<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0086</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Kwittanza 2023: Baġit ġenerali tal-UE - Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0069/2025 - Rapporteur: Joachim Stanisław Brudziński)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><NR>1.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Mejju 2025 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2023, Taqsima X – Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (2024/2024(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2023<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 58, 23.2.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/budget/2023/1/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2023 (COM(2024)0272 – C10‑0072/2024)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/5462, 10.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5462/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-attività tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għall-2023 u r-rapport annwali tiegħu dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għall-2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2023, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/5882, 9.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5882/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/6041, 10.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6041/oj.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2023 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1046/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikoli 59, 118 u 260 sa 263 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI/ http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikoli 59, 118 u 266 sa 269 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta’ Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 201, 3.8.2010, p. 30, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/427/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 102 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A10-0069/2025),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jagħti l-kwittanza lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà għall-implimentazzjoni tal-baġit tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għas-sena finanzjarja 2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, kif ukoll lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><RESOL><TI><NR>2.</NR> <STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Mejju 2025 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2023, Taqsima X – Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (2024/2024(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2023, Taqsima X – Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 102 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A10-0069/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kwittanza, l-awtorità ta’ kwittanza tixtieq tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ aktar il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta’ titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont u permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta’ bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (is-“SEAE”) huwa responsabbli għall-ġestjoni tan-nefqa amministrattiva tal-Kwartieri Ġenerali tiegħu fi Brussell u għan-network tal-144 delegazzjoni u uffiċċju tal-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi r-responsabbiltà tas-SEAE ġiet estiża biex tkopri l-ġestjoni amministrattiva tal-persunal tal-Kummissjoni fid-delegazzjonijiet permezz ta’ sensiela ta’ Ftehimiet dwar il-Livell ta’ Servizz (FLS);
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi r-rwol tad-delegazzjonijiet huwa li jirrappreżentaw lill-Unjoni u liċ-ċittadini tagħha madwar id-dinja billi jibnu networks u sħubijiet, u li jippromwovu l-valuri tal-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-pekuljarità tas-SEAE tibqa’ fin-natura u l-oriġini tiegħu, kif kienet meta ġie ffurmat bl-amalgamazzjoni ta’ persunal li kien jappartjeni għal dawk li kienu d-dipartimenti tar-relazzjonijiet esterni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, li fihom ġew integrati d-diplomatiċi mill-Istati Membri;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi skont ir-Regoli Interni tas-SEAE, is-Segretarju Ġenerali tas-SEAE jaġixxi bħala uffiċjal awtorizzanti b’delega għall-istituzzjoni u d-direttur ġenerali għall-ġestjoni tar-riżorsi għandu r-rwol ta’ uffiċjal awtorizzanti b’sottodelega prinċipali;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi s-setgħat mogħtija mir-Regolamenti tal-Persunal lill-Awtorità tal-Ħatra huma eżerċitati mill-Viċi President tal-Kummissjoni/mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (“VP/RGħ”) fir-rigward tal-persunal tas-SEAE;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-implimentazzjoni tal-baġit hija rregolata mir-Regolament Finanzjarju u mir-Regoli Interni ta’ implimentazzjoni tal-Baġit tas-SEAE;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jinnota li l-baġit tas-SEAE jaqa’ taħt l-intestatura 7 tal-QFP, “Amministrazzjoni pubblika Ewropea”, li kien jammonta għal EUR 12,3-il biljun fl-2023 (li jirrappreżenta 6,4 % tal-baġit totali tal-Unjoni); jinnota li l-baġit tas-SEAE ta’ madwar EUR 1,1 biljun jirrappreżenta madwar 9,2 % tan-nefqa amministrattiva totali tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-Rapport Annwali tagħha għas-sena finanzjarja 2023, eżaminat kampjun ta’ 70 tranżazzjoni fl-ambitu tal-Amministrazzjoni, 10 aktar minn kemm ġew eżaminati fl-2022; jinnota wkoll li l-Qorti tikteb li n-nefqa amministrattiva tinkludi n-nefqa fuq ir-riżorsi umani, li tinkludi n-nefqa għall-pensjonijiet, li fl-2023 kienet tammonta għal madwar 70 % tan-nefqa amministrattiva totali, u n-nefqa fuq il-bini, it-tagħmir, l-enerġija, il-komunikazzjonijiet u t-teknoloġija tal-informazzjoni, u li l-ħidma tagħha tul ħafna snin tindika li, b’mod kumplessiv, dan l-infiq huwa ta’ riskju baxx;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota li 21 (30 %) mis-70 tranżazzjoni kien fihom żbalji iżda li l-Qorti, abbażi tal-ħames żbalji li ġew ikkwantifikati, tistma l-livell ta’ żball li kien taħt il-livell limitu ta’ materjalità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jinnota bi tħassib li l-Qorti, fir-rapport annwali tagħha għas-sena finanzjarja 2023, sabet żball kwantifikabbli f’wieħed mit-13-il pagament eżaminati u identifikat sitt sejbiet mhux kwantifikabbli li jikkonċernaw lis-SEAE; jinnota li l-iżball kwantifikabbli kien jikkonċerna n-nuqqas ta’ proċedura valida ta’ akkwist qabel ma ġie ffirmat kuntratt ta’ kiri għal delegazzjoni tal-Unjoni; jinnota li, fl-2023, is-SEAE ħa miżuri biex jindirizza ż-żewġ żbalji kwantifikabbli li nstabu mill-Qorti fir-rapport annwali tagħha tal-2022 u ħa miżuri biex jevita tali kwistjonijiet fil-futur;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ġestjoni baġitarja u finanzjarja</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jinnota li l-baġit finali tas-SEAE għall-2023 kien ta’ EUR 821 900 280, li jirrappreżenta żieda ta’ 4,45 % meta mqabbel mal-2022; jinnota li s-SEAE uża wkoll ammont ta’ EUR 259,7 miljun (inkluż dħul assenjat u ammonti riportati) mill-Kummissjoni biex ikopri l-ispejjeż amministrattivi tal-persunal tal-Kummissjoni li jaħdem fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni; jinnota wkoll li s-SEAE rċieva kontribuzzjonijiet addizzjonali b’ammont fiss biex ikopri l-ispejjeż komuni tal-persunal tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp fid-delegazzjonijiet u l-kolokazzjonijiet, kif ukoll ammonti oħra riċevuti taħt ftehimiet ta’ kolokazzjoni u ftehimiet oħra; jinnota, għalhekk, li l-ammont tal-baġit totali ġestit mis-SEAE fl-2023 ammonta għal EUR 1 198,2 miljun (approprjazzjonijiet ta’ impenn), li rrappreżenta żieda ta’ 4,8 % meta mqabbel mas-sena preċedenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jinnota li, fl-2023, ir-rata ta’ implimentazzjoni baġitarja tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn kienet ta’ 100 %, filwaqt li r-rata ta’ implimentazzjoni għall-pagamenti kienet ta’ 91,9 % meta mqabbla ma’ 90,6 % fl-2022; jinnota li ż-żmien medju għall-ħlas kien ta’ 13,57-il jum iżda jinnota madankollu li 8,63 % tal-ammont totali tħallas tard, li wassal għal EUR 50 253,91 f’imgħax ta’ inadempjenza fl-2023; iħeġġeġ lis-SEAE jħallas l-impenji tiegħu fil-ħin; iħeġġeġ lis-SEAE jkompli bl-isforzi tiegħu biex itejjeb l-għadd ta’ pagamenti elettroniċi u d-diġitalizzazzjoni tal-flussi tax-xogħol, b’mod partikolari fid-delegazzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jinnota li s-SEAE informa lill-awtorità baġitarja b’żewġ trasferimenti baġitarji f’konformità mal-Artikolu 29(1) tar-Regolament Finanzjarju u għamel 11-il trasferiment awtonomu f’konformità mal-Artikolu 29(4), għal valur kumplessiv ta’ EUR 55,7 miljun; jinnota li l-iskop ewlieni tat-trasferimenti kien li l-linja baġitarja 3003 dwar il-bini u l-ispejjeż assoċjati fid-delegazzjonijiet tiżdied b’EUR 18,97-il miljun u l-linja baġitarja 3001 dwar il-Persunal Estern u s-servizzi esterni fid-delegazzjonijiet tiżdied b’EUR 5,6 miljun; jinnota li minbarra t-trasferimenti, il-baġit finali għall-kwartieri ġenerali tas-SEAE ammonta għal EUR 327,8 miljun u l-baġit finali għad-delegazzjonijiet ammonta għal EUR 494,1 