<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0087</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Kwittanza 2023: L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”)</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0051/2025 - Rapporteur: Tomáš Zdechovský)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><NR>1.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Mejju 2025 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għas-sena finanzjarja 2023 (2024/2029(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għas-sena finanzjarja 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2023, flimkien mar-risposti tal-aġenziji<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/6332, 24.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6332/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/6041, 10.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6041/oj.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2023 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta’ Frar 2025 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2023 (05754/2025 – C10-0023/2025),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1046/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj.</FIELD></FOOTNOTE> u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/1939/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2019/715/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 102 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A10-0051/2025),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Amministrattiv tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-UPPE għas-sena finanzjarja 2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Amministrattiv tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><DECISION><TI><NR>2.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Mejju 2025 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għas-sena finanzjarja 2023 (2024/2029(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għas-sena finanzjarja 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2023, flimkien mar-risposti tal-aġenziji<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/6332, 24.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6332/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/6041, 10.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6041/oj.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2023 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta’ Frar 2025 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2023 (05754/2025 – C10-0023/2025),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1046/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/1939/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2019/715/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 102 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A10-0051/2025),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għas-sena finanzjarja 2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Amministrattiv tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><RESOL><TI><NR>3.</NR> <STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Mejju 2025 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għas-sena finanzjarja 2023 (2024/2029(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għas-sena finanzjarja 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 102 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A10-0051/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-UPPE huwa l-uffiċċju tal-prosekuzzjoni pubblika indipendenti tal-Unjoni, responsabbli għall-investigazzjoni u għall-prosekuzzjoni ta’ reati kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, għat-tisħiħ sinifikanti tal-kapaċità tal-Unjoni li tissalvagwardja l-fondi tal-kontribwenti, u għat-tressiq quddiem il-qorti tal-awturi ta’ reati kriminali u l-kompliċi tagħhom previsti fid-Direttiva (UE) 2017/1371<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29, ELI: <STRING UNDERLINE="on">http://data.europa.eu/eli/dir/2017/1371/oj</STRING>).</FIELD></FOOTNOTE> u indikati mir-Regolament (UE) 2017/1939<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017, li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1, ELI: <STRING UNDERLINE="on">http://data.europa.eu/eli/reg/2017/1939/oj</STRING>).</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-kompetenza tal-UPPE tinkludi diversi tipi ta’ frodi, u tinkludi frodi transfruntiera tal-VAT bi ħsara totali ta’ mill-inqas EUR 10 miljun, ħasil tal-flus, korruzzjoni, kriminalità organizzata u reati oħra li għalihom l-UPPE jwettaq funzjonijiet ta’ prosekuzzjoni quddiem il-qrati kompetenti tal-Istati Membri parteċipanti;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-UPPE huwa wieħed mill-komponenti tal-arkitettura tal-Unjoni kontra l-frodi u, bħala tali, l-azzjonijiet tiegħu huma kkoordinati ma’ dawk tal-komponenti l-oħra tal-arkitettura u huma komplementari magħhom, biex tinkiseb koordinazzjoni simplifikata u effiċjenti li ttejjeb l-effettività kumplessiva tal-arkitettura;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-UPPE jintervjeni meta l-awtoritajiet nazzjonali jkunu jistgħu jinvestigaw u jressqu l-qorti r-reati iżda fejn il-prerogattivi tal-awtoritajiet nazzjonali jieqfu fil-fruntieri ta’ pajjiżhom, u organizzazzjonijiet oħrajn bħall-Eurojust, l-OLAF u l-Europol ma jkollhomx is-setgħat meħtieġa biex iwettqu l-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet kriminali rilevanti;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-atti proċedurali tal-UPPE huma soġġetti għal rieżami ġudizzjarju mill-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (il-“Qorti tal-Ġustizzja”) għandha, permezz ta’ deċiżjonijiet preliminari jew rieżamijiet ġudizzjarji ta’ dawk l-atti, setgħa residwa biex tiżgura applikazzjoni konsistenti tad-dritt tal-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-UPPE huwa magħmul minn livell ċentrali, bil-kwartieri ġenerali tiegħu fil-Lussemburgu, li jikkonsisti mill-Kap Prosekutur Ewropew, 22 Prosekutur Ewropew (wieħed għal kull Stat Membru parteċipanti), id-Direttur Amministrattiv, u minn livell nazzjonali deċentralizzat, li jikkonsisti mill-Prosekuturi Delegati Ewropej (EDPs) fit-22 Stat Membru parteċipanti;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi fil-livell ċentrali, il-Kap Prosekutur Ewropew u t-22 Prosekutur Ewropew jiffurmaw il-Kulleġġ tal-UPPE (il-“Kulleġġ”) u jissorveljaw l-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet li jitwettqu mill-EDPs fil-livell nazzjonali, li joperaw b’indipendenza sħiħa mill-awtoritajiet nazzjonali tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi, skont l-Artikolu 93 tar-Regolament (UE) 2017/1939, id-Direttur Amministrattiv tal-UPPE, li jaġixxi bħala l-uffiċjal awtorizzanti tal-UPPE, għandu jimplimenta l-baġit tiegħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu stess u fi ħdan il-limiti awtorizzati fil-baġit u għandu jibgħat kull sena lill-awtorità baġitarja l-informazzjoni kollha rilevanti għas-sejbiet ta’ kwalunkwe proċedura ta’ evalwazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi, f’konformità mal-Artikolu 50(2) tar-Regoli Finanzjarji tal-UPPE, l-Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-Kummissjoni għandu jaġixxi wkoll bħala l-Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-UPPE u huwa responsabbli għat-tħejjija tal-kontijiet annwali, li jiġu kkonsolidati ma’ dawk tal-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi, skont il-qafas kurrenti, il-kontijiet annwali finali jiġu skrutinizzati mill-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”) u huwaf’idejn il-Kunsill li jirrakkomanda u f’idejn il-Parlament Ewropew li jiddeċiedi jekk jagħtix il-kwittanza lid-Direttur Amministrattiv tal-UPPE fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għal sena finanzjarja partikolari;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-iskrutinju fuq il-ġestjoni tar-riżorsi tal-UPPE u n-nefqa relatata ma jistax jinjora l-eżami tal-attivitajiet operazzjonali, il-konsegwenzi u l-impatt tagħhom u l-metodi tal-eżekuzzjoni tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-UPPE ilu jopera b’mod awtonomu fl-implimentazzjoni tal-baġit tiegħu mill-24 ta’ Ġunju 2021 biss u beda l-attivitajiet operazzjonali tiegħu, li jeħtieġu evalwazzjoni kontinwa biex jiġi żgurat li r-riżorsi jkunu allinjati mal-effettività operazzjonali, fl-1 ta’ Ġunju 2021, li hija wkoll id-<STRING ITALIC="on">dies a quo</STRING> għat-terminu ta’ 5 snin indikat fl-Artikolu 119 tar-Regolament (UE) 2017/1939, li meta jintlaħaq il-Kummissjoni se jkollha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u lill-parlamenti nazzjonali rapport ta’ evalwazzjoni dwar l-implimentazzjoni u l-impatt ta’ tali Regolament, u dwar l-effettività u l-effiċjenza tal-UPPE u l-prattiki tax-xogħol tiegħu, flimkien mal-konklużjonijiet tiegħu;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi, f’konformità mal-Artikolu 119(2) tar-Regolament (UE) 2017/1939, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposti leġiżlattivi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jekk tikkonkludi li huwa meħtieġ li jkun hemm regoli addizzjonali jew aktar dettaljati dwar it-twaqqif tal-UPPE, il-funzjonijiet tiegħu jew il-proċedura applikabbli għall-attivitajiet tiegħu, inklużi l-investigazzjonijiet transfruntieri tiegħu;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jilqa’ l-opinjoni pożittiva tal-Qorti dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet tal-UPPE għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2023 u dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul u l-pagamenti sottostanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Ifakkar fl-appoġġ qawwi tal-Parlament għat-twaqqif tal-UPPE; jirrikonoxxi lill-UPPE bħala korp indipendenti tal-Unjoni; jisħaq dwar ir-rwol importanti tal-UPPE fil-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u bħala komponent essenzjali tal-arkitettura tal-Unjoni kontra l-frodi u ta’ sistema usa’ tal-Unjoni bbażata fuq l-integrità, l-akkontabbiltà, it-trasparenza u l-ġestjoni finanzjarja tajba tar-riżorsi; ifaħħar lill-UPPE għall-ħidma tiegħu fl-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni u l-iżgurar tal-ġustizzja għal reati li jaffettwaw il-baġit tal-Unjoni, bħall-frodi, il-korruzzjoni, u l-frodi transfruntiera tal-VAT;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa kritika li jiġu ddedikati fil-pront ir-riżorsi meħtieġa biex tiġi żgurata l-konklużjoni f'waqtha tal-investigazzjoni li għaddejja dwar l-akkwist tal-vaċċin tal-COVID-19 fl-Unjoni, speċjalment meta wieħed iqis l-interess pubbliku sostanzjali f'din il-kwistjoni, flimkien mal-fatt li l-investigazzjoni diġà bdiet fl-2022 u sal-lum l-ebda deċiżjoni ma tħabbret pubblikament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jinnota li huwa possibbli li jitqabblu biss l-aktar żewġ prestazzjonijiet baġitarji u operazzjonali reċenti tal-UPPE, għall-perjodu mill-2022 sal-2023, minn wara l-awtonomija finanzjarja tal-UPPE f’Ġunju 2021; josserva li, f’dak il-kuntest, iż-żidiet baġitarji relatati mal-attivitajiet tal-UPPE jibqgħu diffiċli ħafna biex jiġu stmati minħabba l-istabbiliment reċenti tal-UPPE, il-karatteristiċi uniċi tal-UPPE u l-attivitajiet prinċipali tiegħu, il-livell imprevedibbli tad-detezzjoni tal-frodi, il-varjetà wiesa’ tal-każijiet tiegħu, in-nuqqas ta’ diskrezzjoni tiegħu fit-tmexxija tal-prosekuzzjonijiet flimkien mad-dipendenza tiegħu mir-riżorsi u r-restrizzjonijiet proċedurali tas-sistemi ġudizzjarji nazzjonali, in-nuqqas ta’ korrelazzjoni fissa bejn l-għadd u l-kostijiet tal-investigazzjonijiet, u l-kobor tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni li għandhom jitħarsu; josserva wkoll li huwa diffiċli li tiġi stmata n-nefqa għall-volum ta’ każijiet relatati mal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF) minħabba l-mod ta’ implimentazzjoni tiegħu mingħajr preċedent u l-volum għoli ta’ riżorsi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ġestjoni baġitarja u finanzjarja</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jinnota li l-baġit finali ġenerali allokat