal-Kumitat li dak il-pjan ta’ azzjoni ġie implimentat bis-sħiħ sa tmiem l-2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Ifakkar li l-Kumitat adotta r-Regolament Nru 6/2023 tal-4 ta’ Lulju 2023 li jistabbilixxi miżuri ta’ trasparenza li jiffukaw fuq il-membri li jkollhom kariga u r-rapporteurs; ifaħħar, f’dan il-kuntest, lill-Kumitat talli fl-1 ta’ Jannar 2024 issieħeb b’mod formali fir-Reġistru tat-Trasparenza tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kumitat itejjeb l-identifikazzjoni u l-prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess billi jintroduċi perjodu obbligatorju ta’ preklużjoni għall-membri uxxenti qabel ma jkunu jistgħu jinvolvu ruħhom fi rwoli ta’ lobbying jew ta’ konsulenza li jinvolvu lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni; jitlob il-pubblikazzjoni proattiva tad-deċiżjonijiet ta’ rikuża kollha meħuda mill-membri tal-Kumitat minħabba l-kunflitti ta’ interess;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jilqa’ l-isforzi mġedda tal-Kumitat fil-qasam tal-identifikazzjoni u tal-prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess fl-2023; jinnota li bis-saħħa tad-Deċiżjoni Nru 157/2023 tiegħu, il-Kumitat iddefinixxa l-kunċett ta’ kunflitti ta’ interess u stabbilixxa mekkaniżmu biex jiġi identifikat u pprevenut li l-persunal ikun meħtieġ jiddikjara jekk għandux imnejn ikollu kunflitt ta’ interess (potenzjali jew possibbli), billi jimla formola f’fażijiet kruċjali tal-karriera jew tal-attivitajiet professjonali tiegħu; jinnota b’sodisfazzjon mill-Kwestjonarju li l-informazzjoni annwali dwar l-attivitajiet ta’ okkupazzjoni ta’ ex uffiċjali għolja tiġi ppubblikata b’mod trasparenti fuq is-sit web tal-Kumitat; jinnota li l-Kumitat ma identifika l-ebda sitwazzjoni ta’ kunflitt ta’ interess li kienet tkun tirrikjedi segwitu mill-amministrazzjoni fl-2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jinnota li fl-2023 ma ġie rrapportat l-ebda każ ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta lill-Kumitat, ħlief għall-informazzjoni li waslet mingħand l-OLAF dwar każ ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta kontra membru tal-persunal tal-Kumitat, li eventwalment ingħalaq mill-OLAF; jinnota li fl-2023 il-Kumitat ma adotta l-ebda miżura ġdida dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta u kompla jibbaża fuq il-miżuri li ilhom stabbiliti mill-2015 u jippromwovihom permezz tat-taħriġ fl-etika u s-sensibilizzazzjoni; jappoġġja t-taħriġ etiku obbligatorju regolari kemm għall-persunal kif ukoll għal-livell maniġerjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jinnota li l-Kumitat kellu firxa ta’ miżuri u azzjonijiet stabbiliti kontra l-frodi applikabbli għall-membri tiegħu u għall-persunal tiegħu li huma implimentati minn servizzi differenti; josserva li l-ebda strateġija kontra l-frodi ma kienet fis-seħħ fl-2023 minkejja t-talbiet tal-Parlament f’riżoluzzjonijiet ta’ kwittanza preċedenti; jinnota b’sodisfazzjon, wara r-rakkomandazzjoni tal-Parlament, u kif indikat fil-Kwestjonarju, l-impenn tal-Kumitat li jkompli jsaħħaħ il-miżuri eżistenti kontra l-frodi