miljun;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jinnota li, fl-2023, is-SEAE ffaċċja sfidi politiċi u finanzjarji dejjem akbar, kif ukoll sfidi fir-rigward tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Istat tad-Dritt; jinnota li l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u l-konsegwenzi ġeopolitiċi tagħha komplew ikunu problema ewlenija fl-2023, li wasslu biex is-SEAE jiżgura appoġġ wiesa’ għall-Ukrajna, jeżerċita pressjoni fuq ir-Russja u jkompli s-sensibilizzazzjoni globali tiegħu biex jindirizza l-konsegwenzi usa’ tal-gwerra, inkluża l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-konsegwenzi ġeopolitiċi tal-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna; Jirrikonoxxi r-rwol tas-SEAE fil-ġbir ta’ evidenza kontra individwi u stabbilimenti Russi appoġġjati mill-Istat u sanzjonati mill-UE, u involuti fit-tixrid tad-diżinformazzjoni u l-manipulazzjoni tal-informazzjoni biex tiġi ġġustifikata l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja; jissottolinja l-ħtieġa li jiġu pprovduti riżorsi adegwati għad-diviżjoni tal-Komunikazzjoni Strateġika u l-Prospettiva tas-SEAE biex ikomplu jiġu miġġielda b’mod effettiv il-kampanji ta’ diżinformazzjoni użati bħala għodod strateġiċi minn reġimi awtoritarji u illiberali; jistieden lis-SEAE jsaħħaħ id-delegazzjonijiet tal-Unjoni fil-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant biex jappoġġja lil dawk il-pajjiżi affettwati ħafna mill-aggressjoni militari tar-Russja kontra l-Ukrajna; jinnota li fl-2023 il-limitu massimu finanzjarju tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi ġestita taħt l-awtorità tal-Viċi President/tar-Rappreżentant Għoli żdied minn EUR 5,6 miljun għal aktar minn EUR 12-il miljun; jistieden lis-SEAE jikkollabora mad-DĠ ENEST biex jiżgura sorveljanza u monitoraġġ effettivi tal-proġetti ffinanzjati mill-Faċilità; jinnota li l-kunflitt bejn Iżrael u l-Palestina li reġa’ beda wara l-attakk tal-Ħamas fis-7 ta’ Ottubru 2023 kien jirrikjedi li s-SEAE jinvolvi ruħu fi sforzi diplomatiċi kbar, jinkoraġġixxi lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni biex iħeġġu t-tnaqqis tat-tensjoni fuq livell reġjonali, jirrispondi għall-ħtiġijiet umanitarji u jappoġġja l-isforzi ta’ paċi reġjonali; jenfasizza li l-assistenza tal-Unjoni u tas-SEAE trid tallinja mal-objettivi usa’ tad-drittijiet tal-bniedem u tal-paċi fir-reġjun, b’salvagwardji b’saħħithom fis-seħħ biex jiġi żgurat li l-fondi ma jappoġġjawx attivitajiet terroristiċi jew vjolenti, la direttament u lanqas indirettament; jenfasizza li l-finanzjament tal-Unjoni għar-rikostruzzjoni ta’ Gaża għandu jibda biss ladarba l-ostaġġi kollha meħuda mill-Ħamas ikunu ġew rilaxxati; jenfasizza l-importanza tat-trasparenza fl-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji f’pajjiżi terzi biex jiġi żgurat l-obbligu ta’ rendikont fl-użu tal-baġit tal-Unjoni u l-istrumenti finanzjarji l-ġodda;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>	Iħeġġeġ lis-SEAE jaħdem mill-qrib mal-Kummissjoni biex tiġi żgurata li r-restituzzjoni sħiħa tat-Teżor Nazzjonali Rumen, flimkien mal-wirt nazzjonali ta’ Stati Membri oħra, tkun fuq l-aġenda ta’ kwalunkwe azzjoni futura potenzjali fir-rigward tal-Federazzjoni Russa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Ifakkar li kien hemm allegazzjonijiet rigward l-involviment tal-impjegati tal-UNRWA f’Gaża fl-attakki terroristiċi mill-Ħamas kontra Iżrael fis-7 ta’ Ottubru 2023; jinnota li b’reazzjoni għal dawn l-allegazzjonijiet, disa’ membri tal-persunal kellhom l-impjieg tagħhom itterminat formalment mill-UNRWA; jissottolinja li l-Kummissjoni qed taħdem mal-UNRWA biex ittejjeb is-sistemi ta’ kontroll, f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet mill-Uffiċċju tas-Servizzi ta’ Sorveljanza Interna (OIOS) tan-NU, inkluż l-iskrinjar tal-persunal u t-tisħiħ tal-oqfsa etiċi u investigattivi interni; jisħaq li wara t-tħassib imqajjem ripetutament mill-Parlament rigward l-użu ħażin tal-finanzjament tal-Unjoni, kwalunkwe għajnuna tal-Unjoni ma għandha taħt l-ebda ċirkostanza tkun qed tiffinanzja t-terroriżmu; iħeġġeġ viġilanza kontinwa fl-iżgurar li l-flus tal-kontribwenti ma jintużawx ħażin; jisħaq fuq l-importanza ta’ kontrolli biex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli tal-Unjoni u mad-dritt internazzjonali mill-benefiċjarji tal-fondi tal-Unjoni, kif ukoll il-ħtieġa ta’ miżuri msaħħa biex jiġi evitat l-użu ħażin tal-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni; iħeġġeġ lis-SEAE jsaħħaħ l-isforzi biex jissalvagwardja l-finanzjament tal-Unjoni, u jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-istadji importanti deskritti fil-ftehim bejn il-Kummissarju Várhelyi u l-Kummissarju Ġenerali tal-UNRWA Lazzarini f’April 2024, li jinkludi dispożizzjonijiet għat-twettiq tal-awditi tal-Unjoni u għat-tisħiħ tas-sorveljanza interna fl-UNRWA; jissottolinja l-ħtieġa li l-Awtorità Palestinjana tallinja l-materjali edukattivi kollha mal-istandards tal-UNESCO, b’mod partikolari t-tneħħija ta’ kwalunkwe kontenut li jinkludi l-antisemitiżmu jew l-inċitament għall-vjolenza; jisħaq li l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għall-Awtorità Palestinjana fil-qasam tal-edukazzjoni għandu jingħata bil-kundizzjoni li dawn l-istandards jiġu ssodisfati; iħeġġeġ lis-SEAE jappoġġja l-isforzi diplomatiċi għal soluzzjoni komprensiva u sostenibbli għall-kunflitt Iżraeljan-Palestinjan u jżomm lill-Parlament infurmat dwar kwalunkwe żvilupp fil-kooperazzjoni tal-Unjoni mal-Awtorità Palestinjana;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jinnota li, għall-2023, is-SEAE rrapporta restrizzjonijiet baġitarji sinifikanti, li wasslu għal tnaqqis drastiku u għall-ottimizzazzjoni tal-baġit sabiex ilaħħaq mal-inflazzjoni f’pajjiżi terzi, il-fluttwazzjonijiet fil-muniti lokali, żieda fil-prezzijiet, b’mod partikolari l-ispiża tal-kiri tal-ispazju tal-uffiċċji, tal-IT, tas-sigurtà u tal-prezzijiet tal-enerġija, li esponew lis-SEAE għal spejjeż operatorji ħafna ogħla f’pajjiżi barranin, u b’hekk affettwaw il-kapaċità tiegħu li jiffunzjona b’mod effettiv u li jissodisfa d-dmir tiegħu ta’ diliġenza fil-konfront tal-persunal stazzjonat fid-delegazzjonijiet; jesprimi dispjaċir għall-fatt li, b’riżultat tal-pressjonijiet baġitarji, is-SEAE ppospona l-manutenzjoni tal-infrastruttura, warrab jew ħassar l-infiq fuq is-sigurtà fid-delegazzjonijiet u għamel tnaqqis fil-karigi baġitarji, bħal tnaqqis fil-baġit tal-missjoni u tar-rappreżentanza, fil-provvisti tal-uffiċċju u fil-korsijiet ta’ taħriġ; jiddeplora l-fatt li, għal raġunijiet baġitarji, is-SEAE kellu jagħti prijorità lill-parteċipazzjoni tal-persunal f’missjonijiet ta’ osservazzjoni elettorali fuq tipi oħra ta’ missjonijiet, bħal missjonijiet ta’ segwitu; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi stabbilit servizz diplomatiku tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jinnota li, fl-2023, kemm fil-kwartieri ġenerali tas-SEAE kif ukoll fid-delegazzjonijiet, is-SEAE nieda total ta’ 28 proċedura miftuħa għall-għoti ta’ kuntratt, 27 proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar, 14-il proċedura negozjata mingħajr il-pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż dwar kuntratt, 6 proċeduri ristretti u żewġ proċeduri nnegozjati għal kuntratti ta’ xogħlijiet ta’ valur medju, li kienu aċċettati u wasslu għall-għoti ta’ kuntratt f’medja ta’ 52 % tal-każijiet; jinnota li l-istandards għoljin u l-kumplessità tar-regoli dwar l-akkwist tal-Unjoni jistgħu jkunu waħda mir-raġunijiet għall-għadd relattivament għoli ta’ proċeduri ta’ akkwist li ma rnexxewx, peress li l-applikazzjoni ta’ dawk ir-regoli tista’ tkun ta’ sfida għall-offerenti, speċjalment fil-pajjiżi terzi; jitlob lis-SEAE jinvestiga r-raġunijiet wara l-għadd relattivament għoli ta’ proċeduri ta’ akkwist li fallew u jipproponi soluzzjonijiet biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tagħhom filwaqt li jinżammu l-istandards stabbiliti mill-Unjoni; jesprimi dispjaċir għall-fatt li, għall-azzjonijiet esterni, ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku ġew issimplifikati fir-riformulazzjoni tar-Regolament Finanzjarju; jissottolinja li r-regoli tal-akkwist huma maħsuba biex jiżguraw li l-proġetti ffinanzjati jżommu standards għoljin u ma jkunux suxxettibbli għall-frodi; jistieden lis-SEAE biex dejjem jistinka għall-ogħla livell possibbli ta’ skrutinju fi kwalunkwe proċess ta’ sejħa għall-offerti; jemmen li nuqqas ta’ familjarità f’pajjiżi terzi mal-istandards għoljin tar-regoli tal-akkwist tal-Unjoni qatt ma għandu jkun pretest jew skuża biex jitbaxxa l-livell;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-għadd ta’ kolokazzjonijiet mal-Istati Membri u ma’ sħab oħra tal-Unjoni fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni kien ta’ 138 fl-aħħar tal-2023, 12 aktar mill-2022; jinnota li, mill-għadd totali ta’ kolokazzjonijiet fl-2023, 42 ġew konklużi mal-Istati Membri u mal-Pajjiżi Sħab, 91 ma’ sħab oħra tal-Unjoni u ħamsa kienu kolokazzjonijiet inversi; jinnota li, fl-2023, il-kolokazzjonijiet kienu jirrappreżentaw 8 % tas-superfiċe totali tal-uffiċċji fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni u kienu jinvolvu aktar minn nofs id-delegazzjonijiet tal-Unjoni (75), li jista’ jitqies bħala eżempju ta’ ottimizzazzjoni b’suċċess tal-ġestjoni tal-bini tas-SEAE, iżda wkoll bħala indikatur taż-żieda fl-interess tas-sħab li jikkondividu binjiet