<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0090</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Baġit imġedded fit-tul għall-Unjoni f’dinja li qed tinbidel</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0076/2025 - Rapporteur: Siegfried Mureşan, Carla Tavares)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Mejju 2025 dwar baġit imġedded fit-tul għall-Unjoni f’dinja li qed tinbidel (2024/2051(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 311, 312, 323 u 324 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/2093/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u d-dikjarazzjonijiet konġunti maqbula bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni f’dan il-kuntest u d-dikjarazzjonijiet unilaterali relatati,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 424, 15.12.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/2053/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat- 23 ta’ Ġunju 2023 għal Deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (COM(2023)0331),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2020/1222/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (il-“FII”),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (riformulazzjoni)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 2024/2509, 26.9.2024, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (ir-Regolament Finanzjarju),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta’ kundizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/2092/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (ir-Regolament dwar il-Kundizzjonalità tal-Istat tad-Dritt),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tas-27 ta’ Frar 2024 dwar l-abbozz ta’ regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/6751, 26.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6751/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar ir-riżorsi proprji: bidu ġdid għall-finanzi tal-UE, bidu ġdid għall-Ewropa<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/1067, 15.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1067/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Diċembru 2022 dwar it-titjib tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027: baġit tal-UE reżiljenti u adegwat għal sfidi ġodda<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 177, 17.5.2023, p. 115.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta’ regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021-2027<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 445, 29.10.2021, p. 240.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Proklamazzjoni Interistituzzjonali dwar il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali tat-13 ta’ Diċembru 2017<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 428, 13.12.2017, p. 10.</FIELD></FOOTNOTE> u l-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Marzu 2021 dwar l-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (COM(2021)0102),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim adottat fil-15-il Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (COP 15) f’Montreal fid-19 ta’ Diċembru 2022 (il-Qafas Globali tal-Bijodiversità ta’ Kunming-Montreal),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim adottat fil-21 Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC (COP 21) f’Pariġi fit-12 ta’ Diċembru 2015 (il-Ftehim ta’ Pariġi),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tat-30 ta’ Ottubru 2024 ta’ Sauli Niinistö intitolat “Safer together – strengthening Europe’s civilian and military preparedness and readiness” (Aktar Sikuri Flimkien – It-Tisħiħ tal-Preparatezza u l-Prontezza Ċivili u Militari tal-Ewropa) (ir-rapport Niinistö),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tad-9 ta’ Settembru 2024 ta’ Mario Draghi intitolat “The future of European competitiveness” (Il-futur tal-kompetittività Ewropea) (ir-rapport Draghi),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-4 ta’ Settembru 2024 tal-eżitu tad-Djalogu Strateġiku dwar il-Futur tal-Agrikoltura fl-UE, intitolat “A shared prospect for farming and food in Europe” (Prospettiva komuni għall-biedja u għall-ikel fl-Ewropa),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tas-17 ta’ April 2024 ta’ Enrico Letta intitolat “Much more than a market – speed, security, solidarity: empowering the Single Market to deliver a sustainable future and prosperity for all EU Citizens” (Ħafna aktar minn suq – Veloċità, sigurtà, solidarjetà: insaħħu s-Suq Uniku biex iforni futur sostenibbli u prosperità għaċ-Ċittadini kollha tal-UE) (ir-rapport Letta),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-20 ta’ Frar 2024 tal-Grupp ta’ Livell Għoli dwar il-Futur tal-Politika ta’ Koeżjoni intitolat “Forging a sustainable future together – cohesion for a competitive and inclusive Europe” (Insawru futur sostenibbli flimkien – koeżjoni għal Ewropa kompetittiva u inklużiva),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ Budapest dwar il-Patt Ġdid dwar il-Kompetittività Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tas-26 ta’ Marzu 2025 bit-titolu “Strateġija Ewropea ta’ Unjoni tal-Preparatezza” (JOIN(2025)0130),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-white paper konġunta tad-19 ta’ Marzu 2025 bit-titolu “Prontezza tad-Difiża Ewropea 2030” (JOIN(2025)0120),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Marzu 2025 bit-titolu “Pjan Direzzjonali għad-Drittijiet tan-Nisa” (COM(2025)0097),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Frar 2025 bit-titolu “Il-Patt għal Industrija Nadifa: Pjan direzzjonali konġunt għall-kompetittività u d-dekarbonizzazzjoni” (COM(2025)0085),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Frar 2025 bit-titolu “Viżjoni għall-Agrikoltura u għall-Ikel” (COM(2025)0075),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Frar 2025 bit-titolu “Il-perkors lejn il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss” (COM(2025)0046),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Jannar 2025 bit-titolu “Boxxla għall-Kompetittività tal-UE” (COM(2025)0030),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Diċembru 2021 bit-titolu “Bini ta’ ekonomija għas-servizz tan-nies: pjan ta’ azzjoni għall-ekonomija soċjali” (COM(2021)0778),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-20 ta’ Marzu 2025, tas-6 ta’ Marzu 2025 u tad-19 ta’ Diċembru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-linji gwida politiċi tat-18 ta’ Lulju 2024 għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss 2024-2029,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-20 ta’ Novembru 2024 intitolat “EU budget and place-based policies: proposals for new design and delivery mechanisms in the MFF post-2027” (Il-baġit tal-UE u l-politiki bbażati fuq il-post: proposti għal mekkaniżmi ġodda ta’ tfassil u twettiq fil-QFP post-2027)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/279, 24.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/279/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit , tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A10-0076/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, skont l-Artikolu 311 TFUE, l-Unjoni hija meħtieġa tipprovdi għaliha nnifisha l-mezzi meħtieġa sabiex tilħaq l-objettivi tagħha u twettaq b’suċċess il-politiki tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-baġit tal-Unjoni huwa primarjament għodda ta’ investiment li tista’ tikseb ekonomiji ta’ skala li ma jistgħux jinkisbu fil-livell tal-Istati Membri u li tappoġġja l-beni pubbliċi Ewropej, b’mod partikolari permezz ta’ proġetti transfruntiera; billi l-infiq kollu permezz tal-baġit tal-Unjoni jrid jipprovdi valur miżjud Ewropew u jagħti benefiċċji netti viżibbli meta mqabbel mal-infiq fil-livell nazzjonali jew sottonazzjonali, li jwassal għal riżultati reali u dejjiema;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-infiq permezz tal-baġit tal-Unjoni, jekk ikun immirat b’mod effettiv, allinjat mal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni u kkoordinat aħjar mal-infiq fil-livell nazzjonali, jgħin biex tiġi evitata l-frammentazzjoni fis-suq uniku, jippromwovi l-konverġenza ’l fuq, inaqqas l-ugwaljanzi, u jagħti spinta lill-impatt ġenerali tal-investiment pubbliku; billi l-investiment pubbliku huwa essenzjali bħala katalizzatur għall-investiment privat f’setturi fejn is-suq waħdu ma jistax jixpruna l-investiment meħtieġ;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-istrument għall-irkupru Next Generation EU (NGEU) stabbilit wara l-pandemija tal-COVID-19 ippermetta kapaċità ta’ investiment addizzjonali sinifikanti ta’ EUR 750 biljun fi prezzijiet tal-2018, apparti l-baġit tal-UE, li jammonta għal 1,1 % tal-introjtu nazzjonali gross (ING) tal-UE-27, li wassal għal irkupru rapidu u ritorn għat-tkabbir u appoġġa t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali; billi n-Next Generation EU mhux se jibqa’ fis-seħħ wara l-2027;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi fl-2022 l-Istati Membri nefqu medja ta’ 1,4 % tal-prodott domestiku gross (PDG) fuq l-għajnuna mill-Istat – li huwa ferm aktar mill-kontribuzzjoni tagħhom għall-baġit tal-Unjoni – u fejn aktar minn nofs l-għajnuna mill-Istat ma kinitx relatata mal-kriżi;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-baġit tal-Unjoni, imsaħħaħ min-Next Generation EU u s-self permezz tal-iskema SURE, kien strumentali biex itaffi l-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi tal-COVID-19 u biex jirreaġixxi għall-effetti tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna; billi l-baġit tal-Unjoni għadu mhux mgħammar biżżejjed, f’termini ta’ daqs, struttura u regoli, biex jaqdi bis-sħiħ ir-rwol tiegħu fl-aġġustament għall-ħtiġijiet ta’ nfiq li qed jevolvu, fl-indirizzar tax-xokkijiet u fir-rispons għall-kriżijiet u fl-għoti ta’ effett prattiku lill-prinċipju tas-solidarjetà, u biex jippermetti lill-Unjoni twettaq l-objettivi tagħha kif stabbilit skont it-Trattati;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi n-nies bir-raġun jistennew aktar mill-Unjoni u mill-baġit tagħha, inkluża l-kapaċità li jirrispondu malajr u b’mod effettiv għall-ħtiġijiet li qed jevolvu u li jipprovdulhom l-appoġġ meħtieġ, speċjalment fi żminijiet ta’ kriżi;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi, mindu ġie adottat il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) attwali, il-kuntest politiku, ekonomiku u soċjali nbidel b’mod li ma għadux jingħaraf, filwaqt li aggrava l-isfidi strutturali sottostanti għall-Unjoni u wassal għal reviżjoni sostanzjali tal-QFP fl-2024;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-kuntest li fih il-Kummissjoni se tħejji l-proposti tagħha għall-QFP ta’ wara l-2027 daqstantieħor jippreżenta sfidi, bħall-bidliet malajr u radikali tal-ordni globali u ġeopolitiku stabbilit, ir-ritorn tal-gwerer fuq skala kbira fil-viċinat immedjat tal-Unjoni, sfond ekonomiku u soċjali ferm diffiċli, u l-intensifikazzjoni tal-kriżi klimatika u tal-bijodiversità; billi, kif għamlitha ċara l-Kummissjoni, l-istatus quo mhuwiex għażla u l-baġit tal-Unjoni jeħtieġ li jinbidel kif xieraq;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-amministrazzjoni tal-Istati Uniti ddeċidiet li tirtira mir-rwol globali li l-pajjiż ilu jwettaq minn wara l-gwerra li jiggarantixxi l-paċi u s-sigurtà, li jmexxi l-governanza globali fl-ordni internazzjonali multilaterali bbażat fuq ir-regoli u li jagħti għajnuna essenzjali għall-iżvilupp u umanitarja lil dawk l-aktar fil-bżonn madwar id-dinja; billi l-Unjoni għalhekk se jkollha tintensifika ħidmietha biex timla parti mil-lakuna li l-Istati Uniti tidher li se tħalli, u dan ipoġġi esiġenzi addizzjonali fuq il-baġit;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-Unjoni impenjat ruħha li tieħu l-passi kollha meħtieġa biex tikseb in-newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050 u li tipproteġi n-natura u treġġa’ lura t-telf tal-bijodiversità; billi t-twettiq tal-qafas ta’ politika stabbilit biex jintlaħaq dan l-objettiv se jirrikjedi investiment sostanzjali; billi l-baġit tal-Unjoni se jkollu rwol ewlieni biex jipprovdi u jinċentiva dak