lill-UPPE għall-2023 kien ta’ EUR 65,9 miljun, li żdied sostanzjalment (b’14,7 %) mill-EUR 51,2 miljun li ġew allokati fl-2022, filwaqt li l-baġit tal-2021 (EUR 26,2 miljun) kien relatat ma’ perjodu qabel l-awtonomija finanzjarja tal-UPPE; josserva li l-baġit tal-UPPE jinkludi t-tisħiħ, mogħti mill-awtorità baġitarja fuq talba tal-UPPE f’Ġunju 2023, b’EUR 500 000 (it-talba inkludiet ukoll ir-riżorsi umani relatati mat-titjib essenzjali tal-kapaċità ta’ sigurtà tal-UPPE, li rriżultat fl-għotja ta’ tmien pożizzjonijiet addizzjonali fit-tabella tal-persunal); japprezza l-fatt li fl-2023 l-ebda baġit ma ġie rritornat, meta mqabbel mal-10 % (EUR 5,9 miljun) tal-baġit inizjali fl-2022 u mal-21 % (EUR 9,5 miljun) fl-2021; itenni l-ħtieġa li l-UPPE jingħata biżżejjed riżorsi biex iwettaq il-mandat tiegħu b’mod adegwat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jilqa’ l-livell dejjem jiżdied tal-implimentazzjoni tal-baġit, li kien 99,6 % fl-2023 (meta mqabbel ma’ 98,1 % fl-2022 u 97,4 % fl-2021); japprezza li r-rata kumplessiva tal-eżekuzzjoni għall-pagamenti pprogressat fl-2023 u laħqet 85,3 % (meta mqabbla ma’ 76,6 % u 71 % fl-2022 u l-2021) u l-perjodu medju għall-pagamenti naqas għal 17-il jum (meta mqabbel ma’ 23,8 fl-2022 u 21,0 fl-2021); josserva li l-modulu tal-fatturazzjoni elettronika (e-fatturazzjoni) ġie introdott f’Ġunju 2023 u se jikkontribwixxi għat-tnaqqis ulterjuri tal-piżijiet amministrattivi, iż-żmien għall-ħlas u l-kostijiet totali tal-ipproċessar; iħeġġeġ irfinar ulterjuri tal-proċessi operazzjonali biex tiġi mmassimizzata l-effiċjenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jifhem li, minħabba li t-talbiet għad-dotazzjoni tal-baġit ġew issodisfati parzjalment biss, l-UPPE ffoka r-riżorsi finanzjarji tiegħu fuq id-dħul ta’ EDPs addizzjonali, li għandu impatt fuq il-kapaċità tal-UPPE li jmexxi l-għadd dejjem akbar ta’ investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet, fuq il-ħtieġa li tittejjeb il-pożizzjoni tas-sigurtà tal-organizzazzjoni u fuq il-manutenzjoni tas-Sistema tiegħu ta’ ġestjoni tal-każijiet (CMS), li setgħet affettwat b’mod negattiv il-ġestjoni tal-investigazzjonijiet transfruntieri; jissottolinja l-importanza ta’ finanzjament addizzjonali u t-tisħiħ tal-persunal tiegħu biex l-UPPE jkun jista’ jiġġieled b’mod effettiv il-kriminalità organizzata, jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, u jirrispetta l-istat tad-dritt, li huma prijoritajiet ewlenin tal-Unjoni; jitlob żieda ddedikata fil-finanzjament fi ħdan il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) li jmiss biex jiġi żgurat li dan ikun jista’ jkompli jilħaq l-objettivi u l-obbligi tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Huwa konxju li, wara li kiseb l-awtonomija finanzjarja tiegħu, f’Ġunju 2021, l-UPPE ta prijorità lin-nefqa operazzjonali relatata mal-miżuri ta’ investigazzjoni, prosekuzzjoni u sigurtà, u li din irriżultat fil-limitazzjoni tan-nefqa mhux operazzjonali fuq servizzi ta’ appoġġ ta’ livell essenzjali; jirrimarka li, f’dan il-kuntest, ġie allokat total ta’ EUR 28 312 075 għal-linji tan-nefqa operazzjonali (Titolu 3), li jirrappreżentaw 43 % tal-baġit finali tal-UPPE għall-2023 (meta mqabbel ma’ EUR 21 047 346, li kienet 41 % fl-2022); josserva li l-fatturi ewlenin tal-ispejjeż għal dawn l-attivitajiet kienu r-remunerazzjoni tal-EDPs (51 % tal-attivitajiet operazzjonali meta mqabbel ma’ 42 % fl-2022), segwita minn attivitajiet operazzjonali tal-ICT bħall-manutenzjoni u l-iżvilupp tas-CMS tal-UPPE (19 % meta mqabbel ma’ 28 % fl-2022), u s-servizzi lingwistiċi (attivitajiet relatati mat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni) (14 %, l-istess bħal fl-2022);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jinnota li r-remunerazzjoni tal-EDPs laħqet l-EUR 14,5 miljun (meta mqabbel mat-EUR 8,7 miljun fl-2022), li tirrappreżenta n-nefqa operazzjonali ewlenija minħabba l-għadd akbar ta’ EDPs impjegati matul l-2023; jilqa’ l-adeżjoni tal-Polonja u tal-Iżvezja mal-UPPE, li tħabbret fl-2024; jinnota li ma affettwatx in-nefqa tal-2023 u dan se jikkonċerna marġinalment biss lill-baġit tal-2024, minħabba d-dħul fit-tard u gradwali ta’ żewġ Prosekuturi Ewropej u ta’ għadd ta’ EDPs; jifhem li stima aktar solida tal-ispejjeż mhux se tkun possibbli sal-2025; jilqa’ l-inklużjoni fil-programm tal-objettiv tal-Gvern Irlandiż il-ġdid li jingħaqad mal-UPPE; jistieden lill-gvern Ungeriż, bħala l-uniku Stat Membru li għadu ma ngħaqadx mal-UPPE, minkejja li ma hemm ebda impediment legali jew kostituzzjonali, biex jingħaqad mal-UPPE minnufih;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Josserva li l-ispejjeż għall-missjonijiet u l-laqgħat operazzjonali żdiedu aktar fl-2023 (l-ispejjeż tal-missjonijiet kienu EUR 1 175 000 fl-2023 u EUR 980 000 fl-2022; il-laqgħat operazzjonali fl-2023 swew EUR 659 752 meta mqabbel ma’ EUR 170 000 fl-2022), f’konformità mal-livell dejjem jiżdied fl-intensità tal-investigazzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Huwa konxju li l-ispejjeż tas-servizzi tat-traduzzjoni huma mistennija li jiżdiedu aktar peress li l-ammont ta’ xogħol tal-UPPE qed ikompli jiżdied u jirrikonoxxi l-ħtieġa li jiġu ddedikati aktar riżorsi għat-traduzzjoni; jilqa’ kemm il-gwida interna żviluppata dwar l-użu tas-servizzi tat-traduzzjoni, bil-ħsieb li jissaħħaħ il-kontroll fuq l-ispejjeż u tiġi nkluża r-rakkomandazzjoni li jintużaw servizzi tat-traduzzjoni awtomatika meta dan ikun possibbli, kif ukoll l-użu ta’ fornituri nazzjonali ta’ servizzi sal-limitu permess mir-Regolament attwali biex tiġi indirizzata l-problema; josserva, f’dak ir-rigward, li filwaqt li l-Artikolu 107 tar-Regolament (UE) 2017/1939 jipprevedi s-servizzi tat-traduzzjoni meħtieġa għall-funzjonament amministrattiv tal-UPPE fil-livell ċentrali li għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru tat-Traduzzjoni tal-Unjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea, dan jipprevedi wkoll il-ġestjoni differenti ta’ kwistjonijiet operazzjonali u urġenti u jagħti s-setgħa lill-EDPs biex jiddeċiedu dwar l-arranġamenti għat-traduzzjonijiet għall-fini tal-investigazzjonijiet f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jinnota li fl-2023, l-UPPE ffirma 234 kuntratt speċifiku skont il-kuntratti qafas eżistenti, għal total ta’ aktar minn EUR 11-il miljun, b’żieda sinifikanti fl-użu tal-kuntratti qafas tal-UPPE (82 kuntratt speċifiku għal valur ta’ aktar minn EUR 6,5 miljun) minħabba, fil-biċċa l-kbira, l-użu tal-kuntratt qafas tal-UPPE għall-Forniment ta’ Servizzi fil-Qasam tas-Sistemi ta’ Informazzjoni; josserva, fir-rigward tas-CMS tal-UPPE, li ngħata kuntratt wieħed biss permezz ta’ proċedura negozjata mingħajr il-pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż dwar kuntratt minħabba raġunijiet ta’ urġenza estrema;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Josserva li r-riport ta’ approprjazzjonijiet mill-eżerċizzju preċedenti fl-2022 ammonta għal EUR 10 969 680 (24,4 % tal-baġit finali għall-2022 tal-UPPE), li minnu ntuża 84,8 % (EUR 9 307 392) u 15,2 % ġie kkanċellat (meta mqabbel ma’ 21,4 % fl-2022) u jinnota li l-previżjonijiet jindikaw riport ieħor fl-2024, bl-ikkompletar pendenti tar-riżultati, għal approprjazzjonijiet ta’ pagament (ir-riport mill-2023 għall-2024 ammonta għal EUR 9 392 989); jifhem li l-kanċellazzjoni parzjali hija konsegwenza tal-istabbiliment progressiv tal-prattiki amministrattivi tal-UPPE wara l-awtonomija finanzjarja li kiseb fl-2021; jinnota li r-riport ta’ approprjazzjonijiet li ġew ikkanċellati għall-baġits approvati tal-2022 u tal-2023 la seta’ jintuża ma’ kuntratti eżistenti jew ġodda u lanqas ma seta’ jiġi sinkronizzat mal-prinċipju tal-annwalità, filwaqt li l-ippjanar tal-ispejjeż korrispondenti, relatati prinċipalment mat-traduzzjoni, il-laqgħat, il-missjonijiet u l-kuntratturi esterni, ma setax ikun preċiż minħabba n-nuqqas ta’ kwalunkwe data u ċifri storiċi u l-evolviment rapidu tal-organizzazzjoni; japprezza li t-tisħiħ kontinwu tal-kapaċità amministrattiva tal-UPPE qed jindirizza b’mod progressiv dawk il-kwistjonijiet u li, filwaqt li ma tistax issir stima sħiħa minn qabel minħabba n-natura tal-attività operazzjonali tal-UPPE, il-livell mistenni tal-approprjazzjonijiet ikkanċellati se jonqos fl-2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jinnota li fl-2023 ġew adottati żewġ trasferimenti tal-baġit mill-Kap Prosekutur Ewropew, dwar proposta mfassla mid-Direttur Amministrattiv, u li dawn ġew innotifikati lill-Kulleġġ għall-informazzjoni, għal total ittrasferit bejn it-titoli ta’ EUR 1,2 miljun;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jirrikonoxxi l-ħtieġa ta’ flessibbiltà baġitarja xierqa, biex jiġu indirizzati ħtiġijiet operazzjonali mhux mistennija bħal, fl-2023, il-gwerra fl-Ukrajna, il-pressjonijiet inflazzjonarji, jew sfidi globali oħrajn u jifhem li l-UPPE għamel użu mir-Regoli Finanzjarji tiegħu bir-riallokazzjoni f’waqtha tal-approprjazzjonijiet permezz tal-emendi tal-baġit (waħda f’Ġunju u waħda f’Novembru) u permezz tat-trasferimenti tal-baġit (wieħed f’Settembru u wieħed f’Diċembru);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Itenni l-osservazzjoni tiegħu dwar id-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva obsoleta tal-2017 li titqies li ma għadhiex aktar adattata għall-użu minħabba volum tax-xogħol sottovalutat b’mod sinifikanti; ifakkar fir-riżoluzzjoni preċedenti tiegħu, filwaqt li jissottolinja li n-nuqqas ta’ rieżami baġitarju ta’ nofs it-terminu jobbliga lill-UPPE jistenna sal-aħħar nett tal-proċess tal-adozzjoni baġitarja biex ikollu ċarezza f’liema livell tar-riżorsi jkun jista’ jagħmel l-implimentazzjoni fis-sena sussegwenti, u dan jillimita l-kapaċità tal-UPPE li jantiċipa l-attivitajiet preparatorji għall-implimentazzjoni tal-baġit kif ukoll l-opzjonijiet li għandhom ikunu disponibbli biex tinkiseb il-flessibbiltà massima fl-iżvilupp ta’ infrastruttura organizzazzjonali għal proġett innovattiv daqs l-UPPE; jinnota li dan jaffettwa b’mod partikolari t-tnedija bikrija tar-reklutaġġ, u b’hekk idewwem fost l-oħrajn il-progress lejn okkupazzjoni sħiħa u l-kapaċità ġenerali ta’ assorbiment tal-UPPE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Isostni li r-riżorsi baġitarji u umani allokati għall-UPPE huma mistennija li jkunu adegwati biex jippermettu t-twettiq effiċjenti u b’suċċess tal-mandat tiegħu u l-ġestjoni normali tal-proċeduri amministrattivi relatati; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tirrieżamina l-qafas baġitarju tal-UPPE f’kooperazzjoni mill-qrib mal-UPPE ħalli ssib modi adegwati biex tappoġġjah fil-ħidma tiegħu; jistieden lill-Kummissjoni talloka riżorsi addizzjonali, ġustifikati mill-għadd dejjem jikber ta’ każijiet kumplessi, u jenfasizza li dawn ma għandhomx ikunu dipendenti fuq ir-reviżjoni tar-Regolament (UE) 2017/1939 jew tal-mandat tal-UPPE, iżda pjuttost fuq l-importanza tal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni fil-QFP li jmiss;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jenfasizza li l-attivitajiet tal-UPPE jikkontribwixxu għall-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u huma mistennija wkoll li jirkupraw ammonti mill-baġit tal-Unjoni li ma ntużawx għall-iskop maħsub tagħhom minħabba attivitajiet kriminali; jemmen li l-ammonti li jirriżultaw mill-miżuri ta’ sekwestru u ta’ konfiska adottati mill-EDPs fl-Istati Membri jistgħu, wara t-tnaqqis tal-ispejjeż imġarrba mill-awtoritajiet tal-Istati Membri biex jimplimentaw dawk il-miżuri, jerġgħu lura fil-Baġit tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) 2017/1939; iqis li d-dħul potenzjali li jirriżulta mill-miżuri ta’ sekwestru u ta’ konfiska għandu jiġi inkluż fil-baġit tal-Unjoni bħala dħul mhux assenjat; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel l-arranġamenti meħtieġa mal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti biex tippermetti li dawk l-ammonti jidħlu fil-Baġit tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-UPPE jikkontribwixxi b’mod ċar għall-valur miżjud Ewropew f’termini ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni mal-Istati Membri fl-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u