<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0085</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Kwittanza 2023: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0053/2025 - Rapporteur: Joachim Stanisław Brudziński)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><NR>1.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Mejju 2025 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2023, Taqsima IX – Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (2024/2028(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2023<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 58, 23.2.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/budget/2023/1/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2023 (COM(2024)0272 – C10‑0076/2024)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/5462, 10.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5462/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għall-2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2023, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/5882, 9.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5882/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/6041, 10.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6041/oj.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2023 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1046/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikoli 59, 118, 260, 261 u 262 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: https://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 59, 118, 266, 267 u 268 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 55 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 102 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A10-0053/2025),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jagħti l-kwittanza lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għas-sena finanzjarja 2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Ombudsman Ewropew u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><RESOL><TI><NR>2.</NR> <STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Mejju 2025 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2023, Taqsima IX – Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (2024/2028(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2023, Taqsima IX – Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 102 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A10-0053/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kwittanza, l-awtorità ta’ kwittanza tixtieq tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ aktar il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta’ titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont u permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta’ baġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-protezzjoni tad-data hija dritt fundamentali, protett mil-liġi Ewropea u minqux fl-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprevedi li l-konformità mar-regoli relatati mal-protezzjoni tal-individwi, fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali dwarhom, għandha tkun soġġetta għall-kontroll minn awtorità indipendenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi r-Regolament (UE) 2018/1725 jipprevedi l-istabbiliment ta’ awtorità indipendenti, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (l-“EDPS”), responsabbli mill-protezzjoni u l-garanzija tad-dritt għall-protezzjoni tad-data u għall-privatezza, u inkarigat mill-kompitu li jiżgura li l-istituzzjonijiet u l-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni jħaddnu kultura b’saħħitha ta’ protezzjoni tad-data;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-EDPS iwettaq il-funzjonijiet tiegħu f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Awtoritajiet għall-Protezzjoni tad-Data (DPAs) sħab bħala parti mill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPB), u jservi l-interess pubbliku filwaqt li jkun iggwidat mill-prinċipji tal-imparzjalità, l-integrità, it-trasparenza, il-pragmatiżmu u r-rispett tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jinnota li l-baġit tal-EDPS jaqa’ taħt l-Intestatura 7 tal-QFP, “Amministrazzjoni pubblika Ewropea”, li fl-2023 kienet tammonta għal total ta’ EUR 12,3-il biljun, jiġifieri 6,4 % tal-infiq tal-baġit tal-Unjoni; jinnota li l-baġit tal-EDPS kien jirrappreżenta 0,18 % tal-approprjazzjonijiet tal-Intestatura 7 tal-QFP;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-Rapport Annwali tagħha (ir-“rapport tal-Qorti”) għas-sena finanzjarja 2023, eżaminat kampjun ta’ 70 tranżazzjoni taħt l-Intestatura 7 tal-QFP, li minnhom 21 (30 %) kien fihom żbalji; jinnota wkoll li għal ħamsa minn dawk l-iżbalji, li ġew ikkwantifikati mill-Qorti, il-Qorti stmat livell ta’ żball taħt il-limitu ta’ materjalità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota mir-rapport tal-Qorti l-osservazzjoni tagħha li n-nefqa amministrattiva tinkludi nefqa fuq ir-riżorsi umani, inklużi l-pensjonijiet, li fl-2023 kienet tammonta għal madwar 70 % tan-nefqa amministrattiva totali, u fuq il-bini, it-tagħmir, l-enerġija, il-komunikazzjonijiet u t-teknoloġija tal-informazzjoni; jilqa’ l-opinjoni mġedda tal-Qorti li, b’mod kumplessiv, l-infiq amministrattiv huwa ta’ riskju baxx;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jinnota mir-rapport tal-Qorti li fl-2023 awditjat ħlas tas-salarju ta’ uffiċjal li kien għamel l-aħħar dikjarazzjoni dwar id-drittijiet għall-benefiċċju tal-familja u tat-tfal fl-2020; itenni t-tħassib tal-Qorti li d-dewmien fir-riċeviment u fil-verifika ta’ tali dikjarazzjonijiet iżid ir-riskju ta’ pagamenti ineliġibbli;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ġestjoni baġitarja u finanzjarja</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jinnota li l-baġit finali adottat għall-EDPS kien ta’ EUR 22 711 559 fl-2023, liema ammont jirrappreżenta żieda ta’ 12,06 % meta mqabbel mal-2022; jinnota li l-baġit tal-EDPS ikopri wkoll il-ħidma tas-Segretarjat indipendenti tal-EDPB; jinnota mir-Rapport annwali tal-EDPS għall-2023 (ir-“Rapport Annwali”) li