l-investiment;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi, sabiex jiġu kkumpensati n-nuqqasijiet tal-baġit, kien hemm bosta soluzzjonijiet alternattivi li jagħmlu l-baġit aktar opak, u jħallu lill-pubbliku fid-dlam dwar il-volum reali tal-infiq tal-Unjoni, li jimmina l-prevedibbiltà aktar fit-tul tal-investiment li l-baġit huwa mfassal biex jipprovdi u jwaqqa’ mhux biss il-prinċipju tal-unità baġitarja, iżda wkoll ir-rwol tal-Parlament bħala leġiżlatur u awtorità baġitarja u ta’ kwittanza u li jżomm l-eżekuttiv responsabbli;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-Unjoni hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta’ persuni li jagħmlu parti minn minoranzi; billi l-vjolazzjonijiet ta’ dawk il-valuri jimminaw il-koeżjoni tal-Unjoni, jieklu mid-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u jdgħajfu l-fiduċja reċiproka fost l-Istati Membri;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jinsisti li, f’dinja li qed tinbidel malajr fejn in-nies bir-raġun jistennew aktar mill-Unjoni u mill-baġit tagħha u fejn l-Unjoni qed tiffaċċja għadd dejjem jikber ta’ kriżijiet, il-QFP li jmiss irid ikollu aktar riżorsi meta mqabbel mal-perjodu 2021-2027, filwaqt li jitbiegħed mil-livell storikament restrittiv u impost minnha nnifisha ta’ 1 % tal-ING;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jenfasizza li l-QFP li jmiss irid jiffoka fuq il-finanzjament tal-beni pubbliċi Ewropej b’valur miżjud viżibbli meta mqabbel mal-infiq nazzjonali; jenfasizza l-ħtieġa ta’ sinerġiji msaħħa u koordinazzjoni aħjar bejn l-infiq tal-Unjoni u dak nazzjonali; jenfasizza li l-infiq se jkollu jindirizza sfidi kbar, bħar-ritorn ta’ gwerra fuq skala kbira fil-viċinat immedjat tal-Unjoni, sfond ekonomiku u soċjali diffiċli ħafna, distakk fil-kompetittività u l-kriżi klimatika u tal-bijodiversità li sejra għall-agħar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Iqis li l-approċċ ta’ “pjan nazzjonali wieħed għal kull Stat Membru” kif previst mill-Kummissjoni, li jibbaża fuq il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza bħala mudell, ma jistax ikun il-bażi għall-infiq b’reġim ta’ ġestjoni kondiviża wara l-2027; jissottolinja li t-tfassil tal-infiq b’reġim ta’ ġestjoni kondiviża taħt il-QFP li jmiss irid jissalvagwardja bis-sħiħ ir-rwoli tal-Parlament bħala leġiżlatur u awtorità baġitarja u ta’ kwittanza u jitfassal u jiġi implimentat permezz ta’ kollaborazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet reġjonali u lokali u l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jitlob li l-QFP li jmiss ikompli jappoġġa l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali sabiex jgħin jorbot lill-Unjoni flimkien, japprofondixxi s-suq uniku, jippromwovi l-konverġenza u jnaqqas l-inugwaljanza, il-faqar u l-esklużjoni soċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Iqis li l-idea ta’ fond umbrella għall-kompetittività li jgħaqqad flimkien il-programmi eżistenti kif previst mill-Kummissjoni mhijiex adatta għal dan l-iskop; jisħaq li minflok, il-fond għandu jkun strument ġdid li jieħu vantaġġ minn sett ta’ għodod ta’ finanzjament ibbażat fuq it-tagħlimiet meħuda minn InvestEU u mill-Fond għall-Innovazzjoni u li jikkomplementa l-programmi eżistenti ta’ suċċess kbir;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jenfasizza li, b’mod partikolari fid-dawl tal-irtirar tal-Istati Uniti mir-rwol tagħha bħala garanti globali tal-paċi u s-sigurtà, hemm il-ħtieġa ċara li jsir progress lejn Unjoni tad-Difiża ġenwina, bl-appoġġ tal-QFP li jmiss favur approċċ komprensiv ta’ sigurtà permezz ta’ żieda fl-investiment; jenfasizza li l-infiq għad-difiża ma jistax isir għad-detriment tal-investiment fit-tul fil-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni jew iwassal għal tnaqqis fih;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jappella biex ikun hemm simplifikazzjoni ġenwina għall-benefiċjarji finali billi jiġu evitati programmi b’objettivi li jirkbu fuq xulxin, kriterji ta’ eliġibbiltà diverġenti u regoli differenti li jirregolaw id-dispożizzjonijiet orizzontali; jissottolinja li s-simplifikazzjoni ma tistax tfisser aktar flessibbiltà għall-Kummissjoni mingħajr il-kontrolli u l-bilanċi meħtieġa u għalhekk trid tinkiseb bir-rispett sħiħ għall-bilanċ istituzzjonali previst fit-Trattati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jinsisti biex fil-QFP li jmiss tissaħħaħ il-kapaċità integrata ta’ rispons għall-kriżijiet u li jkun hemm biżżejjed marġini taħt kull intestatura; jenfasizza li, flimkien mal-prevedibbiltà għall-investiment, il-programmi ta’ nfiq għandhom iżommu riżerva ta’ flessibbiltà sostanzjali integrata, permezz ta’ allokazzjoni għal objettivi ta’ politika speċifiċi li tkun deċiża mill-awtorità baġitarja; jissottolinja li l-flessibbiltà għall-għajnuna umanitarja għandha tiġi delimitata; iqis li l-QFP ta’ wara l-2027 għandu jinkludi żewġ strumenti speċjali – wieħed iddedikat biex tiġi żgurata s-solidarjetà fil-każ ta’ diżastri naturali u wieħed għar-rispons għall-kriżijiet bi skop ġenerali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jissottolinja li l-konformità mal-valuri u d-drittijiet fundamentali tal-Unjoni hija prerekwiżit essenzjali għall-aċċess għall-fondi tal-UE; jinsisti li l-baġit tal-Unjoni jkun protett kontra l-użu ħażin, il-frodi u l-ksur tal-prinċipju tal-istat tad-dritt u jitlob rabta aktar b’saħħitha bejn l-istat tad-dritt u l-baġit tal-Unjoni wara l-2027;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jissottolinja li l-ħlas lura tas-self tan-Next Generation EU ma jridx jipperikola l-finanzjament tal-politiki u l-prijoritajiet tal-UE; jenfasizza, għalhekk, li l-ispejjeż kollha relatati mas-self appoġġat mill-baġit tal-Unjoni jew il-marġni ta’ manuvra baġitarju jiġu ttrattati b’mod distint mill-approprjazzjonijiet għall-programmi tal-UE fi ħdan l-arkitettura futura tal-QFP;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jistieden lill-Kunsill jadotta riżorsi proprji ġodda bħala kwistjoni ta’ urġenza sabiex is-self fil-qafas tan-Next Generation EU ikun jista’ jitħallas b’mod sostenibbli; jisħaq li, għall-ħtiġijiet ta’ nfiq akbar tal-Unjoni, huwa essenzjali li jkun hemm riżorsi proprji ġenwini ġodda, apparti dawk previsti mill-FII; iqis li għandhom jiġu esplorati l-istrumenti u l-għodod kollha sabiex l-Unjoni tingħata r-riżorsi meħtieġa, u jqis, f’dan ir-rigward, li s-self konġunt jippreżenta għażla vijabbli biex jiġi żgurat li l-Unjoni jkollha biżżejjed riżorsi biex tirrispondi għal kriżijiet akuti fl-Unjoni kollha, bħall-kriżi li għaddejja fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jinsab lest li jaħdem b’mod kostruttiv mal-Kunsill u l-Kummissjoni biex ifassal baġit fit-tul li jindirizza l-ħtiġijiet tal-Unjoni; jenfasizza li l-QFP ta’ wara l-2027 qed jinbena f’kuntest li huwa ferm ’il bogħod minn tas-soltu u jieħu bis-serjetà r-rwol istituzzjonali tiegħu kif minqux fit-Trattati; jinsisti li se japprova biss baġit fit-tul li jkun adattat għall-iskop tiegħu għall-Unjoni f’dinja li qed tinbidel u jitlob adozzjoni rapida tal-QFP biex tkun tista’ ssir implimentazzjoni f’waqtha tal-programmi ta’ nfiq mill-1 ta’ Jannar 2028;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Baġit fit-tul b’fokus imġedded fuq l-infiq</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Iqis li, fid-dawl tal-isfidi strutturali li qed tiffaċċja l-Unjoni, il-QFP ta’ wara l-2027 għandu jaġġusta l-enfasi tal-infiq tiegħu biex jiżgura li l-Unjoni tkun tista’ tilħaq l-għanijiet ta’ politika strateġika tagħha kif spjegat fid-dettall hawn taħt;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Il-kompetittività, l-awtonomija strateġika, il-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali u r-reżiljenza</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Huwa konvint li t-tisħiħ tal-kompetittività, id-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija u t-tisħiħ tal-kapaċità tal-innovazzjoni tal-Unjoni huma prijoritajiet ċentrali għall-QFP ta’ wara l-2027 u huma vitali biex jiġi żgurat tkabbir fit-tul, sostenibbli u inklużiv u ekonomija u soċjetà prosperi u aktar reżiljenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Iqis li l-Unjoni jeħtieġ tiżviluppa qafas ta’ kompetittività f’konformità mal-valuri u l-għanijiet politiċi tagħha stess u li l-kompetittività għalhekk trid trawwem mhux biss it-tkabbir ekonomiku, iżda wkoll il-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali u s-sostenibbiltà ambjentali, kif enfasizzat fir-rapporti Draghi u Letta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jissottolinja li, kif spjegat fir-rapporti Letta u Draghi, l-ekonomija u l-mudell soċjali Ewropej jinsabu taħt pressjoni qawwija, fejn il-lakuna fil-produttività, fil-kompetittività u fil-ħiliet ikollha effetti indiretti fuq il-kwalità tal-impjiegi u fuq l-istandards tal-għajxien għall-Ewropej li diġà qed jiffaċċjaw prezzijiet għoljin tal-akkomodazzjoni, tal-enerġija u tal-ikel; jinsab imħasseb li n-nuqqas ta’ opportunitajiet ta’ impjieg u l-għoli tal-ħajja jżidu r-riskju ta’ eżodu ta’ mħuħ lil hinn mill-Ewropa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jirrimarka li Draghi jistma li d-diskrepanza fl-investiment annwali f’dak li jirrigwarda l-innovazzjoni u l-infrastruttura se tkun madwar EUR 750-800 biljun fis-sena bejn l-2025 u l-2030; jissottolinja li l-baġit tal-Unjoni jrid ikollu rwol vitali iżda ma jistax ikopri dak in-nuqqas waħdu, u li l-biċċa l-kbira tal-isforz se jkollu jiġi mis-settur privat; jindika l-ħtieġa li jiġu sfruttati s-sinerġiji bejn l-investiment pubbliku u privat, b’mod partikolari billi tiġi ssimplifikata u armonizzata l-arkitettura tal-investiment tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jisħaq li l-baġit tal-Unjoni jrid ikun ikkoordinat bir-reqqa mal-infiq nazzjonali, sabiex tiġi żgurata l-komplementarjetà, u jrid jitfassal b’tali mod li jkun jista’ b’mod effettiv jneħħi r-riskju tal-investimenti privati, barra milli jimmobilizzahom u jieħu efett ta’ lieva minnhom, filwaqt li jippermetti lin-negozji ġodda u lill-SMEs jaċċessaw il-fondi b’mod aktar faċli; jitlob, għalhekk, li programmi bħal InvestEU, li jiżgura addizzjonalità u jsegwi approċċ ibbażat fuq is-suq u mmexxi mid-domanda, jissaħħu b’mod sinifikanti fil-QFP li jmiss; iqis li l-istrumenti finanzjarji u l-garanziji baġitarji huma użu effettiv tar-riżorsi biex jinkisbu l-għanijiet kritiċi tal-politika tal-Unjoni u jappella biex dawn jiġu simplifikati aktar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jinsisti li jeħtieġ li jsir aktar biex jiġi massimizzat il-potenzjal tar-rwol tal-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), flimkien ma’ istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u nazzjonali oħra, fejn jidħlu s-self u t-tnaqqis tar-riskju f’oqsma strateġiċi ta’ politika, bħall-proġetti dwar il-klima u, aktar reċenti, il-proġetti fl-oqsma tas-sigurtà u tad-difiża; jitlob żieda fil-predispożizzjoni għar-riskju u fl-ambizzjoni mill-Grupp tal-BEI biex jattira l-investiment, abbażi ta’ pożizzjoni kapitali b’saħħitha, u għal sħubija ta’ investiment imsaħħa biex jiġi żgurat li kull euro li jintefaq fil-livell tal-Unjoni jintuża bl-aktar mod effettiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jenfasizza li l-finanzjament għar-riċerka u l-innovazzjoni, inkluż l-appoġġ għar-riċerka bażika, għandhom jiżdiedu b’mod sinifikanti, għandhom ikun iffukati fuq il-prijoritajiet strateġiċi tal-Unjoni, għandhom ikomplu jiġu ddeterminati mill-prinċipju tal-eċċellenza u għandhom jibqgħu bbażati fuq il-mertu; iqis li għandu jkun hemm biżżejjed riżorsi fil-QFP u fil-livell nazzjonali biex jiġu ffinanzjati l-proġetti kollha ta’ kwalità għolja fiċ-ċiklu kollu tal-innovazzjoni u biex tinkiseb il-mira ta’ 3 % tal-PDG għall-infiq relatat mar-riċerka u l-iżvilupp sal-2030;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jisħaq li l-QFP li jmiss, fuq il-bażi tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa attwali, għandu jinkludi finanzjament ħafna akbar u ġestit direttament għall-enerġija, it-trasport u l-infrastruttura diġitali, u għandha tingħata prijorità lill-konnessjonijiet transfruntiera u l-konnessjonijiet nazzjonali b’valur miżjud Ewropew; iqis li infrastruttura bħal din hija