li l-UPPE kien qed jilħaq l-għanijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) 2017/1939 f’dak ir-rigward; jistenna li l-Istati Membri jikkonformaw mal-obbligi legali u jirrapportaw il-każijiet rilevanti kollha lill-UPPE; jinnota bi tħassib li f’diversi każijiet l-Istati Membri kienu qed jiddikjaraw reati kriminali li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, u li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-UPPE, bħala każijiet nazzjonali; jinnota li l-kwistjonijiet ta’ kompetenza bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-EDPs tfaċċaw f’diversi każijiet f’diversi pajjiżi; huwa konxju li, skont l-Artikolu 25(6) tar-Regolament (UE) 2017/1939, il-każijiet ta’ nuqqas ta’ qbil dwar il-kompetenzi tal-UPPE għandhom jiġu deċiżi mill-istess awtorità ġudizzjarja nazzjonali li hija responsabbli biex tiddetermina l-korp kompetenti għall-prosekuzzjoni fil-livell nazzjonali; jesprimi dispjaċir għall-fatt li f’ħafna Stati Membri parteċipanti, il-proċeduri stabbiliti u l-awtoritajiet nazzjonali fdati bid-deċiżjonijiet dwar tali każijiet rigward kunflitti ta’ kompetenza mhumiex stabbiliti f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, jisħaq li f’każijiet ta’ kunflitti ta’ kompetenza bejn l-UPPE u awtorità nazzjonali tal-prosekuzzjoni, l-awtorità nazzjonali kompetenti biex tiddeċiedi dwar l-attribuzzjoni tal-kompetenza tista’ tasal għal konklużjoni mingħajr ma titlob deċiżjoni preliminari tal-Qorti tal-Ġustizzja iżda tista’, minflok, tadotta deċiżjoni li tkun vinkolanti fuq l-UPPE u jirrimarka li dan imur kontra l-ispirtu tar-Regolament (UE) 2017/1939, li jipprevedi li, f’konformità mal-Artikolu 267 tat-TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha l-ġuriżdizzjoni biex tagħti deċiżjoni preliminari dwar l-interpretazzjoni tad-dispożizzjoni dwar il-kunflitti ta’ kompetenza bejn l-UPPE u l-awtoritajiet nazzjonali; jemmen li s-sitwazzjoni attwali hija nieqsa miċ-ċarezza legali; iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha jaħdmu aktar mill-qrib mal-UPPE; jenfasizza li l-kompetenza tal-UPPE hija deskritta b’mod ċar fl-Artikolu 22(1) u (2), u fl-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 2017/1939, u li l-Istati Membri kollha għandhom jikkonformaw ma’ dak ir-Regolament; jinnota li meta l-Istati Membri jkollhom dubji dwar il-kompetenza tal-UPPE f’każ partikolari, hemm il-possibbiltà li titressaq mistoqsija preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 tat-TFUE u l-Artikolu 42(2)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1939; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, meta jkun hemm ksur tar-Regolament (UE) 2017/1939, tressaq il-każ quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja; jinnota bi tħassib li l-kwistjoni tal-kompetenza tista’ tikkawża waqfien tal-investigazzjoni; huwa mħasseb dwar it-telf potenzjali ta’ evidenza meta jiġu sospiżi l-każijiet; jistieden lill-Kummissjoni tiġbor informazzjoni rigward każijiet li jittrattaw kunflitti ta’ kompetenza għar-rapport ta’ evalwazzjoni li se jiġi ppreżentat fl-2026;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Itenni li l-Artikolu 91(6) tar-Regolament (UE) 2017/1939 għandu jiġi implimentat kif xieraq u jissottolinja li għandhom jitqiesu l-karatteristiċi partikolari tan-nefqa tal-prosekuzzjoni u tal-investigazzjoni, inklużi l-każijiet eċċezzjonali tan-nefqa operazzjonali tal-UPPE rregolata minn dik id-dispożizzjoni; jifhem li, fl-2023, ġie ffirmat l-ewwel ftehim ta’ finanzjament fil-qafas pilota għar-rimborż ta’ talbiet li saru skont l-Artikolu 91(6) tar-Regolament (UE) 2017/1939, biex ikopri miżuri ta’ investigazzjoni għaljin b’mod eċċezzjonali mwettqa fil-livell nazzjonali f’isem l-UPPE; japprezza li l-pagament korrispondenti ġie awditjat mill-Qorti waqt l-awditu tal-2023 u tqies bħala legali u regolari;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ġestjoni interna, prestazzjoni u kontroll intern</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li, matul l-2023, il-Kulleġġ iltaqa’ 22 darba u adotta 73 deċiżjoni, fosthom l-istrateġija kontra l-frodi għall-2023-2025, il-politika kontra l-fastidju għall-persunal u għall-membri tal-Kulleġġ jew tal-EDPs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-UPPE kompla bl-isforzi tiegħu biex jistabbilixxi sistema li timmonitorja t-titjib fl-effiċjenza u l-iffrankar tal-ispejjeż, u jinnota li fl-2023 nieda rieżami tal-proċessi strateġiċi u operazzjonali tal-ippjanar u tal-monitoraġġ tal-baġit u tal-attivitajiet, u rieżami tal-proċessi ta’ reklutaġġ, biex iħaffef aktar u jikseb aktar kompetenzi; jirrimarka li, b’mod ġenerali, is-sistemi ta’ kontroll intern stabbiliti huma effettivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jinnota li, biex jiġi żviluppat aktar il-qafas tal-assigurazzjoni tal-UPPE, l-awditur intern tal-UPPE għal kwistjonijiet mhux operazzjonali (IAS) beda, fl-2023, rieżami limitat tal-elementi kostitwenti tal-assigurazzjoni tal-UPPE; jemmen li dan l-inkarigu, skedat biex jiġi ffinalizzat matul l-2024, se jipprovdi rakkomandazzjonijiet biex tinbena kapaċità aktar b’saħħitha għall-Uffiċjal Awtorizzanti biex joħroġ dikjarazzjoni kredibbli tal-assigurazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jilqa’ l-eżerċizzju ta’ benchmarking mwettaq mill-Kapaċità tal-Awditjar Intern (IAC) billi jitqabblu r-riżorsi umani skjerati tal-UPPE ma’ sett ta’ entitajiet oħrajn tal-Unjoni u uffiċji nazzjonali tal-prosekuzzjoni, abbażi ta’ sett standardizzat ta’ pilastri li jinkludi l-appoġġ amministrattiv u l-attivitajiet operazzjonali; josserva li, fl-2023, l-IAC ittestja l-ambjent ta’ sorveljanza interna u wettaq l-ewwel awditjar intern bħala analiżi tal-ambjent tax-xogħol u tal-kontrolli interni tal-uffiċċju deċentralizzat tal-UPPE f’Sofija, il-Bulgarija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Itenni l-fehma tiegħu li l-IAS u l-IAC għandhom jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom bil-għan li jagħtu pariri lill-UPPE u jassistuh fl-istabbiliment tal-proċessi interni ewlenin tiegħu u fl-ilħuq tal-objettivi tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jinnota li l-UPPE żviluppa l-kapaċità tax-xiri proprja tiegħu, li tirriżulta mill-proċessi tal-akkwist proprji tiegħu u mmexxija speċifikament minnu, mnedija fl-2023, u jimmaniġġja l-kuntratti speċifiċi u l-formoli tal-ordnijiet proprji tiegħu fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-kuntratti qafas eżistenti li ġew iffirmati fl-2023; josserva li l-UPPE jkompli, b’mod parallel, jopera l-kapaċità tax-xiri tiegħu permezz ta’ ftehimiet dwar il-livell ta’ servizz ma’ istituzzjonijiet, korpi, uffiċji u aġenziji oħrajn tal-Unjoni, u billi jidħol f’kuntratti interistituzzjonali ma’ diversi operaturi tas-suq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Huwa konxju li fl-2023, id-Direttur Amministrattiv stabbilixxa l-istandards minimi (kriterji ta’ valutazzjoni) għal kull wieħed mis-17-il prinċipju ta’ kontroll intern ibbażati fuq il-Qafas Integrat bil-Kontroll tal-2013 ta’ COSO u stabbiliti mill-Qafas ta’ Kontroll Intern (QKI) tal-UPPE bħala elementi kostitwenti tas-sistema ta’ kontroll intern tal-UPPE; josserva li mit-72 kriterju ta’ konformità, 51 jitqiesu bħala ssodisfati, 20 għandhom xi elementi stabbiliti iżda huwa mixtieq li jiġu żviluppati aktar u huwa biss fil-każ ta’ kriterju wieħed li ma ġiet innotata l-ebda implimentazzjoni sinifikanti; japprezza li, mill-adozzjoni tiegħu mill-Kulleġġ f’Marzu 2021, 71 % tal-valutazzjoni adottata tal-QKI ġiet implimentata b’suċċess filwaqt li jeħtieġ li jsir sforz addizzjonali għall-implimentazzjoni sħiħa tad-29 % li jifdal;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li, fl-1 ta’ Marzu 2023, ġiet adottata verżjoni aġġornata tal-Istrateġija Kontra l-Frodi tal-UPPE għall-2023-2025, li tistabbilixxi l-objettivi għall-ġlieda kontra l-frodi fil-livelli kollha tal-organizzazzjoni b’rabta ma’ pjan ta’ azzjoni apposta li huwa parti mill-ambjent ta’ kontroll intern tal-UPPE u li jiġi mmonitorjat fuq bażi regolari; japprezza r-rieżami annwali tal-pjan ta’ azzjoni tal-Istrateġija Kontra l-Frodi mill-Uffiċjal għall-Kontroll Intern tal-UPPE, li jirrapporta r-riżultati ta’ dak ir-rieżami lid-Direttur Amministrattiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Huwa konxju li, f’konformità mar-regoli finanzjarji tal-UPPE, l-UPPE jiżgura livell adegwat ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji u tal-proċeduri ta’ akkwist permezz ta’ kontrolli <STRING ITALIC="on">ex post</STRING> fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji (pagamenti, impenji u ordnijiet ta’ rkupru) u fuq il-proċeduri ta’ akkwist għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Josserva ż-żieda fir-rapporti ta’ reati ppreżentati lill-UPPE (4 187 fl-2023 meta mqabbel ma’ 3 318 fl-2022 u 2 832 fl-2021) u, b’riżultat ta’ dan, iż-żieda fl-investigazzjonijiet miftuħa (1 371 fl-2023 meta mqabbel ma’ 865 fl-2022 u 567 fl-2021) u fl-istima tad-danni (EUR 19,27-il biljun fl-2023 meta mqabbel ma’ 14,1-il biljun fl-2022 u 5,4 biljuni fl-2021); jirrimarka li r-rapporti minn partijiet privati (2 494, li huwa 29 % aktar mill-2022) u minn awtoritajiet nazzjonali (1 562, li huwa 24 % aktar mill-2022) jirrappreżentaw l-akbar sehem ta’ input operazzjonali riċevut, filwaqt li jiddispjaċih li r-rapporti minn istituzzjonijiet, korpi, uffiċji u aġenziji oħrajn tal-Unjoni baqgħu baxxi ħafna (108), li jindika li ma nkiseb l-ebda titjib sinifikanti f’termini ta’ detezzjoni u rapportar min-naħa tagħhom; jinnota li l-għadd ta’ atti tal-akkużi (139 fl-2023 meta mqabbel ma’ 87 fl-2022 u 5 fl-2021) flimkien mal-ordnijiet ta’ ffriżar miksuba mill-UPPE (EUR 1,5 biljun meta mqabbel ma’ EUR 359,1 miljun fl-2022 u EUR 147 miljun fl-2021) huma indikattivi tal-livell tal-prestazzjoni dejjem akbar tal-UPPE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jinnota li, meta mqabbel mal-2022, il-volum ta’ każijiet tal-UPPE kważi rdoppja fl-2023, u laħaq 1 927 investigazzjoni attiva; ifaħħar l-attivitajiet produttivi tal-UPPE fl-2023, li kienu jinkludu 139 akkuża, 339 każ relatat mal-VAT u aktar minn 200 investigazzjoni dwar l-implimentazzjoni tan-NextGenerationEU; jinnota, barra minn hekk, li l-UPPE beda jressaq aktar awturi ta’ frodi kontra l-Unjoni quddiem il-ġustizzja fil-qrati nazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jinnota li, fl-2023, 48 każ ġew konklużi b’kundanna tal-qorti (meta mqabbel ma’ 20 każ fl-2022) u li l-ammont ikkonfiskat kien EUR 60 miljun (meta mqabbel ma’ EUR 2 miljun fl-2021); jissottolinja l-importanza ta’ rapportar sistematiku dwar is-segwitu għal dawn il-każijiet f’termini tal-miżuri finanzjati adottati (il-konfiska u l-irkupru) biex jinkiseb fehim aktar ċar tal-impatt tal-azzjonijiet tal-UPPE; jilqa’ l-azzjonijiet li ttieħdu mill-UPPE u mill-Kummissjoni biex jissimplifikaw il-komunikazzjonijiet tagħhom u jagħmluhom adegwati b’relazzjoni mal-ħtiġijiet tal-proċeduri amministrattivi possibbli għall-adozzjoni tal-miżuri biex jiġi rriġenerat il-baġit tal-Unjoni affettwat minn reati finanzjarji; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tassisti lill-UPPE fl-attivitajiet ta’ monitoraġġ u ta’ segwitu, b’tali mod li r-riżorsi limitati tal-UPPE ma jiġux iddevjati mill-kompiti investigattivi u ta’ prosekuzzjoni tagħhom; iħeġġeġ lill-UPPE, fejn possibbli u xieraq, biex jinvolvi ruħu f’kooperazzjoni aħjar ma’ komponenti oħrajn tal-arkitettura tal-Unjoni kontra l-frodi, bħall-Eurojust u l-Europol, jew biex jimmonitorja r-riżultati tal-investigazzjonijiet tiegħu permezz tal-OLAF, is-Servizzi ta’ Koordinazzjoni Kontra l-Frodi stabbiliti fl-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jissottolinja r-rwol essenzjali tal-irkupru tal-assi fil-ħolqien ta’ deterrent kredibbli għall-kriminalità organizzata; jilqa’ l-parteċipazzjoni tal-UPPE f’networks internazzjonali biex javvanza aktar l-operazzjonijiet ta’ rkupru tal-assi tiegħu; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Kummissjoni tistieden lill-UPPE jipparteċipa fin-network ta’ kooperazzjoni li għadu kif inħoloq dwar l-irkupru u l-konfiska tal-assi; jinnota li l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni f’waqthom u effettivi ta’ reati relatati mal-frodi jistgħu jiġġeneraw iffrankar sinifikanti għall-baġit tal-Unjoni u għall-baġits tal-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Huwa mħasseb dwar l-għadd dejjem akbar ta’ investigazzjonijiet tal-UPPE rigward l-implimentazzjoni tal-Pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRPs) (kien hemm 233 investigazzjoni fi tmiem l-2023, meta mqabbla ma’ 15-il investigazzjoni fi tmiem l-2022) u d-dannu finanzjarju stmat rilevanti tagħhom (EUR 1,86 biljun); jinsab partikolarment imħasseb li, minkejja l-għadd kbir ta’ investigazzjonijiet, bħalissa ma hemm l-ebda obbligu fuq l-Istati Membri li jirrapportaw każijiet tal-RRF lill-Kummissjoni permezz tas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Irregolaritajiet (IMS); ifakkar fl-obbligu li jiġu rrapportati l-każijiet kollha ta’ frodi li jaffettwaw l-RRF lill-UPPE u jisħaq li tali każijiet huma rilevanti wkoll għall-miżuri relatati mal-EDES; jisħaq li l-ammont ta’ xogħol tal-UPPE, inizjalment sottovalutat, żdied b’mod sinifikanti u huwa mistenni li jkompli jikber b’mod partikolari minħabba l-għadd dejjem jikber ta’ każijiet relatati mal-RRF u li analiżijiet rilevanti jissuġġerixxu żieda esponenzjali possibbli fl-għadd ta’ każijiet ta’ frodi, korruzzjoni, finanzjament doppju u kunflitti ta’ interess fis-snin li ġejjin; jistieden lill-UPPE janalizza u jidentifika b’mod sistematiku x-xejriet ta’ frodi fl-Istati Membri fejn ġew identifikati diversi każijiet tal-RRF, u jikkomunika dawn ix-xejriet lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lit-Task Force għall-Irkupru u r-Reżiljenza, bl-objettiv li jissaħħu l-miżuri preventivi biex jittaffa r-riskju ta’ frodi; jistieden lill-UPPE, lill-Kummissjoni u lill-OLAF biex jikkooperaw mill-qrib bil-għan li jiġi mminimizzat kemm jista’ jkun l-impatt ta’ tali mġiba ħażina u frawdolenti fuq il-baġit tal-Unjoni u li jiġu ssalvagwardjati l-kisbiet tal-għanijiet tal-RRF; ifakkar l-appell tiegħu lill-Kummissjoni li tipprovdi gwida adegwata lill-UPPE dwar kif għandu jappoġġja u jrawwem l-adozzjoni tal-miżuri ta’ rimedju li jsegwu l-investigazzjoni indipendenti tal-UPPE u l-prosekuzzjoni tal-frodi li taffettwa l-RRF u li żżomm lill-awtorità baġitarja infurmata dwar l-għażliet disponibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jifhem li l-UPPE rreaġixxa għall-appell tal-Parlament għal sistema ta’ monitoraġġ aħjar u għal segwitu mtejjeb tal-investigazzjonijiet u tal-prosekuzzjonijiet billi nieda proġett dwar għodod statistiċi diġitali li jippermettu użu aħjar tad-data li huwa jipproċessa, u l-iżvilupp ta’ kapaċità ta’ analiżi strateġika biex jiġu identifikati x-xejriet tal-frodi; huwa tal-istess fehma tal-UPPE li s-suċċess ta’ dawk l-isforzi huwa marbut direttament mar-riżorsi disponibbli u jistieden lill-Kummissjoni tqis dawn l-attivitajiet u l-ispejjeż relatati għall-proposti futuri dwar ir-Regolament (UE) 2017/1939 u dwar id-dotazzjonijiet baġitarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Japprezza l-isforzi tal-UPPE biex jistabbilixxi indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) kemm għall-attivitajiet operazzjonali kif ukoll għal dawk amministrattivi b’miri speċifiċi minħabba l-mudell mhux tas-soltu tal-operat tiegħu; isostni r-rimarka tiegħu dwar il-ħtieġa li l-attivitajiet operazzjonali jinkludu referenza għall-ammonti sekwestrati, ikkonfiskati u eventwalment irkuprati għall-baġit tal-Unjoni, liema salvagwardja hija fl-aħħar mill-aħħar l-iskop l-aktar importanti tal-arkitettura tal-Unjoni kontra l-frodi, li l-UPPE huwa komponent importanti tagħha; jifhem li l-azzjoni ta’ monitoraġġ u ta’ segwitu, inkluż ir-rapportar dwar ir-riżultati tal-irkupru, mhijiex parti mill-ambitu tal-UPPE u tirrikjedi riżorsi u prerogattivi speċifiċi li mhumiex parti mill-missjoni tal-UPPE; jitlob lill-Kummissjoni tappoġġja lill-UPPE fl-identifikazzjoni tal-indikaturi marbuta mal-kisba ta’ dak il-kompitu essenzjali, filwaqt li jisħaq li sistema ta’ monitoraġġ aħjar, u aktar data bi granularità tajba u aggregata fi gruppi skont it-tipoloġija tal-imġiba ħażina, is-settur ta’ interess jew iż-żona ġeografika, jistgħu jippermettu li l-impatt tal-investigazzjonijiet tal-UPPE jkun aktar tanġibbli u li jiġu identifikati x-xejriet tal-frodi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Riżorsi umani, ugwaljanza u benesseri tal-persunal</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Josserva x-xejra ’l fuq fl-għadd tal-persunal, li żdied minn 58 fl-2020, għal 122 fl-2021, 217 sa tmiem l-2022 u 238 sa tmiem l-2023; huwa konxju li, għall-2023, l-UPPE talab lill-awtorità baġitarja s-soppressjoni ta’ 20 pożizzjoni għal aġenti kuntrattwali u l-ħolqien ta’ 20 pożizzjoni għal aġenti temporanji, li ngħataw u ġew implimentati mill-UPPE fl-istess sena, li jirriżultaw fl-għadd totali ta’ persunal li ma nbidilx (248, li minnhom 171 aġent temporanju, 48 aġent kuntrattwali u 29 espert nazzjonali sekondat), b’allokazzjoni differenti tal-pożizzjonijiet (191 aġent temporanju, 28 aġent kuntrattwali u 29 espert nazzjonali sekondat); jirrimarka li, madankollu, wara li ġew identifikati ċerti dgħufijiet fis-sigurtà, l-UPPE talab f’Mejju 2023 baġit emendatorju u pożizzjonijiet addizzjonali biex itejjeb is-sigurtà fiżika, tal-informazzjoni u ċibernetika fil-livelli ċentrali u deċentralizzati u li minn 21 pożizzjoni tas-sigurtà identifikati, ingħataw biss tmien pożizzjonijiet (1 AD 9, 4 AD 6 u 3 AST 3) f’Novembru 2023 għal implimentazzjonijiet ulterjuri tas-sigurtà li ġew iffinalizzati fl-2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jirrimarka li, fl-2023, ir-rata ta’ okkupazzjoni fl-uffiċċju ċentrali kienet ta’ 92,97 %, li minnha 238 kienu membri tal-persunal meta mqabbla ma’ 256 kariga bbaġitjata; jinnota li minn 140 kariga għall-EDPs, 130 kienu għadhom impjegati fi tmiem l-2023 u 10 oħra bdew fil-bidu tal-2024, fejn intlaħqet rata ta’ okkupazzjoni ta’ 100 %; josserva li l-UPPE saħħaħ il-kapaċità tiegħu li jmexxi proċeduri tar-reklutaġġ trasparenti u fi żmien xieraq billi kkonkluda 24 proċedura ta’ selezzjoni fl-2023, impjega 45 membru tal-persunal statutorju u 8 Prosekuturi Ewropej ġodda filwaqt li nħatru 35 EDP ġdid;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jinnota li, sa Diċembru 2023, id-dawran tal-impjegati (aġenti temporanji u aġenti kuntrattwali) kien ta’ 4,62 %<FOOTNOTE><FIELD> Skont ir-Rapport Annwali tal-Attività Konsolidat tal-2023, ir-rata tad-dawran kienet ta’ 5,9 % għall-aġenti temporanji u kuntrattwali.</FIELD></FOOTNOTE>, fejn ġew irreġistrati total ta’ 11-il riżenja matul is-sena, iġġustifikati prinċipalment billi dawn imxew f’istituzzjoni oħra (erba’ każijiet) u għal pożizzjonijiet aktar għoljin offruti f’istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni (seba’ każijiet); josserva li l-kawża sottostanti ewlenija għal dan id-dawran hija l-ispeċifiċità tas-suq tax-xogħol tal-Lussemburgu, li għandu riżerva ta’ talenti limitata ħafna u offerta żgħira ta’ ħiliet speċjalizzati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jirrikonoxxi l-isforzi tal-Kummissjoni biex tissodisfa t-talbiet tal-UPPE għal pożizzjonijiet addizzjonali; jemmen li l-perspettivi dwar il-volum tax-xogħol jindikaw li huma meħtieġa aktar riżorsi, speċjalment meta jitqiesu l-każijiet b’lura u dawk addizzjonali relatati mal-RRF u l-frodi estensiva tal-VAT u meta jitqies ukoll li l-funzjonijiet ta’ appoġġ amministrattiv u ċentrali mistennija jikbru, f’konformità mal-popolazzjoni operazzjonali akbar; jirrimarka r-riskju li jiġu ssottovalutati l-ħtiġijiet u l-kapaċitajiet; jirrimarka li l-ispejjeż tal-persunal <STRING ITALIC="on">interim</STRING> u tal-fornituri esterni tas-servizzi li ħadmu <STRING ITALIC="on">intra-muros</STRING> fl-2023 laħqu l-EUR 4 235 242; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-UPPE jsibu soluzzjoni sostenibbli fit-tul li tippermetti l-kontinwità, tippreserva l-kunfidenzjalità u żżomm il-kompetenzi interni; japprezza li l-ħtiġijiet operazzjonali addizzjonali tal-UPPE huma integrati b’mod eżawrjenti fid-Dokument Uniku ta’ Programmazzjoni tal-UPPE għall-2024-2026 u fit-talbiet baġitarji tal-UPPE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jinnota bi tħassib li s-suq tax-xogħol tal-Lussemburgu huwa kompetittiv ħafna, li l-kundizzjonijiet finanzjarji offruti mill-amministrazzjoni tal-Unjoni mhumiex attraenti meta mqabbla mas-suq lokali (soġġetti għal indiċjar divers tas-salarji matul is-sena), u ma jqisux kif xieraq l-għoli tal-ħajja elevat fil-Lussemburgu, li sar saħansitra aktar diffiċli minħabba r-rata tal-inflazzjoni u ż-żieda fil-kostijiet tal-akkomodazzjoni; jinnota li l-UPPE ma jistax joffri perkors tal-karriera għall-membri tal-persunal tiegħu biex isiru Uffiċjali tal-Unjoni u li l-pożizzjonijiet tiegħu huma għalhekk saħansitra anqas attraenti minn dawk fl-erba’ istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni li joperaw mil-Lussemburgu; jenfasizza li dan jirriżulta jew f’għadd limitat ħafna ta’ applikazzjonijiet għall-pożizzjonijiet vakanti jew fir-rifjut mill-kandidati magħżula tal-offerta tax-xogħol ladarba jirċevuha, minħabba l-għoli tal-ħajja elevat; jistieden lill-UPPE u lill-Kummissjoni jimplimentaw miżuri li jsaħħu l-attraenza tal-UPPE għal professjonisti b’ħiliet għolja b’esperjenza internazzjonali, bħall-allowance għall-akkomodazzjoni għal persunal ta’ grad aktar baxx approvat mill-awtorità baġitarja għall-2025, kif irrakkomandat mill-Grupp Interistituzzjonali ta’ Livell Għoli; jinnota r-rappreżentanza żejda ta’ ċerti nazzjonalitajiet fost il-persunal;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jinnota li, fi tmiem l-2023, il-bilanċ ġeografiku u bejn il-ġeneri ġie segwit b’mod adegwat b’mod ġenerali fost il-238 membru tal-persunal (b’137 raġel u 101 mara); isostni li d-diżaggregazzjoni skont in-nazzjonalità tal-popolazzjoni tal-UPPE tiġi mmonitorjata b’mod kostanti minn dawk li jimpjegaw membri ġodda tal-persunal, biex ifittxu li jiżguraw bilanċ, speċjalment, fid-dawl tad-distribuzzjoni mhux uniformi tal-applikanti, fejn l-Italja (34), ir-Rumanija (33), il-Greċja (26) u l-Belġju (24) huma l-aktar rappreżentati fost is-26 nazzjonalità differenti; iħeġġeġ lill-UPPE jadotta miżuri proattivi biex jiżgura rappreżentanza bbilanċjata tan-nazzjonalitajiet fost il-persunal tiegħu, li tirrifletti d-diversità tal-Istati Membri parteċipanti; jesprimi tħassib dwar id-distribuzzjoni tal-ġeneru fost il-pożizzjonijiet maniġerjali superjuri (erba’ rġiel u mara waħda) u jitlob li din il-kwistjoni tiġi indirizzata fil-qafas tal-istrateġija ġenerali dwar id-diversità; jitlob il-pubblikazzjoni ta’ rapport annwali, diżaggregat skont il-ġeneru, in-nazzjonalità u l-kategorija tal-impjieg, inklużi miżuri konkreti biex jingħalqu d-distakki fir-reklutaġġ u fl-avvanz fil-karriera u biex jiġu mmonitorjati u indirizzati l-iżbilanċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Huwa konxju li d-deċiżjoni biex tiġi implimentata strateġija dwar id-Diversità u l-Inklużjoni ttieħdet fl-2023, bl-iżvilupp tal-istrateġija għandu jsir matul l-2024; iħeġġeġ lill-UPPE javvanza bl-adozzjoni tiegħu u jniedi perjodikament stħarriġ fost il-persunal tiegħu, billi jippromwovi rieżami bejn il-pari ma’ komponenti oħra tal-arkitettura tal-Unjoni kontra l-frodi, bħall-Eurojust, l-OLAF u l-Europol; jifhem li l-politika tal-UPPE dwar id-Diversità u l-Inklużjoni se tkun ibbażata fuq il-Karta tan-Network tal-Aġenziji tal-UE dwar id-Diversità u l-Inklużjoni, adottata f’Marzu 2023, u jemmen li b’mod ġenerali din se tħeġġeġ id-diversità biex il-post tax-xogħol isir aktar attraenti għal kandidati bi bżonnijiet speċifiċi; itenni t-talba tiegħu lill-UPPE biex jadotta l-Karta tiegħu dwar id-Diversità u l-Inklużjoni mingħajr dewmien, fid-dawl taż-żieda fil-persunal matul l-2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jirrimarka li, inklużi l-aġenti temporanji, l-aġenti kuntrattwali, l-SNEs u l-EDPs, 341 minn 396 membru tal-persunal (meta mqabbla ma’ 275 minn 332 fl-2022) ġew assenjati f’attivitajiet investigattivi sa tmiem l-2023 (jiġifieri 86,10 % meta mqabbla ma’ 82,83 % fl-2022 u 86 % fl-2021) filwaqt li 55 membru tal-persunal (meta mqabbla ma’ 57 fl-2022) kienu