<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0091</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-Istrateġija Ewropea għar-Reżiljenza tal-Ilma</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0073/2025 - Rapporteur: Thomas Bajada)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Mejju 2025 dwar l-Istrateġija Ewropea għar-Reżiljenza tal-Ilma (2024/2104(INI))</STRING><FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">*</STRING> Nota f'qiegħ il-paġna teknika: Din hija verżjoni kkoreġuta tat-test adottat, li għandha l-għan li terġa’ ddaħħal l-isem tal-grupp fokali fil-paragrafu 29 tar-riżoluzzjoni, nieqes mir-rapport ippreżentat bħala riżultat ta’ tħassir minħabba żball klerikali.</FIELD></FOOTNOTE></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b’mod partikolari l-Artikolu 191 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim adottat fil-21 Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC (COP21) f’Pariġi fit-12 ta’ Diċembru 2015 (il-Ftehim ta’ Pariġi),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs), b’enfasi partikolari fuq l-SDG 6 dwar l-ilma nadif u s-sanità,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Qafas Globali tal-Bijodiversità ta’ Kunming-Montreal, adottat f’Diċembru 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes tat-22 ta’ Mejju 2001,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-prinċipju ta’ prekawzjoni u l-prinċipji li għandha tittieħed azzjoni preventiva, li l-ħsara ambjentali għandha, bħala prijorità, tissewwa f’ras il-għajn, u li min iniġġes għandu jħallas, kif minqux fl-Artikolu 191(2) tat-TFUE,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (il-Liġi Ewropea dwar il-Klima)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1119/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2000/60/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (Direttiva Qafas dwar l-Ilma),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar il-protezzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art kontra t-tniġġis u d-deterjorament<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 372, 27.12.2006, p. 19, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2006/118/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (Direttiva dwar l-Ilma ta’ taħt l-Art),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards ta’ kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika tal-ilma, li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE, 84/491/KEE, 86/280/KEE u li temenda d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 348, 24.12.2008, p. 84, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2008/105/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (Direttiva dwar l-Istandards tal-Kwalità Ambjentali),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva 2007/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskji tal-għargħar<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 288, 6.11.2007, p. 27, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2007/60/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2020/2184 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 435, 23.12.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2020/2184/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2020/741 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 2020 dwar ir-rekwiżiti minimi għall-użu mill-ġdid tal-ilma<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 177, 5.6.2020, p. 32, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/741/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (Regolament dwar l-Użu mill-Ġdid tal-Ilma),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2008/56/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2024/3019 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2024 dwar it-trattament tal-ilma mormi urban<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/3019, 12.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/3019/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (Direttiva riveduta dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2024/1785 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ April 2024 li temenda d-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) u tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE dwar ir-rimi ta’ skart f’landfill<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1785, 15.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1785/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1991/676/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/1991 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2024 dwar ir-restawr tan-natura u li jemenda r-Regolament (UE) 2022/869<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1991, 29.