f’pajjiżi terzi u r-rilevanza tal-kolokazzjoni fl-affarijiet diplomatiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jinnota li fl-2023 il-baġit għall-missjonijiet kien ta’ EUR 18 948 650, li jirrappreżenta żieda limitata ta’ 1,46 % meta mqabbel mas-sena preċedenti, li l-għan tiegħu kien li jikkumpensa ż-żieda fl-ispejjeż minħabba l-inflazzjoni, iżda ma kienx biżżejjed meta mqabbel maż-żieda reali fl-ispejjeż tal-ivvjaġġar fl-2023; jinnota li s-SEAE ma għandux linja baġitarja separata għall-missjonijiet u l-ivvjaġġar għal-Viċi President/għar-Rappreżentant Għoli u li l-missjonijiet u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar għal-Viċi President/għar-Rappreżentant Għoli huma kondiviżi bejn is-SEAE u l-Kummissjoni skont l-iskop tal-missjoni; jinnota fl-aħħar nett, li għall-2023, is-SEAE ġarrab spejjeż ta’ EUR 2 995,14 fuq 6 missjonijiet għall-ispejjeż tal-Viċi President/tar-Rappreżentant Għoli u EUR 288 145 għal taxis tal-ajru, li jikkorrispondu għal tnaqqis ta’ 51 % meta mqabbla mal-ispejjeż għal taxis tal-ajru fl-2022 meta l-ispejjeż għal taxis tal-ajru kienu EUR 588 103; jissottolinja li l-mexxejja tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom jaġixxu bħala eżempji tajbin għall-pubbliku u ċ-ċittadini, speċjalment meta jużaw ir-riżorsi tal-Unjoni fit-twettiq ta’ dmirijiethom; jisħaq li l-għażliet tat-titjiriet għandhom jintgħażlu abbażi ta’ kriterji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, dment li tali alternattivi jkunu disponibbli u f’konformità mal-aġenda u l-post tal-laqgħat; jisħaq li t-trasparenza u l-ġestjoni finanzjarja tajba fl-użu tal-fondi pubbliċi tal-Unjoni jridu jibqgħu prinċipju ewlieni għall-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jissottolinja l-impatt negattiv li t-tnaqqis jista’ jkollu fuq l-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-affarijiet esterni, bħall-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali (NDICI-Ewropa Globali) u l-Global Gateway; jissottolinja l-ħtieġa li jiġu pprovduti riżorsi adegwati għad-diviżjoni tal-Komunikazzjoni Strateġika u l-Prospettiva tas-SEAE biex tkompli tiġġieled b’mod effettiv il-kampanji ta’ diżinformazzjoni użati bħala għodod strateġiċi minn reġimi awtoritarji u illiberali; jilqa’ f’dan ir-rigward it-tħabbira tal-ħolqien tat-Task Force għall-Komunikazzjoni Strateġika u l-Ġlieda Kontra l-Manipulazzjoni tal-Informazzjoni fid-DĠ COMM tal-Kummissjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jinsisti fuq iż-żieda baġitarja għall-azzjonijiet tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK) u strumenti xierqa oħra ta’ paċi, ta’ rispons għall-kunflitti u għall-kriżijiet, kif ukoll protokolli tal-IT u tas-sigurtà, sabiex l-attivitajiet u l-kapaċitajiet tal-Unjoni jitqabblu bis-sħiħ mal-isfidi u l-kunflitti attwali madwar id-dinja;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ġestjoni interna, prestazzjoni u kontroll intern</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jinnota li, wara riorganizzazzjoni interna, is-SEAE ħoloq Servizz ta’ Governanza Korporattiva ġdid f’Ottubru 2023, magħmul minn tliet diviżjonijiet inkarigati mill-ispezzjonijiet, mill-awditjar intern u mill-ippjanar, mir-rapportar u mill-konformità, biex is-SEAE jkun jista’ jikseb obbligu ta’ rendikont akbar, ġestjoni aħjar u monitoraġġ aħjar tal-attivitajiet; jilqa’ l-fatt li ġie stabbilit ukoll Bord ta’ Governanza Korporattiva biex tiġi żgurata l-koerenza dwar kwistjonijiet ta’ ġestjoni korporattiva fis-SEAE; jinnota wkoll li s-SEAE ħoloq id-Direttorat Maniġerjali għall-Paċi, is-Sigurtà u d-Difiża (MD PSD), id-Direttorat għall-Paċi, is-Sħubija u l-Ġestjoni tal-Kriżijiet u żewġ Diviżjonijiet ġodda ddedikati għat-“Theddid Ibridu u Ċibernetiku” u għas-“Sigurtà Marittima” sabiex jappoġġja aħjar il-ħidma tal-Unjoni fi kwistjonijiet ta’ sigurtà u difiża;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jinnota li, fl-2023, is-Servizz ta’ Governanza Korporattiva wettaq kontroll tal-idoneità fuq il-proċessi u l-politiki ta’ governanza; jilqa’ l-fatt li, bħala parti minn dak il-proċess, is-SEAE aġġorna l-karta tal-Kumitat tal-Progress tal-Awditu, irreveda l-qafas ta’ kontroll intern tiegħu, il-pjan ta’ ġestjoni annwali tiegħu u l-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jinnota li, f’konformità mal-Pjan ta’ Awditjar tas-SEAE għall-2023, ġew iffinalizzati tliet awditi fl-2023, jiġifieri awditu dwar il-ġestjoni tar-reġistru tal-eċċezzjonijiet u n-nuqqasijiet ta’ konformità u żewġ awditi dwar il-ġestjoni tas-salarji tal-aġenti lokali u r-reklutaġġ u l-ġestjoni tal-aġenti lokali u l-persunal lokali ekwivalenti; jinnota wkoll bi tħassib kbir li, minħabba ristrutturar organizzazzjonali u dawran korrispondenti tal-persunal fil-funzjoni tal-awditjar intern, ma setax jitnieda awditu ppjanat dwar is-sigurtà fl-2023 u li tali awditu se jiġi vvalutat mill-ġdid fil-qafas tat-tħejjija tal-pjan strateġiku pluriennali tal-awditjar intern tal-2025-2027; jisħaq fuq l-importanza li l-awditi interni jitwettqu b’mod diliġenti u regolari; jesprimi dispjaċir kbir għall-fatt li 4 rakkomandazzjonijiet tal-awditjar kritiċi u 49 rakkomandazzjoni tal-awditjar importanti ħafna relatati mal-awditi ffinalizzati baqgħu miftuħa fl-2023; jitlob li l-Parlament jiġi infurmat dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jinnota li, f’Diċembru 2023, il-Qorti adottat ir-rapport finali tagħha wara l-awditu tagħha dwar ir-rwol ta’ koordinazzjoni tas-SEAE, li l-ambitu tiegħu kien li jivvaluta jekk il-koordinazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-ġestjoni tal-informazzjoni, il-persunal u r-rapportar, kemm internament kif ukoll mal-Kummissjoni u mal-Kunsill, kinitx effettiva; jinnota li, fl-2023, xi wħud mir-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar kienu diġà ġew koperti minn inizjattivi li kienu għaddejjin, bħall-bgħit ta’ ittri ta’ missjoni lill-Ambaxxaturi li jkunu għadhom kif inħatru qabel ma jibdew l-inkarigu u l-isforzi magħmula mis-SEAE mill-2019 biex jimplimenta l-Istrateġija ta’ Ġestjoni tal-Informazzjoni tiegħu; jistieden lis-SEAE jimplimenta bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet tar-rapport tal-Qorti biex jindirizza d-dgħufijiet identifikati fil-ġestjoni tal-informazzjoni, kemm fil-kwartieri ġenerali tiegħu u fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni f’pajjiżi mhux tal-UE, kif ukoll fi ħdan l-uffiċċju privat tal-Viċi President/tar-Rappreżentant Għoli; jitlob li l-Parlament jinżamm infurmat dwar is-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jinnota li, abbażi tas-26 spezzjoni mwettqa fid-delegazzjonijiet fl-2023, is-sigurtà, il-bini u l-piż amministrattiv ġew identifikati bħala l-isfidi ewlenin għad-delegazzjonijiet; jinnota li s-SEAE stabbilixxa miżuri ta’ ġestjoni tar-riskju għas-sigurtà fid-delegazzjonijiet abbażi ta’ standards internazzjonali u l-aħjar prattiki; jinnota li, fl-2023, ġew ifformulati ħames rakkomandazzjonijiet kritiċi mis-servizz ta’ spezzjoni tas-SEAE, kollha relatati mal-ġestjoni ta’ tliet delegazzjonijiet; jinnota li fil-każijiet kollha, ir-rakkomandazzjonijiet ġew indirizzati permezz ta’ żieda fis-sorveljanza u l-appoġġ mill-kwartieri ġenerali tas-SEAE; jilqa’ s-sett ta’ għodod żviluppat mis-SEAE biex jirrispondi għal sitwazzjonijiet ta’ ġestjoni interna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jinnota li, fl-2023, tliet delegazzjonijiet tal-Unjoni (ir-Repubblika Ċentru-Afrikana, Sierra Leone, u s-Sirja) issottomettew riżervi fid-Dikjarazzjonijiet ta’ Assigurazzjoni tagħhom, primarjament fir-rigward ta’ linji baġitarji operattivi ġestiti mill-Kummissjoni; jenfasizza li dawn ir-riżervi ma kellhomx impatt finanzjarju sostanzjali fuq il-baġit amministrattiv taħt ir-responsabbiltà tas-SEAE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jistieden lis-SEAE u lill-Kummissjoni jikkollaboraw mill-qrib mal-Uffiċċju ta' Kollegament tal-Parlament Ewropew f’Washington, D.C., u mad-delegazzjoni tal-Unjoni fl-Istati Uniti biex jidentifikaw, jiffinanzjaw u jimplimentaw inizjattivi mmirati lejn it-tisħiħ tar-relazzjoni trans-atlantika, inklużi programmi ta’ skambju għal professjonisti li jaħdmu f’istituzzjonijiet pubbliċi kemm fl-UE kif ukoll fl-Istati Uniti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jistieden lis-SEAE u lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni jintensifikaw il-monitoraġġ tal-istat tad-demokrazija fid-diversi pajjiżi u jsaħħu l-appoġġ loġistiku u teknoloġiku lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u lill-popli indiġeni, b’enfasi partikolari fuq in-nisa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Ifakkar li huwa kruċjali li nkomplu nsaħħu l-appoġġ tagħna għad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-iżvilupp f’pajjiżi terzi permezz tal-NDICI-Ewropa Globali, peress li dinja ta’ demokraziji hija dinja aktar sikura; jissottolinja li r-riżorsi għad-Diplomazija Diġitali tal-UE għandhom jiżdiedu aktar fid-dawl tal-kuntest attwali ta’ avvanzi teknoloġiċi rapidi u kompetizzjoni ġeopolitika; jinsisti li d-“diplomazija ekoloġika” u t-tranżizzjoni ekoloġika, li huma waħda mill-prijoritajiet tal-Unjoni, għandhom jissaħħu fir-rigward ta’ pajjiżi terzi permezz tal-Azzjoni Esterna tal-Unjoni; jenfasizza l-ħtieġa li s-SEAE jkollu rwol ċentrali fil-promozzjoni tal-paċi u l-istabbiltà fil-Lvant Nofsani, li jiżdied il-finanzjament biex tiġi żgurata l-għajnuna umanitarja