involuti f’funzjonijiet ta’ appoġġ amministrattiv u ta’ kontroll;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jilqa’ l-ħatra ta’ tmien Prosekuturi Ewropej ġodda u 35 Prosekutur Delegat Ewropew ġdid għall-UPPE fl-2023; itenni li l-UPPE jista’ jaqdi r-rwol tiegħu biss jekk igawdi minn indipendenza ġudizzjarja sħiħa, li tirriżulta minn proċedura ta’ ħatra oġġettiva u bbażata fuq il-mertu; iħeġġeġ lill-Istati Membri jikkontribwixxu għall-indipendenza sħiħa tal-UPPE f’dak ir-rigward;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Isostni li l-ħatra tal-EDPs hija responsabbiltà kondiviża tal-UPPE u tal-Istati Membri; jisħaq li l-proċedura tal-ħatra trid dejjem tkun konformi mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2017/1939 u mal-prinċipju tal-awtonomija proċedurali nazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa ta’ opportunitajiet akbar ta’ żvilupp tal-karriera għall-EDPs biex jattiraw u jżommu professjonisti b’esperjenza; jappella għal kundizzjonijiet ta’ impjieg imtejba, inkluż perkors ċar ta’ progressjoni tal-karriera u l-istandardizzazzjoni tal-arranġamenti tas-sigurtà soċjali u tal-pensjonijiet fl-Istati Membri parteċipanti kollha, filwaqt li jiġi żgurat li d-diskrepanzi fis-salarji nazzjonali ma jiskoraġġux lill-kandidati kwalifikati milli japplikaw;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Japprezza li, matul l-2023 u fil-bidu tal-2024, l-għadd ta’ EDPs laħaq in-numru inizjalment previst ta’ 140; jilqa’ d-deċiżjoni li r-remunerazzjoni tal-EDPs tiġi allinjata ma’ dik tal-Uffiċjali tal-UE ta’ livell ekwivalenti ta’ responsabbiltà, minflok ma tkun 80 % tas-salarju tal-Uffiċjali tal-UE, kif previst oriġinarjament; huwa tal-fehma li din id-deċiżjoni żżid l-attraenza tal-funzjoni tal-EDP, u twitti t-triq għar-reklutaġġ ta’ prosekuturi nazzjonali aktar esperjenzati li s-salarju nazzjonali tagħhom kien ogħla mir-remunerazzjoni offruta mill-UPPE, u sadanittant din tnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-UPPE għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 16(1) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-EDPs, li jipprevedi li, fil-każ ta’ remunerazzjoni netta totali aktar baxxa mis-salarju nazzjonali, għandu jiġi pprovdut ammont supplimentari biex jiġi żgurat li r-remunerazzjoni tkun taqbel mal-livell preċedenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jissottolinja li l-proċess ta’ selezzjoni għall-Prosekuturi Ewropej u għall-EDPs mhuwiex ġestit b’mod awtonomu mill-UPPE, peress li l-Prosekuturi Ewropej jiġu nnominati mill-Istati Membri u mbagħad jinħatru mill-Kunsill Ewropew, filwaqt li l-EDPs jiġu nnominati mill-Istati Membri u jinħatru mill-Kulleġġ; isostni li l-applikazzjoni minn kandidati kwalifikati għall-pożizzjonijiet ta’ EDP tista’ tiżdied u li l-proċess jista’ jsir aktar selettiv billi tiġi adottata perspettiva ċara tal-karriera u dixxiplina amministrattiva aktar favorevoli dwar il-kopertura tas-sigurtà soċjali u tal-assigurazzjoni tas-saħħa; itenni li l-ħolqien ta’ status speċifiku għall-EDPs ikun konsistenti man-natura tal-funzjoni ġudizzjarja tagħhom u jikkontribwixxi biex jagħmel dawk il-pożizzjonijiet aktar attraenti; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi soluzzjonijiet adegwati fil-każ li jiġi emendat ir-Regolament (UE) 2017/1939;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jifhem li kull Stat Membru huwa obbligat (skont l-Artikolu 96(6) tar-Regolament (UE) 2017/1939) li jistabbilixxi arranġamenti ta’ natura leġiżlattiva jew amministrattiva biex iżomm l-affiljazzjoni u l-kopertura tal-EDPs, inkluża kwalunkwe kontribuzzjoni għall-iskemi nazzjonali rilevanti tas-sigurtà soċjali, tal-pensjoni u tal-assigurazzjoni, iżda għadd ta’ Stati Membri għadhom ma kkonformawx bis-sħiħ ma’ dan l-obbligu; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tipproponi soluzzjoni effettiva għad-differenza fil-kopertura tas-sigurtà soċjali u tal-assigurazzjoni tas-saħħa tal-EDPs fir-reviżjoni tar-Regolament (UE) 2017/1939;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jinnota li tressqu ħames ilmenti dwar il-ħatra tal-EDPs quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja sal-2023, li tlieta minnhom ingħalqu (ma ntlaqgħux jew ġew irtirati) u wieħed ma ntlaqax, iżda bħalissa hemm appell pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, u l-aħħar azzjoni għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kulleġġ li tirrifjuta n-nomina bħala EDP ta’ persuna nominata minn Stat Membru ġiet ammessa f’Lulju 2024 fuq bażi ta’ nuqqas ta’ raġunament suffiċjenti fid-deċiżjoni tal-Kulleġġ u bħalissa għaddejja analiżi dwar il-mod kif għandu jiġi implimentat l-annullament; josserva li ma hemm l-ebda lment ġdid quddiem il-Qorti Ġenerali dwar il-ħatriet fl-UPPE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jinnota li l-istrateġija tal-UPPE għat-tagħlim u l-iżvilupp tnediet fl-2023, bil-għan li tippromwovi kultura ta’ tagħlim kontinwu u li tiffaċilita l-valutazzjoni u l-adattament kontinwi tal-ħtiġijiet tat-tagħlim li jevolvu tal-persunal, flimkien mal-analiżi pilota tal-ħtiġijiet tat-tagħlim;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jinnota, fir-rigward tal-miżuri u l-politiki fis-seħħ biex jissalvagwardjaw il-benesseri fiżiku u mentali tal-persunal, li fl-2023 il-miżuri kollha kienu soġġetti għal reviżjoni u konsultazzjoni mill-partijiet ikkonċernati involuti kollha (il-kumitat tal-persunal, il-membri tal-persunal b’mod ġenerali, u l-maniġment), bil-għan li jinstab bilanċ bejn l-aspettattivi u r-realtà tal-UPPE bħala organizzazzjoni li qed tikber u tinbidel malajr; josserva li hemm l-UPPE jopera skema ta’ ħin flessibbli u skema standard ta’ xogħol mid-dar, li tipprevedi jum wieħed ta’ telexogħol fil-ġimgħa bħala bażi u massimu ta’ tlett ijiem fil-ġimgħa, flimkien ma’ estensjonijiet aċċettati fid-dawl ta’ limitazzjonijiet serji tas-saħħa jew tal-familja; jirrimarka li l-qafas attwali jinkludi wkoll 10 ijiem xogħol minn barra l-post tax-xogħol f’sena partikolari, li għandhom jintużaw mingħajr rabta ma’ jiem oħra tal-liv; jemmen li l-kundizzjonijiet tax-xogħol attwali tal-UPPE jippermettu lill-persunal jieħu vantaġġ minn soluzzjonijiet diġitali billi jintegraw livell tajjeb ta’ awtonomija fil-ġestjoni tat-tendenzi tax-xogħol, jiffaċilitaw il-konċiljazzjoni tal-ħajja privata u tax-xogħol u jippromwovu l-moral u l-ispirtu tat-tim; jilqa’ l-iżvilupp li għaddej bħalissa ta’ politika dwar il-benesseri li għandu jkun fiha taqsima dwar il-benesseri għall-persunal li jibbenefika mit-telexogħol;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jenfasizza li, kif issuġġerit mill-Parlament, fit-tieni semestru tal-2023 saret konsultazzjoni miftuħa dwar arranġamenti tax-xogħol flessibbli, u d-deċiżjonijiet adottati fl-2021 u l-2022 għaddew minn reviżjoni <STRING ITALIC="on">ex post</STRING>; jinnota li b’kunsiderazzjoni tal-input tal-partijiet ikkonċernati kollha, f’Diċembru 2023 id-Direttur Amministrattiv inkorpora l-aġġornamenti għad-dispożizzjonijiet; jinnota li l-bidliet kienu jinkludu t-tkabbir tal-kunċett ta’ “post tat-telexogħol” (minn raġġ ta’ ħin/distanza li jvarja minn sagħtejn sa sagħtejn u nofs madwar l-uffiċċju ċentrali tal-UPPE), u l-introduzzjoni ta’ arranġamenti tax-xogħol ibridu għall-persunal <STRING ITALIC="on">interim</STRING> tal-aġenzija; josserva li ma ġiet adottata l-ebda bidla ulterjuri mid-deċiżjonijiet tal-Kulleġġ, filwaqt li jqis li d-deċiżjonijiet tad-Direttur Amministrattiv kienu diġà ppromulgaw il-konklużjonijiet tal-konsultazzjonijiet mal-persunal;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jinnota li, wara l-appelli tal-Parlament, qed jiġi ppjanat stħarriġ dwar is-sodisfazzjon (l-involviment) tal-persunal fl-ewwel trimestru tal-2025; jifhem li l-kumitat tal-persunal tal-UPPE wettaq ukoll stħarriġ dwar il-prijoritajiet tal-persunal, u jħeġġeġ djalogu aktar intensiv biex jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-ħajja privata;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li ma ġie rrapportat l-ebda każ ta’ burnout jew ta’ fastidju u li l-għadd ta’ liv fit-tul minħabba mard huwa limitat ħafna; jilqa’ l-għarfien tal-UPPE dwar id-dmir tiegħu li jiżgura l-promozzjoni u l-preservazzjoni tas-saħħa u tal-benesseri fost il-persunal, kif ukoll il-prattiki ta’ monitoraġġ biex jinkiseb tali fehim li jqis il-liv annwali li ma tteħidx, it-trasferiment ’il quddiem tal-liv u tal-assenzi annwali, l-għadd ta’ persunal fuq liv fit-tul minħabba mard u d-durata tal-assenzi; ifakkar fl-importanza li tiġi stabbilita proċedura ċara u strutturata għar-rapportar ta’ każijiet ta’ fastidju mill-Kap Prosekutur Ewropew u mill-Prosekuturi Ewropej, kif ukoll id-divulgazzjoni tagħha lill-persunal kollu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Josserva li fil-bidu tal-2023, l-uffiċċju ċentrali tal-UPPE wettaq proġett pilota għat-traineeships u s-settur tas-servizzi legali tal-UPPE laqa’ żewġ trainees segwiti minn tnejn oħra f’Marzu u f’Settembru 2023 għal traineeships ta’ ħames xhur bi preżenza fiżika u remunerati; jinnota li, abbażi tal-konklużjonijiet pożittivi tal-proġett pilota, ġiet abbozzata politika dwar it-traineeships u din ġiet approvata fl-2024, segwita mill-ewwel ċiklu ta’ trainees effettivi fl-istess sena; jilqa’ l-inizjattiva biex jitnieda tiswir tar-relazzjonijiet sperimentali mal-università lokali u jekk dan ikun ta’ suċċess, jitlob li jiġi estiż għal universitajiet oħra madwar l-UE, li jista’ joffri perspettivi interessanti biex jiġu żviluppati aktar il-programmi ta’ talent għal min għadu jibda għad-diversità; jisħaq li l-għoli tal-ħajja fil-Lussemburgu jirrappreżenta ostaklu sinifikanti għal trainees potenzjali; jenfasizza li t-traineeships għandhom jiġu remunerati f’konformità mar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Ġunju 2023 b’rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar Traineeships ta’ Kwalità fl-Unjoni (2020/2005 (INL)), li titlob li l-internships kollha fl-Ewropa għandhom joffru ħlas;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jilqa’ l-attività intensa tal-kumitat tal-persunal, l-adozzjoni finali tar-regoli ta’ proċedura interni tiegħu, it-tnedija tal-ewwel jum għall-pubbliku tal-kumitat tal-persunal, it-tnedija tal-ewwel stħarriġ tal-persunal għall-UPPE kollu, il-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti tiegħu fil-proċeduri ta’ selezzjoni, ir-reviżjoni retroattiva tad-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni ġenerali kollha adottati mill-UPPE qabel l-istabbiliment tal-kumitat tal-persunal, it-tressiq tal-input dwar ir-riorganizzazzjoni interna, il-ħin tax-xogħol u x-xogħol ibridu, ir-regoli ta’ implimentazzjoni u t-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jifhem li l-UPPE qed javvanza lejn il-finalizzazzjoni ta’ pjan għall-kontinwità tal-operat, li huwa inkluż fl-istandards ta’ ġestjoni tal-amministrazzjoni tal-Unjoni, u jħeġġeġ lill-UPPE jadottah mingħajr aktar dewmien;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Qafas etiku u trasparenza</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jifhem li l-qafas etiku tal-UPPE qed jinbena gradwalment; josserva li l-valuri ewlenin ta’ dak il-qafas etiku huma stabbiliti b’mod ċar f’kodiċijiet ta’ kondotta, li jiddeskrivu l-istandards ta’ mġiba mistennija mill-impjegati fil-livelli kollha; josserva wkoll li l-qafas etiku jiddependi mill-kodiċi ta’ mġiba amministrattiva tajba tal-UPPE, l-istrateġija tiegħu kontra l-frodi u programm ta’ taħriġ dwar l-etika, li jinkludi l-fastidju, l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta, il-prevenzjoni ta’ kunflitti ta’ interess u kwistjonijiet etiċi oħrajn; jiddispjaċih li l-membri tal-persunal tal-UPPE mhumiex meħtieġa jattendu dak il-programm ta’ taħriġ, li jiżgura fehim u applikazzjoni konsistenti tal-kodiċijiet ta’ kondotta tal-UPPE; jistieden lill-UPPE jirrimedja s-sitwazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jinnota l-involviment tal-UPPE f’azzjonijiet ta’ sensibilizzazzjoni fost il-persunal dwar il-qafas etiku u kwistjonijiet relatati; iħeġġeġ lill-UPPE jagħmel l-attendenza obbligatorja għal tali sessjonijiet minn Prosekuturi Ewropej u minn EDPs meta jassumu d-dmirijiet