billi fl-2025 jadotta strateġija kontra l-frodi; Jinkoraġġixxi lill-Kumitat jiffaċilita taħriġ regolari u obbligatorju kontra l-frodi bħala parti mill-istrateġija; iħeġġeġ lill-Kumitat iżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar din il-kwistjoni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Diġitalizzazzjoni, ċibersigurtà u protezzjoni tad-data</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jinnota li fl-2023 il-baġit ikkombinat tal-IT tal-Kumitat u tal-KESE kien ta’ EUR 12,7-il miljun, meta mqabbel ma’ EUR 11,712-il miljun fl-2022, jiġifieri żieda ta’ 8,40 %, filwaqt li fl-2023 minn dak il-baġit tħallas l-ammont ta’ EUR 350 000 għaċ-ċibersigurtà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jilqa’ l-“Istrateġija Diġitali 2024-2026” il-ġdida tal-Kumitat adottata fl-aħħar tal-2023; ifaħħar, f’dan il-kuntest, lill-Kumitat għall-progress li għamel f’dik li hija diġitalizzazzjoni fl-2023 f’oqsma differenti bħal, fost l-oħrajn, il-proċessi amministrattivi (inkluża l-għażla tal-persunal), l-akkwist u l-interpretazzjoni; jistieden lill-Kumitat jaċċellera l-isforzi tat-trasformazzjoni diġitali billi sal-2026 jiżgura l-implimentazzjoni sħiħa tal-flussi tax-xogħol elettroniċi, il-firem elettroniċi, u l-għodod diġitali għall-ġestjoni tal-każijiet, filwaqt li jnaqqas il-proċessi bbażati fuq il-karti f’konformità mal-impenji fil-qasam tas-sostenibbiltà, filwaqt li jimxi lejn amministrazzjoni li tkun aktar mingħajr l-użu tal-karti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li 90 % tal-proġetti għas-simplifikazzjoni permezz tad-diġitalizzazzjoni fl-ambitu tal-inizjattiva “Going for Impact” ġew implimentati bis-sħiħ sa tmiem l-2023; jinnota wkoll li ġew sfruttati aktar effiċjenzi minħabba proġett tal-IT biex tiġi ddefinita l-aħjar għodda għall-ġestjoni elettronika tal-flussi tax-xogħol ibbażati fuq il-formoli, li b’riżultat ta’ dan, ħafna mill-proċessi tal-Kumitat bdew jiġu ssimplifikati u diġitalizzati permezz tal-għodod ta’ Microsoft 365; jinnota b’sodisfazzjon li l-Kumitat juża moduli ta’ akkwist bħall-Offerti elettroniċi, l-Avviżi elettroniċi, is-Sottomissjoni elettronika, MyWorkplace, kif ukoll il-firma elettronika kwalifikata, għall-iffirmar tal-kuntratti, introdotti fl-2023; Jilqa’ l-fatt li l-Kumitat adotta linji gwida interni dwar l-użu tal-intelliġenza artifiċjali li jħejju l-pedamenti għas-soluzzjonijiet futuri possibbli u jinkoraġġixxi l-introduzzjoni ta’ taħriġ obbligatorju regolari dwar l-użu sikur tal-intelliġenza artifiċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jinnota wkoll li fl-2023 il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS) ma wettaq l-ebda investigazzjoni jew inkjesta dwar l-ipproċessar ta’ data personali mill-Kumitat; jinnota li fl-2023 l-EDPS nieda kwestjonarju ġenerali dwar il-ħatra u l-pożizzjoni tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data (DPO), li twieġeb mid-DPO tal-Kumitat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jinnota li fl-2023 il-Kumitat ma esperjenza l-ebda attakk ċibernetiku, minbarra ċerti attakki ta’ ċaħda tas-servizzi kontra s-sit web tal-Kumitat