l-baġit adottat tal-EDPB kien ta’ EUR 7,67 miljun fl-2023, inklużi EUR 300 000 mogħtija permezz ta’ baġit emendatorju li kien meħtieġ minħabba żieda fl-attivitajiet ta’ litigazzjoni fl-2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jagħraf li l-isforzi ta’ monitoraġġ u ppjanar tal-baġit tal-EDPS fis-sena finanzjarja 2023 irriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn tas-sena kurrenti ta’ 96 % fl-2023 (kemxejn aktar baxxa milli fl-2022 meta dik ir-rata kienet ta’ 98 %); jinnota wkoll mir-rapport dwar il-kontijiet annwali tal-EDPS għall-2023 li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament tas-sena kurrenti kienet ta’ 84 % (anqas minn 88 % fl-2022); jinnota, barra minn hekk, mit-tweġibiet tal-EDPS għall-kwestjonarju ppreżentat mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit għall-kwittanza baġitarja tal-2023 (il-“Kwestjonarju”), li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament b’mod ġenerali kienet ta’ 91,33 % fl-2023 (anqas minn 94,09 % fl-2022);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jinnota wkoll li l-ammont ta’ riporti (C8) mill-2023 għall-2024 kien ta’ EUR 2 517 942,67 jew 11,08 % tal-baġit totali għall-2023, meta mqabbel ma’ EUR 1 827 354,23 jew 9,01 % tal-baġit totali għall-2022; jinnota li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-baġit ta’ C8 fl-2023 kienet ta’ 76,65 % (ogħla minn 73,77 % fl-2022);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jilqa’ t-titjib fiż-żmien medju għall-ħlas minn 25 jum fl-2022 għal 19-il jum fl-2023, b’97,50 % tal-pagamenti pproċessati fil-ħin; jinnota li dak it-titjib huwa minħabba l-fatt li l-EDPS sab soluzzjoni għal bug antik bis-sistema ta’ pagamenti elettroniċi għall-fatturi marbuta mal-ispejjeż tal-missjonijiet; jinnota wkoll żieda sinifikanti fl-għadd ta’ pagamenti minn 799 fl-2022 għal 1 335 fl-2023; josserva f’dak il-kuntest li l-għadd ta’ tranżazzjonijiet għadu aktar baxx mil-livelli ta’ qabel il-pandemija minħabba bidliet fil-mod ta’ ħidma (bħal laqgħat ibridi jew avvenimenti virtwali għall-esperti);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jinnota li fl-2023 l-effetti tal-gwerra illegali ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna komplew joħolqu pressjoni baġitarja fuq l-EDPS, inkluż permezz ta’ inflazzjoni dejjem tiżdied u ż-żieda konsegwenti fl-ispejjeż tal-enerġija, bl-aktar linji baġitarji affettwati jkunu s-salarji tal-persunal, is-sigurtà tal-bini u l-ispejjeż tal-kiri, l-ispejjeż tal-missjonijiet u s-servizzi pprovduti mill-persunal estern; ifaħħar, f’dak il-kuntest, lill-EDPS talli reġa’ aġġusta l-prijoritajiet tiegħu u implimenta riallokazzjoni interna fil-kapitoli tal-baġit; jifhem li kienet meħtieġa ottimizzazzjoni baġitarja sabiex l-indiċjar tas-salarji tal-persunal u tal-ispejjeż tal-kiri jiġi ġestit b’suċċess, kif ukoll żieda fl-ispejjeż tas-servizzi ta’ appoġġ għall-avukati esterni minħabba għadd akbar ta’ deċiżjonijiet vinkolanti tal-EDPS li wasslu għal għadd akbar ta’ każijiet li għandhom jiġu difiżi quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) bl-għajnuna ta’ assistenza legali esterna; jesprimi dispjaċir f’dak il-kuntest għall-fatt li l-EDPS kellu jipposponi xi wħud mill-attivitajiet tiegħu, bħal studju ta’ fattibbiltà dwar l-intelliġenza artifiċjali; jistieden lill-KEPD jirrispetta l-kompetenzi tal-mandat tiegħu b’approċċ kollaborattiv mal-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-Unjoni u jevita li jibda kwalunkwe azzjoni legali, speċjalment dawk li huma manifestament inammissibbli, sabiex jiġu evitati riperkussjonijiet negattivi fuq il-ġestjoni tar-riżorsi, li ma jippermettux lill-EDPS iwettaq l-attivitajiet tiegħu bħala Istituzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar iż-żieda sinifikanti fl-ispejjeż tal-missjonijiet tal-persunal tal-EDPS, minn EUR 28 789 fl-2021 u EUR 176 903 fl-2022, għal EUR 284 580 fl-2023; jistieden lill-EDPS jivvaluta jekk ir-riżorsi minfuqa fuq il-missjonijiet humiex qed jintużaw b’mod xieraq u effettiv; jinnota li l-EDPS ma baqax jippubblika l-għadd ta’ missjonijiet iffinanzjati mill-organizzaturi, kif ukoll informazzjoni dwar liema unità jew settur ipparteċipaw f’kull missjoni, u b’hekk naqqas it-trasparenza fir-rigward tal-ispejjeż tal-missjonijiet; jistieden lill-EDPS jintroduċi din il-prattika mill-ġdid; iħeġġeġ lill-EDPS jippromwovi l-użu ta’ għodod tal-vidjokonferenzi fejn xieraq, peress li dan jista’ jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-għadd ta’ missjonijiet u għat-tnaqqis tal-ispejjeż; jistieden lill-EDPS jivvaluta jekk ir-riżorsi minfuqa fuq il-missjonijiet humiex qed jintużaw b’mod xieraq u effettiv;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ġestjoni interna, prestazzjoni u kontroll intern</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jinnota li l-EPDS uża disa’ indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) biex jimmonitorja l-prestazzjoni tiegħu fl-2023, f’konformità mal-objettivi ewlenin tal-Istrateġija 2020-2024 tal-EDPS li hija implimentata permezz tal-Pjan ta’ Ġestjoni Annwali; jinnota mir-Rapport Annwali li l-EDPS qabeż l-aspettattivi kważi fl-oqsma kollha, kif indikat mir-riżultati tal-KPIs għall-2023, ħlief għal KPI wieħed (l-għadd ta’ segwaċi tal-EDPS fuq xi kontijiet tal-media soċjali); jinnota bi tħassib li l-EDPS esperjenza sfidi konsiderevoli minħabba ammont dejjem akbar ta’ xogħol u kwistjonijiet kumplessi dwar il-protezzjoni tad-data li jirriżultaw mix-xenarju diġitali li qed jevolvi malajr, kif ukoll minħabba l-estensjoni tal-mandat tal-EDPS għall-attivitajiet superviżorji (bħall-awditi u l-investigazzjonijiet) u r-risposti għall-konsultazzjonijiet u għall-konsultazzjonijiet minn qabel, kollha fil-kuntest ta’ baġit limitat; jinnota mir-rapport ta’ segwitu tal-EDPS għar-riżoluzzjoni tal-Parlament dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-EDPS għall-2022 (ir-“Rapport ta’ Segwitu”) li diversi żviluppi leġiżlattivi fl-aħħar sentejn affettwaw il-ħidma u r-riżorsi tal-EDPS, minħabba l-estensjoni tal-mandat tal-Eurojust, informazzjoni ġdida li għandha tasal għand il-Europol skont l-Att dwar