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1991/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2022/2557 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 333, 27.12.2022, p. 164, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2022/2557/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (Direttiva dwar ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà madwar l-Unjoni kollha, li temenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 u d-Direttiva (UE) 2018/1972, u li tħassar id-Direttiva (UE) 2016/1148 (Direttiva NIS 2)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 333, 27.12.2022, p. 80, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2022/2555/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/128/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/2115/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2024/3190 tad-19 ta’ Diċembru 2024 dwar l-użu tal-bisfenol A (BPA) u ta’ bisfenoli oħra u derivattivi tal-bisfenol bi klassifikazzjoni armonizzata għal proprjetajiet perikolużi speċifiċi f’ċerti materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 10/2011 u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/213<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/3190, 31.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/3190/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Frar 2025 bit-titolu “Viżjoni għall-Agrikoltura u għall-Ikel” (COM(2025)0075),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2019 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (COM(2019)0640),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Jannar 2025 bit-titolu “Boxxla għall-Kompetittività tal-UE” (COM(2025)0030),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Mejju 2021 bit-titolu “Perkors għal Pjaneta b’Saħħitha għal Kulħadd – Pjan ta’ Azzjoni tal-UE: Lejn Tniġġis Żero għall-Arja, għall-Ilma u għall-Ħamrija” (COM(2021)0400),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Frar 2021 bit-titolu “Insawru Ewropa reżiljenti għall-klima – L-Istrateġija l-ġdida tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima” (COM(2021)0082),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Lulju 2007 li tindirizza l-isfida tal-iskarsezza tal-ilma u l-perjodi ta’ nixfa fl-Unjoni Ewropea (COM(2007)0414),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Marzu 2020 bit-titolu “Pjan ta’ Azzjoni ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari : Għal Ewropea aktar nadifa u kompetittiva” (COM(2020)0098),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Novembru 2012 bit-titolu “Blueprint għas-Salvagwardja tar-Riżorsi tal-Ilma tal-Ewropa” (COM(2012)0673),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-COP29 dwar l-Ilma għall-Azzjoni Klimatika, approvata mill-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Patt Ewropew għall-Oċeani mħabbar fit-18 ta’ Lulju 2024 mill-President tal-Kummissjoni von der Leyen fil-linji gwida politiċi tagħha għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss (2024-2029),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pjan Ewropew ta’ adattament għat-tibdil fil-klima u l-Istrateġija Ewropea għar-Reżiljenza tal-Ilma mħabbra fit-18 ta’ Lulju 2024 mill-President tal-Kummissjoni von der Leyen fil-linji gwida politiċi tagħha għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss (2024-2029),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-tmien programm ta’ azzjoni ambjentali tal-UE,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Ottubru 2022 bit-titolu “L-aċċess għall-ilma bħala dritt tal-bniedem – id-dimensjoni esterna”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 132, 14.4.2023, p. 54.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Settembru 2024 dwar l-għargħar devastanti fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, it-telf ta’ ħajjiet u t-tħejjija tal-UE biex taġixxi fir-rigward ta’ diżastri bħal dawn li huma aggravati mit-tibdil fil-klima<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/7216, 10.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7216/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ Ottubru 2022 dwar il-Momentum favur l-Oċeani biex jissaħħu l-Governanza u l-Bijodiversità tal-Oċeani<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 132, 14.4.2023, p. 106.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta’ Novembru 2019 dwar l-emerġenza klimatika u ambjentali<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 232, 16.6.2021, p. 28.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Novembru 2024 dwar il-Konferenza tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima f’Baku, l-Ażerbajġan (COP 29)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/808, 11.2.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/808/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Frar 2025 lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma (2000/60/KE) u d-Direttiva dwar l-Għargħar (2007/60/KE) bit-titolu “It-tielet pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara – It-tieni pjanijiet ta’ mmaniġġjar tar-riskju ta’ għargħar” (COM(2025)0002),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri 15/2024 tas-16 ta’ Ottubru 2024 bit-titolu “L‑adattament għat‑tibdil fil‑klima fl‑UE – L‑azzjoni mhijiex tlaħħaq mal‑ambizzjoni”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-eks President Finlandiż Sauli Niinistö tat-30 ta’ Ottubru 2024 bit-titolu “Safer Together – Strengthening Europe’s civil and military preparedness and readiness” (Aktar Sikuri Flimkien – It-Tisħiħ tal-Preparatezza u l-Prontezza Ċivili u Militari tal-Ewropa),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Enrico Letta ta’ April 2024 bit-titolu “More than a market” (Aktar minn suq),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Diċembru 2020 dwar l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-ilma<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 445, 29.10.2021, p. 126.