tagħhom; jemmen li d-djalogu intern jeħtieġ li jiġi intensifikat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jinnota li fl-2023 ma ġie identifikat l-ebda każ effettiv ta’ kunflitt ta’ interess; huwa konxju li ġew stabbiliti formoli apposta għad-dikjarazzjoni tal-kunflitt ta’ interess u hemm fis-seħħ regoli dwar il-kunflitt ta’ interess għall-membri tal-Kulleġġ, l-EDPs, il-membri tal-persunal tal-unitajiet operazzjonali, u għal pożizzjonijiet sensittivi oħrajn; jilqa’ l-iżvilupp kontinwu ta’ politika strutturata dwar il-kunflitt ta’ interess u jistieden lill-UPPE jiffinalizza l-adozzjoni tagħha; jitlob l-implimentazzjoni ta’ aġġornament annwali obbligatorju ta’ kors ta’ taħriġ dwar l-etika u l-integrità għall-persunal kollu tal-UPPE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Iħeġġeġ lill-UPPE jsaħħaħ il-qafas ta’ integrità interna tiegħu billi jawtorizza d-divulgazzjoni pubblika tal-interessi finanzjarji u l-attivitajiet esterni kollha tal-uffiċjali għolja, inklużi l-membri tal-Kulleġġ; jitlob li jsir awditu perjodiku ta’ dawn id-divulgazzjonijiet biex jiġu identifikati u mmitigati r-riskji potenzjali ta’ influwenza indebita;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Jifhem li l-UPPE jfittex li jipprevjeni r-revolving doors b’mod partikolari billi japprova l-applikazzjoni stretta tad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal, li huma stabbiliti fil-kuntratti kollha tal-UPPE, inklużi l-formoli tal-ħruġ <STRING ITALIC="on">ad hoc</STRING> li jindikaw l-obbligi li japplikaw wara t-terminazzjoni tal-inkarigu; jilqa’ f’dan ir-rigward l-adozzjoni, fl-2023, tal-Linji Gwida għall-Persunal tal-UPPE dwar Attivitajiet u Kompiti Esterni, li japplikaw għal attivitajiet li mhumiex meqjusa bħala relatati ma’ passatempi ta’ attivitajiet rikreattivi barra mill-ambitu tal-UPPE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Jitlob l-introduzzjoni ta’ politika ta’ revolving door aktar robusta, inkluż perjodu estiż ta’ preklużjoni ta’ mill-anqas sentejn għall-uffiċjali għolja tal-UPPE qabel ma jkunu jistgħu jinvolvu ruħhom f’impjieg fis-settur privat relatat mal-investigazzjonijiet tal-UPPE; jitlob li l-UPPE jwettaq rieżami annwali tal-konformità ma’ dawn ir-restrizzjonijiet ta’ wara l-impjieg;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Jistieden lill-UPPE jadotta proċedura apposta għall-iżvelar ta’ informazzjoni protetta u kontra r-ritaljazzjoni biex jintegra r-regoli ta’ implimentazzjoni fir-Regolamenti tal-Persunal adottati mill-Kulleġġ (id-Deċiżjoni tal-Kulleġġ 2021/077 li tistabbilixxi linji gwida dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta applikabbli fi ħdan l-UPPE) u jakkumpanja l-Artikolu 45.12 tar-Regoli Finanzjarji tal-UPPE (li jistabbilixxu l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu fiċ-ċirkostanzi) sabiex jiġi żgurat post tax-xogħol sikur u protett; jilqa’ l-inizjattiva li tiġi intensifikata l-komunikazzjoni interna dwar l-ewwel network ta’ konsulenti kunfidenzjali u dwar id-dispożizzjonijiet kontra l-fastidju u għall-Assistenti Nazzjonali kollha tal-Prosekuturi Delegati Ewropej (NEDPAs) dwar il-mekkaniżmu tal-iżvelar ta’ informazzjoni protetta għal ksur kontra l-mandat tal-UPPE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Diġitalizzazzjoni, Ċibersigurtà u protezzjoni tad-data</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Jiddeplora s-sitwazzjoni tal-UPPE fil-qasam tal-awtonomija tal-IT tiegħu, li hija affettwata b’mod negattiv mid-deċiżjoni tad-Direttorat Ġenerali għas-Servizzi Diġitali tal-Kummissjoni (“DĠ Servizzi Diġitali”, li qabel kien DIGIT) li jitwaqqaf il-forniment ta’ servizzi tal-ambjent tax-xogħol diġitali; jirrimarka li l-awtonomija tal-IT tal-UPPE tirrikjedi riżorsi umani u finanzjarji addizzjonali li sa issa ma ngħatawx minħabba l-limitazzjoni imposta mir-riżorsi baġitarji disponibbli b’mod ġenerali fil-linji kkonċernati; jesprimi dispjaċir, minħabba r-riskji għall-attivitajiet operazzjonali tiegħu, għall-fatt li l-UPPE kellu jistabbilixxi l-kapaċità tas-servizzi diġitali proprja tiegħu biex jakkomoda r-riżorsi umani addizzjonali li ngħata fid-dawl tal-parteċipazzjoni tal-Polonja u tal-Iżvezja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Jinnota li l-approċċ inizjali tal-UPPE kien li jagħti prijorità lir-riżorsi dwar l-istabbiliment u l-ħidma ta’ servizzi diġitali essenzjali marbuta mal-attivitajiet operazzjonali tiegħu, bħas-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet tiegħu, filwaqt li jagħraf li s-servizzi diġitali tal-UPPE, li, tal-anqas, huma parzjalment diverġenti minn dawk tal-Kummissjoni, kienu jkunu jeħtieġu, f’nofs it-terminu, approċċ imfassal apposta; josserva li l-interruzzjoni tas-servizz mill-Kummissjoni sseħħ fil-fażi kruċjali tal-konsolidazzjoni tal-istabbiliment tal-UPPE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>69.</NO.P>Jifhem li, fl-2023, l-unità tal-IT, tas-Sigurtà u tas-Servizzi Korporattivi tal-UPPE kompliet l-implimentazzjoni ta’ żewġ programmi ewlenin: il-Programm għall-Awtonomija tal-IT, biex joffri katalgu komplut ta’ servizzi amministrattivi tal-IT ġestiti kompletament internament, u l-programm CMS tal-UPPE, biex jiżviluppa aktar id-diġitalizzazzjoni tal-organizzazzjoni fil-linja ta’ azzjoni ewlenija tagħha; jirrikonoxxi li fl-2023, l-UPPE kompla jipprepara għat-tranżizzjoni gradwali minn post tax-xogħol diġitali pprovdut mid-DĠ Servizzi Diġitali għal soluzzjoni operata mill-UPPE u li tkun il-proprjetà tiegħu; huwa konxju li r-riżorsi meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din il-bidla, għalkemm kienu inklużi fit-talba baġitarja tal-UPPE għall-2023, ma ngħatawx mill-awtorità baġitarja; jinnota li wara d-dikjarazzjoni tad-DĠ Servizzi Diġitali, l-UPPE beda n-negozjati biex ifittex soluzzjoni li għadha ma nstabitx;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>70.</NO.P>Japprezza l-fatt li l-Kummissjoni estendiet temporanjament il-forniment ta’ servizzi tal-IT sa Ġunju 2025 iżda jsostni li l-esternalizzazzjoni ta’ dawk is-servizzi mhijiex l-aqwa soluzzjoni fis-sitwazzjoni attwali; jifhem li mhux biss l-argumenti relatati mas-sigurtà u mal-kunfidenzjalità, iżda wkoll l-aspetti purament finanzjarji, jissuġġerixxu li d-deċiżjoni għandha titqies mill-ġdid, peress li l-esternalizzazzjoni tidher li tiswa ħafna aktar mis-soluzzjoni interna, u l-adozzjoni ta’ din tal-aħħar, wara li d-DĠ Servizzi Diġitali jieqfu jipprovdu s-servizzi tagħhom, tkun ġestita mill-UPPE; jisħaq li, biex tiġi implimentata s-soluzzjoni interna preferuta, l-aspetti amministrattivi kumplessi, in-nuqqas ta’ esperjenza tal-UPPE u l-konfigurazzjoni deċentralizzata tal-UPPE mal-EDPs u l-NEDPAs f’diversi postijiet madwar l-Unjoni, se jirrikjedu baġit aktar rilevanti u perjodu ta’ tranżizzjoni twil;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>71.</NO.P>Itenni l-appell tiegħu lid-DĠ Servizzi Diġitali biex ma jwaqqafx l-appoġġ tiegħu lill-UPPE sa ma l-UPPE jkollu s-sistema tal-IT affidabbli proprja tiegħu; iqis li dan huwa essenzjali biex jiġi evitat it-telf tad-data u biex l-UPPE jibqa’ kompletament operazzjonali fit-tranżizzjoni bejn il-fornituri tas-servizzi tal-IT; isostni li għandhom jiġu żgurati l-komunikazzjoni ċara u l-koordinazzjoni operazzjonali dwar it-tranżizzjoni li jinvolvu l-ogħla livelli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni u tal-UPPE; jitlob lill-Kummissjoni u lill-UPPE jaqblu dwar trasferiment gradwali tal-kompetenzi għal tranżizzjoni bla xkiel u kontinwa fil-perjodu wara l-estensjoni, li jista’ jiġi estiż wara Ġunju 2025;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>72.</NO.P>Josserva li t-talbiet tal-UPPE għal pożizzjonijiet addizzjonali permanenti biex jimtela l-vojt li jirriżulta mill-waqfien tad-DĠ Servizzi Diġitali ġew irrifjutati, f’Jannar 2023, meta l-UPPE talab tabella ta’ 45 membru tal-persunal, u fl-aħħar ta’ Frar 2024, meta ġew irrifjutati talba għal baġit emendatorju tal-2024 għal EUR 2,98 miljun u 37 pożizzjoni fit-tabella tal-persunal; jinnota li s-soluzzjoni tar-reklutaġġ ta’ kuntratturi <STRING ITALIC="on">intra-muros</STRING> tista’ tkun parti minn soluzzjoni <STRING ITALIC="on">interim</STRING> biex jiġi indirizzat il-waqfien tad-DĠ Servizzi Diġitali, iżda filwaqt li dak l-approċċ joffri kontinwità operazzjonali immedjata, dan ma għandux jitqies bħala soluzzjoni definittiva għall-UPPE, filwaqt li jitqiesu n-natura estremament sensittiva tal-attivitajiet tiegħu u l-ħtieġa li jiġu żgurati l-kontinwità u l-affidabbiltà tas-servizzi diġitali tiegħu, kif ukoll l-ogħla livell ta’ sigurtà tal-infrastruttura, tas-sistemi u tat-tagħmir tal-IT tiegħu; huwa tal-fehma li ċ-ċaħda tat-talbiet baġitarji tal-UPPE hija indikattiva tad-differenzi fil-valutazzjoni tal-problema, li għandha impatt negattiv fuq l-attivitajiet operazzjonali tal-UPPE u tirrappreżenta riskju potenzjali għar-reputazzjoni għall-Unjoni f’każ li din tirriżulta fl-indeboliment tal-kapaċità operazzjonali tal-UPPE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>73.</NO.P>Jifhem li kull EDP għandu juża kwalunkwe CMS nazzjonali u tal-UPPE, li huma bażijiet tad-data differenti rregolati minn drittijiet ta’ aċċess differenti; jemmen li din is-sitwazzjoni żżid il-kumplessità ta’ kuljum fil-ġestjoni tad-data; huwa wkoll konxju li biex ikunu jistgħu jsiru l-ipproċessar u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn is-servizzi ċentrali tal-EDPs u tal-UPPE, il-fajls tal-każijiet kollha jeħtieġ li jiġu diġitalizzati mill-EDPs permezz ta’ għodod diġitali nazzjonali u f’konformità mal-liġi nazzjonali; japprezza, f’dan ir-rigward, il-ħolqien formali tal-istatus tan-NEDPA fiċ-ċart tal-organizzazzjoni uffiċjali li jippermetti l-għoti ta’ aċċess għan-NEDPAs (il-persunal tal-uffiċċju nazzjonali) direttament lis-CMS tal-UPPE, u b’hekk jitneħħa l-piż minn fuq l-EDPs tal-kompiti amministrattivi u tinħoloq bażi għal aktar preċiżjoni u konsistenza tad-data tal-każijiet bejn iż-żewġ sistemi ta’ ġestjoni tal-każijiet; huwa tal-fehma li t-triq lejn l-integrazzjoni bejn is-CMS tal-UPPE u s-sistemi ta’ ġestjoni tal-każijiet nazzjonali tiġi ffaċilitata permezz ta’ reviżjoni xierqa tar-regolament u li dawn il-passi jżidu l-effettività tal-investigazzjonijiet tal-UPPE; jinnota, madankollu, li tali integrazzjoni tista’ tkun primarjament kwistjoni ta’ soluzzjonijiet teknoloġiċi kompatibbli użati fl-Istati Membri differenti u marbuta mal-livell attwali tad-diġitalizzazzjoni tal-proċedimenti ġudizzjarji f’dawk l-Istati Membri; josserva li l-piż tal-ispejjeż inerenti bħalissa huwa kondiviż, u li l-baġit nazzjonali jkopri l-kostijiet tat-tagħmir meħtieġ għall-interazzjoni mas-sistemi ta’ ġestjoni tal-każijiet nazzjonali, u l-baġit tal-UPPE jkopri l-hardware u l-istabbiliment ta’ ambjent tax-xogħol diġitali li jkun sikur bl-istess standard bħal dak tal-persunal tal-uffiċċju ċentrali tal-UPPE u li jitqies bħala parti mill-kostijiet ta’ komunikazzjoni operazzjonali previsti mir-Regolament (UE) 2017/1939;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>74.</NO.P>Jifhem li l-interoperabbiltà hija importanti biex jinkisbu l-iskambju tad-data u l-kooperazzjoni effiċjenti u li sabiex jiġu adottati ftehimiet komuni minimi dwar l-iskambju tad-data u l-implimentazzjoni ta’ għodod ta’ interoperabbiltà ġudizzjarja, Proġett e-CODEX tal-UPPE dwar Każ ta’ Użu, li nbeda fl-2023, involva diversi workshops mal-Konsorzju e-CODEX biex ikun hemm qbil dwar ir-rekwiżiti tekniċi u funzjonali; jesprimi dispjaċir għall-fatt li, wara diversi workshops mal-Konsorzju e-CODEX, il-proġett twaqqaf għal ftit biex jippermetti t-tranżizzjoni għall-maniġer tal-programm e-CODEX il-ġdid, l-eu-LISA, u minħabba n-nuqqas ta’ riżorsi tal-UPPE b’għarfien espert f’dan il-qasam; jistieden lill-Kummissjoni taġixxi bħala faċilitatur għall-progress ulterjuri fil-proġett u tqis ukoll dawk l-azzjonijiet fl-istima tal-ħtiġijiet baġitarji tal-UPPE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>75.