is-Servizzi Diġitali, it-tnedija tal-bażijiet ta’ data l-ġodda fuq skala kbira tal-Unjoni u l-qafas tal-interoperabbiltà fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni u d-dħul fis-seħħ tal-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali (l-“Att dwar l-IA”); jistieden lill-Kummissjoni u lill-awtorità baġitarja jqisu dawk il-kwistjonijiet matul il-proċedura baġitarja annwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li, fl-2023, l-EDPS saħħaħ il-kapaċità tiegħu li jivvaluta x-xejriet teknoloġiċi emerġenti u l-impatt potenzjali tagħhom fuq il-privatezza u l-protezzjoni tad-data, u jħejji għalihom; jinnota li dan inkiseb permezz ta’ approċċ ibbażat fuq il-prospettiva, b’enfasi fuq il-monitoraġġ tal-iżviluppi f’oqsma bħall-mudelli tal-lingwi l-kbar, il-kartieri tal-identità diġitali, l-internet tal-imġiba, ir-realtà estiża u l-identifikazzjoni tad-deep fake; jilqa’ f’dak il-kuntest il-pubblikazzjoni mill-EDPS tat-tielet inizjattiva TechSonar tiegħu dwar it-teknoloġiji emerġenti; jifraħ ukoll lill-EDPS talli ngħata l-premju GPA Global Privacy and Data Protection Awards 2023 fil-kategorija tal-innovazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jinnota li l-2023 kienet ikkaratterizzata minn diversi bidliet jew aġġornamenti organizzattivi li kienu meħtieġa sabiex jiġu indirizzati l-isfidi li qed jevolvu tal-protezzjoni tad-data, u jkun hemm adattament għalihom; jilqa’ f’dan il-kuntest il-ħatra ta’ Segretarju Ġenerali mill-1 ta’ Lulju 2023; jinnota wkoll it-tranżizzjoni ta’ żewġ setturi f’unitajiet bħall-“Informazzjoni u l-Komunikazzjoni” u l-“Governanza u l-Kontroll Intern” u l-ħolqien ta’ tliet setturi speċjalizzati ġodda taħt l-unità “Teknoloġija u Privatezza” (T&P): “Sorveljanza u Awditjar tas-Sistemi”, “Monitoraġġ u Prospettiva tat-Teknoloġija” u “Trasformazzjoni Diġitali”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jenfasizza r-rwol tal-EDPS fis-superviżjoni tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni; jinnota bi tħassib it-tul tal-proċedimenti quddiem l-EDPS, peress li l-EDPS ma għalaqx investigazzjoni waħda fl-2023, iżda meta mqabbel mas-sena preċedenti, fl-2023, l-għadd ta’ notifiki lil hinn mit-72 siegħa naqas b’mod sinifikanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jinnota li fl-2023 l-EDPS irċieva 420 ilment, jiġifieri 53 aktar mill-2022, li minnhom 73 kienu ammissibbli u 347 kienu inammissibbli; jinnota li l-EDPS ħareġ deċiżjoni finali, opinjoni jew tweġiba f’31 minn 73 każ ta’ lment li waslu fl-2023 fi żmien medju ta’ 44 jum u wieġeb għat-347 ilment inammissibbli kollha li waslu; jinnota li, mill-ilmenti ammissibbli kollha (li għadhom għaddejjin u li waslu fl-2023), fl-2023 ġew iffinalizzati 55 każ, li jirrappreżenta żieda ta’ 17 % meta mqabbel mal-2022; jirrikonoxxi l-isforzi li saru mill-EDPS biex inaqqas l-għadd kbir ta’ lmenti billi żviluppa għodda dinamika fuq is-sit web tal-EPDS, għalkemm il-volum tal-ilmenti baqa’ ta’ sfida minħabba riżorsi limitati fl-2023; jinnota b’sodisfazzjon li fl-2023 l-EDPS żviluppa diversi għodod u politiki proċedurali biex itejjeb il-proċessi investigattivi tiegħu; ifaħħar, f’dak il-kuntest, lill-EDPS talli emenda r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, fejn il-“proċedura ta’ rieżami” hija sostitwita b’“valutazzjoni preliminari” sabiex jiġi ssalvagwardjat id-dritt li wieħed jinstema’ mill-partijiet involuti kollha, u b’hekk ikun hemm kontribut għal trattament ġust u f’waqtu tal-ilmenti u tal-investigazzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jissottolinja r-rwol importanti ta’ konsultazzjoni u konsulenza tal-EDPS fil-proċess leġiżlattiv; jinnota li, skont l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-EDPS wieġeb għal 80 konsultazzjoni leġiżlattiva formali u l-parir tiegħu ħa l-forma ta’ 54 opinjoni (27 fl-2022), 26 kumment formali (49 fl-2022) u 34 kumment informali (30 fl-2022) lill-Kummissjoni u lill-koleġiżlaturi b’rispons għat-talbiet għal konsultazzjoni leġiżlattiva fl-2023; ifaħħar lill-EDPS għall-kontribut tiegħu fir-rigward tal-Att dwar l-IA, b’mod partikolari l-opinjoni fuq inizjattiva proprja tal-EDPS dwar l-Att dwar l-IA u l-parir dwar ir-regoli dwar ir-responsabbiltà għall-IA, kif ukoll għall-kontribut tal-EDPS għar-riżoluzzjoni tal-GPA dwar sistemi tal-IA ġenerattivi; jirrikonoxxi żieda sinifikanti (+93 %) tat-talbiet għal konsultazzjoni matul l-aħħar ħames snin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jinnota li, fl-2023, l-EDPS wettaq tmien investigazzjonijiet u ħames investigazzjonijiet minn qabel, u dan jimmarka żieda sinifikanti meta mqabbel mas-snin preċedenti; jinnota li fl-2023 l-EDPS kien involut b’mod attiv f’total ta’ 13-il investigazzjoni u f’seba’ investigazzjonijiet minn qabel, jew imnedija fl-2023 jew ittrasferiti minn snin preċedenti; jinnota li l-EPDS kompla żewġ investigazzjonijiet formali kumplessi u intensivi fir-riżorsi mill-2021 dwar l-użu mill-Istituzzjonijiet, il-Korpi u l-Organi (EUIBAs) ta’ servizzi tal-cloud minn entitajiet mhux tal-UE/taż-ŻEE, inkluż enfasi fuq l-użu mill-Kummissjoni ta’ Microsoft 365; iħeġġeġ il-finalizzazzjoni ta’ dawk l-investigazzjonijiet fil-ħin minħabba l-impatt sinifikanti tagħhom fuq il-ħidma tal-istituzzjonijiet; jinnota, barra minn hekk, li l-EDPS nieda wkoll ħames investigazzjonijiet ibbażati fuq ilmenti dwar is-siti web tal-EUIBAs, li jiffukaw b’mod wiesa’ fuq kwistjonijiet ta’ privatezza u protezzjoni tad-data, b’valutazzjonijiet preliminari mistennija fl-2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Iħeġġeġ lill-KEPD jipprijoritizza u jsaħħaħ il-proċeduri għat-trattament tad-data personali ta’ minorenni taħt il-15-il sena, b’mod partikolari fil-kuntest tas-sistemi tal-Europol, fejn tali individwi jistgħu jiġu mmarkati bħala suspettati; jirrikonoxxi l-vulnerabbiltà akbar ta’ dak il-grupp u l-ħtieġa ta’ salvagwardji robusti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jinnota li l-EDPS investiga l-allegat użu mill-Kummissjoni ta’ mikroimmirar fuq il-pjattaforma X u kompla żewġ investigazzjonijiet minn qabel: każ wieħed li jikkonċerna l-użu mill-EUIBAs tas-servizz tal-cloud ta’ Trello, li ngħalaq fl-2023 u ieħor dwar l-użu mill-EUIBAs tat-tfassil tal-profili, li twettaq fl-2024; jinnota li b’kollox tnedew sitt investigazzjonijiet u erba’ investigazzjonijiet minn qabel (investigazzjoni waħda fl-2022) fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (FSJ), li jirriflettu żieda sinifikanti mill-2022; jinnota t-tħassib tal-EDPS fir-rigward tal-isfidi li jistgħu jinqalgħu fil-każ ta’ investigazzjonijiet fejn tkun meħtieġa azzjoni konġunta bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-EUIBA; jinnota wkoll li, bħala parti mill-pjan ta’ awditjar tiegħu għall-2023, l-EDPS awditja l-korpi li ġejjin: l-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal, il-Bank Ewropew tal-Investiment, il-Bank Ċentrali Ewropew, iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard u l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Ifakkar li fl-2022 l-EDPS ippreżenta azzjoni għall-annullament ta’ żewġ dispożizzjonijiet tar-Regolament emendat tal-Europol quddiem il-Qorti Ġenerali, li aktar tard ġiet miċħuda; jinnota li sadanittant l-EDPS iddeċieda li jappella għas-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-578/22<FOOTNOTE><FIELD> Id-Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2023, <STRING ITALIC="on">EDPS vs il-Parlament u l-Kunsill</STRING>, T-578/22, ECLI:EU:T:2018:522.</FIELD></FOOTNOTE>, filwaqt li jemmen li l-kwistjonijiet imqajma għandhom jiġu indirizzati fl-ogħla livell; jiddispjaċih li l-EDPS ma rrealizzax l-inammissibbiltà manifesta tal-appell tiegħu, anki jekk l-istituzzjoni ma kellhiex l-intenzjoni li tikkontesta att mill-Europol, iżda bidla retroattiva fil-qafas legali li kellha l-għan li tinnewtralizza l-effetti tal-azzjonijiet ta’ infurzar tal-EDPS; jistieden lill-istituzzjoni tikkoopera mal-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-Unjoni, qabel ma tibda proċedimenti legali li jipprevjenu t-twettiq tal-mandat tagħha u l-użu tar-riżorsi tagħha għall-finijiet li għalihom kienu maħsuba; jinnota, barra minn hekk, li l-EDPS segwa wkoll l-implimentazzjoni tal-Ordni tiegħu tat-3 ta’ Jannar 2022, inklużi kontrolli fuq ir-rapportar tal-Europol; jiddispjaċih li kien biss fit-22 ta’ Lulju 2024 li r-rapport finali dwar dik il-kwistjoni ġie ikkomunikat mill-EDPS;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jinnota li, wara l-implimentazzjoni pilota tal-qafas il-ġdid għall-ġestjoni tar-riskju fl-EDPS lejn l-aħħar tal-2022, f’Mejju 2023 sar stħarriġ anonimu dwar is-sodisfazzjon biex tiġi vvalutata l-effettività tiegħu u jinġabru suġġerimenti addizzjonali; jinnota wkoll li r-riżultati tal-istħarriġ kienu pożittivi, li wasslu għall-adozzjoni formali tal-qafas fis-26 ta’ Ġunju 2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jinnota li, fl-2023, is-servizz tal-awditjar intern (IAS) wettaq awditu dwar il-metodoloġija għall-ippjanar tal-awditi tal-EDPS fl-EDPS; jinnota li l-awditu ġie konkluż b’żewġ rakkomandazzjonijiet li għalihom l-EDPS ippreżenta pjan ta’ azzjoni lill-IAS; jistieden lill-EDPS iżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata fuq bażi regolari dwar il-progress li jkun sar rigward dik il-kwistjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Ifakkar fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li jgħid li l-UE u l-istituzzjonijiet tagħha għandhom jippromwovu s-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Riżorsi umani, ugwaljanza u benesseri tal-persunal</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jinnota li, fi tmiem l-2023, l-EDPS kellu 129 membru tal-persunal, meta mqabbel ma’ 127 fl-2022; jinnota li l-EDPS impjega 50 membru tal-persunal bil-kuntratt (CA) skont l-Artikolu 3(b) tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni (52 CA fl-2022), 7 membri tal-persunal temporanji (TA) skont l-Artikolu 2(b) u 2(c) (6 TA fl-2022) u uża s-servizzi ta’ 12-il fornitur estern tas-servizzi (EXT) li ħadmu intra-muros fl-2023 (8 EXT fl-2022); iħeġġeġ lill-EDPS ikompli bl-isforzi tiegħu lejn rappreżentanza ġeografika aktar ibbilanċjata fost l-Istati Membri kollha speċifikament fil-livell maniġerjali; jilqa’ ż-żieda fid-diversità tan-nazzjonalitajiet rappreżentati, iżda jinnota b’dispjaċir is-sottorappreżentanza kontinwa tan-nisa f’pożizzjonijiet maniġerjali superjuri; jitlob l-adozzjoni ta’ pjan direzzjonali dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, inklużi miżuri proattivi ta’ reklutaġġ u programmi ta’ taħriġ fit-tmexxija għall-membri tal-persunal nisa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jinnota li, fl-2023, l-EDPS kellu 23 nazzjonalità (mill-Istati Membri) irrappreżentati fost il-persunal tiegħu, li huwa titjib meta mqabbel ma’ 22 nazzjonalità fl-2022; jinnota b’nuqqas ta’ sodisfazzjon ir-rappreżentanza żejda ta’ ħames nazzjonalitajiet u sottorappreżentanza ta’ nazzjonalitajiet oħra; iħeġġeġ lill-EDPS ikompli bl-isforzi tiegħu biex jikseb distribuzzjoni ġeografika bbilanċjata ta’ ċittadini mill-Istati Membri kollha fi ħdan il-persunal tiegħu, billi jtejjeb il-komunikazzjoni, irawwem il-viżibbiltà, u jtejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol biex jattira nazzjonalitajiet sottorappreżentati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Josserva li, fl-2023, l-EDPS żamm forza tax-xogħol li tinkludi 65 % nisa u 35 % irġiel, li huwa konsistenti max-xejriet mis-snin preċedenti; jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ nisa fi rwoli ta’ maniġment superjuri, minkejja l-kisba ta’ parità bejn il-ġeneri fost is-sitt pożizzjonijiet maniġerjali intermedji; iħeġġeġ lill-EDPS jintensifika l-isforzi tiegħu biex jiżgura rappreżentanza bbilanċjata bejn il-ġeneri fil-livelli kollha tal-persunal, u jistieden lill-EDPS jippromwovi l-applikazzjonijiet tan-nisa anke fid-dawl tal-elezzjoni li jmiss tal-Kontrollur mill-Parlament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jinnota rata għolja ta’ okkupazzjoni tat-tabella tal-persunal ta’ 95,65 % iżda wkoll rata għolja ta’ dawran ta’ 13 % fl-2023; jinnota li l-biċċa l-kbira tal-pożizzjonijiet mhux mimlija kienu riżultat ta’ nuqqas ta’ adegwatezza tal-kandidati, minħabba l-ħtieġa mill-EDPS ta’ profili speċjalizzati ħafna u l-grupp żgħir ta’ kandidati eliġibbli; jilqa’ l-indirizzar ta’ dawk l-isfidi permezz ta’ pubblikazzjoni mill-ġdid b’tixrid usa’ jew aktar immirat tal-post vakanti jew permezz ta’ abbozzar mill-ġdid tar-rekwiżiti; jilqa’ l-passi meħuda mill-EDPS rigward il-proċess ta’ reklutaġġ; jistieden lill-EDPS ikompli jindirizza l-isfidi fis-sejbien ta’ kandidati xierqa u jżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar it-titjib fir-reklutaġġ u d-dawran tal-persunal;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jinnota li, fit-tieni nofs tal-2023, it-tim tar-riżorsi umani tal-EDPS nieda proġett pilota għal proċess ġdid ta’ on-boarding għal dawk ġodda, b’sessjonijiet li jkopru, fost l-oħrajn, il-preżentazzjonijiet tal-ħidma tal-unitajiet ewlenin, l-etika, il-proċeduri ta’ akkwist u s-sigurtà tal-informazzjoni, filwaqt li fl-2023 ġew offruti tliet sessjonijiet ta’ on-boarding; jistieden lill-EDPS ikompli joffri lil parteċipanti ġodda “on-boarding” u lill-membri kollha tal-persunal sessjonijiet obbligatorji li jfakkru l-importanza ta’ prinċipji bħall-etika, il-kunflitti ta’ interess, it-trasparenza, il-kontroll intern u l-ġlieda kontra l-frodi, peress li dawn saru l-istandard fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni; jinnota, barra minn hekk, li, fl-2023, ġew offruti 12-il sessjoni individwali għall-persunal tal-EDPS u tal-EDPB, sitt sessjonijiet ta’ taħriġ fi grupp li fihom il-parteċipanti (livell ta’ maniġer) tgħallmu minn xulxin, kif ukoll taħriġ f’tim li dam għaddej sena b’disinjatur għall-iżvilupp tat-tmexxija fl-Iskola Ewropea tal-Amministrazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jinnota, mill-Kwestjonarju, li l-EDPS joffri arranġamenti tax-xogħol flessibbli u ibridi, li huma milqugħin tajjeb mill-membri tal-persunal li jistgħu jibbenefikaw, fost l-oħrajn, minn liv tal-ġenituri, minn krediti tal-ħin, minn xogħol part-time jew minn xogħol minn barra l-pajjiż għal għadd limitat ta’ jiem fis-sena; jinnota li, fl-2023, il-maġġoranza tal-persunal għamel użu minn dawk il-kundizzjonijiet tax-xogħol, filwaqt li 86,30 % tal-persunal għamel użu minn arranġament ta’ telexogħol; iqis li l-infrastruttura tal-bini għandha tiġi ottimizzata biex tirrifletti dik ir-rata għolja ta’ telexogħol, li tista’ tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-ispejjeż operattivi u l-iżgurar ta’ użu aktar effiċjenti tal-ispazju għall-uffiċċji; jilqa’ l-isforzi kontinwi tal-EDPS biex itejjeb b’mod attiv il-benesseri fiżiku u mentali tal-persunal tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Ifaħħar lill-EDPS għat-twettiq ta’ diversi azzjonijiet ta’ sensibilizzazzjoni matul is-sena 2023 bil-kondiviżjoni ta’ informazzjoni dwar l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni razzjali, il-Jum Internazzjonali tan-Nisa, ix-xahar tad-diversità tal-UE u t-tagħlim dwar in-newrodiversità; jinnota li bħalissa l-EDPS ma jimpjegax persunal b’diżabbiltà iżda għandu klawżola ta’ opportunitajiet indaqs inkluża fl-avviżi kollha tal-postijiet vakanti tal-EDPS u jħeġġeġ b’mod attiv applikazzjonijiet minn kandidati b’diżabbiltà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jinnota mill-Kwestjonarju li l-EDPS iqis bħala kunfidenzjali kwalunkwe informazzjoni dwar każijiet ta’ burnout, inkluż l-għadd tagħhom; ma jaqbilx ma’ dik l-opinjoni u jistieden lill-EDPS jipprovdi lill-awtorità ta’ kwittanza l-għadd ta’ każijiet ta’ burnout fuq bażi annwali; jinnota b’sodisfazzjon li, fl-2023, ma kien hemm l-ebda każ ta’ fastidju rrapportat fl-EDPS; jilqa’ l-fatt li, fl-2023, l-EDPS kompla jipprovdi preżentazzjoni kontra l-fastidju mogħtija minn wieħed mill-konsulenti kunfidenzjali tal-EDPS, bħala parti mit-taħriġ ta’ induzzjoni msejjaħ il-“Jum ta’ Merħba fl-EDPS”; ifaħħar il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni dwar il-ġlieda kontra l-fastidju u r-rwol tal-konsulenti kunfidenzjali fuq l-intranet tal-EDPS;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Qafas etiku u trasparenza</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jinnota li, fl-2023, l-EDPS iffoka l-isforzi tiegħu fuq iż-żieda fl-għarfien tal-persunal tal-qafas etiku tal-EDPS/EDPB billi organizza sessjonijiet ta’ taħriġ dedikati obbligatorji għall-persunal kollu u taħriġ ta’ induzzjoni għal dawk ġodda fl-EDPS/EDPB, ħatar uffiċjal tal-etika ġdid u pparteċipa fil-grupp ta’ ħidma dwar l-etika “Comité Paritaire des Questions Statuaries”; jilqa’ l-istabbiliment ta’ kaxxa postali mill-EPDS, fejn il-membri tal-persunal jistgħu jippreżentaw it-talbiet tagħhom rigward kwalunkwe investigazzjoni relatata mal-etika, kif ukoll l-użu tal-modulu tal-Etika tal-Kummissjoni f’Sysper; iħeġġeġ lill-EDPS ikompli s-sensibilizzazzjoni u jorganizza stħarriġ biex jivvaluta l-livell ta’ kemm il-persunal huwa konxju mill-qafas etiku tal-EDPS/EDPB;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jilqa’ l-livell ġenerali għoli ta’ trasparenza miksub mill-EDPS rigward l-attivitajiet tiegħu, b’mod partikolari rigward il-pubblikazzjoni tal-aġenda u d-dikjarazzjoni tal-interessi tal-Kontrollur u tal-Kap tal-Amministrazzjoni tal-EDPS, f’konformità mal-kodiċi ta’ kondotta tal-Kontrollur tal-2019; jinnota mir-Rapport ta’ Segwitu li l-EDPS adotta żewġ kodiċijiet ta’ kondotta, li wieħed minnhom japplika għall-Kontrollur u l-ieħor japplika għall-persunal tal-EDPS; jifhem li f’każijiet li fihom is-Segretarju Ġenerali jintalab jissostitwixxi lill-Kontrollur, il-kodiċi ta’ kondotta ta’ dan tal-aħħar japplika wkoll għas-Segretarju Ġenerali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li l-EDPS qatt ma kien involut f’xi investigazzjoni mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) minn mindu ġie stabbilit;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jinnota li, minn ħames inkjesti miftuħa mill-Ombudsman fl-2023 dwar l-EDPS, erbgħa ngħalqu mingħajr ebda investigazzjoni ulterjuri; jinnota li, għal investigazzjoni waħda, id-deċiżjoni kienet għadha pendenti u mistennija għar-Raba’ Trimestru tal-2024; jistieden lill-EDPS iżomm l-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar l-eżitu ta’ din