fil-Libanu, f’Gaża u fis-Sirja, u jissaħħaħ il-monitoraġġ tad-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza l-appoġġ finanzjarju għad-delegazzjonijiet tas-SEAE mibgħuta fil-Lvant Nofsani, fil-pajjiżi tal-Golf, u fl-Afrika biex jiġi żgurat li jkunu jistgħu jkomplu jimplimentaw l-Azzjoni Esterna tal-Unjoni fir-reġjun;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jinnota li r-Rapport Speċjali 14/2023 tal-Qorti sab nuqqasijiet fil-metodoloġiji użati mill-Kummissjoni u mis-SEAE għall-allokazzjoni tal-finanzjament lill-pajjiżi sħab u fl-istabbiliment tal-qafas ta’ monitoraġġ u rrakkomanda li l-Kummissjoni u s-SEAE jtejbu b’mod partikolari l-metodoloġija għall-allokazzjoni tal-finanzjament u l-valutazzjoni tal-impatt tal-appoġġ tal-Unjoni, jiffokaw il-kamp ta’ applikazzjoni tal-proċess ta’ programmazzjoni u jissimplifikaw u jużaw b’mod konsistenti l-indikaturi fil-programmi indikattivi pluriennali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jilqa’ l-ħatra tal-ewwel Rappreżentant Speċjali tal-UE għar-reġjun tal-Golf;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jenfasizza li l-avvenimenti reċenti, b’mod partikolari l-invażjoni Russa fuq skala kbira tal-Ukrajna, u t-tentattivi tar-Russja li tinfluwenza l-proċessi demokratiċi fl-Ewropa, kif ukoll l-instabbiltà li qed tikber fil-Lvant Nofsani, poġġew lill-politika estera tal-Unjoni u l-implimentazzjoni tagħha fuq quddiem nett tat-tħassib fost l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet; jissottolinja r-rwol ċentrali li jiżvolġu s-SEAE u d-delegazzjonijiet tiegħu fit-twettiq tal-politika esterna tal-Unjoni u fil-ġlieda kontra l-manipulazzjoni tal-informazzjoni u interferenza minn barranin (FIMI); jisħaq fuq l-importanza tas-SEAE għar-relazzjonijiet tal-Unjoni mal-25 sat-30 miljun ċittadin tal-Unjoni li jgħixu barra mill-Unjoni; jirrikonoxxi li l-baġit tas-SEAE, li huwa strutturalment sottofinanzjat, kien affettwat b’mod sproporzjonat meta mqabbel ma’ istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni mir-rati ogħla tal-inflazzjoni u mill-kriżi sussegwenti tal-enerġija kkawżata mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja fl-Ukrajna, u jinsab imħasseb dwar dawn il-konsegwenzi negattivi għas-SEAE u l-prestazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u n-nuqqas ta’ azzjoni biex tiġi rettifikata s-sitwazzjoni baġitarja attwali li jista’ jkollha impatt serju fuq ir-relazzjonijiet tal-Unjoni ma’ pajjiżi terzi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jilqa’ l-appoġġ sod ipprovdut lill-Ukrajna, inkluż permezz tal-Missjoni ta’ Konsulenza tal-UE għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine) u t-taħriġ tas-suldati Ukreni fl-ambitu tal-Missjoni ta’ Assistenza Militari tal-UE (EUMAM);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jissottolinja li l-Unjoni jeħtiġilha żżid il-finanzjament biex issaħħaħ il-linja baġitarja fi ħdan l-azzjonijiet tal-politika barranija tal-Unjoni speċifikament iddedikata għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri u għall-aġenda dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà (WPS), sabiex jiġi żgurat finanzjament konsistenti għall-inizjattivi li jippromwovu tmexxija reattiva għal kwistjonijiet ta’ ġeneru, jipproteġu d-drittijiet tan-nisa, u jiġġieldu l-vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru (SGBV) f’kuntesti ta’ kunflitt u ta’ wara kunflitt; jisħaq li tali finanzjament huwa essenzjali biex jiġu appoġġjati l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili lokali, jiġi pprovdut appoġġ iċċentrat fuq is-superstiti, u jiġu integrati l-perspettivi tal-ġeneru fl-isforzi diplomatiċi u ta’ sigurtà tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jisħaq li l-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Ġeneru (GAP) III jiddetta li 85 % tal-azzjonijiet ġodda tal-Unjoni jridu jikkontribwixxu għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri u għall-emanċipazzjoni tan-nisa u l-bniet; jistieden lis-SEAE jaċċelera l-progress biex jinkisbu l-għanijiet tal-GAP III billi, fil-ħidma tiegħu ta’ kuljum, jiffoka b’mod sinifikanti fuq l-oqsma ewlenin ta’ involviment tal-GAP III, inkluż li tintemm il-vjolenza abbażi tal-ġeneru, jiġu promossi s-saħħa sesswali u riproduttiva u tad-drittijiet relatati, id-drittijiet ekonomiċi u soċjali u l-emanċipazzjoni, il-parteċipazzjoni ugwali u t-tmexxija; jinnota li l-GAP III se jiskadi fl-2027 u jħeġġeġ, għal dan il-għan, lis-SEAE jiżviluppa GAP IV aktar ambizzjuż, li jkun lest għall-implimentazzjoni mill-2028, u li jiżgura konnessjoni aktar b’saħħitha bejn id-drittijiet u l-emanċipazzjoni tan-nisa u l-politika estera u ta’ sigurtà tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jissottolinja s-sitwazzjoni estremament vulnerabbli tat-tfal fid-dinja, speċifikament fil-kunflitti armati; jesprimi tħassib serju dwar l-għexieren ta’ eluf ta’ tfal li ġew affettwati mill-kunflitti armati madwar id-dinja u li sofrew abbużi u ksur tal-waħx tal-aktar drittijiet bażiċi tagħhom fl-2023; jistieden lis-SEAE jqiegħed id-drittijiet tat-tfal fiċ-ċentru tal-isforzi tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Ifakkar fis-sitwazzjoni mwiegħra tad-drittijiet tan-nisa u tad-drittijiet LGBTQI+ f’ħafna partijiet tad-dinja; jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti li dawn id-drittijiet jiġu protetti aħjar; jenfasizza r-rwol ċentrali tas-SEAE fl-avvanz tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja; jistieden lis-SEAE jsaħħaħ l-isforzi tiegħu f’dan ir-rigward;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Iqis il-missjoni ta’ osservazzjoni elettorali bħala strument prattiku u effettiv tal-politika barranija li għadu ċentrali għall-politiki u l-istrateġiji tal-Unjoni ta’ appoġġ għad-demokrazija; jistieden lill-Unjoni tiżgura riżorsi adegwati għall-missjonijiet ta’ osservazzjoni elettorali tal-UE, bil-ħsieb ukoll li testendihom għall-elezzjonijiet fil-pajjiżi kandidati u dawk ġirien.
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Riżorsi umani, ugwaljanza u benesseri tal-persunal</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jinnota li, fi tmiem l-2023, ir-rata ta’ okkupazzjoni tat-tabella tal-persunal kienet ta’ 96,7 %; jinnota li s-SEAE kien qed jimpjega total ta’ 2 812-il membru tal-persunal, inklużi 1 245 uffiċjal, 450 membru tal-persunal temporanju, 603 membri tal-persunal bil-kuntratt u 514-il espert nazzjonali sekondat (SNEs); jinnota li mill-għadd totali ta’ uffiċjali u membri tal-persunal temporanju impjegati mis-SEAE, jew fil-kwartieri ġenerali tiegħu jew fid-delegazzjonijiet, 62,5 % kien magħmul minn amministraturi, 32,8 % kien magħmul minn assistenti u 4,8 % kien magħmul minn segretarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jinnota li total ta’ 5 252 persuna kienu qed jaħdmu fis-SEAE fi tmiem l-2023, li kienu impjegati jew direttament mis-SEAE jew permezz ta’ kuntratturi esterni, li minnhom 46,2 % kienu qed jaħdmu fil-kwartieri ġenerali tas-SEAE u 53,8 % fid-delegazzjonijiet; jinnota li mill-għadd totali ta’ persuni li kienu qed jaħdmu fis-SEAE, 46,5 % kienu persunal mhux statutorju jew kuntratturi esterni; jinnota li l-akbar għadd ta’ persunal estern impjegat minn kuntrattur estern iżda li jaħdem fil-bini tas-SEAE jipprovdi servizzi fl-oqsma tat-teknoloġija tal-informazzjoni, tas-sigurtà u tas-sikurezza u tal-kura medika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jinnota li, fl-2023, is-SEAE rċieva 36 ekwivalenti għall-full time mill-awtorità baġitarja, inklużi 31 membru tal-persunal bil-kuntratt u ħames SNEs bi spejjeż kondiviżi; jinnota li r-riżorsi addizzjonali ġew allokati għall-funzjonijiet tal-ġestjoni tal-kriżijiet, għall-implimentazzjoni tal-Boxxla Strateġika u għal prijoritajiet oħra tas-SEAE; jinnota li, fi tmiem l-2023, is-SEAE rċieva 20 SNE addizzjonali mingħajr ħlas għall-istrutturi tal-Kapaċità Militari tal-Ippjanar u t-Tmexxija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jinnota li, sa tmiem l-2023, il-popolazzjoni statutorja tas-SEAE kienet tinkludi 52,7 % rġiel u 47,3 % nisa, li tirrifletti żieda żgħira fir-rappreżentanza tan-nisa meta mqabbla mal-2022, meta 46,8 % tal-persunal kienu nisa; jilqa’ l-progress limitat fil-bilanċ bejn il-ġeneri fil-maniġment superjuri, fejn ir-rappreżentanza tan-nisa żdiedet minn 6,3 % fl-2022 għal 7,6 % fl-2023, u fil-maniġment intermedju, fejn żdiedet minn 30,1 % fl-2022 għal 30,4 % fl-2023; jistieden lis-SEAE jintensifika l-isforzi biex jikseb bilanċ bejn il-ġeneri aktar sostanzjali u viżibbli fil-livelli kollha tal-organizzazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jilqa’ l-pubblikazzjoni tar-rapport ta’ nofs it-terminu dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar il-Ġeneru (GAP III) mill-Viċi President/mir-Rappreżentant Għoli u mill-Kummissjoni fi tmiem l-2023, kif ukoll id-deċiżjoni li l-iskeda ta’ żmien tiegħu tiġi estiża sal-2027 biex ikun hemm allinjament mal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP); jirrikonoxxi s-sinifikat tal-GAP III fil-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri bħala prijorità strateġika fl-azzjoni esterna tal-Unjoni u fit-tisħiħ tar-rwol tagħha f’dan il-qasam; jilqa’ l-organizzazzjoni tal-ewwel taħriġ eżekuttiv dwar Tmexxija Reattiva għal Kwistjonijiet ta’ Ġeneru għall-maniġers superjuri lejn tmiem l-2023 mit-tim tal-Ambaxxatur għall-Ġeneru u d-Diversità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jilqa’ l-ewwel rapport tas-SEAE dwar l-attivitajiet tal-FIMI mmirati lejn individwi LGBTIQA+, bil-għan li jittejjeb il-fehim tat-tattiċi tal-FIMI u titrawwem il-kooperazzjoni, inkluża mal-ENISA, biex tiġi protetta l-komunità LGBTIQA+; jesprimi tħassib dwar l-istatus globali tad-drittijiet tal-LGBTIQ+ u r-reżistenza dejjem tikber għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri, għad-drittijiet tan-nisa u għas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jindirizzaw dawn l-ostakli u jagħtu prijorità lill-appoġġ immirat għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jippromwovu dawn id-drittijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jinnota li, fid-deċiżjoni tiegħu adottata f’Lulju 2023, il-Viċi President/ir-Rappreżentant Għoli iċċara li d-durata massima tal-involviment mis-SEAE ta’ membri tal-persunal temporanju u membri tal-persunal bil-kuntratt kienet ta’ 8 snin f’perjodu ta’ referenza ta’ 13-il sena jew, f’ċirkostanzi eċċezzjonali u fl-interessi tas-servizz, ta’ 10 snin f’perjodu ta’ referenza ta’ 15-il sena u li l-perjodu minimu ta’ żmien bejn l-ingaġġi għal membri tal-persunal temporanju ssekondati mis-servizzi diplomatiċi nazzjonali tal-Istati Membri kienet ta’ sentejn mit-terminazzjoni tal-aħħar kuntratt tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jinnota li, fi tmiem l-2023, minn 1 695 uffiċjal u membru tal-persunal temporanju, 863 (51 %) kienu rġiel u 832 (49 %) kienu nisa, li jirrappreżentaw żieda żgħira mill-2022; jinnota li fost l-aġenti kuntrattwali 57,4 % kienu nisa, li hija żieda żgħira mill-2022; madankollu, jiddispjaċih għall-fatt li n-nisa huma partikolarment sottorappreżentati f’pożizzjonijiet superjuri, kemm fil-kwartieri ġenerali kif ukoll fid-delegazzjonijiet, filwaqt li huma rrappreżentati b’mod eċċessiv prinċipalment f’pożizzjonijiet AST; jistieden lis-SEAE jippubblika diżaggregazzjoni skont il-ġeneru u n-nazzjonalità tal-pożizzjonijiet tal-maniġment intermedju u superjuri; jitlob lis-SEAE jindirizza din il-kwistjoni, filwaqt li fl-istess ħin jirrispetta l-kompetenzi u l-merti tal-kandidati; jilqa’ l-fatt li l-eżerċizzju ta’ rotazzjoni tal-2023 offra 42 kariga maniġerjali fid-delegazzjonijiet u rriżulta f’żieda ta’ 12 % fl-għadd ta’ Ambaxxaturi nisa, filwaqt li fl-2023 35,50 % minnhom kienu nisa (żieda minn 31,70 %), li, madankollu, għadha tikkostitwixxi sottorappreżentanza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Josserva madankollu li għalkemm l-Istati Membri kollha huma rappreżentati fil-persunal tas-SEAE, għad hemm żbilanċi sinifikanti fejn il-Belġju huwa l-aktar Stat Membru rrappreżentat b’mod eċċessiv billi jirrappreżenta 12,1 % tal-persunal totali impjegat mis-SEAE; jirrimarka li żbilanċ ġeografiku sinifikanti huwa kkonċentrat ukoll bejn l-Istati Membri tal-Punent u tal-Lvant; jinnota wkoll li fost il-maniġers, l-Italja hija l-aktar Stat Membru rrappreżentat b’mod eċċessiv, bi 15 % tal-pożizzjonijiet maniġerjali kollha jkunu okkupati minn Taljani; jinnota li minn 141 Ambaxxatur tal-Unjoni, tliet Stati Membri għad ma għandhom l-ebda pożizzjoni ta’ Ambaxxatur (l-Ungerija, il-Lussemburgu u Malta), filwaqt li l-Istati Membri li għandhom l-aktar Ambaxxaturi huma Franza bi 22, Spanja u l-Italja b’16, il-Ġermanja bi 12 u l-Belġju b’10, li jfisser li dawn il-ħames pajjiżi jokkupaw 54 % tal-pożizzjonijiet kollha ta’ Ambaxxatur; itenni l-appell tiegħu lis-SEAE biex ikompli jiżgura bilanċ ġeografiku sod fl-organizzazzjoni tiegħu kollha u fil-livelli kollha; itenni wkoll it-tħassib tiegħu dwar il-bilanċ bejn il-ġeneri; jinnota li n-nisa huma partikolarment sottorappreżentati f’pożizzjonijiet superjuri, filwaqt li f’pożizzjonijiet AST b’mod partikolari, huma rrappreżentati b’mod eċċessiv; jistieden lis-SEAE jippubblika diżaggregazzjoni skont il-ġeneru u n-nazzjonalità tal-pożizzjonijiet tal-maniġment intermedju u superjuri; jitlob lis-SEAE jindirizza din il-kwistjoni, filwaqt li fl-istess ħin jirrispetta l-kompetenzi u l-merti tal-kandidati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jinnota li fl-2023 ġie organizzat eżerċizzju ta’ rotazzjoni kbir ta’ 52 pożizzjoni maniġerjali fid-delegazzjonijiet; jilqa’ l-isforzi li saru mis-SEAE biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-Istati Membri fir-rigward tal-ħtieġa li tiġi attirata firxa wiesgħa ta’ kandidati għall-pożizzjonijiet ippubblikati u jiġu proposti kandidati kwalifikati għall-pożizzjonijiet ta’ Ambaxxatur tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li, fl-2023, is-SEAE adotta l-Aġenda għad-Diversità u l-Inklużjoni 2023-2025 tiegħu, pjan ta’ azzjoni dettaljat biex jippromwovi ambjent tax-xogħol sikur u rispettuż u approċċ ta’ tolleranza żero lejn il-fastidju; jinnota li r-rappreżentanti tal-persunal, l-assoċjazzjonijiet tal-persunal u l-Kumitat Konġunt għall-Opportunitajiet Indaqs, li ngħata l-isem ġdid bħala Kumitat Konġunt dwar id-Diversità u l-Inklużjoni, ġew ikkonsultati dwar iż-żewġ dokumenti; jinnota li l-pjan ta’ azzjoni fih miżuri preventivi kontra l-fastidju, bħal kors obbligatorju ta’ taħriġ b’apprendiment elettroniku għall-persunal kollu dwar “Ir-rikonoxximent u l-indirizzar tal-fastidju fuq ix-xogħol” u taħriġ maniġerjali obbligatorju dwar “Kif għandu jinħoloq ambjent tax-xogħol mingħajr fastidju”; jistieden lis-SEAE jkompli jħarreġ regolarment lill-persunal maniġerjali u mhux maniġerjali dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw id-diversità, l-ekwità, l-inklużjoni u l-appartenenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jinnota bi tħassib li, fl-2023, is-SEAE rċieva tliet talbiet għall-assistenza fir-rigward ta’ allegazzjonijiet ta’ fastidju psikoloġiku li jinvolvu żewġ uffiċjali u li wasslu għal żewġ inkjesti amministrattivi, li waħda minnhom għadha għaddejja u l-oħra ngħalqet b’sanzjoni dixxiplinarja; jinnota li, fl-2023, skont il-proċedura informali, is-servizz ta’ medjazzjoni tas-SEAE ttratta 28 każ li kienu jinvolvu allegazzjonijiet ta’ fastidju psikoloġiku u 10 każijiet ta’ fastidju sesswali u li l-Konsulenti Kunfidenzjali indirizzaw 21 każ ta’ allegazzjonijiet ta’ fastidju psikoloġiku u 6 każijiet ta’ fastidju sesswali; jinnota li, fl-2023, is-SEAE ħejja deċiżjoni dwar il-ġlieda kontra l-fastidju għall-persunal lokali fid-delegazzjonijiet, li ġiet adottata f’Ġunju 2024; jirrikonoxxi l-isforzi li saru mis-SEAE biex isaħħaħ il-politiki tiegħu kontra l-fastidju, inkluża l-introduzzjoni ta’ moduli obbligatorji b’apprendiment elettroniku għas-sensibilizzazzjoni kif ukoll l-istabbiliment ta’ “Task Force tal-Konvenzjoni ta’ Istanbul” bil-għan li jiġu identifikati miżuri biex jiġi żgurat post tax-xogħol aktar sikur għal kulħadd; madankollu, jesprimi tħassib serju dwar l-għadd persistentement għoli ta’ każijiet ta’ fastidju; jistieden lis-SEAE jimplimenta prevenzjoni aktar b’saħħitha, appoġġ għall-vittmi, miżuri dixxiplinari stretti biex jiżgura tolleranza żero għall-fastidju u ambjent tax-xogħol sikur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jinnota li, fl-2023, is-SEAE ħa diversi miżuri biex jiżgura l-benesseri fiżiku u mentali tal-persunal tiegħu, inkluża verifika sistematika tas-saħħa għall-persunal kollu qabel ma jiġi stazzjonat f’delegazzjoni, appoġġ psikoloġiku u azzjonijiet ta’ sensibilizzazzjoni; jinnota li, f’Ottubru 2023, ġew adottati żewġ deċiżjonijiet dwar il-ħin tax-xogħol u l-arranġamenti tax-xogħol flessibbli, u b’segwitu l-ħin flessibbli sar ir-reġim prestabbilit tal-ħin tax-xogħol fil-kwartieri ġenerali tas-SEAE u fid-delegazzjonijiet għall-persunal kollu, ħlief għall-maniġers; jinnota wkoll li d-deċiżjonijiet jawtorizzaw it-telexogħol sa jumejn fil-ġimgħa fil-kwartieri ġenerali tas-SEAE, jum fil-ġimgħa fid-delegazzjonijiet u 10 ijiem fis-sena lil hinn mill-post tax-xogħol għal kulħadd; jinnota li, it-telexogħol eċċezzjonali għal perjodu itwal baqa’ possibbli f’każ ta’ kriżijiet, għal raġunijiet mediċi jew għal raġunijiet imperattivi oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jinsab imħasseb li l-membri tal-persunal tas-SEAE fuq liv fit-tul minħabba mard għal aktar minn 50 jum żdied minn 111-il membru tal-persunal fl-2022 għal 171 membru tal-persunal fl-2023, ekwivalenti għal żieda ta’ 54 %; jinnota li s-servizz mediku implimenta diversi miżuri biex jipprevjeni r-riskju ta’ burnout, bħar-reklutaġġ ta’ psikjatra f’Diċembru 2023 u segwitu aktar sistematiku tal-liv minħabba mard mis-servizz mediku, appoġġ psikoloġiku u gwida kemm għall-persunal kif ukoll għall-maniġers, attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni u l-ħolqien ta’ network ta’ persuni li jipprovdu l-ewwel għajnuna fis-saħħa mentali; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-maniġers jiżguraw allokazzjoni ġusta tal-kompiti u jimplimentaw gwida u arranġamenti tax-xogħol flessibbli; jistieden lis-SEAE jieħu approċċ proattiv biex jipprevjeni l-mard fit-tul u l-burnout, filwaqt li jipprijoritizza l-benesseri mentali tal-persunal tiegħu permezz ta’ miżuri ta’ appoġġ effettivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jieħu nota li minħabba restrizzjonijiet baġitarji, tnaqqas l-għadd ta’ trainees impjegati; jistieden lis-SEAE jipprovdi informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u r-remunerazzjoni tat-trainees fil-Kwartieri Ġenerali u d-delegazzjonijiet;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Qafas etiku u trasparenza</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jinnota