</NO.P>Huwa konxju tat-theddida akbar għall-integrità strutturali tal-IT tal-UPPE li tirriżulta mill-aggressività tal-kriminalità organizzata, li jiġġieled kontriha l-UPPE, u li tirriżulta fil-ħtieġa li tiżdied is-sigurtà fiżika u diġitali; jinnota li fl-2023, l-UPPE ffoka biex itejjeb il-governanza tas-sigurtà tiegħu; japprezza d-deċiżjoni tal-UPPE li joħloq unità apposta biex tindirizza s-sigurtà ċibernetika u fiżika; josserva li l-UPPE ħejja qafas li jinkludi proċessi, rwoli u responsabbiltajiet u politiki ġodda biex tiżdied is-sigurtà tas-sistemi diġitali li jintużaw għall-immaniġġjar ta’ data operazzjonali u amministrattiva; jifhem li saru diversi valutazzjonijiet tar-riskju biex jiġi vvalutat il-qafas għas-sigurtà tas-sistemi diġitali li ssuġġerew l-implimentazzjoni ta’ miżuri tekniċi u ta’ governanza addizzjonali biex jittejjeb l-ambjent tas-sigurtà tal-UPPE; jirrimarka li l-qafas ta’ politika ttejjeb fiċ-ċirkostanza, billi fl-2023 ġew proposti strateġija tas-sigurtà u politika dwar is-sigurtà tal-informazzjoni globali u dawn ġew approvati u adottati formalment fl-2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>76.</NO.P>Josserva li l-UPPE lesta, fl-2023, l-istabbiliment ta’ punti ta’ kuntatt għas-sigurtà fl-Istati Membri parteċipanti kollha biex itejjeb il-kooperazzjoni fuq kwistjonijiet ta’ sigurtà għall-persunal u għall-uffiċċji tal-UPPE li jinsabu f’dawk l-Istati Membri; jilqa’ l-ftehim dwar il-livell ta’ servizz stabbilit mas-CERT-UE li jipprovdi appoġġ u monitoraġġ għal servizzi speċifiċi għal kwistjonijiet relatati mar-rispons għal inċidenti; jissottolinja li s-sistema użata għall-valutazzjoni tar-riskju u għar-rapportar tal-inċidenti hija strutturata sew u t-taħriġ jingħata b’mod effettiv; japprezza l-valutazzjoni esterna mwettqa għas-sigurtà fiżika li s-sejbiet tagħha ssarrfu fi pjan direzzjonali għal titjib mill-pajjiż ospitanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>77.</NO.P>Ifaħħar il-progress sinifikanti li sar fl-2023 lejn l-implimentazzjoni ta’ ċentru tad-data ta’ backup u l-użu ta’ xenarju ta’ rkupru minn diżastri assoċjat; japprezza, f’dak ir-rigward, l-iżvilupp mill-UPPE tal-ekosistema għall-ġestjoni tal-każijiet proprja tiegħu, li l-komponenti tagħha jinsabu kollha fiċ-ċentru tad-data tal-UPPE u huma ġestiti mill-persunal tal-UPPE, u dan jiggarantixxi l-kontroll, iż-żamma u s-sjieda mill-UPPE tas-sistemi u tad-data pproċessata;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>78.</NO.P>Jirrikonoxxi l-ħtieġa tal-UPPE għal tagħmir u sistemi tal-IT aġġornati biex jittratta reati dejjem aktar ikkumplikati li spiss jinvolvu elementi diġitali u metodoloġiji diġitali; jisħaq ukoll fuq l-urġenza li jiġi żviluppat qafas taċ-ċibersigurtà b’saħħtu, minħabba r-riskji dejjem akbar maħluqa minn networks kriminali b’teknoloġija avvanzata ħafna u interferenzi barranin potenzjali, permezz ta’ attakki ċibernetiċi; jappoġġja lill-UPPE fit-talba tiegħu biex jiġu allokati riżorsi għall-protezzjoni taċ-ċibersigurtà tiegħu u jitlob l-implimentazzjoni rapida ta’ strateġija robusta taċ-ċibersigurtà biex jiġu ssalvagwardjati l-operazzjonijiet u l-integrità tad-data tal-UPPE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>79.</NO.P>Jisħaq li n-natura tal-attivitajiet tal-UPPE tinvolvi l-ħtieġa ta’ sorveljanza speċifika u attenzjoni ddedikata għall-protezzjoni ta’ data personali; huwa tal-fehma li l-UPPE u l-EDPS għandhom jinvolvu ruħhom fi djalogu kontinwu biex jiżguraw l-użabbiltà tad-data għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni u, fl-istess ħin, jiżguraw ir-rispett għall-protezzjoni ta’ data personali; jifhem li r-rekwiżiti relatati mal-immaniġġjar tal-protezzjoni tad-data jirriżultaw mir-Regolament (UE) 2017/1939 u mir-Regolament (UE) 2018/1725<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).</FIELD></FOOTNOTE> u li dawk ir-rekwiżiti huma kkomplementati u implimentati mid-deċiżjonijiet tal-Kulleġġ, u adottati wara konsultazzjoni mal-EDPS; japprezza d-deċiżjoni li jiġi pprovdut taħriġ obbligatorju għall-membri kollha tal-persunal, inkluż taħriġ dedikat dwar il-protezzjoni tad-data li huwa essenzjali biex jiġi aċċessat is-CMS tal-UPPE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Bini u sigurtà</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>80.</NO.P>Josserva li bis-saħħa tal-kuntratt ta’ lokazzjoni li permezz tiegħu l-awtoritajiet tal-Lussemburgu jipprovdu l-bini li bħalissa jospita l-kwartieri ġenerali tal-UPPE (il-bini TOB) mingħajr kera, il-kostijiet huma limitati għal tariffa għas-servizzi ta’ EUR 716 724 fis-sena; jinnota li fl-2023 tħallsu EUR 248 103 lill-istess awtoritajiet tal-Lussemburgu għal installazzjonijiet tas-sigurtà fiż-żewġ sulari addizzjonali (9 u 10) ikkonsenjati lill-UPPE fl-ewwel trimestru tal-2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>81.</NO.P>Jilqa’, wara li kkunsidra s-sigurtà fiżika, l-allokazzjoni - bil-baġit emendatorju tal-2023 u l-baġit tal-2024 - tar-riżorsi meħtieġa biex ikun hemm kapaċità proporzjonata biex jiġu pprovduti servizzi ta’ sigurtà mtejba (21 pożizzjoni addizzjonali biex tittejjeb il-kapaċità ta’ sigurtà tiegħu) u l-isforzi tal-UPPE lejn it-titjib kontinwu u l-allinjament tal-effiċjenza tal-proċessi tas-sigurtà fiżika; isostni li l-funzjonament xieraq tal-UPPE jimplika li l-prosekuturi u l-persunal għandhom ikunu protetti sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-missjoni tagħhom kollha kemm hi, mingħajr theddid, influwenza jew pressjoni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ambjent u sostenibbiltà</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>82.</NO.P>Jemmen li l-awtoritajiet tal-Lussemburgu li jipprovdu l-kwartieri ġenerali tal-UPPE għandhom iqisu s-sostenibbiltà u l-prestazzjoni enerġetika tagħhom; jistieden lill-UPPE jinvolvi ruħu f’diskussjonijiet mal-awtoritajiet tal-Lussemburgu biex jesplora azzjonijiet speċifiċi għat-titjib tal-impronta ambjentali tal-bini tiegħu, inkluża l-installazzjoni ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli bħal pannelli solari, l-introduzzjoni ta’ miżuri ta’ kumpens għas-CO<STRING SUBSCRIPT="on">2</STRING> u l-implimentazzjoni tal-Iskema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali biex tiġi evalwata, irrapportata u msaħħa l-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjonijiet u tiġi ffrankata l-enerġija; jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita d-djalogu bejn l-UPPE u l-awtoritajiet ospitanti lokali biex jiġi żgurat l-aħjar użu tar-riżorsi u l-allinjament tal-operazzjonijiet tal-UPPE mas-sostenibbiltà tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>83.</NO.P>Jinnota li l-uffiċċju ċentrali tal-UPPE huwa integrat fin-network tal-Lussemburgu ta’ trasport pubbliku b’xejn li jagħmlu faċilment aċċessibbli permezz ta’ mezzi b’impatt ambjentali baxx, mingħajr ebda kost għall-persunal u għall-viżitaturi u li l-parkeġġ taħt l-art tal-uffiċċju ċentrali jipprovdi żona ddedikata għall-parkeġġ tar-roti; jifhem li għaddejjin skambji dwar l-installazzjoni ta’ stazzjonijiet tal-iċċarġjar għal vetturi elettriċi fl-istess parkeġġ taħt l-art;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kooperazzjoni interistituzzjonali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>84.</NO.P>Isostni li r-rwol tal-UPPE bħala komponent operazzjonali ewlieni tal-arkitettura tal-Unjoni kontra l-frodi jista’ jintlaħaq b’mod effettiv biss permezz ta’ kooperazzjoni intensa mas-sħab u l-partijiet ikkonċernati tiegħu u appoġġ mingħandhom; itenni li l-UPPE jista’ jaqdi r-rwol tiegħu biss jekk igawdi minn indipendenza ġudizzjarja sħiħa; iħeġġeġ lill-Istati Membri jikkontribwixxu għall-indipendenza sħiħa tal-UPPE f’dak ir-rigward u jħeġġeġ lill-UPPE jkompli bl-isforzi ta’ komunikazzjoni u koordinazzjoni tiegħu mad-diversi sħab li l-azzjoni tagħhom tfasslet biex tkun reċiproka u komplementari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>85.</NO.P>Jilqa’ l-inizjattivi li tnedew mill-OLAF u mill-UPPE biex jintensifikaw u jissimplifikaw il-kooperazzjoni operazzjonali tagħhom u jaqsmu l-għarfien fost l-atturi involuti; japprezza l-ewwel konferenza internazzjonali li ppermettiet l-iskambju ta’ fehmiet bejn il-prosekuturi tal-UPPE u l-investigaturi tal-OLAF, organizzata mill-Parlament fl-2024; jenfasizza li r-reviżjoni tal-oqfsa regolatorji tal-OLAF u tal-UPPE tipprovdi l-opportunità biex jitqiesu mill-ġdid ħafna aspetti tal-ħidma tagħhom flimkien fid-dawl tal-esperjenzi miksuba f’dawk l-ewwel snin tal-attività operazzjonali tal-UPPE, b’kunsiderazzjoni speċifika għall-ftuħ tal-investigazzjonijiet komplementari tal-OLAF u l-investigazzjonijiet amministrattivi b’appoġġ għall-UPPE, kif ukoll ir-rwol akbar tal-OLAF fid-detezzjoni u r-rapportar tal-frodi lill-UPPE b’appoġġ għall-irkupru tal-ħsara għall-baġit tal-Unjoni; jemmen li d-djalogu u l-kooperazzjoni fi ħdan l-arkitettura kontra l-frodi jistgħu jsiru aktar effettivi billi jiġi stabbilit forum interistituzzjonali regolari bl-għan li jiġu ottimizzati l-effiċjenza u l-effikaċja tar-riżorsi disponibbli fl-azzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>86.</NO.P>Jilqa’ l-inizjattivi mnedija mill-OLAF u mill-UPPE biex jintensifikaw id-djalogu operazzjonali u jtejbu l-koordinazzjoni; jissottolinja l-importanza ta’ kondiviżjoni sħiħa u effettiva tad-data bejn l-UPPE, l-OLAF, l-Eurojust u l-Europol biex tiġi żgurata kooperazzjoni bla xkiel fil-ġlieda kontra l-frodi transfruntiera; jitlob li jiġi stabbilit grupp ta’ ħidma konġunt biex jissorvelja l-integrazzjoni tad-data u l-effiċjenza fil-ġestjoni tal-każijiet fost dawn il-korpi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>87.</NO.P>Iħeġġeġ kooperazzjoni kontinwa u msaħħa bejn l-UPPE u l-OLAF, f’konformità mar-regolamenti rispettivi tagħhom, u l-obbligu tal-OLAF li jirrapporta, mingħajr dewmien żejjed, suspetti ta’ kuntatt kriminali lill-UPPE, sabiex ikun jista’ jindirizza l-frodi, il-korruzzjoni u l-kriminalità finanzjarja li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni; jappoġġja l-iżvilupp ulterjuri ta’ inizjattivi konġunti, il-kondiviżjoni tal-informazzjoni u l-azzjonijiet koordinati bejn l-UPPE u l-OLAF, peress li tali kooperazzjoni hija kruċjali biex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u l-ġlieda tal-Unjoni kontra l-kriminalità finanzjarja u biex jiġi żgurat l-użu effettiv u effiċjenti tar-riżorsi tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>88.</NO.P>Ifaħħar il-kooperazzjoni mill-qrib fl-2023 bejn l-UPPE u l-Qorti tal-Awdituri, li tirriżulta fl-iskambju f’waqtu ta’ informazzjoni dwar suspetti ta’ reati kriminali li jaqgħu taħt il-kompetenzi tal-UPPE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>89.</NO.P>Jistenna li l-grupp ta’ ħidma stabbilit mal-Kummissjoni, u l-laqgħat dwar l-implimentazzjoni tal-Arranġament ta’ Ħidma bejn il-Kummissjoni u l-UPPE, se jiżguraw li n-notifiki tal-UPPE għall-fini tal-irkupru amministrattiv, kif previst fl-Artikolu 103(2)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1939 se jippermettu lill-Kummissjoni timmassimizza b’mod xieraq u effettiv l-irkupru għall-baġit tal-Unjoni, filwaqt li tikkonforma mal-kunfidenzjalità u t-twettiq xieraq tal-azzjonijiet investigattivi; jisħaq, speċifikament f’dan ir-rigward, li għadu ma ngħata l-ebda feedback minn kwalunkwe parti, u dan jipprevjeni lil-leġiżlaturi milli jifhmu b’mod komprensiv il-kwistjonijiet sottostanti, inklużi l-ammonti speċifiċi li l-Kummissjoni tirkupra kull sena mill-Istati Membri f’każijiet ta’ ħsara għall-baġit tal-Unjoni; jenfasizza li l-irkupru tal-fondi mill-awtoritajiet nazzjonali jibqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni, kif imsemmi fl-Ittra ta’ Missjoni lill-Kummissarju għall-Baġit, il-Ġlieda Kontra l-Frodi u l-Amministrazzjoni Pubblika, filwaqt li l-UPPE ma għandux mandat biex isegwi l-proċess ta’ rkupru; jistieden lill-Istati Membri jsaħħu l-kooperazzjoni u jinfurmaw kemm lill-Kummissjoni kif ukoll lill-UPPE dwar il-konfiski finali; iħeġġeġ reviżjoni tar-Regolamenti rilevanti biex jiġi ċċarat ir-rwol tal-UPPE fil-proċess ta’ rkupru; u jħeġġeġ lill-UPPE u lill-Kummissjoni jadottaw forma miftiehma ta’ rapportar lill-Parlament; jifhem li dan jista’ jirrikjedi l-iżvilupp xieraq tas-CMS tal-UPPE, u jitlob lill-Kummissjoni tagħti prijorità lill-allokazzjoni tar-riżorsi lill-UPPE biex jissodisfa dik il-ħtieġa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>90.