l-inkjesta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-EDPS għadu ma ngħaqadx formalment mar-Reġistru tat-Trasparenza tal-Unjoni; minkejja dan, jinnota mir-Rapport ta’ Segwitu li, bil-għan li jingħaqad formalment mar-Reġistru ta’ Trasparenza tal-Unjoni, l-EDPS nieda valutazzjoni interna dwar il-miżuri ta’ trasparenza, filwaqt li fl-2023 saru laqgħat u skambji ta’ għarfien tal-EDPS mas-segretarjat tar-Reġistru ta’ Trasparenza; jistieden lill-EDPS jirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-eżitu ta’ dak l-eżerċizzju ta’ valutazzjoni; itenni t-talba tiegħu lill-EDPS biex jingħaqad mar-Reġistru ta’ Trasparenza u jużah, inkluż għall-iżvelar proattiv tal-laqgħat ma’ kwalunkwe parti terza, biex tiġi żgurata t-trasparenza fil-funzjonijiet regolatorji u konsultattivi tal-EDPS;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li, fl-2023, l-EPDS stabbilixxa regoli interni applikabbli għas-smigħ ta’ persuni li jistgħu jiġu affettwati minn deċiżjoni finali tal-EDPS adottata f’investigazzjonijiet u f’inkjesti fuq inizjattiva proprja sabiex jiġi żgurat l-eżerċizzju xieraq tad-dritt fundamentali tagħhom li jinstemgħu fi proċedimenti bħal dawn; ifaħħar lill-EPDS għall-pubblikazzjoni ta’ skeda informattiva ġdida dwar l-Investigazzjonijiet tal-EDPS u Politika ta’ Investigazzjoni ġdida tal-EDPS kif ukoll għall-iżgurar li r-rapporti finanzjarji kollha, inklużi l-baġits annwali, ir-rapporti kontabilistiċi u tal-awditjar, isiru aċċessibbli għall-pubbliku permezz ta’ sit web tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u kanali uffiċjali oħra, peress li l-EPDS jieħu rwol ewlieni fit-tisħiħ tal-preparatezza għaċ-ċibersigurtà tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon mill-Kwestjonarju li, fl-2023, ma ġie rrapportat l-ebda każ ta’ kunflitti ta’ interess, żvelar ta’ informazzjoni protetta jew frodi fl-EDPS; jinnota li l-EDPS stabbilixxa qafas biex jiġu pprevenuti l-kunflitti ta’ interess fil-livell tal-maniġment superjuri u tal-persunal permezz ta’ kodiċijiet ta’ kondotta, sensibilizzazzjoni u dikjarazzjonijiet ta’ nuqqas ta’ kunflitti ta’ interess u kunfidenzjalità; jinnota li, minbarra l-introduzzjoni obbligatorja għall-qafas etiku tal-EDPS għall-membri l-ġodda kollha tal-persunal, il-membri l-ġodda tal-persunal jiġu introdotti wkoll għall-istrateġija kontra l-frodi tal-EDPS;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jinnota mill-Kwestjonarju li l-EDPS għandu regoli interni dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta, li jiddefinixxu rotot u kanali sikuri li permezz tagħhom il-persunal jista’ jqajjem tħassib dwar il-frodi, il-korruzzjoni jew kwalunkwe mġiba ħażina serja oħra mingħajr preġudizzju għall-kunfidenzjalità tal-identità tal-informatur u tal-informazzjoni rrapportata; jinnota li, s’issa, qatt ma kien hemm każ ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta rrapportat lill-EDPS;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Iħeġġeġ lill-EDPS jiżvela pubblikament kwalunkwe rikuża minħabba kunflitti ta’ interess fid-deċiżjonijiet ta’ infurzar tiegħu, filwaqt li jiżgura trasparenza sħiħa fis-sorveljanza regolatorja u fit-teħid tad-deċiżjonijiet;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Diġitalizzazzjoni, ċibersigurtà u protezzjoni tad-data</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jinnota mill-Kwestjonarju li l-baġit tal-2023 għat-tagħmir u għall-proġetti tal-IT kien 9,5 % anqas meta mqabbel mal-2022; jinnota li dak it-tnaqqis kien primarjament minħabba li fl-2023 ma ġie kkummissjonat l-ebda studju ġdid dwar il-fattibbiltà tal-IT, għall-kuntrarju tal-2022 fejn studji bħal dawn kienu jirrappreżentaw porzjon sostanzjali tal-baġit tal-IT; jinnota wkoll li elementi oħra tal-ispejjeż baqgħu relattivament stabbli bejn dawn is-sentejn, inklużi s-servizzi ġenerali tal-IT u l-manutenzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jinnota mir-Rapport ta’ Segwitu u mill-Kwestjonarju l-konklużjonijiet tal-istudju ta’ fattibbiltà tal-IT imwettaq fl-2022, fejn hemm lakuni bejn dak li jistgħu joffru l-għodod u s-servizzi tal-IT ipprovduti mill-Kummissjoni u mill-Parlament u l-ħtiġijiet speċifiċi tal-EDPS; jinnota li dawk il-lakuni għandhom jiġu indirizzati billi jiġu żviluppati kapaċitajiet u applikazzjonijiet interni li għalihom tqiesu meħtieġa minimu ta’ ħames membri tal-persunal tal-IT u esternalizzazzjoni parzjali tal-EDPS; jesprimi dispjaċir għall-fatt li, minħabba restrizzjonijiet baġitarji, l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-istudju baqgħet sospiża; jistieden lill-EDPS iqis approċċ gradwali billi jibda b’dawk ir-rakkomandazzjonijiet u l-proġetti li jkunu jirrikjedu anqas riżorsi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Ifaħħar il-progress li l-EDPS għamel fl-2023 fid-diġitalizzazzjoni tal-flussi tax-xogħol u tal-proċessi tiegħu, bl-introduzzjoni ta’ ARES, il-firma diġitali kwalifikata (e-IDAS) u pjattaforma kollaborattiva (Nextcloud) għall-abbozzar tad-dokumenti u l-vidjokonferenzi, kif ukoll aġġornamenti għall-għodda (Kollettur tal-Evidenza fuq is-Sit Web) li tawtomatizza l-ġbir ta’ data personali fuq siti web tal-kontrolluri u tal-proċessuri tad-data, l-adozzjoni tal-ambjent ta’ aċċettazzjoni tal-EU Send Web, servizz/kanal għall-iskambju ta’ informazzjoni sensittiva mhux klassifikata ma’ EUIBAs oħra u aktar progress li sar lejn l-implimentazzjoni ta’ servizzi li ma jistgħux jiġu esternalizzati, bħall-formola u l-fluss tax-xogħol elettroniku għall-ġestjoni tan-notifiki ta’ ksur tad-data; jinnota madankollu kwistjonijiet fir-rigward tal-użu u tal-manutenzjoni tas-sistema tal-akkwist elettroniku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jilqa’ l-enfasi tal-EDPS li jiżgura li l-kuntratturi esterni jissodisfaw l-istandards morali u etiċi meħtieġa li huma mistennija mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji kollha tal-Unjoni, b’mod partikolari fid-dawl tal-fatt li preċedentement l-EDPS għamel użu minn kumpaniji esterni li, skont il-klassifikazzjoni tal-Università ta’ Yale, għadhom joperaw fir-Russja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-EDPS jibbaża b’suċċess fuq ħafna