ospitat esternament; jinnota mill-Kwestjonarju tal-Kumitat għodod u strateġiji għall-monitoraġġ tat-theddid f’ħin reali u l-identifikazzjoni tal-vulnerabbiltajiet fis-sistemi tal-Kumitat; ifaħħar lill-Kumitat talli aderixxa mal-istandards fi kwistjonijiet marbuta mal-valutazzjonijiet tar-riskji relatati maċ-ċibersigurtà, kif ukoll talli stabbilixxa sistema bbażata fuq il-pjanijiet ta’ rispons għall-inċidenti, il-miżuri ta’ rkupru u t-tagħlimiet meħuda; jinnota b’sodisfazzjon li l-Kumitat u l-KESE adottaw il-Qafas taċ-Ċibersigurtà tal-NIST b’enfasi, fl-2023, fuq il-prinċipji: “ipproteġi” u “identifika”; iħeġġeġ lill-Kumitat jissensibilizza lill-membri u lill-persunal tiegħu dwar iċ-ċibersigurtà, iwettaq valutazzjonijiet tar-riskju regolari tal-infrastruttura tal-IT tiegħu u jiżgura awditi u testijiet regolari tad-difiżi ċibernetiċi tiegħu;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Bini</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jinnota li fl-2023 il-baġit tal-Kumitat (approprjazzjonijiet tas-sena kurrenti) kien ta’ EUR 18,594-il miljun (meta mqabbel ma’ EUR 18,930-il miljun fl-2022) b’rata ta’ eżekuzzjoni tal-pagamenti ta’ 93,70 % (meta mqabbla ma’ 82,60 % fl-2022); jinnota b’sodisfazzjon li, bħala riżultat tal-iskambju tal-binjiet B68 u TRE74 mal-binja VMA fl-2022, inkiseb iffrankar minħabba spejjeż aktar baxxi għall-kiri tal-binja kollha VMA fl-2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jinnota li x-xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni tal-binja VMA (mit-tielet sad-disa’ sular) komplew fl-2023; jinnota wkoll rata baxxa ta’ eżekuzzjoni tal-pagamenti fir-rigward tal-approprjazzjonijiet ta’ C8 (riportati mill-2022 għall-2023), jiġifieri, 18,90 %, użati għall-armar tal-bini VMA; jifhem l-ispjegazzjoni tal-Kumitat għal dik ir-rata baxxa billi l-kuntrattur ma setax ilesti partijiet mix-xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni fil-binjiet VMA; itenni l-appell tiegħu lill-Kumitat biex jipprovdi lill-awtorità ta’ kwittanza b’aġġornament dwar ir-redditu fuq l-investiment fir-rigward tat-teknoloġiji intelliġenti installati fil-binja VMA;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jilqa’ l-impenn tal-Kumitat u tal-KESE li japplikaw b’mod sistematiku l-prinċipju ta’ disinn universali għall-infrastruttura tagħhom, filwaqt li jiżguraw l-aċċessibbiltà tal-bini tagħhom skont id-disinn; jinnota li l-Kumitati ħadu firxa ta’ miżuri differenti biex jiżguraw l-aċċessibbiltà tal-binjiet tagħhom għall-persuni b’diversi tipi ta’ diżabbiltà (il-persuni li jużaw siġġu tar-roti, il-persuni għomja u b’vista batuta, il-persuni torox, l-anzjani bi problemi muskolari jew vaskulari);