</NO.P>Jilqa’ l-kooperazzjoni msaħħa mal-Europol; josserva li l-programm ODIN (Network tal-Infrastruttura Diġitali Operazzjonali) jippermetti li jiġi sfruttat bis-sħiħ l-ammont ta’ data miġbura mill-UPPE fl-investigazzjonijiet tiegħu (aktar minn 1 000 terabyte, ammont li qed ikompli jikber); jinnota li, f’dak il-qafas, l-UPPE identifika reati possibbli lil hinn mill-kompetenzi tiegħu, inklużi l-kriminalità organizzata, it-traffikar tad-drogi, il-produzzjoni tas-sigaretti illeċita, il-frodi fl-investiment, il-logħob tal-azzard illegali u l-prostituzzjoni (reati mhux PIF), u oħrajn li rriżultaw fit-trażmissjoni ta’ diversi fajls bħala evidenza ewlenija għal investigazzjonijiet nazzjonali li għaddejjin u li nfetħu 28 każ ġdid mill-uffiċċji tal-prosekuzzjoni nazzjonali biex ikomplu jinvestigaw dawk ir-reati mhux PIF, li huma lil hinn mill-ambitu tal-UPPE; jifhem, madankollu, li għal din l-analiżi u għal analiżijiet oħrajn, il-kooperazzjoni mal-Europol tbati minn limitazzjonijiet li jirriżultaw mil-liġi kriminali proċedurali nazzjonali u mill-aċċessibbiltà tad-data li jkollu l-UPPE; Jissottolinja li l-kompetenza eżistenti tal-UPPE li jinvestiga l-kriminalità organizzata u l-ħasil tal-flus marbuta ma’ frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, għandha tiġi appoġġjata permezz ta’ riżorsi adegwati u kooperazzjoni effiċjenti mal-Europol; iqis li filwaqt li l-kooperazzjoni mal-Europol jeħtieġ li saħansitra tissaħħaħ aktar, din ma tistax tissostitwixxi kompletament l-iżvilupp tal-pjattaforma analitika interna tal-UPPE, li tibqa’ kruċjali għal interpretazzjoni rapida tad-data miġbura matul l-investigazzjonijiet tiegħu u l-istabbiliment ta’ strateġiji operazzjonali f’każijiet transfruntieri li jirrikjedu aċċess għas-CMS kollha tal-UPPE; ifakkar, fir-rapport ta’ evalwazzjoni li jmiss tiegħu, li l-Kummissjoni għandha tanalizza b’attenzjoni għal liema kategoriji ta’ delitti għandu jiġi estiż il-mandat tal-UPPE, sabiex jieħu vantaġġ sħiħ tal-potenzjal tiegħu; jilqa’ t-talba tal-UPPE għal kooperazzjoni msaħħa mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>91.</NO.P>Huwa mħasseb dwar l-għadd dejjem akbar ta’ każijiet li jikkonċernaw l-RRF; japprezza l-informazzjoni f’waqtha pprovduta lill-Kummissjoni u lill-Kumitati tal-Parlament rilevanti dwar din il-kwistjoni; jemmen li l-għadd kbir ta’ każijiet attivi li jinvolvu l-fondi tal-RRF jiġġustifika l-intensifikazzjoni tal-iskambji li saru, b’mod partikolari, mat-Task Force għall-Irkupru u r-Reżiljenza, bil-għan li jiġu identifikati lakuni fis-sorveljanza jew fil-kontroll possibbli jew xejriet ta’ frodi u li l-Kummissjoni tkun tista’ żżomm aġġornati l-mekkaniżmi għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni tagħha u li tinforza l-miżuri għat-tnaqqis u l-irkupru mfassla reċentement; itenni li l-fondi tal-RRF huma fondi tal-Unjoni u mhux nazzjonali u huma taħt il-ġuriżdizzjoni tal-UPPE u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lil korpi u awtoritajiet oħra tal-Unjoni biex iżidu l-isforzi ta’ detezzjoni u jirrapportaw lill-UPPE kull sitwazzjoni rilevanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>92.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-UPPE ffirma Arranġament ta’ Ħidma mal-Parlament f’Novembru 2024, li jistabbilixxi modalitajiet ċari ta’ kooperazzjoni għall-fini tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>93.</NO.P>Jinnota li, fl-2023, l-UPPE kompla jiddependi fuq kuntratti interistituzzjonali u ftehimiet bilaterali (FLS) biex jixtri oġġetti u servizzi b’kost aktar baxx; josserva li, fi tmiem l-2023, l-UPPE kellu 80 sħubija attiva f’kuntratti qafas interistituzzjonali u 22 ftehim dwar il-livell ta’ servizz jew ftehimiet bilaterali oħra ma’ entitajiet oħra tal-Unjoni bil-għan li jiġi mmassimizzat l-iffrankar baġitarju mill-istrumenti kuntrattwali stabbiliti, f’konformità mal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>94.</NO.P>Jilqa’ bil-qawwa l-parteċipazzjoni tal-Polonja u tal-Iżvezja fl-UPPE; huwa konxju li dan se jkollu impatt fuq il-ħtiġijiet baġitarji tal-UPPE, u jappoġġja t-talba tal-UPPE li għandha l-għan li tgħammar lill-UPPE bir-riżorsi meħtieġa biex jieħu vantaġġ mill-parteċipazzjoni tal-Polonja u tal-Iżvezja fl-attivitajiet operazzjonali tiegħu; jinnota li filwaqt li l-Irlanda u d-Danimarka jkomplu jeżerċitaw in-nonparteċipazzjoni tagħhom mill-UPPE skont il-Protokolli Nru 21 u 22 tat-TFUE, l-Ungerija hija l-uniku Stat Membru li fadal li għadu ma ngħaqadx mal-UPPE; jistieden lill-gvern Ungeriż jingħaqad mal-UPPE mingħajr aktar dewmien; ifakkar fil-ġbir ta’ 680 000 firma favur is-sħubija fl-UPPE, li jenfasizzaw domanda soċjetali qawwija għal salvagwardji legali msaħħa kontra l-frodi u l-korruzzjoni li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>95.</NO.P>Josserva li, fl-2023, ma kien hemm l-ebda pass kbir ’il quddiem lejn il-parteċipazzjoni fl-UPPE mal-awtoritajiet Irlandiżi; ifakkar li r-rifjut tagħhom biex jikkooperaw mal-UPPE fl-eżekuzzjoni ta’ diversi talbiet għal assistenza legali reċiproka mibgħuta mill-EDPs kien irriżulta fir-rapportar mill-UPPE tas-sitwazzjoni lill-Kummissjoni f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni (ĠU L 433I, 22.12.2020, p. 1, ELI: <STRING UNDERLINE="on">http://data.europa.eu/eli/reg/2020/2092/oj</STRING>).</FIELD></FOOTNOTE>; apprezza d-deċiżjoni li ġejja tal-awtoritajiet Irlandiżi li jemendaw il-leġiżlazzjoni domestika tagħhom li tipprovdi l-qafas legali għall-assistenza legali reċiproka lill-UPPE u jissottolinja li mill-1 ta’ Novembru 2023, din tipprovdi assistenza legali reċiproka lill-UPPE abbażi ta’ dan ir-rikonoxximent unilaterali; jinnota li ma seħħ l-ebda skambju mal-grupp ta’ ħidma interaġenzjali Irlandiż stabbilit biex jeżamina l-parteċipazzjoni futura potenzjali tal-Irlanda fl-UPPE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, lill-UPPE u lill-awtoritajiet Irlandiżi jinvolvu ruħhom fi djalogu kostruttiv biex isibu mod effettiv ta’ kooperazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>96.</NO.P>Isostni li kwalunkwe nuqqas ta’ kooperazzjoni mal-UPPE minn kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri, anke jekk jipparteċipaw fil-kooperazzjoni msaħħa li stabbiliet l-UPPE, joħloq niċeċ ta’ immunità u privileġġ li jagħmlu d-difiża tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni mhux uniformi u ineffiċjenti għall-aħħar; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri kkonċernati biex jagħmlu kull sforz possibbli biex jintegraw ix-xenarju attwali mal-ftit komponenti neqsin iżda xorta importanti ħafna, u jippromwovu l-estensjoni tal-parteċipazzjoni fl-UPPE mill-Istati Membri l-oħrajn li għadhom mhux parteċipanti b’tali mod li tissaħħaħ l-effettività tal-protezzjoni tal-baġits tal-Unjoni u dawk nazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib il-livell ta’ kooperazzjoni tal-Istati Membri mal-UPPE u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tibda proċedimenti ta’ ksur kontra kwalunkwe Stat Membru li sistematikament jostakola l-investigazzjonijiet immexxija mill-UPPE; huwa tal-fehma li s-sħubija tal-UPPE għandha tkun prekundizzjoni biex wieħed jirċievi fondi tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>97.</NO.P>Jikkundanna l-ispjunaġġ sistematiku rrapportat dan l-aħħar mill-gvern Ungeriż kontra l-persunal tal-OLAF matul missjoni investigattiva dwar l-użu ħażin potenzjali tal-fondi tal-Unjoni minn ELIOS, kumpanija li għandha rabtiet mal-iben tar-rispett tal-Prim Ministru Ungeriż; jenfasizza li l-OLAF u l-UPPE, bħala istituzzjonijiet fundamentali tal-arkitettura tal-Unjoni kontra l-frodi, sfortunatament huma esposti għal theddid bħal dan mhux biss minn pajjiżi terzi iżda wkoll fi ħdan l-Istati Membri tal-UE; jisħaq li tali azzjonijiet jimminaw serjament l-istat tad-dritt u l-integrità tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni; jitlob l-istabbiliment rapidu ta’ miżuri ta’ protezzjoni robusti biex jiġi ssalvagwardjat il-persunal istituzzjonali tal-Unjoni fuq missjoni fl-Istati Membri u biex jiġi evitat ksur inaċċettabbli bħal dan fil-futur;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Komunikazzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>98.</NO.P>Josserva li l-UPPE jinvolvi ruħu fi sforzi kontinwi biex itejjeb il-komunikazzjoni interna u esterna; japprezza l-azzjonijiet li twettqu permezz ta’ pjattaformi tan-networks soċjali u jħeġġeġ lill-UPPE jżomm l-approċċ proattiv u trasparenti tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>99.</NO.P>Jemmen li l-ispjegazzjonijiet dwar l-interventi u l-operazzjonijiet tal-UPPE u dwar l-isfond tagħhom, meta jiġu rrapportati fil-media u ppubblikati fuq networks soċjali, jikkontribwixxu għat-tisħiħ tar-reputazzjoni tal-istituzzjonijiet fost iċ-ċittadini u jqajmu sensibilizzazzjoni fost il-kontribwenti dwar il-kumplessità tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>100.</NO.P>Isostni li l-komunikazzjoni xierqa u preċiża mill-UPPE żżid ukoll l-involviment tas-soċjetà ċivili u żżid l-input investigattiv potenzjali li jitressaq; jifhem li l-UPPE jitlob li jkollu l-għażla tar-rapportar inkluża f’kull preżentazzjoni standard għal udjenzi esterni jew f’konferenzi u seminars, meta jkun possibbli u xieraq; jinnota li, fl-2023, is-sit web korporattiv tal-UPPE tfassal kompletament mill-ġdid, b’enfasi primarja fuq it-titjib tal-aċċessibbiltà u tal-faċilità tal-użu għall-utent, u li l-għażla li jiġi rrapportat reat issa tidher b’mod prominenti fil-parti ta’ fuq ta’ kull sit web flimkien ma’ strixxun li jenfasizza din il-karatteristika fil-paġna ewlenija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>101.</NO.P>Josserva li l-livell tar-riżorsi tal-UPPE li huma ddedikati għall-komunikazzjoni huwa limitat, u li, fid-dawl tal-ħtieġa li tiġi stabbilita l-awtonomija diġitali tal-UPPE, il-ġestjoni tas-sit web tal-UPPE se jkollha ssir internament, li tirrikjedi riżorsi addizzjonali, wara li d-DĠ Servizzi Diġitali jieqaf jipprovdi dak is-servizz; jissottolinja li ż-żieda fil-volum u s-sensittività tal-investigazzjonijiet tal-UPPE jitolbu attenzjoni fl-iskambji mal-media, mal-ġurnalisti, maċ-ċittadini u mal-<STRING ITALIC="on">academia</STRING>; itenni l-appell tiegħu lill-UPPE biex jilħaq b’mod ċar l-aħjar bilanċ possibbli bejn it-trasparenza u l-interess pubbliku minn naħa waħda u l-kunfidenzjalità u t-twettiq xieraq tal-investigazzjoni min-naħa l-oħra, u biex jiżgura n-newtralità tal-komunikazzjonijiet tiegħu dwar l-attivitajiet tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>102.</NO.P>Ifakkar fl-importanza tat-trasparenza fl-interazzjonijiet tal-UPPE ma’ atturi esterni; jappella għall-istabbiliment ta’ reġistru pubbliku obbligatorju tal-laqgħat kollha bejn l-uffiċjali tal-UPPE u r-rappreżentanti ta’ partijiet terzi, inklużi lobbisti u rappreżentanti tal-gvern nazzjonali, sabiex tiġi evitata influwenza indebita u tissaħħaħ il-fiduċja pubblika fl-indipendenza tal-UPPE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-effett tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>103.</NO.P>Ifakkar li l-kompetenzi tal-UPPE jestendu għall-fondi tal-Unjoni anke meta jintużaw f’pajjiżi terzi; jemmen li l-arranġamenti ta’ ħidma mal-awtoritajiet kompetenti Ukreni jistgħu jtejbu b’mod effettiv il-livell ta’ protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni wara l-impenji rilevanti meħuda biex jiġu appoġġjati l-Ukrajna u l-popolazzjoni tagħha; jilqa’ l-isforzi li saru mill-awtoritajiet Ukreni dwar miżuri kontra l-korruzzjoni, iżda jfakkar li l-pajjiż għadu soġġett għal rata għolja ta’ korruzzjoni u frodi, u jitlob li jittieħdu aktar prekawzjonijiet u aktar miżuri kontra l-korruzzjoni sabiex jintlaħqu b’suċċess l-għanijiet ta’ trasparenza; huwa konxju li t-trażmissjoni tal-evidenza seħħet fl-eżekuzzjoni ta’ talbiet għal assistenza legali reċiproka u jilqa’ l-perspettiva li tiġi attivata task force konġunta mal-awtoritajiet Ukreni biex jiġu kkoordinati l-investigazzjonijiet; ifakkar lill-Kummissjoni u lill-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji l-oħrajn tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni dwar l-importanza tad-detezzjoni u tat-tressiq f’waqtu tal-input investigattiv lill-UPPE.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>