prekundizzjoni assoluta għal approfondiment b’suċċess tas-suq uniku u biex tiżdied ir-reżiljenza tal-Unjoni f’ordni ġeopolitiku li qed jinbidel;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jirrimarka li settur spazjali sigur u robust huwa kritiku għall-awtonomija u s-sovranità tal-Unjoni u għalhekk jeħtieġ investiment sostnut;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jissottolinja li ekonomija aktar kompetittiva, produttiva u soċjalment inklużiva tgħin biex jiġu ġġenerati impjiegi ta’ kwalità għolja u mħallsa tajjeb, u b’hekk ittejjeb l-istandard tal-għajxien tan-nies; jenfasizza li, permezz ta’ programmi bħall-Fond Soċjali Ewropew+ u Erasmus+, il-baġit tal-Unjoni jista’ jkollu rwol importanti fl-appoġġ tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ, fit-titjib tal-inklużjoni soċjali, fit-tisħiħ tal-adattabbiltà tal-forza tax-xogħol permezz ta’ taħriġ mill-ġdid u titjib tal-ħiliet, u b’hekk iħejji lin-nies għall-impjiegi f’ekonomija moderna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jinsisti li l-baġit tal-Unjoni għandu jkompli jappoġġja setturi ekonomiċi u li joħolqu l-impjiegi importanti fejn l-Unjoni diġà hija mexxejja dinjija, bħat-turiżmu u s-setturi kulturali u kreattivi; jissottolinja l-ħtieġa ta’ finanzjament iddedikat għat-turiżmu, inkluż biex tiġi implimentata l-Istrateġija tal-UE għat-Turiżmu Sostenibbli, fil-baġit tal-Unjoni wara l-2027; jindika l-importanza ta’ Ewropa Kreattiva fil-kontribut għad-diversità u l-kompetittività tal-Ewropa u fl-appoġġ ta’ soċjetajiet vibranti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jisħaq li, sabiex tikkompeti ma’ atturi globali ewlenin oħra, l-ekonomija Ewropea trid issir ukoll aktar kompetittiva u reżiljenti f’dak li jirrigwarda l-provvista billi tinvesti aktar fl-awtonomija strateġika miftuħa tal-Unjoni permezz ta’ politika industrijali msaħħa u permezz ta’ enfasi fuq setturi strateġiċi, fuq l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u fuq teknoloġiji kritiċi biex titnaqqas id-dipendenza fuq pajjiżi terzi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Iqis li, fid-dawl ta’ dan, l-idea ta’ fond umbrella għall-kompetittività li jgħaqqad flimkien il-programmi eżistenti kif previst mill-Kummissjoni mhijiex adatta għal dan l-iskop; jisħaq li minflok, il-fond għandu jkun strument ġdid li jieħu vantaġġ minn sett ta’ għodod ta’ finanzjament ibbażat fuq it-tagħlimiet meħuda minn InvestEU u mill-Fond għall-Innovazzjoni; ifakkar li, skont l-Artikolu 182 tat-TFUE, l-Unjoni hija meħtieġa tadotta programm qafas għar-riċerka;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jinnota li, fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-boxxla tal-kompetittività, il-Kummissjoni targumenta li għandha tiġi stabbilita għodda ġdida ta’ koordinazzjoni tal-kompetittività sabiex il-politiki industrijali u tar-riċerka u l-investiment jiġu allinjati aħjar bejn il-livell tal-UE u dak nazzjonali; jinnota li l-għodda l-ġdida proposta hija maħsuba bħala parti minn “mekkaniżmu ġdid u sempliċi ta’ tmexxija” mfassal “biex isaħħaħ ir-rabta bejn il-koordinazzjoni tal-politika ġenerali u l-baġit tal-UE”; jinsisti li l-Parlament jeħtieġlu jiżvolġi rwol sħiħ ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fiż-żewġ mekkaniżmi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jenfasizza li s-sigurtà tal-ikel hija komponent vitali tal-awtonomija strateġika u li l-QFP li jmiss irid ikompli jappoġġja l-kompetittività u r-reżiljenza tas-setturi tal-biedja u tas-sajd tal-Unjoni, inklużi l-bdiewa u s-sajjieda żgħażagħ u dawk li joperaw fuq skala żgħira, u jgħin lis-setturi jipproteġu aħjar il-klima u l-bijodiversità, kif ukoll l-ibħra u l-oċeani; jenfasizza li politika agrikola komuni moderna u simplifikata hija kruċjali biex tiżdied il-produttività permezz tal-progress tekniku, jiġi żgurat standard ta’ għajxien ġust għall-bdiewa, tiġi ggarantita s-sigurtà tal-ikel u l-produzzjoni ta’ ikel tajjeb għas-saħħa, ta’ kwalità għolja u affordabbli għall-Ewropej, filwaqt li jiġi stimolat it-tiġdid ġenerazzjonali u tiġi żgurata l-vijabbiltà taż-żoni rurali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jirrimarka li s-settur tal-biedja huwa partikolarment vulnerabbli għax-xokkijiet inflazzjonarji li jaffettwaw il-kapaċità tal-akkwist tal-bdiewa; jitlob baġit miżjud u ddedikat għall-PAK fil-QFP li jmiss, li jissalvagwardjaha mit-tnaqqis possibbli, sabiex tinżamm l-integrità u l-komunalità tagħha, kif ukoll il-koerenza u l-interkonnessjoni bejn l-ewwel u t-tieni pilastru tagħha, u għalhekk jopponi l-idea li l-PAK tiġi integrata f’fond uniku għal kull Stat Membru; jitlob li jiġu esplorati sorsi ta’ finanzjament dedikati addizzjonali fejn xieraq, inkluż barra mill-PAK, sabiex jiġu indirizzati d-diżastri naturali u jiġu pprovduti inċentivi lill-bdiewa u lill-forestiera biex jikkontribwixxu għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, l-irkupru tal-bijodiversità u l-protezzjoni tan-natura, mingħajr miżuri li jikkawżaw rigressjoni fil-produzzjoni agrikola tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jisħaq li l-isfidi globali ġodda li qed iħabbtu wiċċhom magħhom il-bdiewa tal-UE, inkluż is-sitwazzjoni ġeopolitika attwali, it-tibdil fil-klima u ż-żidiet fil-prezzijiet tal-fatturi produttivi, jirrikjedu allokazzjoni finanzjarja tajba fil-PAK li jmiss; jenfasizza li, sabiex jiġu indirizzati dawn l-isfidi, filwaqt li jitqiesu t-tagħlimiet meħuda mill-kriżi tal-COVID-19, u biex jiġi evitat tnaqqis fl-appoġġ tal-bdiewa, il-PAK teħtieġ b’mod urġenti baġit akbar fil-QFP li jmiss li jkun indiċjat mal-inflazzjoni permezz ta’ evalwazzjoni mill-ġdid annwali; jissottolinja, f’dak ir-rigward, li l-pagamenti diretti fil-forma attwali jiġġeneraw valur miżjud ċar tal-UE u għandhom ikomplu jsaħħu s-sigurtà, il-produzzjoni u l-protezzjoni tal-introjtu kontra l-volatilità tal-prezzijiet, biex jiġu indirizzati aħjar il-persuni involuti b’mod attiv fil-produzzjoni agrikola u l-provvista ta’ beni pubbliċi, filwaqt li jirrispettaw l-istandards ambjentali u soċjali tal-UE li jkunu realistiċi u bbilanċjati; jitlob distribuzzjoni ġusta u effiċjenti tal-appoġġ tal-PAK fi ħdan u fost l-Istati Membri; jitlob il-kontinwazzjoni u t-tisħiħ ta’ miżuri li jżommu l-produzzjoni f’żoni vulnerabbli u jiggarantixxu l-vijabbiltà tal-komunitajiet rurali u l-adegwatezza tal-infrastruttura pubblika, speċifikament rigward id-diġitalizzazzjoni u b’mod partikolari permezz tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, u l-involviment imġedded tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-ġestjoni ta’ dawn il-miżuri; jisħaq fuq il-ħtieġa li tiżdied u tiġi riformata r-riżerva agrikola sabiex ikun hemm rispons effettiv u rapidu għall-kriżijiet futuri li s-settur agrikolu Ewropew se jkollu jindirizza, u li jiġu stabbiliti għodod ġodda għall-ġestjoni tar-riskji naturali, tas-suq u sanitarji, bħal skema ta’ riassigurazzjoni tal-UE biex jittaffew aħjar l-effetti ta’ kriżijiet futuri u tiġi pprovduta stabbiltà akbar għall-bdiewa; jenfasizza li jridu jinstabu soluzzjonijiet speċifiċi għall-bdiewa fl-Ewropa tal-Lvant li huma l-aktar affettwati mill-effetti kaskata tal-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna, bħall-prezzijiet għoljin tal-input, l-inflazzjoni u t-tfixkil fis-suq; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli tistabbilixxi l-qafas finanzjarju u legali meħtieġ għall-katina tal-provvista tal-ikel sabiex issaħħaħ il-pożizzjoni tal-bdiewa u tiġġieled aħjar il-prattiki kummerċjali inġusti; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja lill-bdiewa tal-UE billi tippromwovi l-prodotti agroalimentari fl-Unjoni u barra minnha permezz ta’ politika ta’ promozzjoni tal-UE dinamika u aktar b’saħħitha; jesprimi dispjaċir dwar it-tnaqqis fil-finanzjament tal-programm dwar il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli matul ir-rieżami tal-QFP attwali; jenfasizza li l-QFP li jmiss irid jinkludi fondi ddedikati għall-agrituriżmu, l-intraprenditorija tan-nisa, it-taħriġ vokazzjonali u l-innovazzjoni teknoloġika fl-agrikoltura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Ifakkar li l-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali hija pedament tal-integrazzjoni Ewropea u hija vitali biex iġġib lill-Unjoni flimkien u tapprofondixxi s-suq uniku; jafferma mill-ġdid, f’dan ir-rigward, l-importanza tal-proċess ta’ konverġenza; jissottolinja li politika ta’ koeżjoni modernizzata trid issegwi approċċ ta’ governanza deċentralizzata, ibbażata fuq il-post u fuq diversi livelli u għandha tinbena madwar il-prinċipju ta’ ġestjoni kondiviża u ta’ sħubija, bl-involviment sħiħ tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u tal-partijiet ikkonċernati relevanti, u tiżgura li r-riżorsi jiġu indirizzati fejn l-aktar li jkunu jinħtieġu biex jitnaqqsu d-disparitajiet reġjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jisħaq li l-finanzjament tal-politika ta’ koeżjoni jrid jindirizza l-isfidi ewlenin li qed tiffaċċja l-Unjoni, bħat-tibdil demografiku u d-depopolazzjoni, u jimmira lejn ir-reġjuni u l-persuni l-aktar fil-bżonn; jappella, barra minn hekk, għal aċċess imsaħħaħ għall-finanzjament tal-UE għall-bliet, ir-reġjuni u l-awtoritajiet urbani; ifakkar li, skont l-Artikolu 349 TFUE, l-Unjoni hija meħtieġa tistabbilixxi miżuri speċifiċi għar-reġjuni ultraperiferiċi u jisħaq, għalhekk, fuq il-ħtieġa ta’ appoġġ kontinwu u mmirat għal dawn ir-reġjuni fil-QFP li jmiss, inkluż permezz ta’ programm imsaħħaħ ta’ soluzzjonijiet speċifiċi relatati mal-periferiċità u l-insularità (POSEI);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Ifakkar l-importanza tad-dimensjoni soċjali tal-Unjoni Ewropea u tal-promozzjoni tal-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, u tal-Pjan ta’ Azzjoni u l-miri ewlenin tiegħu; jenfasizza li l-baġit tal-Unjoni għandu, għalhekk, ikollu rwol ċentrali fit-tnaqqis tal-inugwaljanza, tal-faqar u tal-esklużjoni soċjali, inkluż billi jappoġġja lit-tfal, lill-familji u lill-gruppi vulnerabbli; ifakkar li madwar 20 miljun tifel u tifla fl-Unjoni huma f’riskju tal-faqar u tal-esklużjoni soċjali; jisħaq li l-indirizzar tal-faqar fost it-tfal fl-Unjoni kollha jeħtieġ miżuri komprensivi, integrati u ffinanzjati b’mod xieraq, flimkien mal-implimentazzjoni effiċjenti tal-Garanzija Ewropea għat-Tfal fil-livell nazzjonali; jenfasizza li l-Parlament talab b’mod konsistenti baġit iddedikat fi ħdan l-FSE+ biex jappoġġja l-Garanzija għat-Tfal bħala pilastru ċentrali tal-istrateġija tal-UE kontra l-faqar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jenfasizza, f’dan ir-rigward, il-kriżi tal-akkomodazzjoni fl-UE kollha li qed taffettwa miljuni ta’ familji u żgħażagħ; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ appoġġ imsaħħaħ għall-akkomodazzjoni permezz tal-baġit tal-Unjoni, b’mod partikolari permezz tal-politika ta’ koeżjoni, u permezz ta’ sorsi oħra ta’ finanzjament, bħall-Grupp tal-BEI u l-banek promozzjonali nazzjonali; jirrikonoxxi li, filwaqt li l-finanzjament tal-Unjoni ma jistax isolvi l-kriżi tal-akkomodazzjoni waħdu, jista’ jkollu rwol kruċjali fil-finanzjament ta’ miżuri urġenti u jikkomplementa sforzi usa’ tal-Unjoni u nazzjonali biex tittejjeb l-affordabbiltà tal-akkomodazzjoni u tissaħħaħ l-effiċjenza enerġetika tal-istokk tal-akkomodazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jinnota li l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna kellha konsegwenzi ekonomiċi u soċjali sostanzjali, b’mod partikolari fl-Istati Membri li jmissu mar-Russja u mal-Belarussja; jinsisti li l-QFP li jmiss jipprovdi appoġġ lil dawn ir-reġjuni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">It-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jenfasizza li t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali huma marbuta b’mod inseparabbli mal-kompetittività, mal-modernizzazzjoni tal-ekonomija u mar-reżiljenza tas-soċjetà u jaġixxu bħala katalizzaturi għal ekonomija orjentata lejn il-futur u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi; jinsisti, għalhekk, li l-QFP ta’ wara l-2027 irid ikompli jappoġġa u jkompli jaċċellera t-tranżizzjoni doppja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Ifakkar li l-baġit tal-Unjoni