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri 33/2018 tat-18 ta’ Diċembru 2018 bit-titolu “Il-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni fl-UE: theddida dejjem akbar li tirrikjedi azzjoni addizzjonali”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (IĊE) dwar id-dritt għall-ilma,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Settembru 2015 dwar is-segwitu għall-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej Right2Water<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 316, 22.9.2017, p. 99.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 64/292 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tat-28 ta’ Lulju 2010 li tirrikonoxxi d-dritt tal-bniedem għall-ilma u s-sanità,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Djalogu Strateġiku dwar il-futur tal-agrikoltura tal-UE,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport speċjali 20/2024 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri tat-30 ta’ Settembru 2024 bit-titolu “Il-Pjanijiet tal-Politika Agrikola Komuni –Aktar ekoloġiċi iżda mingħajr konkordanza mal-ambizzjonijiet tal-UE għall-klima u għall-ambjent”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent 07/2024 tal-15 ta’ Ottubru 2024 bit-titolu “Europe’s state of water 2024: the need for improved water resilience” (L-Istat tal-Ilma tal-Ewropa 2024: Il-Ħtieġa ta’ Reżiljenza Mtejba għall-Ilma) (Rapport tal-EEA 07/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ambjent tas-17 ta’ Ġunju 2024 dwar it-tmien programm ta’ azzjoni ambjentali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport speċjali 20/2021 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri tat-28 ta’ Settembru 2021 bit-titolu “L-użu sostenibbli tal-ilma fl-agrikoltura: huwa aktar probabbli li l-fondi tal-PAK jippromwovu użu akbar tal-ilma milli użu aktar effiċjenti”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-26 ta’ Ottubru 2023 għal Patt Blu tal-UE,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Lulju 2023 għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Monitoraġġ u r-Reżiljenza tal-Ħamrija (Liġi dwar il-Monitoraġġ tal-Ħamrija) (COM(2023)0416),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari fl-24 ta’ April 2024 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2000/60/KE li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma, id-Direttiva 2006/118/KE dwar il-protezzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art kontra t-tniġġis u d-deterjorament u d-Direttiva 2008/105/KE dwar standards ta’ kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika tal-ilma<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2024)0358.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, il-Klima u s-Sikurezza tal-Ikel (A10-0073/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-ilma huwa essenzjali għall-ħajja u għall-umanità; billi l-UE għandha timmaniġġja r-riżorsi tal-ilma preżenti u futuri b’mod effiċjenti u tirrispondi b’mod effettiv għall-isfidi attwali tal-ilma, peress li dawn jaffettwaw direttament is-saħħa tal-bniedem, l-ambjent u l-ekosistemi tagħha, attivitajiet soċjoekonomiċi strateġiċi bħall-produzzjoni tal-enerġija, l-agrikoltura u s-sikurezza tal-ikel, u l-kompetittività tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-ilma huwa riżorsa skarsa u limitata u, filwaqt li 70 % tal-wiċċ tad-dinja huwa miksi bl-ilma, l-ilma ħelu disponibbli u użabbli jammonta għal 0,5 % biss tal-ilma fid-dinja<FOOTNOTE><FIELD> L-Organizzazzjoni Meteoroloġika Dinjija, <STRING ITALIC="on">2021 State of Climate Services – Water</STRING> (L-Istat tas-Servizzi tal-Klima 2021 – L-Ilma), WMO-No 1278, WMO, Ġinevra, 2021.</FIELD></FOOTNOTE>; billi l-muntanji huma torrijiet tal-ilma reali u ġibjuni importanti tal-ilma ħelu fl-Ewropa, u l-Alpi waħedhom jipprovdu 40 % tal-ilma ħelu tal-Ewropa<FOOTNOTE><FIELD> L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, <STRING ITALIC="on">Water resources across Europe – confronting water scarcity and drought</STRING> (Ir-riżorsi tal-ilma madwar l-Ewropa – nindirizzaw l-iskarsezza tal-ilma u n-nixfa), Rapport tal-EEA 2/2009.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-ilma ta’ taħt l-art jipprovdi żewġ terzi tal-ilma tax-xorb tal-UE u jappoġġja bosta ekosistemi<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Rapport EEA 07/2024.</FIELD></FOOTNOTE>; billi s-servizzi pprovduti mill-ekosistemi tal-ilma ħelu jiswew aktar minn EUR 11-il triljun fl-Ewropa, u jipprovdu benefiċċji konsiderevoli għas-saħħa u rikreattivi, bħas-sajd bil-qasba<FOOTNOTE><FIELD> WWF, <STRING ITALIC="on">High Cost of Cheap Water</STRING> (L-ispiża għolja tal-ilma irħis), WWF, Gland, 2021.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-istress idriku diġà qed iseħħ fl-Ewropa, u jaffettwa madwar medja ta’ 20 % tat-territorju u 30 % tal-popolazzjoni tal-Ewropa kull sena, ċifri li x’aktarx jiżdiedu fil-futur minħabba t-tibdil fil-klima<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Rapport EEA 07/2024.