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ambjent u sostenibbiltà</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jinnota li fl-2023 il-Kumitat kompla jimplimenta varjetà ta’ prattiki ekoloġiċi, bħall-użu ta’ installazzjonijiet tal-bini innovattivi effiċjenti fl-enerġija, ix-xiri ta’ elettriku kompletament ekoloġiku, is-sostituzzjoni ta’ flussi tax-xogħol mingħajr karti b’firem diġitali, l-applikazzjoni ta’ kriterji ambjentali fil-proċeduri kollha tal-offerti (bi kriterji ekoloġiċi personalizzati għal sejħiet għal offerti ta’ aktar minn EUR 60 000), enfasi fuq it-tnaqqis tal-iskart u ż-żieda fir-rata ta’ riċiklaġġ, l-implimentazzjoni ta’ miżuri għall-ivvjaġġar aktar sostenibbli mill-persunal, inklużi kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Kumitat għall-ispejjeż tat-trasport pubbliku tal-persunal tiegħu, l-użu ta’ interpretazzjoni sħiħa mill-bogħod għal-laqgħat statutorji, u miżuri oħra għall-iffrankar tal-enerġija; jinnota b’sodisfazzjon mill-Kwestjonarju tnaqqis ta’ 18 % fl-emissjonijiet tal-karbonju marbuta mal-attivitajiet tal-amministrazzjoni tal-Kumitat meta mqabbel mal-2019;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon mill-kwestjonarju li, bis-saħħa tal-miżuri tiegħu għall-iffrankar tal-enerġija, fl-2023 il-konsum tal-enerġija tal-Kumitat tnaqqas b’madwar 3,4 % meta mqabbel mal-2022, li jikkorrispondi għal gwadann finanzjarju ta’ EUR 64 240; jifraħ lill-Kumitati talli marru lil hinn mill-objettivi tal-EMAS għall-2021–2025 fl-oqsma kollha (l-elettriku, il-gass, l-ilma, l-iskart, is-separazzjoni tal-iskart, il-karta għall-użu fl-uffiċċji, l-emissjonijiet tas-CO<STRING SUBSCRIPT="on">2</STRING>);
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kooperazzjoni interistituzzjonali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jilqa’ l-iffrankar baġitarju u amministrattiv miksub permezz tal-kooperazzjoni interistituzzjonali, u b’mod partikolari l-kooperazzjoni mill-qrib stabbilita fil-livell amministrattiv mal-KESE, li miegħu l-Kumitat jaqsam il-bini u s-servizzi konġunti fl-oqsma tat-traduzzjoni, l-infrastruttura, il-loġistika u l-IT, ma’ 470 membru tal-persunal u madwar EUR 60 miljun (minbarra l-infiq relatat mas-salarju) miġbura flimkien miż-żewġ istituzzjonijiet fl-2023; jinnota b’sodisfazzjon li l-Kumitat kompla jestendi l-kooperazzjoni tiegħu mal-KESE billi sfrutta sinerġiji addizzjonali permezz ta’ servizzi mediċi konġunti u permezz ta’ reġistru ċentrali konġunt tal-protezzjoni tad-data u operazzjonijiet ta’ pproċessar ibbażati fuq l-Arranġament ta’ Kontroll Konġunt iffirmat mill-Kumitat u mill-KESE fl-2023; itenni l-istedina tiegħu lill-Kumitat isegwi u jespandi dik il-kooperazzjoni f’oqsma oħra bil-għan li tiġi evitata d-duplikazzjoni u biex ikomplu jiġu ssimplifikati aktar il-kostijiet operatorji tas-servizzi disponibbli fil-bini kondiviż mill-Kumitat u l-KESE; jistieden lill-Kumitat u lill-KESE jesploraw il-possibbiltà li jistabbilixxu amministrazzjoni unika għas-servizzi konġunti tagħhom, filwaqt li jżommu separati lid-direttorati jew lill-unitajiet għas-servizzi li jittrattaw kwistjonijiet relatati mal-mandati speċifiċi u indipendenti tagħhom; jinkoraġġixxi lill-Kumitat u lill-KESE jkomplu bl-isforzi tagħhom biex jiżviluppaw aktar kooperazzjoni u sinerġiji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jilqa’ t-tfittxija tal-Kumitat għal sinerġiji billi jixtri servizzi minn istituzzjonijiet oħra permezz ta’ ftehimiet fil-livell ta’ servizz u billi jipparteċipa f’korpi ta’ koordinazzjoni interistituzzjonali u fi