huwa kontributur essenzjali għall-kisba tan-newtralità klimatika sal-2050, inkluż permezz ta’ appoġġ għall-miri tal-2030 u l-2040; jenfasizza li t-tranżizzjoni se tirrikjedi dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija, b’mod partikolari permezz tal-użu ta’ teknoloġiji nodfa, infrastruttura mtejba tal-enerġija u tat-trasport u akkomodazzjoni aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija; jinnota li l-Kummissjoni tistma li l-investiment addizzjonali li huwa meħtieġ biex tinkiseb in-newtralità klimatika sal-2050 huwa ta’ 1,5 % tal-PDG fis-sena meta mqabbel mal-għaxar snin 2011-2020 u li, filwaqt li l-baġit tal-Unjoni waħdu ma jistax ikopri d-distakk, dan irid jibqa’ kontributur vitali; jitlob, għalhekk, li jiżdied l-appoġġ ġestit direttament għall-protezzjoni tal-ambjent u tal-bijodiversità u l-azzjoni klimatika li tibni fuq il-programm LIFE attwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jissottolinja li l-industrija se tkun ċentrali fit-tranżizzjoni lejn emissjonijiet żero netti u t-twaqqif tal-Unjoni tal-Enerġija, u li se jkun meħtieġ appoġġ biex xi setturi industrijali u l-ħaddiema tagħhom jiġu megħjuna jadattaw għaliha; jisħaq dwar l-importanza ta’ tranżizzjoni ġusta li ma trid tħalli lil ħadd jibqa’ lura, u li tirrikjedi, fost l-oħrajn, investiment f’reġjuni li jiddependu ħafna mill-fjuwils fossili u appoġġ akbar għall-unitajiet domestiċi vulnerabbli, b’mod partikolari permezz tal-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Soċjali għall-Klima;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jindika l-bidla teknoloġika profonda li għaddejja bħalissa, li biha teknoloġiji bħall-intelliġenza artifiċjali u t-teknoloġiji kwantistiċi t-tnejn qed joħolqu opportunitajiet, f’termini tal-potenzjal ekonomiku u t-tmexxija globali tal-Unjoni, kif ukoll tat-titjib fil-ħajja taċ-ċittadini, iżda li joħolqu wkoll sfidi etiċi u ta’ sovranità; jisħaq li l-QFP li jmiss irid jappoġġja r-riċerka fit-teknoloġiji diġitali u l-iżvilupp u l-applikazzjoni sikura tagħhom, u jgħin lin-nies isaħħu l-għarfien u l-ħiliet li jeħtieġu biex jaħdmu bihom u jużawhom;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Is-sigurtà, id-difiża u l-preparatezza</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Ifakkar li l-paċi u s-sigurtà huma l-pedament għall-prosperità, il-mudell soċjali u l-kompetittività tal-Unjoni, u pilastru vitali tal-pożizzjoni ġeopolitika tal-Unjoni; jisħaq li l-QFP li jmiss irid jappoġġa approċċ komprensiv ta’ sigurtà billi jinvesti ħafna aktar fis-salvagwardja tal-Unjoni kontra l-għadd kbir ta’ theddidiet li qed tiffaċċja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jissottolinja li, kif ir-rapport Niinistö jagħmilha ċara, diversi theddidiet qed jingħaqdu biex iżidu l-instabbiltà u l-vulnerabbiltà tal-Unjoni, l-aktar fosthom l-ordni globali frammentat, it-theddida għas-sigurtà ppreżentata mir-Russja u l-Belarussja, it-tensjonijiet li qed jikbru globalment, l-atturi internazzjonali ostili, il-globalizzazzjoni tan-networks kriminali, il-kampanji ibridi – li jinkludu attakki ċibernetiċi, manipulazzjoni tal-informazzjoni minn barranin, diżinformazzjoni u interferenza u l-istrumentalizzazzjoni tal-migrazzjoni – avvenimenti estremi tat-temp dejjem aktar frekwenti u intensi b’riżultat tat-tibdil fil-klima, u t-theddidiet għas-saħħa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jirrimarka li l-Unjoni kellha rwol vitali fil-kisba ta’ paċi dejjiema fit-territorju tagħha u trid tkompli tagħmel dan billi taġġusta għar-realtà tal-gwerra fuq l-għatba tagħha u l-ħtieġa li tagħti spinta kbira lill-infrastruttura, lill-kapaċitajiet u l-istat ta’ tħejjija tad-difiża, inkluż permezz tal-baġit tal-Unjoni, u li tmur ferm lil hinn mill-allokazzjoni attwali ta’ anqas minn 2 % tal-QFP;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jinnota li l-kapaċitajiet Ewropew ta’ difiża qed isofru minn deċennji ta’ nuqqas ta’ investiment u li, skont il-Kummissjoni, id-distakk fl-infiq għad-difiża bħalissa huwa ta’ EUR 500 biljun għad-deċennju li jmiss; jissottolinja li l-baġit tal-Unjoni waħdu ma jistax jimla dan id-distakk, iżda għandu rwol importanti x’jaqdi, konġuntement mal-baġits nazzjonali u b’fokus fuq valur miżjud tal-UE ċar; iqis li l-baġit u s-self tal-Unjoni permezz tal-Grupp tal-BEI jistgħu jgħinu biex jinċentivaw l-investiment fid-difiża; jenfasizza li l-infiq fid-difiża ma jistax isir għad-detriment tal-infiq soċjali u ambjentali, u lanqas ma għandu jwassal għat-tnaqqis tal-finanzjament għal politiki tal-Unjoni li ilhom stabbiliti u li matul iż-żmien urew xi jsarrfu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jissottolinja l-merti tal-programmi u l-istrumenti ta’ difiża stabbiliti matul il-QFP attwali, li tejbu r-riċerka, il-produzzjoni u l-akkwist konġunti fil-qasam tad-difiża, filwaqt li pprovdew pedament siewi li fuqu jistgħu jinbnew aktar il-politika u l-investiment tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jenfasizza li, minħabba s-sitwazzjoni ġeopolitika, hemm il-ħtieġa ċara li tittieħed azzjoni u jsir progress lejn Unjoni tad-Difiża ġenwina, f’koordinazzjoni man-NATO u f’allinjament sħiħ mal-impenji ta’ newtralità tal-Istati Membri individwali; jaqbel, f’dan ir-rigward, mal-analiżi tal-Kummissjoni li l-QFP li jmiss irid jipprovdi qafas komprensiv u robust b’appoġġ għad-difiża tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jenfasizza l-importanza ta’ bażi teknoloġika u industrijali tad-difiża Ewropea kompetittiva u reżiljenti; iqis li investiment konġunt imsaħħaħ fil-livell tal-UE fid-difiża fil-QFP li jmiss, appoġġjat minn struttura ta’ governanza ċara u trasparenti, jista’ jgħin biex tiġi evitata d-duplikazzjoni, jiġu ġġenerati ekonomiji ta’ skala, u b’hekk jiġu ffrankati ħafna flus għall-Istati Membri, titnaqqas il-frammentazzjoni u tiġi żgurata l-interoperabbiltà tat-tagħmir u tas-sistemi; jenfasizza l-importanza tat-teknoloġija fis-sistemi moderni tad-difiża u għalhekk tal-investiment fir-riċerka, fiċ-ċiberdifiża u fiċ-ċibersigurtà u fi prodotti b’użu doppju; jindika l-ħtieġa li l-appoġġ jiġi dirett lejn l-industrija tad-difiża fi ħdan l-Unjoni, u b’hekk tissaħħaħ l-awtonomija strateġika, jinħolqu impjiegi ta’ kwalità li jirrikjedu ħiliet għolja, tiġi xprunata l-innovazzjoni u jinħolqu opportunitajiet transfruntiera għan-negozji tal-UE, inklużi l-SMEs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jindika l-importanza li jiżdied l-appoġġ fil-baġit għall-mobbiltà militari, li jtejjeb l-infrastruttura għal skopijiet militari u ċivili b’użu doppju, u li jippermetti l-moviment fuq skala kbira ta’ tagħmir u persunal militari bi ftit li xejn twissija u b’hekk jikkontribwixxi għall-kapaċitajiet ta’ difiża tal-Unjoni u għas-sigurtà kollettiva; jenfasizza, f’dan ir-rigward, l-importanza tal-finanzjament għan-networks trans-Ewropej tat-trasport biex jippermettu l-adattament tagħhom għal skopijiet ta’ użu doppju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jenfasizza li l-Unjoni jeħtieġ li żżid il-finanzjament għall-preparatezza b’mod ġenerali; jinsab allarmat bl-impatt dejjem jikber tad-diżastri naturali, li spiss huma r-riżultat tat-tibdil fil-klima u għalhekk x’aktarx li jseħħu bi frekwenza u intensità akbar fil-futur; jirrimarka li, skont ir-Rapport Ewropew tal-Valutazzjoni tar-Riskju Klimatiku tal-2024, it-telf ekonomiku akkumulat minn diżastri naturali jista’ jilħaq madwar 1,4 % tal-PDG tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jissottolinja, għaldaqstant, li, minbarra l-isforzi biex jittaffa t-tibdil fil-klima permezz tat-tranżizzjoni ekoloġika, jinħtieġ investiment sinifikanti għall-adattament għat-tibdil fil-klima, b’mod partikolari għall-prevenzjoni tad-diżastri naturali u ta’ avvenimenti severi tat-temp u għat-tnaqqis tal-impatt tagħhom; iqis li l-appoġġ għal dan l-għan, bħal permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili attwali, irid jiżdied b’mod sinifikanti fil-QFP li jmiss u jsir disponibbli malajr għall-awtoritajiet lokali u reġjonali, li spiss ikunu l-aktar esposti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jenfasizza li l-miżuri ta’ rikostruzzjoni u rkupru wara d-diżastri naturali jridu jkunu bbażati fuq l-approċċ “nibnu mill-ġdid aħjar” u jagħtu prijorità lis-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura; jisħaq fuq l-importanza tal-ġestjoni u s-sigurtà sostenibbli tal-ilma u r-reżiljenza idrika bħala parti mill-istrateġija ta’ preparatezza ġenerali tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Ifakkar li l-pandemija tal-COVID-19 ġabet ħsarat ekonomiċi u soċjali mad-dinja kollha u li tagħlima ewlenija mill-esperjenza hija li hemm bżonn li tingħata prijorità lill-investiment fil-prevenzjoni tat-theddidiet għas-saħħa, u fil-preparatezza u fir-rispons għalihom, fir-riċerka medika, fil-prevenzjoni tal-mard, fl-aċċess għall-mediċini kritiċi, fl-infrastruttura tal-kura tas-saħħa, fis-saħħa fiżika u mentali u fir-reżiljenza u l-aċċessibbiltà tas-sistemi tas-saħħa pubblika fl-Unjoni; ifakkar li l-awtonomija strateġika fis-saħħa hija essenzjali biex tiġi żgurata l-preparatezza tal-Unjoni f’dan il-qasam;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Iqis li l-QFP li jmiss irid jibni fuq il-ħidma li saret fil-perjodu ta’ programmazzjoni attwali billi jiżgura li l-investiment meħtieġ ikun fis-seħħ biex tinbena Unjoni Ewropea tas-Saħħa ġenwina li minnha jibbenefikaw iċ-ċittadini kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jissottolinja li, bl-iżviluppi teknoloġiċi, sar aktar faċli għal atturi barranin malizzjużi u opportunistiċi li jxerrdu d-diżinformazzjoni, iħeġġu d-diskors ta’ mibegħda online, jinterferixxu fl-elezzjonijiet u jwettqu attakki ċibernetiċi kontra l-interessi tal-Unjoni; jinsisti li l-QFP li jmiss irid jinvesti f’kapaċitajiet ta’ ċibersigurtà msaħħa u jgħammar lill-Unjoni biex tiġġieled il-gwerra ibrida fid-diversi forom tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jisħaq li l-media ħielsa, indipendenti u pluralistika hija komponent fundamentali tar-reżiljenza tal-Ewropa, u tissalvagwardja mhux biss il-fluss liberu tal-informazzjoni iżda wkoll l-ispirtu demokratiku, il-ħsieb kritiku u t-teħid ta’ deċiżjonijiet infurmat; jindika l-importanza tal-investiment f’ġurnaliżmu indipendenti u investigattiv, inizjattivi ta’ verifika tal-fatti, litteriżmu diġitali u medjatiku u ħsieb kritiku għas-salvagwardja kontra d-diżinformazzjoni, il-manipulazzjoni tal-informazzjoni minn barranin u l-indħil elettorali bħala parti mill-inizjattiva tat-Tarka għad-Demokrazija Ewropea u għalhekk biex tiġi ggarantita r-reżiljenza demokratika; jenfasizza l-ħtieġa ta’ appoġġ baġitarju kontinwu tal-Unjoni għal inizjattivi f’dawn l-oqsma;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jissottolinja l-importanza ta’ finanzjament kontinwu, fil-QFP li jmiss, għal protezzjoni effettiva tal-fruntieri esterni tal-UE; jissottolinja l-ħtieġa li jiġu miġġielda n-networks kriminali tranżnazzjonali u li jiġu protetti aħjar il-vittmi tan-networks tat-traffikar, u li jissaħħu l-kapaċitajiet ta’ reżiljenza u ta’ rispons biex jiġu indirizzati l-attakki ibridi u l-istrumentalizzazzjoni tal-migrazzjoni minn pajjiżi terzi jew atturi mhux statali ostili; jenfasizza, b’mod partikolari, il-ħtieġa ta’ appoġġ lill-Istati Membri l-aktar esposti għall-finijiet ta’ sigurtà tal-fruntieri esterni tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jissottolinja li r-reżiljenza u t-tħejjija tal-UE huma marbuta b’mod inseparabbli ma’ dawk tas-sħab reġjonali u globali tagħha; jenfasizza li t-tisħiħ tal-kapaċità tas-sħab li jipprevjenu, jirreżistu u jirrispondu b’mod effettiv għal avvenimenti estremi tat-temp, kriżijiet tas-saħħa, kampanji ibridi, attakki ċibernetiċi jew kunflitti armati jnaqqas ukoll ir-riskju ta’ effetti konsegwenzjali għall-Ewropa;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Azzjoni esterna u tkabbir</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jinsisti li, f’kuntest ta’ instabbiltà globali akbar, l-Unjoni jeħtieġ tkompli timpenja ruħha b’mod kostruttiv ma’ pajjiżi terzi u tappoġġja l-paċi u l-prevenzjoni tal-kunflitti, l-istabbiltà, il-prosperità, is-sigurtà, id-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt, l-ugwaljanza, id-demokrazija