li, fl-2023, is-SEAE tejjeb il-qafas etiku tiegħu billi ħareġ struzzjonijiet ġodda biex jipprojbixxi jew jillimita l-missjonijiet bi spejjeż parzjalment jew totalment imħallsa minn sorsi esterni ħalli jiġu evitati riskji ta’ kunflitti ta’ interess billi bagħat tfakkira dwar l-etika lill-persunal kollu; jinnota li s-SEAE ffoka wkoll fuq l-organizzazzjoni ta’ korsijiet speċifiċi ta’ taħriġ dwar l-etika, il-kunflitti ta’ interess, il-kontroll intern u l-ġlieda kontra l-frodi mmirati lejn udjenzi differenti kif ukoll adattati għalihom, kemm fil-kwartieri ġenerali tas-SEAE u fid-delegazzjonijiet; jinnota wkoll li s-16-il “prinċipju ta’ mġiba professjonali” adottati fl-2022 komplew jitqassmu lill-persunal ġdid u ġew promossi b’mod wiesa’, partikolarment matul il-korsijiet ta’ “Etika u l-integrità” u ta’ “Politika kontra l-fastidju”; jitlob li l-Parlament jinżamm infurmat mis-SEAE dwar kwalunkwe żvilupp ulterjuri tal-qafas etiku tiegħu; jistieden lis-SEAE jipprovdi taħriġ obbligatorju regolari dwar l-etika, inkluż l-użu etiku tal-IA, u l-obbligu ta’ rendikont;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li, f’Ottubru 2023, is-SEAE adotta Strateġija Kontra l-Frodi ġdida, applikabbli għall-persunal kollu fil-kwartieri ġenerali tas-SEAE u fid-delegazzjonijiet, li rriżultat minn proċess ta’ rieżami bir-reqqa tar-riskji relatati mal-frodi u ġiet formalment approvata mill-OLAF; jilqa’ l-fatt li s-SEAE ddedika sforzi partikolari għat-taħriġ u l-gwida tal-persunal, b’mod partikolari permezz taċ-ċellola kontra l-frodi stabbilita f’Diċembru 2022; jinnota li l-persunal tas-SEAE stazzjonat fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni pparteċipa b’mod attiv f’serje ta’ workshops u seminars dwar is-sensibilizzazzjoni u l-prevenzjoni tal-frodi, li l-persunal li jkun għadu kif ġie assenjat lil delegazzjoni tal-Unjoni rċieva taħriġ sistematiku dwar dawn il-kwistjonijiet qabel ma ħa l-pożizzjoni u li l-paġna tal-intranet relatata mal-ġlieda kontra l-frodi kompliet tiġi mġedda bil-għan li tiffaċilita r-rapportar ta’ każijiet potenzjali ta’ frodi u li tipprovdi firxa usa’ ta’ taħriġ kontra l-frodi; jitlob lis-SEAE jwettaq taħriġ regolari obbligatorju dwar is-sensibilizzazzjoni u l-prevenzjoni tal-frodi għall-persunal kollu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jinnota li s-SEAE ma rċieva l-ebda każ ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta fl-2023; jinnota b’sodisfazzjon li, fl-2023, is-SEAE beda jiżviluppa politika ddedikata għall-protezzjoni tal-informaturi f’konformità mal-Istrateġija Kontra l-Frodi l-ġdida; jitlob li l-Parlament jinżamm infurmat dwar l-adozzjoni tagħha, skedata għall-2025, u l-implimentazzjoni tagħha fis-servizz kollu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jinnota li, fl-2023, is-SEAE rċieva ħames dikjarazzjonijiet ta’ kunflitti ta’ interess, li ġew ittrattati f’konformità mar-regoli applikabbli; jinnota li, f’każ relatat ma’ membru ta’ kumitat ta’ evalwazzjoni fi proċedura tal-akkwist, l-uffiċjal awtorizzanti b’sottodelega kkonkluda li kien hemm kunflitt ta’ interess potenzjali u eżenta lill-membru tal-persunal mid-dmir ta’ membru tal-kumitat ta’ evalwazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jinnota bi tħassib li l-OLAF fetaħ tmien investigazzjonijiet fl-2023, li għadhom għaddejjin, dwar imġiba ħażina potenzjali fil-kuntest tal-proċeduri ta’ akkwist u l-implimentazzjoni ta’ kuntratti, il-ftehimiet ta’ għotja jew irregolaritajiet potenzjali relatati ma’ kwistjonijiet ta’ riżorsi umani; jinnota li l-każijiet miftuħa fl-2023 kienu jikkonċernaw uffiċjali, membri tal-persunal temporanju u aġenti lokali kemm fil-kwartieri ġenerali tas-SEAE kif ukoll fid-delegazzjonijiet; jitlob li l-Parlament jinżamm infurmat dwar is-segwitu għal dawk l-investigazzjonijiet; jinnota li ngħalqu tmien każijiet aktar antiki li jinvolvu persunal preċedenti u attwali, b’rakkomandazzjonijiet biex tittieħed azzjoni ulterjuri f’ħames każijiet; jinnota li s-SEAE huwa f’kuntatt regolari mal-OLAF permezz taċ-ċellola kontra l-frodi tiegħu u jiżgura s-segwitu f’waqtu tar-rakkomandazzjonijiet tal-OLAF; jitlob li l-Parlament jinżamm infurmat dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jinnota li, fl-2023, is-SEAE ttratta għaxar talbiet mill-Ombudsman, li disgħa minnhom kienu relatati ma’ fajls amministrattivi u waħda ma’ talba għal aċċess għad-dokumenti; jinnota li l-Ombudsman ma sabet l-ebda każ ta’ amministrazzjoni ħażina jew ta’ amministrazzjoni ħażina parzjali u ma ħarġet l-ebda rakkomandazzjoni lis-SEAE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>	Jieħu nota tal-attivitajiet kollha mwettqa biex issir sensibilizzazzjoni dwar attivitajiet esterni; ifakkar fit-talba tal-Parlament biex jiġu adottati dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni awtonomi dwar attivitajiet u kompiti esterni, sabiex jiġu protetti l-immaġni u r-reputazzjoni tal-Unjoni b’mod partikolari fil-każ tal-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jinnota li, fil-kapaċità tiegħu/tagħha bħala Viċi President tal-Kummissjoni, il-Viċi President/ir-Rappreżentant Għoli huwa marbut bir-regoli tar-Reġistru tat-Trasparenza; jisħaq li filwaqt li s-SEAE mhuwiex Istituzzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 13 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u ma għandux rwol dirett fid-dritt tal-Unjoni, madankollu, dan għandu rwol importanti fid-dritt tal-Unjoni fir-rigward ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw sanzjonijiet u n-negozjar ta’ ftehimiet kummerċjali internazzjonali, li għandhom impatt regolatorju konsiderevoli; jinnota li jkun ta’ rilevanza kbira għas-SEAE li jadotta miżuri ta’ trasparenza, jinnotifikahom lill-bord ta’ ġestjoni tar-Reġistru tat-Trasparenza u jingħaqad mar-Reġistru; jistieden lis-SEAE jippubblika l-laqgħat kollha mat-tipi kollha ta’ organizzazzjonijiet ta’ lobbjar, inklużi dawk tal-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni, sabiex tittejjeb it-trasparenza; jitlob li l-Parlament jinżamm infurmat dwar kwalunkwe inizjattiva ġdida meħuda mis-SEAE biex tittejjeb it-trasparenza; itenni l-importanza li jissaħħaħ aktar l-iskrutinju demokratiku tal-Unjoni u li jinżammu standards għoljin ta’ obbligu ta’ rendikont u trasparenza meta jkun hemm involviment mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; jitlob lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni jiżguraw li l-fondi tal-Unjoni mogħtija lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u lis-sħab soċjali f’pajjiżi terzi jintużaw f’konformità mal-valuri, il-politiki u r-regoli finanzjarji tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Iħeġġeġ lis-SEAE jingħaqad mar-Reġistru tat-Trasparenza tal-UE biex jallinja l-prattiki tiegħu mal-Parlament u mal-Kummissjoni, filwaqt li jiżgura divulgazzjoni sħiħa tal-attivitajiet ta’ lobbjar u tal-interessi finanzjarji relatati ma’ kwistjonijiet ta’ difiża u kwistjonijiet diplomatiċi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Diġitalizzazzjoni, ċibersigurtà u protezzjoni tad-data</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jinnota li l-infiq għall-proġetti tal-IT, għat-tagħmir u għaċ-ċibersigurtà żdied minn EUR 19,7-il miljun fl-2022 għal EUR 29,9 miljun fl-2023, li jikkorrispondi għal żieda ta’ 52 %; jinnota li, fl-2023, is-SEAE nieda proġetti ta’ diġitalizzazzjoni importanti, bħall-pjattaforma kollaborattiva tiegħu “HIVE” għall-utenti kollha fil-kwartieri ġenerali u fid-delegazzjonijiet u nieda s-Sistema ta’ Komunikazzjoni u Informazzjoni Klassifikata Korporattiva (EC3IS) tiegħu fil-kwartieri ġenerali tas-SEAE, qabel l-introduzzjoni progressiva tagħha f’delegazzjonijiet sensittivi u l-interkonnessjoni tagħha mas-sistemi korrispondenti fil-Kummissjoni u fil-Kunsill;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jinnota li, fl-2023, is-SEAE beda jospita u jikkontrolla ambjent tal-IA sabiex ikun jista’ jiġi stabbilit mudell komplut ta’ governanza tal-IA; jinnota li dan il-pass tekniku stabbilixxa l-bażi għall-adozzjoni ta’ linji gwida dwar l-użu ta’ IA ġenerattiva u ta’ Strateġija għall-IA fl-2024, kif ukoll l-eżekuzzjoni ta’ provi tal-kunċett; jitlob li l-Parlament jinżamm infurmat dwar l-iżvilupp tal-Istrateġija tal-IA;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jinnota li, bħala parti mill-implimentazzjoni tal-Boxxla Strateġika għas-Sigurtà u d-Difiża adottata fl-2022, is-SEAE kien involut fl-adozzjoni ta’ dokumenti ta’ politika ewlenin u ta’ settijiet ta’ għodod relatati, fost l-oħrajn, mad-difiża ċibernetika, mad-diplomazija ċibernetika, mat-theddid ibridu, mal-interferenza barranija u mal-manipulazzjoni tal-informazzjoni; jinnota li, fuq livell intern, is-SEAE kompla jtejjeb il-kapaċitajiet taċ-ċibersigurtà tiegħu permezz tar-reklutaġġ ta’ persunal speċjalizzat u jipprovdi attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni ċibernetika lil udjenzi differenti, inkluż it-Tim tal-Ġestjoni tas-Sigurtà, membri tad-delegazzjonijiet, persunal ġdid u maniġers; jitlob li s-SEAE jipprovdi taħriġ obbligatorju regolari dwar iċ-ċibersigurtà lill-persunal kollu; jappella wkoll għal appoġġ imsaħħaħ tal-Unjoni għall-Moldova fil-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni, it-theddid ibridu u l-attakki ċibernetiċi; jistieden lid-delegazzjoni tal-Unjoni għall-Moldova ssaħħaħ l-isforzi tagħha biex tippromwovi strateġija ta’ komunikazzjoni aktar proattiva u effettiva