mis-sistemi amministrattivi użati mill-Kummissjoni, b’mod partikolari fil-qasam tal-proċessi tal-amministrazzjoni tar-riżorsi umani u tan-negozju, kif ukoll fuq xi wħud mis-servizzi tal-Parlament, inkluż il-forniment ta’ laptops, infrastruttura tan-network u vidjokonferenzi; ifaħħar il-fatt li tlesta l-proġett biex jittejbu l-kwalità u l-prestazzjoni tal-kompjuters ipprovduti lill-persunal tal-EDPS, f’kollaborazzjoni mal-Parlament, bil-ħsieb tal-ġeneralizzazzjoni tax-xogħol ibridu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jirrikonoxxi r-rwol ewlieni tal-EDPS fit-tisħiħ tal-preparatezza għaċ-ċibersigurtà tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, filwaqt li jaħdem mill-qrib ma’ korpi bħall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA) u ċ-ċentri taċ-ċibersigurtà bħas-CERT-UE; iħeġġu jiżviluppa qafas ta’ awditjar strutturat għar-riskji taċ-ċibersigurtà fil-korpi tal-Unjoni; jinnota li, fl-2023, l-EDPS kompla jsaħħaħ ir-rieda tiegħu li jipproteġi d-data personali u l-informazzjoni sensittiva kontra l-attakki ċibernetiċi fid-dawl tax-xenarju tat-theddid taċ-ċibersigurtà li qed jinbidel malajr; ifaħħar, f’dan il-kuntest, lill-EDPS għar-rieżami tal-politiki u l-metodoloġiji tas-sigurtà tiegħu bi tħejjija għall-impatt tar-Regolament dwar iċ-Ċibersigurtà (ir-Regolament (UE, Euratom) 2023/2841<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE, Euratom) 2023/2841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 li jistabbilixxi miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà fl-istituzzjonijiet, fil-korpi, fl-uffiċċji u fl-aġenziji tal-Unjoni (ĠU L, 2023/2841, 18.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2841/oj).</FIELD></FOOTNOTE>); jinnota mill-Kwestjonarju li l-EDPS introduċa talba għal żewġ ekwivalenti għall-full-time addizzjonali biex tiġi koperta l-infrastruttura taċ-ċibersigurtà b’rabta mal-obbligi tal-EDPS skont dak ir-Regolament kif ukoll mar-rwol tal-EDPS bħala membru tal-Bord Interistituzzjonali taċ-Ċibersigurtà (IICB); jinnota wkoll b’apprezzament li l-EPDS aġġorna l-Politika dwar is-Sigurtà tal-Informazzjoni tiegħu u l-Politika dwar l-Użu Aċċettabbli tal-EDPS biex jindirizza theddid speċifiku għaċ-ċibersigurtà fir-rigward tat-telexogħol, l-użu ta’ apparati mobbli personali u l-projbizzjoni ta’ applikazzjonijiet perikolużi (TikTok); jinnota li l-EDPS ma ffaċċja l-ebda attakk ċibernetiku fl-2023; jappella għal rappurtar pubbliku annwali dwar it-theddidiet identifikati, il-miżuri ta’ rispons, u r-reżiljenza ċibernetika istituzzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Ifaħħar lill-EDPS għall-aġġornament tat-taħriġ dwar iċ-ċibersigurtà għall-persunal kollu u għat-tiġdid tal-mudell ta’ taħriġ dwar is-sigurtà għal dawk ġodda; japprezza l-fatt li l-EPDS kien proattiv fis-sensibilizzazzjoni dwar ir-riskji marbuta maċ-ċibersigurtà, pereżempju billi ħejja skedi informattivi, wettaq stħarriġiet mal-EUIBAs u mexxa kampanji ta’ sensibilizzazzjoni; iħeġġeġ lill-EDPS jiżgura li l-persunal jirċievi taħriġ obbligatorju dwar l-użu sikur u etiku tal-għodod tal-IA biex itejjeb il-fehim tiegħu u jimmitiga r-riskji potenzjali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Bini</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jinnota li, fl-2023, bħal fl-2022, l-EDPS u l-EDPB kienu l-uniċi okkupanti tal-bini tal-Parlament fejn kienu jinsabu, wara ċ-ċaqliq tal-Ombudsman fi tmiem l-2021, u li billi jikri l-uffiċċji tiegħu mingħand il-Parlament minflok mis-suq privat, l-EDPS għandu l-ħsieb li jżomm l-ispejjeż tal-kiri u tal-manutenzjoni f’livell raġonevoli; jinnota li l-EDPS kellu jitlob EUR 81 856,84 addizzjonali għall-ħlas tal-ispejjeż tal-kiri lill-Parlament, minħabba li r-rata ta’ indiċjar kienet ta’ 8,82 % u għalhekk ogħla mil-limitu massimu ta’ 2 % għall-infiq amministrattiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jinnota li, f’termini ta’ aċċessibbiltà għall-binja tiegħu, l-EDPS jibbaża fuq id-deċiżjonijiet li ttieħdu u li ġew implimentati mill-Parlament, bħala parti mill-politika immobiljari tiegħu; jinnota mir-Rapport ta’ Segwitu li l-EDPS jimpjega persunal b’indebolimenti fiżiċi minħabba mard serju; jilqa’ l-impenn tal-EDPS li jesplora l-possibbiltajiet li jiġu rreklutati apprendisti b’mobbiltà mnaqqsa jew b’diżabbiltà;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ambjent u sostenibbiltà</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jinnota li l-EDPS ma ngħaqadx mal-Iskema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali (EMAS) iżda implimenta diversi miżuri biex inaqqas l-impronta ambjentali tiegħu, bħar-regolamentazzjoni tat-temperatura b’mod awtomatiku u ċentrali, it-tifi tad-dwal awtomatiku meta ma jkun hemm l-ebda moviment fil-kamra, ix-xiri ta’ prodotti u servizzi li jirrispettaw l-ambjent u l-awtomatizzazzjoni tal-flussi tax-xogħol bl-introduzzjoni ta’ ARES; jinnota mir-Rapport ta’ Segwitu li skont l-informazzjoni riċevuta mid-Direttorat Ġenerali għall-Infrastruttura u l-Loġistika tal-Parlament, responsabbli għall-ġestjoni tal-bini mikri mill-EDPS, fuq dak il-bini huma installati pannelli solari; jitlob lill-EDPS jinforma lill-awtorità ta’ kwittanza biex tirrapporta dwar is-sehem (%) tal-elettriku prodott mill-pannelli solari fil-ħtiġijiet totali tal-konsum tal-enerġija tal-EDPS kull sena; jistieden ukoll lill-EDPS jinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar kwalunkwe żvilupp ġdid fir-rigward tal-proċess ta’ ċertifikazzjoni tal-EMAS;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jinnota li l-EPDS ma vvalutax l-impronta tal-karbonju tiegħu fl-2023; jilqa’, madankollu, il-fatt li l-EDPS qed ikompli japplika miżuri li jnaqqsu l-impronta tal-karbonju billi jnaqqas l-ivvjaġġar lejn l-uffiċċju permezz ta’ possibbiltajiet ta’ telexogħol, jirrimborża 50 % tal-abbonamenti ta’ kull xahar/annwali tal-persunal għall-użu tat-trasport pubbliku, jinkoraġġixxi lill-persunal biex jiffavorixxi l-vidjokonferenzi u l-ivvjaġġar bil-ferrovija għal distanzi qosra, jimmaniġġja ċ-ċiklu għall-fatturi b’mod elettroniku u l-kisba ta’ proċedura ta’ għażla u eżerċizzju ta’ valutazzjoni kompletament mingħajr