u l-iżvilupp sostenibbli globalment, f’konformità mal-valuri tagħha ta’ responsabbiltà dinjija u mal-impenji internazzjonali tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jiddispjaċih għall-fatt li l-azzjoni esterna fil-QFP attwali ma ġietx iffinanzjata biżżejjed, u dan wassal għal rikors sinifikanti għal strumenti speċjali u għal tisħiħ sostanzjali fir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu; jinnota, b’mod partikolari, li l-finanzjament tal-għajnuna umanitarja kien tabilħaqq inadegwat, u dan wassal għall-użu spiss tar-Riżerva ta’ Għajnuna f’Emerġenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jissottolinja li l-irtirar tal-Istati Uniti mir-rwol globali tagħha ta’ wara l-gwerra li tiggarantixxi l-paċi, is-sigurtà u d-demokrazija, fit-tmexxija tal-governanza globali fl-ordni internazzjonali multilaterali bbażat fuq ir-regoli u fl-għoti ta’ għajnuna essenzjali għall-iżvilupp u umanitarja lil dawk l-aktar fil-bżonn madwar id-dinja se jħalli vojt enormi u li l-Unjoni għandha responsabbiltà u interess strateġiku kbir li tgħin biex jimtela dak il-vojt; jistieden lill-Kummissjoni tindirizza l-konsegwenzi tal-irtirar tal-Istati Uniti l-aktar tard fil-proposta tagħha għall-QFP ta’ wara l-2027;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jisħaq li l-QFP li jmiss irid ikompli jindirizza l-aktar sfidi globali urġenti, mill-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, sal-provvista ta’ għajnuna f’każ ta’ diżastri naturali, il-prevenzjoni u l-indirizzar tal-kunflitti vjolenti u l-garanzija tas-sigurtà globali, l-iżgurar tas-sigurtà globali tal-ikel, it-titjib tas-sistemi tal-kura tas-saħħa u tal-edukazzjoni, it-tnaqqis tal-faqar u tal-inugwaljanzi, il-promozzjoni tad-demokrazija, tad-drittijiet tal-bniedem, tal-istat tad-dritt u tal-ġustizzja soċjali, u t-tisħiħ tal-kompetittività u tas-sigurtà tal-ktajjen tal-provvista globali, f’konformità sħiħa mal-prinċipju tal-koerenza politika għall-iżvilupp; jenfasizza, b’mod partikolari, il-ħtieġa ta’ appoġġ għall-Viċinat tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jissottolinja li, b’mod partikolari fid-dawl tat-tnaqqis drastiku fil-baġit tal-USAID, il-baġit irid jirrispetta r-rwol tal-Unjoni bħala l-fornitur ewlieni fid-dinja tal-għajnuna għall-iżvilupp u tal-finanzjament għall-klima, f’konformità mal-obbligi u l-impenji globali tal-Unjoni; ifakkar, f’dan ir-rigward, li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha impenjaw ruħhom b’mod kollettiv li jallokaw 0,7 % tal-ING tagħhom għall-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp u li t-tnaqqis tal-faqar irid jibqa’ l-objettiv primarju tiegħu; jinsisti li l-baġit irid jibqa’ jappoġġja lill-Unjoni fl-isforzi tagħha biex tiddefendi l-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli, id-demokrazija, il-multilateraliżmu, id-drittijiet tal-bniedem u l-valuri fundamentali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jinsisti li, minħabba l-iskala bla preċedent ta’ kriżijiet umanitarji, l-isfidi globali li qed jiżdiedu u l-inċertezza tal-assistenza tal-Istati Uniti taħt l-amministrazzjoni attwali, il-finanzjament tal-għajnuna umanitarja jrid jissaħħaħ b’mod sinifikanti u li l-użu tiegħu jrid jibqa’ bbażat fuq il-ħtiġijiet biss u jirrispetta l-prinċipji tan-newtralità, l-indipendenza u l-imparzjalità; jenfasizza li n-natura bbażata fuq il-ħtiġijiet tal-għajnuna umanitarja tirrikjedi finanzjament delimitat mogħti permezz ta’ programm ta’ nfiq awtonomu, distint minn finanzjament ieħor tal-azzjoni esterna; jissottolinja, barra minn hekk, li l-għoti effettiv ta’ għajnuna umanitarja huwa kontinġenti fuq il-prevedibbiltà permezz ta’ allokazzjoni bażi annwali suffiċjenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jenfasizza li l-għajnuna umanitarja, min-natura tagħha teħtieġ flessibbiltà u kapaċità ta’ rispons sostanzjali; iqis, għalhekk, li, minbarra ċifra bażi adegwata, l-għajnuna umanitarja se tirrikjedi flessibbiltà delimitata sinifikanti fit-tfassil tagħha biex tippermetti rispons effettiv għall-kriżijiet li qed jikbru;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Jenfasizza li, f’kuntest li fih l-atturi globali qed jużaw dejjem aktar l-interdipendenza kummerċjali bħala mezz ta’ koerċizzjoni ekonomika, l-Unjoni jeħtiġilha ssaħħaħ il-kapaċità tagħha li tipproteġi u tavvanza l-interessi strateġiċi tagħha, tiżviluppa għodod aktar robusti biex tiġġieled il-koerċizzjoni u tiżgura reċiproċità ġenwina fis-sħubijiet tagħha; jenfasizza li approċċ bħal dan jirrikjedi l-allokazzjoni strateġika ta’ finanzjament estern sabiex jiġu appoġġjati, pereżempju, sħubijiet ekonomiċi, tas-sigurtà u tal-enerġija li jallinjaw mal-valuri u mal-interessi strateġiċi tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Iqis li t-tkabbir jirrappreżenta opportunità biex l-Unjoni tissaħħaħ bħala setgħa ġeopolitika u li l-QFP li jmiss huwa kruċjali biex l-Unjoni titħejja għat-tkabbir waqt li l-pajjiżi kandidati jitħejjew għall-adeżjoni; ifakkar li l-istabbiltà, is-sigurtà u r-reżiljenza demokratika tal-pajjiżi kandidati huma konnessi b’mod inseparabbli ma’ dawk tal-UE u jirrikjedu investiment strateġiku sostnut, marbut ma’ riformi, biex jappoġġjaw il-konverġenza tagħhom mal-istandards tal-Unjoni; jissottolinja r-rwol importanti li għandhom i-ċittadini u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-proċess tat-tkabbir;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Jindika l-ħtieġa ta’ appoġġ immirat b’mod strateġiku għal qabel l-adeżjoni u għat-tkabbir u l-investiment; huwa tal-fehma li l-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni ta’ wara l-2027 għandha tingħata kemm fil-forma ta’ għotjiet kif ukoll fil-forma ta’ self; jemmen, f’dak il-kuntest, li l-qafas futur għandu jippermetti mekkaniżmi ta’ finanzjament innovattivi, kif ukoll self lill-pajjiżi kandidati appoġġjat mill-marġni ta’ manuvra baġitarju (id-differenza bejn ir-riżorsi proprji u l-limiti massimi tal-QFP);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Jisħaq li l-appoġġ finanzjarju jrid ikun kundizzjonali fuq l-implimentazzjoni tar-riformi allinjati mal-acquis u mal-politiki tal-Unjoni u l-aderenza mal-valuri tal-Unjoni; jenfasizza, f’dan ir-rigward, il-ħtieġa ta’ mudell tal-governanza b’saħħtu li jiżgura l-obbligu ta’ rendikont, is-sorveljanza u l-kontroll parlamentari u arkitettura b’saħħitha u effettiva kontra l-frodi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Itenni l-appoġġ sħiħ tiegħu lill-Ukreni fil-ġlieda tagħhom għal-libertà u d-demokrazija u jiddeplora t-tbatija terribbli u l-impatt li jirriżultaw mill-gwerra ta’ aggressjoni mhux provokata u mhux ġustifikabbli tar-Russja; jilqa’ d-deċiżjoni li l-Ukrajna u l-ġara tagħha, ir-Repubblika tal-Moldova jingħataw status ta’ pajjiż kandidat u jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġu mobilizzati l-fondi meħtieġa biex jiġu appoġġjati l-proċessi ta’ adeżjoni tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>69.</NO.P>Jissottolinja li l-appoġġ ta’ qabel l-adeżjoni lill-Ukrajna jrid ikun distint minn, u addizzjonali għall-assistenza finanzjarja għall-istabbiltà makroekonomika, ir-rikostruzzjoni u l-irkupru ta’ wara l-gwerra, fejn il-ħtiġijiet huma ħafna aktar sostanzjali u jirrikjedu sforz internazzjonali koordinat, li l-appoġġ mill-baġit tal-Unjoni għandu jkun parti importanti minnu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>70.</NO.P>Huwa konvint li l-klawżola ta’ reviżjoni obbligatorja eżistenti fil-każ ta’ tkabbir għandha tinżamm fil-qafas li jmiss u li l-pakketti finanzjarji nazzjonali m’għandhomx jiġi milquta; jissottolinja li l-QFP li jmiss se jkollu jistabbilixxi wkoll miżuri xierqa tranżizzjonali u ta’ introduzzjoni gradwali għal oqsma ewlenin tal-infiq, bħall-koeżjoni u l-agrikoltura, abbażi ta’ valutazzjoni bir-reqqa tal-impatti fuq setturi differenti;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Id-drittijiet fundamentali, il-valuri tal-Unjoni u l-istat tad-dritt</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>71.</NO.P>Jenfasizza l-importanza tal-baġit tal-Unjoni u programmi bħal Erasmus+ u l-Programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri għall-promozzjoni u l-protezzjoni tad-demokrazija u l-valuri tal-Unjoni, it-trawwim tal-wirt kulturali komuni tal-Unjoni u l-integrazzjoni Ewropea, it-tisħiħ tal-involviment taċ-ċittadini, l-edukazzjoni ċivika u l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ, u s-salvagwardja u l-promozzjoni tad-drittijiet fundamentali minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u tal-istat tad-dritt; jitlob, f’dan ir-rigward, li jiżdied il-finanzjament għal Erasmus + fil-QFP li jmiss; jindika l-importanza tal-indipendenza tas-sistema ġudizzjarja, il-funzjonament tajjeb tal-istituzzjonijiet nazzjonali, id-deoligarkizzazzjoni, l-appoġġ robust għas-soċjetà ċivili u, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tat-TUE, djalogu attiv magħha, li huwa vitali biex jitrawwem spazju ċiviku attiv, jiġu żgurati l-obbligu ta’ rendikont u t-trasparenza u biex dawk li jfasslu l-politika jiġu infurmati dwar l-aħjar prattiki mill-post;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>72.</NO.P>Jenfasizza, f’dak ir-rigward, li r-riformulazzjoni tar-Regolament Finanzjarju tirrikjedi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, fl-implimentazzjoni tal-baġit, li jiżguraw il-konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u jirrispettaw il-valuri li fuqhom hija msejsa l-Unjoni, kif minqux fl-Artikolu 2 tat-TUE; jistenna li l-Kummissjoni tiżgura li l-proposti għall-QFP li jmiss, inkluż għall-programmi ta’ nfiq, jibqgħu allinjati mar-Regolament Finanzjarju riformulat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>73.</NO.P>Jenfasizza li l-instabbiltà fir-reġjuni ġirien u lil hinn, il-faqar, it-tendenzi sottostanti fl-iżvilupp ekonomiku, il-bidliet demografiċi u t-tibdil fil-klima qed ikomplu jiġġeneraw flussi migratorji lejn l-Unjoni, filwaqt li jagħmlu pressjoni sinifikanti fuq is-sistemi tal-ażil u tal-migrazzjoni; jissottolinja li l-QFP ta’ wara l-2027 irid jappoġġja l-implimentazzjoni sħiħa u malajr tal-Patt tal-Unjoni dwar l-Ażil u l-Migrazzjoni u politiki effettivi ta’ ritorn u riammissjoni, f’konformità mad-drittijiet fundamentali u l-valuri tal-UE, inkluż il-prinċipju tas-solidarjetà u t-tqassim ġust tar-responsabbiltà; jissottolinja, barra minn hekk, li, f’konformità mal-Patt, l-UE jeħtiġilha ssegwi kooperazzjoni msaħħa u sħubijiet ta’ benefiċċju reċiproku ma’ pajjiżi terzi dwar il-migrazzjoni, bi skrutinju parlamentari adegwat, u li tali kooperazzjoni trid tirrispetta d-dritt tal-UE u d-dritt internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>74.</NO.P>Jissottolinja li l-konformità mal-valuri u d-drittijiet fundamentali tal-Unjoni hija prerekwiżit essenzjali għall-aċċess għall-fondi tal-UE; jenfasizza l-importanza ta’ rabtiet b’saħħithom bejn ir-rispett għall-istat tad-dritt u l-aċċess għall-fondi tal-UE fl-ambitu tal-QFP attwali; jemmen li l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni tiddependi fuq ir-rispett għall-istat tad-dritt fil-livell nazzjonali; jilqa’, b’mod partikolari, l-impatt pożittiv tar-Regolament dwar il-Kundizzjonalità tal-Istat tad-Dritt biex jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni f’każijiet ta’ ksur sistemiku u persistenti tal-istat tad-dritt; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill japplikaw ir-regolament b’mod strett, konsistenti u mingħajr dewmien żejjed kull meta jkun meħtieġ; jenfasizza li d-deċiżjonijiet biex il-finanzjament tal-Unjoni jiġi sospiż jew imnaqqas minħabba ksur tal-istat tad-dritt iridu jkunu bbażati fuq kriterji oġġettivi u mhux ikunu ggwidati minn kunsiderazzjonijiet oħra, u lanqas ma jridu jkunu l-eżitu ta’ negozjati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>75.