rigward il-perspettiva Ewropea, inkluża s-sensibilizzazzjoni bil-lingwa Russa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jilqa’ l-istabbiliment tal-Missjoni ta’ Sħubija tal-UE fil-Moldova (EUPM Moldova); jenfasizza r-rwol essenzjali tal-EUPM Moldova u jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jestendu l-mandat tal-missjoni lil hinn minn Mejju 2025 filwaqt li jżidu r-riżorsi biex tissaħħaħ l-effettività tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jinnota bi tħassib li, fl-2023, is-SEAE rreġistra aktar minn 29 623 ċiberallert permezz tal-Ġestjoni tas-Sigurtà tal-Informazzjoni u tal-Eventi - SIEM, li minnhom 92 inċident ġew ikkonfermati bħala attakki ċibernetiċi; jinnota li erba’ attakki ċibernetiċi kellhom impatt fuq l-operazzjonijiet tas-SEAE u wieħed biss kellu konsegwenzi sinifikanti; iwissi li huwa probabbli ħafna li atturi b’riżorsi tajbin, inklużi dawk sponsorjati minn Stati barranin, iqiegħdu lis-SEAE fil-mira tagħhom u jfittxu li jfixklu l-Istituzzjonijiet tal-Unjoni; jinnota li ċ-Ċentru tal-Operazzjonijiet tas-Sigurtà (SOC) tas-SEAE huwa attur ewlieni fit-trattament tal-monitoraġġ tat-theddid f’ħin reali u l-identifikazzjoni tal-vulnerabbiltajiet tas-sistema; jistieden lis-SEAE jkompli jqis il-ħtieġa ta’ dixxiplina ċibernetika u sensibilizzazzjoni ċibernetika tal-utenti bħala elementi ewlenin fil-qafas taċ-ċibersigurtà tiegħu; jenfasizza l-importanza li s-SEAE jkompli jagħti prijorità liċ-ċibersigurtà u lill-mitigazzjoni tat-theddid ibridu filwaqt li jikkollabora mill-qrib ma’ Istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni u mal-Istati Membri biex jidentifika u jiġġieled tali theddid;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Jinnota li, fl-2023, is-SEAE ta segwitu għal inkjesta waħda tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, wara talba minn membru tal-persunal dwar il-pubblikazzjoni tad-data personali tiegħu/tagħha fid-direttorju online tal-UE; jinnota li kawża pendenti mill-2018 ġiet indirizzata fl-2023 u ngħalqet fl-2024 b’eżitu pożittiv għas-SEAE; jinnota l-attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni u l-gwida maħruġa mis-SEAE biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fil-qasam tal-protezzjoni tad-data fin-network kollu tiegħu, b’mod partikolari l-Gwida Konġunta dwar l-użu ta’ għodod tal-IA ta’ partijiet terzi mill-perspettiva doppja tal-protezzjoni tad-data u ċ-ċibersigurtà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Jinnota li fl-2023 il-ġlieda kontra l-FIMI baqgħet prijorità għas-SEAE; jilqa’ l-fatt li s-sett ta’ għodod tal-FIMI ġie approvat mill-Kunsill Ewropew f’Diċembru 2023 abbażi tal-pilastri tal-għarfien tas-sitwazzjoni, il-bini tar-reżiljenza, ir-rispons diplomatiku u għat-tfixkil; jinnota li, fl-2023, is-SEAE żied il-kapaċità analitika tiegħu biex jiġbor evidenza ta’ FIMI u jibni rispons għall-għadd dejjem akbar ta’ inċidenti u theddid, b’mod partikolari fit-tħejjija għall-elezzjonijiet Ewropej tal-2024; jinnota li s-SEAE nieda wkoll proġetti ewlenin ġodda biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni u tiġi miġġielda d-diżinformazzjoni Russa, bħall-inizjattiva EUvsDisinfo li laħqet madwar 20,3 miljun persuna fl-2023, u biex jinħolqu sħubijiet sostenibbli għall-ġlieda kontra l-FIMI fuq livell globali; jistieden lis-SEAE, flimkien mal-Kummissjoni, jiddedika riżorsi adegwati għall-ġlieda effettiva kontra l-FIMI; jappoġġja l-istabbiliment imwiegħed ta’ “Tarka għad-Demokrazija Ewropea” biex tidentifika, tintraċċa u tħassar kontenut online qarrieqi, u b’hekk issaħħaħ il-kapaċità tal-Unjoni li tiġġieled l-FIMI u ssaħħaħ l-appoġġ tagħha għall-protezzjoni tad-demokraziji f’pajjiżi terzi, speċjalment fil-viċinat tal-Unjoni; jistieden lis-SEAE u lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni f’pajjiżi terzi jkomplu jsaħħu l-kapaċitajiet rispettivi tagħhom fil-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni u l-propaganda marbuta mal-PESK tal-Unjoni u; jistieden lis-SEAE jżid l-isforzi tiegħu biex jagħti s-setgħa liċ-ċittadini minn madwar l-Unjoni li jiġġieldu kontra l-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-interferenza minn barranin;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Bini u sigurtà</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Jinnota li, matul l-2023, il-linja baġitarja 3003 dwar il-bini u l-ispejjeż assoċjati ssaħħet bi EUR 19-il miljun iżda li xogħlijiet ta’ manutenzjoni importanti ġew madankollu differiti; jinsab imħasseb li l-akkumulazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ manutenzjoni u ta’ sigurtà toħloq sfidi sinifikanti għas-SEAE fir-rigward ta’ kif jopera n-network tad-delegazzjonijiet b’mod sikur u effettiv, u jiżgura d-dmir ta’ diliġenza fil-konfront tal-persunal tad-delegazzjonijiet; jitlob lis-SEAE jiżviluppa pjanijiet ta’ kontinġenza pluriennali għall-manutenzjoni u s-sigurtà tal-bini;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Jinnota li s-SEAE jokkupa u jimmaniġġja proprjetà immobbli li tkopri madwar 87 618 m<STRING SUPERSCRIPT="on">2</STRING> fil-kwartieri ġenerali tas-SEAE u 379 300 m<STRING SUPERSCRIPT="on">2</STRING> madwar id-dinja b’174 binja tal-uffiċċji u 152 residenza għall-Ambaxxaturi; jinnota li, fl-2023, is-SEAE ppreżenta dokument ta’ ħidma li jiddeskrivi l-politika tax-xiri tiegħu lill-awtorità baġitarja, li bħalissa jirrappreżenta 22 % tal-binjiet tal-uffiċċji u 20 % tar-residenzi għall-Ambaxxaturi, u b’hekk kiseb l-aħjar valur għall-flus;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Jinnota li l-politika tax-xiri tal-proprjetà immobbli għad-delegazzjonijiet tal-Unjoni ta’ April 2023 u d-dokument ta’ ħidma dwar il-politika dwar il-proprjetà immobbli tas-SEAE għall-2024 għandhom l-għan li jiksbu l-aktar soluzzjoni vantaġġuża fit-tul għall-baġit tal-Unjoni; jenfasizza li l-ebda wieħed minn dawn id-dokumenti ma jinkludi xi ideat fir-rigward tat-tnaqqis tal-għadd ta’ delegazzjonijiet jew il-ħolqien ta’ ċentri reġjonali; iħeġġeġ lis-SEAE jżomm lill-Parlament infurmat dwar kwalunkwe żvilupp futur possibbli f’dik id-direzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>69.</NO.P>Jistieden lis-SEAE jżomm in-network importanti tiegħu ta’ delegazzjonijiet madwar id-dinja b’persunal suffiċjenti sabiex itejjeb il-kapaċità tiegħu li jistabbilixxi kuntatt ma’ pajjiżi terzi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>70.</NO.P>Jinnota bi tħassib li dawn ir-restrizzjonijiet baġitarji jistgħu jwasslu għall-għeluq eċċessiv tal-ambaxxati tal-Unjoni u għall-posponiment tal-installazzjonijiet tas-sigurtà f’għadd ta’ delegazzjonijiet tal-Unjoni, li jfixkel il-kapaċità tas-SEAE li jissodisfa l-mandat tiegħu u jiddefendi l-valuri tal-Unjoni u li jiżgura kif xieraq id-dmir ta’ diliġenza għall-persunal kollu fid-Delegazzjonijiet; iħeġġeġ lill-Istati Membri jipprovdu biżżejjed finanzjament lis-SEAE u lill-Kummissjoni biex jiżguraw li l-Unjoni żżomm in-network tagħha ta’ delegazzjonijiet mingħajr mittiefsa bħala sinjal tal-impenn globali tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>71.</NO.P>Jinnota li s-SEAE ilu mill-2020 jiżviluppa l-politika tiegħu dwar il-ġestjoni tal-uffiċċju lejn kunċetti ta’ uffiċċju kollaborattiv u flessibbli kemm fil-kwartieri ġenerali tas-SEAE kif ukoll fid-delegazzjonijiet; jinnota li s-SEAE beda r-rinnovazzjoni tal-kumpless tal-binja Schuman, billi beda mis-sitt u s-seba’ sulari, bil-għan li jinkiseb użu aktar effiċjenti tal-ispazju tal-uffiċċji; jinnota barra minn hekk li ċ-ċentru ta’ rispons għall-kriżijiet tas-SEAE fil-binja Schuman ġie ffinalizzat fl-2023; jinnota li, fid-delegazzjonijiet, ġie implimentat il-kunċett tal-ispazju kollaborattiv fil-bini l-ġdid ta’ 6 delegazzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>72.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li s-SEAE jagħmel enfasi fuq l-iżgurar li l-bini tiegħu jkun aċċessibbli għall-persuni b’diżabbiltà u b’mobbiltà mnaqqsa; jinnota li l-binja Belmont fi Brussell diġà tissodisfa r-rekwiżiti legali għal binjiet mingħajr ostakli u li r-rinnovazzjoni tal-kumpless tal-binja NEO tissodisfa wkoll il-ħtiġijiet tal-utenti b’diżabbiltà u b’mobbiltà mnaqqsa; jilqa’ l-fatt li, għad-delegazzjonijiet, il-proċeduri tal-għażla tas-SEAE jipprevedu kostruzzjoni mingħajr ostakli bħala kriterji ewlenin tal-għażla għal binjiet ġodda tal-uffiċċji;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ambjent u sostenibbiltà</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>73.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li, fl-2023, is-SEAE kompla jimplimenta l-Iskema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali (EMAS/EMS), b’mod partikolari billi stabbilixxa Kumitat ta’ Tmexxija Ambjentali u billi adotta Politika Ambjentali u strateġija ta’ komunikazzjoni rilevanti li jenfasizzaw l-impenn tas-SEAE għas-sostenibbiltà ambjentali fil-ġestjoni tal-proprjetà immobbli; jinnota li l-Kumitat ta’ Tmexxija tal-EMAS ħadem fuq objettivi ġodda fl-2023, li l-għan tagħhom huwa li jkomplu jnaqqsu l-impronta tal-karbonju tiegħu sal-2030; jinnota li l-miżuri approvati jinkludu t-tnaqqis tal-użu tal-gass naturali b’35 %, it-tnaqqis bin-nofs tal-użu tal-karta, tal-ilma u tal-produzzjoni tal-iskart, żieda fis-sehem ta’ titjiriet fuq distanza qasira sa medja għal missjonijiet fil-klassi ekonomika u l-użu aħjar tal-akkwist pubbliku ekoloġiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>74.