proċeduri ta’ akkwist interistituzzjonali; jilqa’ t-titjib fl-effiċjenza, fir-rigward tal-komunikazzjoni għall-elezzjonijiet Ewropej tal-2024, irrapportat mill-Kumitat fil-Kwestjonarju; jinnota li dak it-titjib kien possibbli minħabba li l-Kumitat iffirma mal-Parlament Memorandum ta’ Ftehim fi Frar 2024 u Ftehim ta’ Kooperazzjoni (CP) ġdid f’Mejju 2024; jinnota, barra minn hekk, li s-CP kopra wkoll il-kooperazzjoni fil-livell politiku u amministrattiv bejn iż-żewġ istituzzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jistieden lill-Kumitat japprofondixxi l-kooperazzjoni tiegħu mal-Parlament u mal-Kummissjoni billi jistabbilixxi djalogu annwali strutturat bejn ir-rappreżentanti tal-Kumitat u l-leġiżlaturi tal-Unjoni dwar fajls leġiżlattivi ewlenin li jaffettwaw l-iżvilupp reġjonali, il-politika dwar il-klima, u l-koeżjoni soċjali; iħeġġeġ lill-Kumitat jesplora inizjattivi konġunti mal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (REGI) u mal-Kumitat għall-Ambjent, il-Klima u s-Sikurezza tal-Ikel (ENVI) tal-Parlament biex jippromwovi investimenti reġjonali sostenibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jinnota li l-Kumitat jikkoopera mal-Kummissjoni (għal tariffa annwali) għall-ġestjoni ta’ kwistjonijiet tar-riżorsi umani u l-użu ta’ diversi pjattaformi tal-IT għall-ġestjoni finanzjarja u r-riżorsi umani; jinnota wkoll li l-Kumitat jorganizza s-sessjonijiet plenarji tiegħu fil-bini tal-Parlament u tal-Kummissjoni biex jikkumpensa għan-nuqqas ta’ kapaċità tal-kmamar tal-konferenzi tiegħu stess u jixtri servizzi ta’ interpretazzjoni minn dawk iż-żewġ istituzzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jilqa’ r-reviżjoni fl-2023 tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni tal-Kumitat mal-Parlament bil-ħsieb tal-iffirmar finali tiegħu fl-2024; jappoġġja l-kooperazzjoni tal-Kumitat ma’ għadd ta’ kumitati parlamentari, intergruppi u direttorati ġenerali tal-Parlament u jqis li huwa vitali li l-membri tal-Kumitat u tal-KESE jiġu mistiedna regolarment u sistematikament għall-iskambji parlamentari rilevanti, inklużi l-laqgħat tal-kumitati, dwar il-kwistjonijiet li jkunu qed jittrattaw;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Komunikazzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jinnota li l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni tal-Kumitat jiffukaw fuq ir-relazzjoni mal-istampa, l-organizzazzjoni ta’ avvenimenti u l-kontenut diġitali u l-media soċjali b’baġit totali (approprjazzjonijiet tas-sena kurrenti) ta’ madwar EUR 2,8 miljun fl-2023; jesprimi dispjaċir għar-rata baxxa ħafna ta’ eżekuzzjoni ta’ pagamenti f’dawk l-oqsma (li tvarja minn 24,70 % sa 48,20 %); jinnota madankollu rata għolja ta’ eżekuzzjoni fir-rigward tal-approprjazzjonijiet ta’ C8 (riportati mill-2022 għall-2023) ta’ bejn 98 % u 100 %; jistieden lill-Kumitat jieħu miżuri għat-titjib tal-ippjanar baġitarju tiegħu fir-rigward tal-partiti baġitarji relatati mal-komunikazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon il-kisbiet tal-Kumitat fil-promozzjoni tal-politiki u tal-programmi tal-Unjoni fil-livell lokali