</NO.P>Jindika l-ħtieġa ta’ rabta aktar b’saħħitha bejn l-istat tad-dritt u l-baġit tal-Unjoni wara l-2027 u jilqa’ l-impenn tal-Kummissjoni li ssaħħaħ ir-rabtiet bejn ir-rakkomandazzjonijiet fir-rapport annwali dwar l-istat tad-dritt u l-aċċess għall-fondi permezz tal-baġit; jistieden lill-Kummissjoni tiddeskrivi, fir-rapport annwali dwar l-istat tad-dritt mill-2025 ’il quddiem, il-punt sa fejn id-dgħufijiet identifikati fir-reġimi tal-istat tad-dritt potenzjalment joħolqu riskju għall-baġit tal-Unjoni; jilqa’, barra minn hekk, ir-rabta bejn ir-rispett għall-valuri tal-Unjoni u l-implimentazzjoni tal-baġit u jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja b’mod attiv il-konformità tal-Istati Membri ma’ dan il-prinċipju b’mod unifikat u tieħu azzjoni rapida fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>76.</NO.P>Jappella għall-konsolidazzjoni ta’ sett ta’ għodod robust tal-istat tad-dritt, li jibni fuq id-dispożizzjonijiet ta’ kundizzjonalità attwali fl-ambitu tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF), il-kundizzjonijiet abilitanti orizzontali fir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni u d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament Finanzjarju u jinsisti li s-sett ta’ għodod għandu jkopri l-baġit kollu tal-Unjoni; jissottolinja l-ħtieġa ta’ trasparenza u konsistenza ħafna akbar fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ għodod għall-protezzjoni tal-istat tad-dritt u li r-rwol tal-Parlament jissaħħaħ fl-applikazzjoni u l-iskrutinju ta’ tali miżuri; jinsisti, barra minn hekk, fuq il-ħtieġa ta’ konsistenza bejn l-istrumenti meta jiġi vvalutat il-ksur tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>77.</NO.P>Ifakkar li r-Regolament dwar il-Kundizzjonalità tal-Istat tad-Dritt jipprevedi li r-riċevituri finali ma għandhomx jiġu mċaħħda mill-benefiċċji tal-fondi tal-UE fil-każ li jiġu applikati sanzjonijiet lill-gvern tagħhom; jemmen li, sal-lum, din id-dispożizzjoni ma kinitx effettiva u jisħaq fuq l-importanza li jiġi applikat approċċ ta’ kundizzjonalità intelliġenti sabiex il-benefiċjarji ma jiġux penalizzati minħabba l-azzjonijiet tal-gvern tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni, f’konformità mal-intenzjoni ddikjarata tagħha fil-linji gwida tal-politika, tipproponi miżuri speċifiċi biex tiżgura li l-awtoritajiet lokali u reġjonali, is-soċjetà ċivili u benefiċjarji oħra jkunu jistgħu jkomplu jibbenefikaw minn finanzjament tal-Unjoni f’każijiet ta’ ksur tal-istat tad-dritt mill-gvernijiet nazzjonali mingħajr ma tiddgħajjef l-applikazzjoni tar-regolament u filwaqt li jinżamm l-obbligu tal-Istat Membru li jħallas skont id-dritt tal-Unjoni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT> <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Baġit fit-tul li jintegra l-objettivi ta’ politika tal-Unjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>78.</NO.P>Jisħaq li baġit fit-tul li jkun allinjat bis-sħiħ mal-għanijiet strateġiċi tal-Unjoni jirrikjedi li l-objettivi ewlenin jiġu integrati fil-baġit kollu permezz ta’ sett ta’ prinċipji orizzontali, li jibnu fuq it-tagħlimiet misluta mill-QFP attwali u mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>79.</NO.P>Ifakkar li l-implimentazzjoni tal-prinċipji orizzontali m’għandhiex twassal għal piż amministrattiv eċċessiv fuq il-benefiċjarji u għandha tkun konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità; jappella għal soluzzjonijiet innovattivi u l-użu ta’ għodod ta’ rapportar awtomatizzati, inkluża l-intelliġenza artifiċjali, biex jinkiseb ġbir tad-data aktar effiċjenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>80.</NO.P>Jissottolinja, għalhekk, li l-QFP li jmiss irid jiżgura li, b’mod ġenerali, il-programmi ta’ nfiq isegwu l-objettivi relatati mal-klima u l-bijodiversità, jippromwovu u jipproteġu d-drittijiet u l-opportunitajiet indaqs għal kulħadd, inkluż l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, jappoġġjaw il-kompetittività u jsaħħu l-preparatezza tal-Unjoni kontra t-theddid;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>81.</NO.P>Jirrimarka li integrazzjoni effettiva tinkiseb l-aħjar permezz ta’ sett ta’ għodod ta’ miżuri, primarjament permezz tat-tfassil tal-politiki, tal-proġetti u tar-regolamentazzjonii, valutazzjonijiet tal-impatt bir-reqqa u traċċar solidu tal-infiq u, f’każijiet speċifiċi, miri tal-infiq ibbażati fuq data rilevanti u disponibbli; jilqa’ t-titjib sinifikanti fir-rapportar tal-prestazzjoni fil-QFP attwali, li jippermetti skrutinju ħafna aħjar tal-impatt tal-infiq tal-UE u jitlob li dan jiġi żviluppat aktar fil-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>82.</NO.P>Jilqa’ l-iżvilupp ta’ metodoloġija biex l-infiq abbażi tal-ġeneru jiġi segwit, u jqis li t-tagħlimiet misluta, b’mod partikolari fir-rigward tal-ġbir ta’ data diżaggregata skont il-ġeneru, il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tal-impatt u l-piż amministrattiv, għandhom jiġu applikati fil-QFP li jmiss sabiex tittejjeb il-metodoloġija; jistieden lill-Kummissjoni tesplora l-fattibbiltà ta’ bbaġitajar skont il-ġeneru fil-QFP li jmiss; jisħaq, bl-istess mod, fuq il-ħtieġa ta’ titjib sinifikanti fil-metodoloġiji tal-integrazzjoni tal-klima u tal-bijodiversità biex nimxu lejn il-kejl tal-impatt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>83.</NO.P>Jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma wettqitx b’mod sistematiku valutazzjonijiet tal-impatt bir-reqqa, inkluż valutazzjonijiet tal-impatt fuq il-ġeneru, għal-leġiżlazzjoni kollha li tinvolvi l-infiq permezz tal-baġit u jinsisti li dan għandu jinbidel;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>84.</NO.P>Jinsab kuntent li l-mira tal-integrazzjoni tal-azzjoni klimatika ta’ 30 % hija prevista li tinqabeż fil-QFP attwali; jesprimi dispjaċir, madankollu, dwar il-fatt li l-Unjoni mhijiex fit-triq it-tajba biex tilħaq il-mira ta’ 10 % għall-2026 għan-nefqa relatata mal-bijodiversità; jinsisti li l-miri fil-FII madankollu kienu fattur ewlieni li xpruna l-infiq fuq il-klima u l-bijodiversità; jistieden lill-Kummissjoni tadatta l-miri tal-infiq li jikkontribwixxu b’mod pożittiv għall-klima u l-bijodiversità f’konformità mal-ambizzjonijiet tal-politika tal-Unjoni f’dan ir-rigward, u tqis il-ħtiġijiet ta’ investiment għal dawn l-ambizzjonijiet ta’ politika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>85.</NO.P>Jenfasizza, barra minn hekk, li l-baġit tal-Unjoni għandu jiġi implimentat f’konformità mal-Artikolu 33(2) tar-Regolament Finanzjarju, għaldaqstant mingħajr ma ssir ħsara sinifikanti<FOOTNOTE><FIELD> L-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/852/oj).</FIELD></FOOTNOTE> lill-objettivi speċifikati, filwaqt li jiġu rispettati l-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-impjieg applikabbli u jitqies il-prinċipju tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>86.</NO.P>Jilqa’ l-impenn tal-Kummissjoni li mill-QFP li jmiss telimina b’mod gradwali s-sussidji kollha għall-fjuwils fossili u s-sussidji kollha ta’ ħsara għall-ambjent; jistenna li l-Kummissjoni tressaq il-pjan direzzjonali ppjanat tagħha f’dan ir-rigward bħala parti mill-proposta tagħha għall-QFP li jmiss;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Baġit fit-tul b’amministrazzjoni effettiva għas-servizz tal-Ewropej </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>87.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa li l-politiki tal-Unjoni jkunu sostnuti minn amministrazzjoni li tiffunzjona tajjeb; jinsisti li wara l-2027 għandhom jiġu allokati biżżejjed riżorsi finanzjarji u tal-persunal mill-bidu nett sabiex l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ikunu jistgħu jiżguraw tfassil tal-politika effettiv u effiċjenti, twettiq u infurzar b’livell għoli ta’ kwalità, jipprovdu assistenza teknika, ikomplu jattiraw l-aħjar persuni mill-Istati Membri kollha, u b’hekk jiżguraw bilanċ ġeografiku, u jkollhom il-flessibbiltà biex jaġġustaw meta ċ-ċirkostanzi jinbidlu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>88.</NO.P>Jiddispjaċih li l-kapaċità tal-Unjoni li timplimenta l-politika b’mod effettiv u li tipproteġi l-interessi finanzjarji tagħha fi ħdan il-QFP attwali ddgħajfet minħabba riżorsi amministrattivi batuti u applikazzjoni dogmatika ta’ politika ta’ persunal stabbli, minkejja ż-żieda fit-talbiet u r-responsabbiltajiet; jindika, pereżempju, in-nuqqas li jiġi pprovdut biżżejjed persunal biex jiġu implimentati u infurzati kif xieraq l-Att dwar is-Servizzi Diġitali<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) (ĠU L 277, 27.10.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2065/oj).</FIELD></FOOTNOTE> u l-Att dwar is-Swieq Diġitali<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2022/1925 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2022 dwar swieq kontestabbli u ġusti fis-settur diġitali u li jemenda d-Direttivi (UE) 2019/1937 u (UE) 2020/1828 (l-Att dwar is-Swieq Diġitali), (ĠU L 265, 12.10.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/1925/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, b’mod li naqqas l-effettività tal-leġiżlazzjoni, u r-riallokazzjonijiet ripetuti mill-programmi għall-aġenziji deċentralizzati biex jiġu koperti l-ħtiġijiet ta’ persunal; jinsisti li l-livelli tal-persunal għandhom jiġu ddeterminati minn valutazzjoni oġġettiva tal-ħtiġijiet meta l-leġiżlazzjoni tiġi proposta u adottata b’mod definittiv, u jitqiesu fl-ippjanar għan-nefqa amministrattiva mill-bidu nett;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>89.</NO.P>Jenfasizza li l-Kummissjoni fittxet, sa ċertu punt, li ddur mal-politika tagħha stess ta’ persunal stabbli billi żiedet il-persunal marbut mal-programmi u l-faċilitajiet u b’hekk mhux kopert mil-limitu massimu tal-infiq amministrattiv; jenfasizza, madankollu, li approċċ bħal dan sempliċiment jaħbi l-problema u fl-aħħar mill-aħħar jista’ jdgħajjef il-kapaċità operattiva tal-programmi; jinsisti, għalhekk, li responsabbiltajiet addizzjonali jirrikjedu nefqa amministrattiva u ma jridux inaqqru l-pakketti finanzjarji tal-programmi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>90.</NO.P>Jisħaq li l-investiment bil-quddiem f’infrastruttura sigura u interoperabbli tal-IT u fil-kapaċitajiet ta’ estrazzjoni tad-data jista’ jiġġenera wkoll iffrankar tal-kostijiet fit-tul u jtejjeb ħafna it-twettiq tal-politika u t-traċċar tal-infiq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>91.</NO.P>Jirrikonoxxi li, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe mekkaniżmu ta’ korrezzjoni fil-QFP attwali, il-livell għoli ta’ inflazzjoni żied b’mod sinifikanti il-kostijiet, u kien meħtieġ l-użu estensiv ta’ strumenti speċjali biex ġie kopert in-nuqqas; jiddispjaċih li l-Kunsill għażel li ma jaċċettax il-proposta tal-Kummissjoni li jgħolli l-limitu massimu għan-nefqa amministrattiva fir-reviżjoni tal-QFP, u b’hekk naqqar aktar l-istrumenti speċjali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Baġit fit-tul aktar sempliċi u aktar trasparenti</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>92.</NO.P>Jenfasizza li l-QFP li jmiss irid jitfassal b’mod li jissimplifika l-ħajja tal-benefiċjarji kollha billi jnaqqas il-burokrazija żejda; jissottolinja li s-simplifikazzjoni se tirrikjedi l-armonizzazzjoni tar-regoli u r-rekwiżiti ta’ rappurtar kull fejn ikun possibbli, inkluż, jekk ikun rilevanti, l-iżgurar tal-konsistenza bejn ir-regoli applikabbli fil-livelli Ewropej, nazzjonali u reġjonali; jissottolinja, f’dak ir-rigward, il-ħtieġa ta’ punt ta’ dħul uniku faċli għall-utent u ġenwin għall-finanzjament tal-UE u proċedura ta’ applikazzjoni simplifikata mfassla f’konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti; jirrimarka, barra minn hekk, li l-QFP li jmiss irid jiġi implimentat kemm jista’ jkun qrib in-nies;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>93.</NO.P>Jitlob simplifikazzjoni ġenwina fejn ikun hemm objettivi li jikkoinċidu, kriterji ta’ eliġibbiltà diverġenti u regoli differenti li jirregolaw dispożizzjonijiet orizzontali li għandhom ikunu uniformi fil-programmi kollha; iqis li valutazzjoni ta’ liema programmi ta’ nfiq għandhom jiġu inklużi fil-QFP li jmiss trid tkun ibbażata fuq l-aspetti ta’ hawn fuq, fuq il-ħtieġa li l-infiq jiġi ffukat fuq objettivi ta’ politika identifikati b’mod ċar b’valur miżjud Ewropew ċar u fuq il-loġika ta’ intervent ta’ politika ta’ kull programm; jenfasizza li t-tnaqqis fl-għadd ta’ programmi mhuwiex għan fih innifsu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>94.