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li s-SEAE beda jintroduċi klawżoli ta’ sostenibbiltà fil-ftehimiet il-ġodda ta’ kolokazzjoni, inklużi kemm azzjonijiet obbligatorji kif ukoll prattiki volontarji; jinnota li, fir-rigward tal-ftehimiet ta’ kolokazzjoni diġà fis-seħħ, minflok ma jiġu inklużi klawżoli espliċiti dwar is-sostenibbiltà ambjentali, tali ftehimiet isemmu bħala prinċipju ġenerali li kwalunkwe sieħeb ospitat f’kolokazzjoni jaderixxi mal-proċeduri u mal-prattiki applikabbli fil-kuntest lokali tal-binjiet tal-uffiċċji tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>75.</NO.P>Jinnota li, fl-2023, is-SEAE kompla jaħdem fuq l-implimentazzjoni ta’ politika lejn vjaġġar aktar ekoloġiku u vjaġġar aktar sostenibbli għall-persunal, li wasslet għall-adozzjoni ta’ miżuri importanti fl-2024, bħaż-żieda fir-rata ta’ rimborż fir-rigward tal-abbonamenti għat-trasport pubbliku għal 90 % għall-persunal kollu li jirrinunzja l-aċċess għall-parkeġġ u l-objettiv li mill-anqas 60 % tal-kilometri tal-vjaġġi bl-ajru matul il-missjonijiet ikunu fil-klassi ekonomika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>76.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza ta’ impenn politiku qawwi, ingranaġġ bilaterali, diplomazija pubblika u kulturali biex jiġu promossi l-valuri tal-Unjoni u tiġi miġġielda d-diżinformazzjoni; jenfasizza l-ħtieġa għal servizz estern robust u reżiljenti bi tmexxija politika ċara biex jiġu indirizzati l-isfidi attwali u tiġi żgurata l-koerenza tal-politika barranija tal-Unjoni; iħeġġeġ lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni jsaħħu l-appoġġ għall-atturi demokratiċi ġenwini u s-soċjetà ċivili fil-Balkani tal-Punent, filwaqt li jiddenunzjaw bil-qawwa u pubblikament l-azzjonijiet minn atturi illiberali u mhux demokratiċi li jimminaw l-interessi tal-Unjoni, u jiżguraw li l-finanzjament tal-IPA III huwa implimentat skont l-objettivi tal-Unjoni; jistieden lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni fir-reġjun japplikaw approċċ aktar kredibbli u bbażat fuq il-mertu abbażi tal-kriterji ta’ Copenhagen, b’mod partikolari l-istat tad-dritt, id-demokrazija u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, speċjalment fid-dawl tal-progress limitat li sar minn xi pajjiżi fil-Balkani tal-Punent;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>77.</NO.P>Jilqa’ l-kooperazzjoni eċċellenti tas-SEAE ma’ korpi bħall-OLAF, l-UPPE, il-Qorti, u l-EDPS, riflessa f’laqgħat regolari u skambji ta’ informazzjoni; jinnota l-konklużjoni ta’ arranġamenti ta’ ħidma ddedikati f’Ġunju 2024; jistieden madankollu lis-SEAE jistituzzjonalizza l-kooperazzjoni strutturata ma’ dawk il-korpi, filwaqt li jiżgura mekkaniżmi sistematiċi ta’ detezzjoni tal-frodi għall-finanzjament tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, b’mod partikolari f’żoni ta’ kunflitt b’riskju għoli u fi Stati fraġli;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kooperazzjoni interistituzzjonali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>78.</NO.P>Jinnota li, fl-2023, il-Parlament, il-Kunsill u s-SEAE komplew id-diskussjonijiet tekniċi tagħhom dwar is-sostituzzjoni tal-Ftehim Istituzzjonali tal-2002 bejn il-Parlament u l-Kunsill fil-qasam tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni; jesprimi dispjaċir għall-fatt li saret laqgħa teknika waħda fl-2023 li warajha l-Kunsill ma setax isib ftehim dwar is-soluzzjonijiet ta’ kompromess imressqa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>79.</NO.P>Jinnota li, fl-2023, is-SEAE fetaħ il-proċess ta’ negozjati għal arranġament ta’ ħidma mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, li ġie ffirmat fl-2024; jinnota li l-arranġament ta’ ħidma jqis il-kuntest speċjali li fih jopera s-SEAE, filwaqt li jagħmel enfasi fuq il-protezzjoni tal-informazzjoni, il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni u l-protezzjoni tal-immunità tal-persunal;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>80.</NO.P>Jinnota li, fil-baġit tiegħu għall-2023, is-SEAE alloka EUR 990,5 miljun għal proġett pilota biex iniedi l-Akkademja Diplomatika Ewropea, fejn 50 diplomatiku subaltern mill-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jitħarrġu dwar il-politiki esteri u ta’ sigurtà tal-Unjoni bil-għan li jinbena korp Diplomatiku Ewropew veru biex jippromwovi l-politika estera u l-interessi esterni tal-Unjoni; iħeġġeġ din l-inizjattiva bħala pass lejn it-trawwim ta’ korp diplomatiku Ewropew koeżiv u mħarreġ sew li jista’ jirrappreżenta u jiddefendi b’mod effettiv il-valuri u l-interessi tal-Unjoni fix-xena globali; jissottolinja l-ħtieġa li tittejjeb il-viżibbiltà tal-Akkademja Diplomatika Ewropea madwar l-Istati Membri kollha u li jissaħħu r-rwol u l-kapaċitajiet tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>81.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li fl-2023 is-SEAE żied il-kooperazzjoni tiegħu mal-Ombudsman Ewropew biex itejjeb is-sensibilizzazzjoni fost il-persunal tiegħu dwar il-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba; jinnota li s-saff il-ġdid ta’ kooperazzjoni jinvolvi li l-Uffiċċju tal-Ombudsman Ewropew jiġi mistieden jippreżenta l-ħidma tiegħu fis-seminars ta’ qabel l-istazzjonar tas-SEAE u fis-seminars annwali tal-persunal tas-SEAE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Komunikazzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>82.</NO.P>Jinnota li s-SEAE għandu allokazzjoni baġitarja ta’ EUR 22,2 miljun, mifruxa fuq linji baġitarji differenti li jkopru l-pubblikazzjonijiet, l-avvenimenti, il-komunikazzjoni strateġika, l-attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni u l-istampa; jilqa’ l-fatt li l-pożizzjoni favur id-demokrazija u l-istat tad-dritt baqgħet prijorità għas-SEAE, anke bl-indirizzar tal-Manipulazzjoni tal-Informazzjoni u Interferenza minn Barranin permezz ta’ politiki u strumenti msaħħa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>83.</NO.P>Jindika ż-żieda fl-għadd ta’ ksur tal-libertà tar-reliġjon madwar id-dinja; jistieden lis-SEAE, fid-dawl ta’ dan, jattrezza l-persunal tiegħu b’mod adegwat f’pajjiżi fejn ma hemm l-ebda libertà tar-reliġjon jew fejn il-libertà tar-reliġjon tinsab taħt pressjoni (inkluż permezz ta’ korsijiet ta’ taħriġ); bil-ħsieb li jidħol f’diskussjonijiet dwar dan is-suġġett mal-awtoritajiet rilevanti fil-livelli kollha f’pajjiżi fejn il-libertà tar-reliġjon qed tinkiser; u jagħmel dan bħala enfasi ewlenija tal-azzjoni esterna tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>84.</NO.P>Jinnota li, bħala parti mill-attivitajiet ta’ komunikazzjoni tiegħu, is-SEAE jistabbilixxi kuntatt mal-pubbliku ġenerali permezz ta’ avvenimenti pubbliċi, jiem għall-pubbliku u r-riċeviment ta’ gruppi ta’ viżitaturi; jinnota li, fl-2023, is-SEAE nieda diversi kampanji ta’ komunikazzjoni tematiċi fuq kanali differenti dwar l-appoġġ lill-Ukrajna, il-konsegwenzi tal-gwerra tal-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u r-rispett għall-valuri tal-Unjoni; jilqa’ l-fatt li l-Ukrajna baqgħet prijorità ewlenija għas-SEAE; jinnota li, fl-2023, is-SEAE kkonsolida l-preżenza tiegħu fil-media soċjali u żied l-għadd ta’ segwaċi tiegħu b’41,5 % fuq LinkedIn, bi 13,8 % fuq Instagram, b’5,4 % fuq Twitter u b’4,7 % fuq Facebook; iħeġġeġ lis-SEAE jsaħħaħ il-komunikazzjoni tiegħu tal-politiki tal-Unjoni liċ-ċittadini f’pajjiżi terzi u jsaħħaħ l-isforzi ta’ koordinazzjoni mmirati biex iżidu l-viżibbiltà tal-proġetti ffinanzjati mill-Unjoni, b’mod partikolari fil-pajjiżi kandidati, sabiex jiġu miġġielda t-tentattivi ta’ atturi malizzjużi li jimminaw l-isforzi tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>85.</NO.P>Jilqa’ l-involviment tas-SEAE fil-kampanja ta’ komunikazzjoni istituzzjonali tal-Parlament għall-elezzjonijiet Ewropej tal-2024, b’mod partikolari l-kampanja ta’ informazzjoni mmirata lejn il-25 sat-30 miljun ċittadin Ewropew li jgħixu f’pajjiżi terzi dwar il-modi possibbli ta’ votazzjoni fl-elezzjonijiet Ewropej, b’mod partikolari permezz tan-network tad-delegazzjoni; jinnota li din il-kampanja laħqet lil 11-il miljun riċevitur, permezz ta’ 26 kampanja bil-vidjow u aktar minn 2 000 post fuq il-media soċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>86.</NO.P>Jenfasizza l-kontribut tas-SEAE għall-isforzi ġenerali tal-Unjoni li turi appoġġ sod għall-Ukrajna b’inizjattivi bħall-kampanja #StandWithUkraine u proġetti ta’ komunikazzjoni mmirati bħal Faces of Ukraine, Art vs War, u Share Your Light;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>87.</NO.P>Ikompli jħeġġeġ lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni jippromwovu l-atturi lokali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u s-sħab soċjali fil-pajjiżi terzi, u jikkollaboraw magħhom, biex jiġi stimolat id-djalogu soċjali u d-djalogu dwar l-istat tad-dritt, id-drittijiet fundamentali u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni; jinnota li, fl-2023, fl-ambitu tal-programm tematiku għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, li abbażi tiegħu jiġu konklużi s-sħubijiet tal-Unjoni ma’ organizzazzjonijiet responsabbli u trasparenti, ġew allokati EUR 50 miljun lil Union System for an Enabling Environment for Civil Society (Sistema tal-Unjoni għal Ambjent Abilitanti għas-Soċjetà Ċivili), li timmonitorja u tippromwovi l-ispazju ċiviku f’86 pajjiż sieħeb.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>