u reġjonali, fit-titjib tal-ilħuq tax-xogħlijiet konsultattivi tiegħu u fit-tisħiħ tal-viżibbiltà u l-impatt tiegħu; jinnota li l-istrateġija tal-komunikazzjoni tal-Kumitat għandha l-għan li ssaħħaħ il-profil istituzzjonali u politiku tiegħu bħala l-vuċi tar-reġjuni, il-bliet, l-irħula u l-muniċipalitajiet tal-Unjoni, filwaqt li turi l-kontributi essenzjali tal-membri tiegħu biex jgħaqqdu l-politiki tal-Unjoni maċ-ċittadini u jrawmu l-involviment fil-livell lokali u f’dak reġjonali; jinnota f’dan il-kuntest l-azzjonijiet ta’ komunikazzjoni tal-Kumitat fl-2023 f’oqsma bħal: - il-koeżjoni (eż. il-kampanja “Il-promozzjoni tal-koeżjoni bħala valur fundamentali tal-Unjoni” fil-qafas tal-Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Bliet (EURegionsWeek) b’aktar minn 8 000 parteċipant); - it-tibdil fil-klima (eż. il-kampanja “Il-bini ta’ komunitajiet lokali reżiljenti u innovattivi”); - id-demokrazija (eż. il-kampanja “Kapitolu ġdid għad-demokrazija tal-UE” b’1 400 reġistrazzjoni għall-parteċipazzjoni fl-14-il konferenza EuropCom); - l-iżvilupp rurali (il-konferenza tal-“Kungress Ewropew LEADER” tal-2023) fl-2023; ifaħħar lill-Kumitat għaż-żieda fl-għadd ta’ persuni rreġistrati fin-Network Ewropew ta’ Kunsilliera Reġjonali u Lokali (minn 2 307 fl-2022 għal 3 000 fl-2023) u l-għadd ta’ parteċipanti fil-Programm Politiċi Eletti Żgħażagħ (minn 775 fl-2022 għal 836 fl-2023);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jilqa’ l-isforzi tal-Kumitat biex iżid is-sensibilizzazzjoni għall-gvernijiet reġjonali u l-komunitajiet lokali, inkluża l-espansjoni tan-Network ta’ Kunsilliera Reġjonali u Lokali tal-UE u l-programm Politiċi Eletti Żgħażagħ; jistieden lill-Kumitat jalloka riżorsi addizzjonali biex jappoġġja l-programmi reġjonali ta’ bini tal-kapaċitajiet li jagħtu s-setgħa lill-gvernijiet lokali biex jimplimentaw aħjar il-politiki tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jinnota s-suċċess tal-Kumitat fir-rigward tal-ilħuq tal-media kif muri mill-metrika ġenerali għall-2023, bħal: 13 210 referenzi fuq il-mezzi tal-informazzjoni, żieda ta’ 129 % fil-viżitaturi fuq il-web u żieda ta’ 11 % fis-segwaċi; jinnota li f’termini ta’ involviment diġitali, il-Kumitat ma laħaqx il-mira tiegħu għall-2023; jinnota li, fi tmiem l-2023, il-Kumitat kellu 200 000 segwaċi fuq il-kanali tal-media soċjali tiegħu, jiġifieri, 15 % aktar milli fl-2022 li minnhom 57 603 segwaċi (+5 %) fuq X (ex-Twitter), 61 170 (+5 %) fuq Facebook, 68 613 (+31 %) fuq LinkedIn u 15 392 (+47 %) fuq Instagram;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon mill-Kwestjonarju, l-inizjattivi tal-Kumitat biex titqajjem kuxjenza dwar il-miżuri speċifiċi tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali u l-Atti dwar is-Swieq Diġitali, kif ukoll iċ-ċibersigurtà u s-sikurezza online; jirrikonoxxi r-rwol tal-Kumitat fil-promozzjoni tal-perkors tal-Unjoni lejn futur diġitali; ifaħħar, f’dan il-kuntest, il-Kumitat għall-organizzazzjoni fl-2023 tas-serje Masterclass Diġitali, kemm għall-persunal kif ukoll għall-udjenzi esterni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>