</NO.P>Jissottolinja li s-simplifikazzjoni ma tistax tfisser marġni ta’ manuvrar akbar għall-Kummissjoni mingħajr il-kontrolli u l-bilanċi meħtieġa u għalhekk trid tinkiseb bir-rispett sħiħ għall-bilanċ istituzzjonali previst fit-Trattati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>95.</NO.P>Jinsisti li s-simplifikazzjoni ma tistax issir għad-detriment tal-kwalità tat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-programmi u li, għalhekk, baġit aktar sempliċi jrid ikun ukoll baġit aktar trasparenti, li jippermetti obbligu ta’ rendikont, skrutinju u kontroll tal-infiq aħjar u li jnaqqas ir-riskji ta’ finanzjament doppju, użu ħażin u frodi; jissottolinja li kwalunkwe tnaqqis fil-programmi jrid jiġi kkumpensat minn tqassim ferm aktar dettaljat tal-baġit skont il-linja baġitarja, b’kuntrast ma’ xi fużjonijiet tal-programmi fil-QFP attwali, bħall-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali (NDICI – Ewropa Globali), li huwa eżempju li ma għandux jiġi segwit; jitlob, għalhekk, tqassim dettaljat biżżejjed skont il-linja baġitarja biex jippermetti lill-awtorità baġit teżerċita obbligu ta’ rendikont xieraq u jiżgura li t-teħid ta’ deċiżjonijiet fil-proċedura baġitarja annwali u matul l-implimentazzjoni tal-baġit ikun sinifikattiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>96.</NO.P>Ifakkar li t-trasparenza hija essenzjali biex tinżamm il-fiduċja taċ-ċittadini, u li l-frodi u l-użu ħażin tal-fondi huma estremament detrimentali għal dik il-fiduċja; jissottolinja, għalhekk, il-ħtieġa li l-Parlament ikun jista’ jikkontrolla l-infiq u jivvaluta jekk tistax tingħata kwittanza; jinsisti li obbligu ta’ rendikont xieraq jirrikjedi awditjar robust għall-infiq baġitarju kollu bbażat fuq l-applikazzjoni ta’ rekord tal-awditjar uniku; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi mekkaniżmi armonizzati u effettivi ta’ kontra l-frodi fl-istrumenti kollha ta’ finanzjament għall-QFP ta’ wara l-2027 li jiżguraw il-protezzjoni tal-baġit tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>97.</NO.P>Itenni l-pożizzjoni li ilu jħaddan li l-infiq kollu fil-livell tal-UE għandu jinġieb fl-ambitu tal-awtorità baġitarja, biex b’hekk jiġu żgurati t-trasparenza, il-kontroll demokratiku u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE; jappella, għalhekk, għall-ibbaġitjar sħiħ ta’ strumenti (parzjalment) barra mill-baġit bħall-Fond Soċjali għall-Klima, il-Fond għall-Innovazzjoni u l-Fond għall-Modernizzazzjoni, jew is-suċċessuri tagħhom;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Baġit fit-tul li jkun aktar flessibbli u b’aktar rispons għall-kriżijiet u x-xokkijiet</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>98.</NO.P>Jirrimarka li, tradizzjonalment, il-QFP ma ġiex ikkonċepit b’loġika ta’ reazzjoni għall-kriżijiet jew ta’ flessibbiltà, iżda pjuttost tfassal primarjament biex jiżgura l-prevedibbiltà tal-investiment fuq terminu medju; jissottolinja li, f’kuntest politiku, ekonomiku, soċjali u tas-sigurtà li qed jinbidel malajr, approċċ bħal dan ma għadux sostenibbli; jinsisti li fil-QFP li jmiss ikun hemm biżżejjed kapaċità ta’ rispons integrata għall-kriżijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>99.</NO.P>Jissottolinja li l-QFP attwali kien karatterizzat minn nuqqas ta’ flessibbiltà u nuqqas ta’ kapaċità li jaġġusta ruħu skont l-evoluzzjoni tal-prijoritajiet ta’ nfiq; iqis li l-QFP li jmiss jeħtieġ isib bilanċ aħjar bejn il-prevedibbiltà tal-investiment u l-flessibbiltà, biex tiġi aġġusta l-enfasi tal-infiq; jenfasizza li l-infiq f’ċerti oqsma jirrikjedi stabbiltà akbar milli f’oħrajn fejn il-flessibbiltà hija aktar siewja; jisħaq li r-riallokazzjonijiet rikorrenti mhumiex mod vijabbli biex jiġu ffinanzjati l-prijoritajiet tal-Unjoni, għax jagħmlu ħsara lill-investimenti u jipperikolaw it-twettiq tal-objettivi ta’ politika li jkun intlaħaq qbil dwarhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>100.</NO.P>Jemmen li, filwaqt li jallokaw porzjon sinifikanti ta’ finanzjament għall-objettivi bil-quddiem, il-programmi ta’ nfiq għandhom iżommu riżerva ta’ flessibbiltà sostanzjali integrata, permezz ta’ allokazzjoni għal objettivi ta’ politika speċifiċi li għandhom jiġu deċiżi mill-awtorità baġitarja; jinnota li r-riżerva għall-isfidi u l-prijoritajiet emerġenti tal-NDICI – Ewropa Globali tipprovdi mudell għal tali riżerva ta’ flessibbiltà, iżda li l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet għall-mobilizzazzjoni tagħha ma jridx jiġi replikat fil-QFP futur; jindika l-ħtieġa ta’ setgħat ta’ skrutinju aktar b’saħħithom u aktar effettivi tal-koleġiżlaturi fuq l-istabbiliment tal-prijoritajiet u l-objettivi ta’ politika u ta’ analiżi baġitarja dettaljata biex jiġi żgurat li l-awtorità baġitarja tkun mgħammra biex tieħu deċiżjonijiet sinifikattivi u infurmati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>101.</NO.P>Jissottolinja li l-QFP irid ikollu marġini suffiċjenti taħt kull intestatura biex jiżgura li strumenti jew objettivi ta’ nfiq ġodda li jkun intlaħaq qbil dwarhom matul il-perjodu ta’ programmazzjoni jkunu jistgħu jiġu akkomodati mingħajr ma jitnaqqas il-finanzjament għal objettivi ta’ politika oħra jew objettivi strateġiċi fit-tul oħra jew titnaqqar il-kapaċità ta’ rispons għall-kriżijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>102.</NO.P>Jissottolinja li l-possibbiltà ta’ trasferimenti baġitarji skont ir-Regolament Finanzjarju diġà tipprevedi flessibbiltà biex isir aġġustament skont l-evoluzzjoni tal-ħtiġijiet ta’ nfiq matul l-implimentazzjoni tal-baġit; jenfasizza li, skont ir-regoli attwali, il-Kummissjoni għandha libertà sinifikanti li tittrasferixxi ammonti konsiderevoli bejn l-oqsma ta’ politika mingħajr l-approvazzjoni tal-awtorità baġitarja, u dan jillimita l-iskrutinju u l-kontroll; jitlob, għalhekk, li r-regoli jinbidlu sabiex jiġi introdott ammont massimu, flimkien ma’ perċentwal massimu għal kull linja baġitarja, għat-trasferimenti mingħajr approvazzjoni; iqis li għal trasferimenti minn istituzzjonijiet tal-Unjoni għajr il-Kummissjoni li huma soġġetti għall-possibbiltà ta’ oġġezzjoni debitament ġustifikata mill-Parlament jew mill-Kunsill, limitu li taħtu jkunu eżentati minn dik il-proċedura jista’ jkun miżura ta’ simplifikazzjoni siewja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>103.</NO.P>Ifakkar li l-QFP attwali tpoġġa taħt pressjoni ulterjuri minħabba l-livelli għoljin ta’ inflazzjoni f’kuntest fejn jiġi applikat deflatur annwali ta’ 2 % għall-prezzijiet tal-2018, li jnaqqas il-valur tal-baġit f’termini reali u l-kapaċità operazzjonali u amministrattiva tiegħu; iqis, għalhekk, li l-baġit futur għandu jkun mogħni b’kapaċità ta’ rispons suffiċjenti li tippermetti lill-baġit jadatta għax-xokkijiet inflazzjonarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>104.</NO.P>Jitlob riforma radikali tal-istrumenti speċjali eżistenti biex tissaħħaħ il-kapaċità ta’ rispons għall-kriżijiet u tiġi żgurata reazzjoni effettiva u malajr permezz ta’ mobilizzazzjoni aktar rapida; jissottolinja li l-istrumenti attwali huma inadegwati fid-daqs u anke ristretti minħabba riġidità eċċessiva, u diversi minnhom huma effettivament delimitati skont it-tip ta’ kriżi; jirrimarka li kapaċità msaħħa ta’ rispons għall-kriżijiet se tiżgura li l-fondi tal-politika ta’ koeżjoni ma jintużawx għal dak l-għan u għalhekk jistgħu jintużaw għall-objettivi ta’ investiment intenzjonati tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>105.</NO.P>Iqis li l-QFP ta’ wara l-2027 għandu jinkludi biss żewġ strumenti speċjali – wieħed iddedikat biex tiġi żgurata s-solidarjetà fil-każ ta’ diżastri naturali (is-suċċessur tar-Riżerva Ewropea ta’ Solidarjetà eżistenti) u wieħed għar-rispons għall-kriżijiet bi skop ġenerali u biex jirreaġixxi għal kwalunkwe ħtieġa mhux prevista jew prijorità li tfeġġ, inkluż meta l-ammonti fl-istrument speċjali għad-diżastri naturali ma jkunx biżżejjed (is-suċċessur tal-Istrument ta’ Flessibbiltà); jinsisti li ż-żewġ strumenti speċjali għandhom ikunu ffinanzjati b’mod adegwat mill-bidu nett u jkunu jistgħu jittrasferixxu ammonti mhux minfuqa b’mod indefinit matul il-perjodu tal-QFP; jemmen li l-istrumenti speċjali l-oħra kollha jistgħu jingħalqu jew jiġu inklużi fiż-żewġ strumenti speċjali jew fi programmi eżistenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>106.</NO.P>Jitlob li l-Istrument ta’ Flessibbiltà futur ikun fornut tajjeb ħafna minn qabel u sussegwentement jinżamm sod permezz ta’ għadd ta’ sorsi addizzjonali ta’ finanzjament: marġnijiet mhux minfuqa mis-snin preċedenti (bħal fl-Istrument ta’ Marġini Uniku attwali), is-surplus annwali mis-sena preċedenti, mekkaniżmu bbażat fuq il-multi mmudellat fuq l-Artikolu 5 eżistenti tar-Regolament QFP, rimborżi minn strumenti finanzjarji u approprjazzjonijiet diżimpenjati; jissottolinja li l-QFP li jmiss għandu jitfassal b’tali mod li l-istrumenti speċjali futuri ma jkunux meħtieġa jkopru l-ħlas lura tad-dejn;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>107.</NO.P>Jissottolinja li l-użu mill-ġdid tas-surplus, ta’ rimborżi minn strumenti finanzjarji u minn provvediment żejjed u ta’ diżimpenji jirrikjedi emendi għar-Regolament Finanzjarju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>108.</NO.P>Jirrimarka li, jekk ikollu biżżejjed riżorsi bil-quddiem u arranġamenti bħal dawn għall-użu mill-ġdid ta’ fondi mhux użati, il-baġit ikollu kapaċità ta’ rispons ferm akbar mingħajr ma jolqot il-prevedibbiltà tal-kontribuzzjonijiet nazzjonali bbażati fuq id-DNG; jinsisti li QFP mogħni bi flessibbiltà u kapaċità ta’ rispons akbar ikollu anqas tendenza li jirrikjedi reviżjoni ta’ nofs it-terminu sostanzjali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Baġit fit-tul li jiffoka aktar fuq ir-riżultati </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>109.</NO.P>Jenfasizza li, sabiex jiġi massimizzat l-impatt, huwa imperattiv li l-infiq fl-ambitu tal-QFP li jmiss ikun allinjat b’mod ħafna aktar rigoruż mal-għanijiet ta’ politika strateġiċi tal-Unjoni u jkun ikkoordinat aħjar mal-infiq fil-livell nazzjonali; jenfasizza li, min-naħa tagħha, il-konsultazzjoni mal-awtoritajiet reġjonali u lokali hija vitali biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-finanzjament u jiġi żgurat li l-appoġġ tal-Unjoni jissodisfa l-ħtiġijiet reali tar-riċevituri finali u jipprovdi benefiċċji tanġibbli għan-nies; jenfasizza l-importanza tal-assistenza teknika lill-awtoritajiet ta’ implimentazzjoni biex tgħin fl-iżgurar tal-implimentazzjoni f’waqtha, l-addizzjonalità tal-investimenti u għaldaqstant impatt massimu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>110.</NO.P>Jissottolinja li, sabiex tiġi appoġġjata l-koordinazzjoni effettiva bejn l-infiq tal-Unjoni u dak nazzjonali, il-Kummissjoni tipprevedi mekkaniżmu ġdid u sempliċi ta’ tmexxija mfassal biex isaħħaħ ir-rabta bejn il-koordinazzjoni tal-politika ġenerali u l-baġit tal-UE; jinsisti li l-Parlament għandu jiżvolġi rwol sħiħ ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fi kwalunkwe mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni jew tmexxija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>111.</NO.P>Iqis li l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, bl-enfasi tagħha fuq il-prestazzjoni u r-rabtiet bejn ir-riformi u l-investimenti u l-appoġġ baġitarju, għenet biex tixpruna investimenti u riformi nazzjonali li kieku ma kinux isiru;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>112.</NO.P>Jissottolinja li l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza tista’ tgħin biex tinforma t-twettiq tal-infiq tal-Unjoni taħt ġestjoni kondiviża; ifakkar, madankollu, li l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza ntlaħaq qbil dwarha fil-kuntest speċifiku ħafna tal-pandemija tal-COVID-19 u għalhekk ma tistax tiġi replikata kif inhi għall-programmi ta’ investiment futuri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>113.