karti fir-rigward tar-riżorsi umani;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Iħeġġeġ lill-EDPS jadotta l-EMAS biex jimmonitorja u jtejjeb b’mod sistematiku l-impronta ambjentali tiegħu, b’mod partikolari f’termini ta’ konsum tal-enerġija, tnaqqis tal-iskart, u politiki tal-uffiċċju sostenibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jinnota li l-EDPS jindirizza r-riskji relatati mas-sostenibbiltà (bħar-riskji ambjentali, soċjali u ta’ governanza) b’mod komprensiv permezz ta’ eżerċizzju annwali ta’ valutazzjoni tar-riskju; jilqa’, f’dak il-kuntest li, fl-2023, l-EDPS adotta l-proċess il-ġdid tiegħu ta’ ġestjoni tar-riskju, li għandu jgħin lill-EDPS jimmira u janalizza aħjar dawk ir-riskji u konsegwentement jikkalibra aħjar l-azzjonijiet ta’ mitigazzjoni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kooperazzjoni interistituzzjonali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jilqa’ l-iffrankar baġitarju u amministrattiv miksub mill-EDPS permezz ta’ kooperazzjoni interistituzzjonali, b’mod partikolari l-konklużjoni ta’ ftehimiet dwar il-livell ta’ servizz mal-Parlament għall-kiri tal-bini tiegħu u l-użu ta’ applikazzjonijiet tas-sistema tal-IT, provvisti tal-hardware u manutenzjoni u mal-Kummissjoni għall-proċessi tal-amministrazzjoni tar-riżorsi umani u tan-negozju, kif ukoll permezz tal-parteċipazzjoni f’kuntratti qafas interistituzzjonali kbar f’oqsma bħall-konsulenza tal-IT, is-servizzi interim u l-provvisti għall-uffiċċju; ifaħħar ukoll lill-EDPS għaż-żamma ta’ kooperazzjoni strutturata mal-Ombudsman, mal-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali u mas-CERT-UE permezz ta’ memoranda ta’ fehim;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jinnota li l-EDPS jipparteċipa f’laqgħat ta’ diversi korpi interistituzzjonali; jilqa’ f’dan il-kuntest il-parteċipazzjoni tal-EPDS fil-laqgħat tal-Kapijiet tal-Amministrazzjoni u tal-Kumitat Interistituzzjonali tal-Komunikazzjoni Online, immexxija mid-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni tal-Parlament; jirrikonoxxi li l-kooperazzjoni interistituzzjonali mal-EDPS, fir-rwol superviżorju tiegħu, hija ta’ importanza ewlenija għall-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni biex itejbu l-livell ta’ konformità tagħhom mal-qafas legali dwar il-protezzjoni tad-data;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jappella għal kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-EDPS, il-Qorti tal-Awdituri, l-OLAF, u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) biex jiġu żviluppati protokolli komuni għall-identifikazzjoni tal-frodi fid-data diġitali u t-tranżazzjonijiet finanzjarji fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-UE; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ awditi konġunti dwar ir-riskji ta’ frodi bbażati fuq l-IA;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jilqa’ r-rwol ċentrali li kellu l-EDPS fl-2023 fil-koordinazzjoni tal-Awtoritajiet għall-Protezzjoni tad-Data tal-Istati Membri (DPAs) biex jippromwovu protezzjoni konsistenti tad-data madwar l-Unjoni kollha; jinnota li l-EDPS issieħeb ma’ 26 DPA f’azzjoni ta’ infurzar koordinata dwar ir-rwol u l-kompiti tal-uffiċjali tal-protezzjoni tad-data (DPOs), li tivvaluta l-konformità tagħhom mar-Regolament (UE) 2018/1725; jinnota l-involviment attiv u kontinwu tal-EPDS fil-Kumitat ta’ Superviżjoni Koordinata (CSC) fil-qasam tal-FSJ li jindirizza kwistjonijiet bħall-indirizzar tal-ilmenti kontra l-Europol u t-tisħiħ tal-proċessi ta’ kooperazzjoni; jirrikonoxxi wkoll il-passi l-oħra kollha meħuda biex tittejjeb il-kooperazzjoni bejn l-EDPS u d-DPAs bħat-twettiq ta’ spezzjoni konġunta tal-Europol mal-awtoritajiet nazzjonali (il-Polonja u l-Litwanja) u l-parteċipazzjoni fl-azzjoni superviżorja koordinata dwar l-ipproċessar tad-data tal-minorenni fis-sistemi tal-Europol, il-parteċipazzjoni fi żjara operazzjonali fl-uffiċċju tal-Prosekutur Delegat Ewropew f’Liżbona fl-ambitu ta’ Arranġament ta’ Ħidma mad-DPA tal-Portugall u l-koordinazzjoni ta’ spezzjoni fuq il-post f’Lesvos mad-DPA tal-Greċja biex jiġu vverifikati l-prattiki tal-ġbir tad-data waqt Operazzjonijiet Konġunti mill-Frontex; jirrikonoxxi li dawk l-impenji interistituzzjonali jgħinu lill-EDPS jallinja mal-aħjar prattiki tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u jibbenefika mill-iskambju ta’ informazzjoni ma’ dipartimenti pari;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Komunikazzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jinnota li l-baġit għall-komunikazzjoni pubblika u l-attivitajiet promozzjonali fl-2023 kien jammonta għal EUR 468 000, u dan jirrappreżenta żieda ta’ 54 % meta mqabbel mal-2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li l-EDPS organizza diversi avvenimenti ta’ komunikazzjoni online kif ukoll personalment fl-2023, li għandhom l-għan li jqajmu kuxjenza dwar ir-rwol u l-missjoni tal-EDPS fost pubbliku usa’ u l-importanza li jiġu rrispettati r-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data, bħall-Jum għall-Protezzjoni tad-Data, il-konferenza tat-Trainees tal-EDPS (darbtejn fis-sena), is-Seminar tal-EDPS dwar l-essenza tad-drittijiet fundamentali għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data, u avvenimenti internazzjonali oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jinnota li l-EDPS jikkomunika online permezz tas-sit web tiegħu u l-kontijiet tal-media soċjali tiegħu fuq X (ex-Twitter) (29 400 segwaċi), LinkedIn (71 000 segwaċi), YouTube (2 900 segwaċi), EU-Voice (5 900 segwaċi) u EU-Video (750 segwaċi);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jinnota li l-proġett pilota tal-pjattaformi EU Voice u EU Video (networks tal-media soċjali b’xejn u b’sors miftuħ, orjentati lejn il-privatezza u bbażati fuq is-software Mastodon u PeerTube) baqa’ għaddej fl-2023; jilqa’ f’dak il-kuntest il-kontribut tal-EDPS għall-istrateġija tal-Unjoni dwar id-data u s-sovranità diġitali sabiex tiġi promossa l-indipendenza tal-Unjoni fid-dinja diġitali u l-konformità mal-qafas legali dwar il-protezzjoni tad-data.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>