</NO.P>Jindika li l-infiq taħt ġestjoni kondiviża fil-QFP li jmiss irid jinvolvi lill-awtoritajiet reġjonali u lokali u lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha mit-tfassil sat-twettiq permezz ta’ approċċ ta’ governanza bbażata fil-post u b’diversi livelli u f’konformità ma’ prinċipju ta’ sħubija mtejjeb, jiżgura d-dimensjoni Ewropea transfruntiera tal-proġetti ta’ investiment, u jiffoka fuq ir-riżultati u l-impatt aktar milli fuq l-outputs billi jistabbilixxi indikaturi tal-prestazzjoni li jistgħu jitkejlu, jiżgura d-disponibbiltà tad-data rilevanti u jikkontribwixxi għat-tfassil u l-aġġustament tal-programmi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>114.</NO.P>Jissottolinja li t-tfassil tal-infiq b’ġestjoni kondiviża fl-ambitu tal-QFP li jmiss irid jissalvagwardja r-rwol tal-Parlament bħala leġiżlatur, awtorità baġitarja u ta’ kwittanza u li jżomm l-eżekuttiv responsabbli, jistabbilixxi mekkaniżmi stretti ta’ obbligu ta’ rendikont u jiggarantixxi trasparenza sħiħa fir-rigward tar-riċevituri jew tal-gruppi ta’ riċevituri finali tal-fondi ta’ nfiq tal-Unjoni permezz ta’ sistema interoperabbli li tippermetti traċċar effettiv tal-flussi tal-flus u tal-progress tal-proġetti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>115.</NO.P>Iqis li l-approċċ ta’ “pjan nazzjonali wieħed għal kull Stat Membru” previst mill-Kummissjoni mhuwiex konformi mal-prinċipji stabbiliti hawn fuq u ma jistax ikun il-bażi għall-infiq b’ġestjoni kondiviża wara l-2027; ifakkar li, f’dan ir-rigward, l-Unjoni hija meħtieġa, skont l-Artikolu 175 tat-TFUE, tipprovdi appoġġ permezz ta’ strumenti għall-infiq agrikolu, reġjonali u soċjali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Baġit fit-tul li jiġġestixxi l-obbligazzjonijiet b’mod sostenibbli</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>116.</NO.P>Ifakkar fl-oppożizzjoni soda ħafna tal-Parlament li l-ħlas lura tal-kostijiet tas-self tan-Next Generation EU jiġi soġġett għal limitu massimu fi ħdan intestatura tal-QFP minħabba li dawn il-kostijiet huma soġġetti għall-kundizzjonijiet tas-suq, influwenzati minn fatturi esterni u għalhekk intrinsikament volatili, u li l-ħlas lura tal-kostijiet tas-self huwa obbligu legali mhux diskrezzjonali; jisħaq li l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda hija meħtieġa wkoll biex jiġi evitat li ġenerazzjonijiet futuri jġorru l-piż ta’ djun tal-passat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>117.</NO.P>Jiddeplora l-fatt li, skont l-arkitettura eżistenti u minkejja d-dikjarazzjoni konġunta mit-tliet istituzzjonijiet bħala parti mill-ftehim tal-QFP tal-2020 fejn in-nefqa biex jiġu koperti l-kostijiet tal-finanzjament tan-Next Generation EU “għandu jkollha l-għan li ma tnaqqasx il-programmi u l-fondi”, il-finanzjament għal programmi u riżorsi ewlenin tal-Unjoni disponibbli għal strumenti speċjali, anke wara r-reviżjoni tal-QFP, <STRING ITALIC="on">de facto</STRING> kienu qed jikkompetu mal-ħlas lura tal-kostijiet tas-self tan-Next Generation EU f’kuntest ta’ inflazzjoni qawwija u ta’ żieda fir-rati tal-imgħax; ifakkar li l-pressjoni fuq il-baġit xprunata mill-kostijiet tas-self tan-Next Generation EU kienet fattur ewlieni fit-tnaqqis mill-programmi emblematiċi fir-reviżjoni tal-QFP;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>118.</NO.P>Jissottolinja li, sal-lum, il-baġit tal-Unjoni kien meħtieġ biss li jħallas lura l-imgħax relatat man-Next Generation EU u li, mill-2028 ’il quddiem, il-baġit se jkollu jħallas lura l-kapital ukoll; jissottolinja li skont il-Kummissjoni, il-kostijiet totali għall-ħlas lura tal-kapital u tal-imgħax tan-Next Generation EU huma pproġettati li huma ta’ madwar EUR 25-30 biljun fis-sena mill-2028, ekwivalenti għal 15-20 % tal-approprjazzjoni ta' pagament fil-baġit tal-2025;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>119.</NO.P>Jirrikonoxxi li, filwaqt li l-kostijiet tas-self tan-Next Generation EU se jkunu aktar stabbli fil-perjodu tal-QFP li jmiss peress li l-bonds diġà se jkunu nħarġu, il-profil preċiż tal-ħlas lura se jkollu impatt fuq il-livell tal-imgħax u b’hekk fuq il-grad ta’ volatilità; jinsisti, għalhekk, li l-kostijiet kollha relatati mas-self appoġġjat mill-baġit tal-Unjoni jew il-marġni ta’ manuvra baġitarju għandhom jiġu ttrattati b’mod distint mill-approprjazzjonijiet għall-programmi tal-UE fi ħdan l-arkitettura tal-QFP;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>120.</NO.P>Jindika, f’dan ir-rigward, id-domanda dejjem tikbar biex il-baġit tal-Unjoni jservi bħala garanzija għall-appoġġ vitali tal-Unjoni permezz tal-assistenza makrofinanzjarja u r-riskji assoċjati; jissottolinja li, f’każ ta’ inadempjenza jew l-irtirar tal-garanziji nazzjonali, il-baġit tal-Unjoni fl-aħħar mill-aħħar jissottoskrivi kull self ta’ assistenza makrofinanzjarja u għalhekk iġorr obbligazzjonijiet kontinġenti sinifikanti u intrinsikament imprevedibbli, b’mod partikolari fir-rigward tal-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>121.</NO.P>Jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tfassal arkitettura soda u dejjiema li tippermetti l-ġestjoni sostenibbli tal-kostijiet u l-obbligazzjonijiet mhux diskrezzjonali kollha, u tippreserva bis-sħiħ il-programmi tal-Unjoni u l-flessibbiltà u l-kapaċità ta’ rispons tal-baġit;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Baġit fit-tul b’riżorsi adegwati u ffinanzjat b’mod sostenibbli</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>122.</NO.P>Jissottolinja li, kif deskritt hawn fuq, il-ħtiġijiet baġitarji ta’ wara l-2027 se jkunu ferm akbar mill-ammonti allokati għall-QFP 2021-2027, u, barra minn hekk, se jeħtiġilhom ikopru l-kostijiet tas-self u l-ħlas lura tad-dejn; jinsisti, għalhekk, li l-QFP li jmiss jiġi mogħni b’żieda sinifikanti fir-riżorsi meta mqabbel mal-perjodu 2021–2027, jitbiegħed mil-livell awtoimpost u storikament restrittiv ta’ 1 % tal-ING, li żamm lill-Unjoni milli twettaq l-ambizzjonijiet tagħha u ċaħħadha mill-kapaċità li tirrispondi għall-kriżijiet u tadatta għall-ħtiġijiet emerġenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>123.</NO.P>Iqis li l-istrumenti u l-għodod kollha għandhom jiġu esplorati sabiex l-Unjoni tiġi pprovduta b’dawk ir-riżorsi, f’konformità mal-prijoritajiet u l-ħtiġijiet identifikati tagħha; iqis, f’dan ir-rigward, li s-self konġunt permezz tal-ħruġ ta’ bonds tal-UE jippreżenta għażla vijabbli biex jiġi żgurat li l-Unjoni jkollha biżżejjed riżorsi biex tirrispondi għal kriżijiet akuti fl-Unjoni kollha bħall-kriżi li għaddejja fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>124.</NO.P>Itenni l-ħtieġa ta’ dħul sostenibbli u reżiljenti għall-baġit tal-Unjoni; jindika l-pjan direzzjonali legalment vinkolanti lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda fil-FII, li fih il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni impenjaw ruħhom li jintroduċu biżżejjed riżorsi proprji ġodda biex tal-anqas ikopru l-ħlas lura tad-dejn tan-Next Generation EU; jissottolinja li, b’mod ġenerali, il-basket ta’ riżorsi proprji ġodda għandu jkun ġust, marbut ma’ għanijiet ta’ politika usa’ tal-Unjoni u maqbul fil-ħin u b’volum suffiċjenti biex jissodisfa l-ħtiġijiet baġitarji akbar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>125.</NO.P>Ifakkar fl-appoġġ tiegħu għall-proposta emendata tal-Kummissjoni dwar is-sistema tar-riżorsi proprji; jinsab imħasseb ħafna dwar in-nuqqas totali ta’ progress fuq is-sistema tar-riżorsi proprji fil-Kunsill; jistieden lill-Kunsill jadotta din il-proposta bħala kwistjoni ta’ urġenza; u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħmel kull sforz biex tappoġġja l-proċess ta’ adozzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>126.</NO.P>Jistieden barra minn hekk lill-Kummissjoni tkompli bl-isforzi tagħha biex tidentifika riżorsi proprji addizzjonali ġodda ġenwini u innovattivi u sorsi oħra ta’ dħul lil hinn minn dawk speċifikati fil-FII. jisħaq li riżorsi proprji ġodda huma essenzjali mhux biss biex jippermettu l-ħlas lura tas-self tan-Next Generation EU, iżda biex jiġi żgurat li l-Unjoni tkun mgħammra biex tkopri l-ħtiġijiet ta’ nfiq akbar tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>127.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tfassal baġit modernizzat b’enfasi imġedded fuq l-infiq, xprunat mill-ħtieġa ta’ ġustizzja, simplifikazzjoni akbar, piż amministrattiv imnaqqas u aktar trasparenza, inkluż f’dak li jirrigwarda d-dħul; jissottolinja li r-ribassi u l-korrezzjonijiet eżistenti jiskadu awtomatikament fi tmiem il-QFP attwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>128.</NO.P>Jilqa’ d-deċiżjoni, fir-riformulazzjoni tar-Regolament Finanzjarju li kwalunkwe imgħax jew imposta oħra dovuta lil parti terza relatata ma’ ammonti ta’ multi, penali jew sanzjonijiet oħra li jiġu kkanċellati jew imnaqqsa mill-Qorti tal-Ġustizzja jiġu ttrattati bħala dħul negattiv; ifakkar li din is-soluzzjoni tintemm fl-31 ta’ Diċembru 2027; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi soluzzjoni definittiva għall-QFP li jmiss li tilħaq l-istess objettiv li jiġi evitat kwalunkwe impatt fuq in-naħa tan-nefqa tal-baġit;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Baġit fit-tul ibbażat fuq kooperazzjoni interistituzzjonali mill-qrib</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>129.</NO.P>Jissottolinja li l-Parlament biħsiebu jeżerċita bis-sħiħ il-prerogattivi tiegħu bħala leġiżlatur, awtorità baġitarja u awtorità ta’ kwittanza skont it-Trattati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>130.</NO.P>Ifakkar li r-rekwiżit għal kooperazzjoni interistituzzjonali mill-qrib bejn il-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Parlament mill-istadji bikrija tat-tfassil sal-adozzjoni finali tal-QFP huwa minqux fit-Trattati u dettaljat b’mod ulterjuri fil-FII;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>131.</NO.P>Jenfasizza l-impenn tal-Parlament li jwettaq ir-rwol tiegħu b’mod sħiħ matul il-proċess kollu; jemmen li t-tfassil tal-QFP għandu jkun minn isfel għal fuq u bbażat fuq l-involviment estensiv tal-partijiet ikkonċernati; jissottolinja, barra minn hekk, il-ħtieġa ta’ djalogu strateġiku fost it-tliet istituzzjonijiet fit-tħejjija għall-proposti tal-QFP;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>132.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tressaq arranġamenti prattiċi għall-kooperazzjoni u negozjati ġenwini mill-bidu nett; jindika, b’mod partikolari, l-importanza li jissejħu laqgħat tat-tliet Presidenti, skont l-Artikolu 324 tat-TFUE, kull fejn jistgħu jgħinu biex isir progress, u jinsisti li l-Kummissjoni tagħti segwitu meta l-Parlament jitlob tali laqgħat; ifakkar lill-Kummissjoni fl-obbligu tagħha li tipprovdi informazzjoni lill-Parlament fuq l-istess livell mal-Kunsill bħala ż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja u bħala koleġiżlaturi fir-rigward tal-atti bażiċi relatati mal-QFP;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>133.</NO.P>Ifakkar li l-FII jipprevedi speċifikament li l-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni jfittxu li jiddeterminaw arranġamenti speċifiċi għall-kooperazzjoni u d-djalogu; jenfasizza li d-dispożizzjonijiet ta’ kooperazzjoni stabbiliti fil-FII, inkluż laqgħat regolari bejn il-Parlament u l-Kunsill, huma minimu assolut u li huwa meħtieġ ħafna aktar biex jitwettaq il-prinċipju fl-Artikolu 312(5) tat-TFUE li tittieħed “kwalunkwe miżura meħtieġa biex tiġi ffaċilitata l-adozzjoni ta’ QFP ġdid”; jistieden, għalhekk, lill-presidenzi suċċessivi tal-Kunsill jirrispettaw mhux biss il-kelma iżda wkoll l-ispirtu tat-Trattati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>134.</NO.P>Ifakkar li l-adozzjoni tardiva tar-Regolament QFP u l-leġiżlazzjoni relatata għall-perjodi 2014–2020 u 2021–2027 wasslet għal dewmien sinifikanti, li fixkel l-implimentazzjoni xierqa tal-programmi tal-UE; jinsisti, għalhekk, li għandu jsir kull sforz biex tiġi żgurata l-adozzjoni f’waqtha tal-pakkett tal-QFP li jmiss;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>135.</NO.P>Jistenna li l-Kummissjoni, bħala parti mill-pakkett tal-proposti tal-QFP, tressaq FII ġdid f’konformità mar-realtajiet tal-baġit il-ġdid, inkluż fir-rigward tal-ġestjoni tal-obbligazzjonijiet kontinġenti; jenfasizza li l-bidliet fir-Regolament Finanzjarju meħtieġa għall-allinjament mal-QFP il-ġdid għandhom jidħlu fis-seħħ fl-istess ħin tar-Regolament QFP;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>136.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>