</FIELD></FOOTNOTE>, minkejja l-fatt li l-estrazzjoni totali tal-ilma fil-livell tas-27 Stat Membru tal-UE deher li naqas b’15 % fil-perjodu 2000-2019; billi ż-żieda fl-għadd u fir-rikorrenza ta’ eventi klimatiċi estremi bħan-nixfiet u l-għargħar, kif ukoll il-fatt li huma mistennija li jseħħu aktar ta’ spiss fil-futur qarib, jippreżentaw riskju għall-ħajja tal-bniedem u s-sovranità alimentari tal-UE u jistgħu jwasslu għal reġjuni fl-Ewropa jsiru mhux abitabbli;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi 78 % tal-Ewropej iqisu li l-UE għandha tipproponi miżuri addizzjonali biex tindirizza kwistjonijiet relatati mal-ilma fl-Ewropa u 21 % tal-Ewropej iqisu t-tniġġis bħala t-theddida ewlenija marbuta mal-ilma f’pajjiżhom<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni Ewropea, <STRING ITALIC="on">Attitudnijiet tal-Ewropej lejn l-ambjent</STRING>, Ewrobarometru Speċjali 550, Mejju 2024.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi d-dritt tal-bniedem għall-ilma u s-sanità ġie rrikonoxxut bħala dritt tal-bniedem permezz ta’ riżoluzzjoni adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fit-28 ta’ Lulju 2010;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej Right2Water kienet l-ewwel waħda li qatt ġabret in-numru meħtieġ ta’ firmatarji, u talbet lill-UE tiżgura d-dritt għall-ilma għal kulħadd;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 14 tat-TFUE u l-Protokoll Nru 26 tiegħu dwar is-Servizzi ta’ Interess Ġenerali huma elementi ewlenin li għandhom jitqiesu b’mod prominenti fl-aspetti kollha tat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea għar-Reżiljenza tal-Ilma, u b’hekk jiġi ssalvagwardjat l-istatus tas-servizzi tal-ilma tal-Ewropa bħala servizzi pubbliċi essenzjali, u jiġu żgurati l-aċċessibbiltà, l-ekwità, l-affordabbiltà u ż-żamma ta’ standards ta’ kwalità għolja;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-Istati Membri għandhom isegwu r-rakkomandazzjonijiet tar-rapport tal-Kummissjoni ta’ Novembru 2023<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni Ewropea: Id-Direttorat Ġenerali għall-Ambjent, et al., <STRING ITALIC="on">Implementation of water balances in the EU – Final report</STRING> (L-implimentazzjoni ta’ bilanċi tal-ilma fl-UE – Rapport finali), l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2024.</FIELD></FOOTNOTE> sabiex itejbu l-bilanċi tal-ilma bħala l-bażi tal-għarfien għat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar l-allokazzjoni tal-ilma;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-valur korporattiv sostantiv jista’ jkun f’riskju minħabba l-insigurtà tal-ilma li qed tmur għall-agħar, bi tnaqqis fil-kapaċità tal-produzzjoni jew li bħala konsegwenza twassal għall-waqfien sħiħ tagħha; billi l-assi f’reġjuni bi stress idriku jistgħu jintilfu b’mod temporanju, jew b’mod permanenti, jekk is-suppożizzjonijiet li saru dwar id-disponibbiltà u l-aċċess għall-ilma jirriżultaw li ma kienux preċiżi, jekk ir-risponsi regolatorji ma jkunux antiċipati, jew jekk ma jiġux stabbiliti l-pjanijiet ta’ mitigazzjoni u ġestjoni tar-riskju<FOOTNOTE><FIELD> Disclosure Insight Action (CDP) u Planet Tracker, <STRING ITALIC="on">High and Dry. How Water Issues Are Stranding Assets, </STRING>2022.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-iskadenza stabbilita mid-Direttiva Qafas dwar l-Ilma biex ix-xmajjar, il-lagi, l-ilmijiet ta’ tranżizzjoni, kostali u ta’ taħt l-art Ewropej jiksbu status “tajjeb” kienet l-2015, b’possibbiltà li tiġi posposta għall-2027 f’ċerti kundizzjonijiet; billi l-objettiv li jinkiseb status kimiku tajjeb għall-korpi tal-ilma kollha tal-UE sal-2027 għadu ’l bogħod milli jintlaħaq, primarjament minħabba sustanzi bħall-merkurju, ir-ritardanti tal-fjammi bromurati u l-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Rapport EEA 07/2024.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi r-rapport ta’ implimentazzjoni tal-2025 tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma wera li d-dewmien biex jintlaħqu l-miri tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma mhuwiex minħabba nuqqas fil-leġiżlazzjoni iżda minħabba nuqqas ta’ finanzjament, implimentazzjoni bil-mod u integrazzjoni insuffiċjenti tal-objettivi ambjentali fil-politiki settorjali; billi l-analiżi turi li l-Istati Membri qed jonqsu milli jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ investiment annwali, li huma stmati għal EUR 77 biljun fis-sena, b’distakk fil-finanzjament li bħalissa hija stmata għal madwar EUR 25 biljun fis-sena; billi r-Rapport juri wkoll il-ħtieġa ċara li l-Istati Membri jżidu l-livell ta’ ambizzjoni tagħhom u jaċċelleraw l-azzjoni biex inaqqsu d-distakk fil-konformità kemm jista’ jkun qabel l-2027, biex iżidu l-investiment u jiżguraw finanzjament adegwat, inkluż permezz ta’ fondi tal-UE, biex jilħqu l-objettivi tal-programmi ta’ miżuri tagħhom, kif ukoll biex jintroduċu miżuri addizzjonali ħalli jnaqqsu l-isfidi ambjentali persistenti eżistenti u jtejbu l-kooperazzjoni transfruntiera;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-leġiżlazzjoni dwar l-ilma ġiet evalwata bħala xierqa għall-iskop; billi din tistabbilixxi qafas għall-protezzjoni tal-ilmijiet tal-wiċċ interni, l-ilmijiet ta’ tranżizzjoni, l-ilmijiet kostali u l-ilma ta’ taħt l-art; billi fl-istess ħin din tippermetti l-ilħuq ta’ objettivi ambjentali anqas stretti jekk il-ħtiġijiet soċjoekonomiċi moqdija minn tali attività umana ma jistgħux jintlaħqu b’mezzi oħra u tippermetti li ma jintlaħqux l-objettivi għall-korpi tal-ilma jekk ir-raġuni għal dan tkun ta’ interess pubbliku prevalenti; billi l-leġiżlazzjoni hija proporzjonata u tagħti mandat lill-awtoritajiet tal-Istati Membri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, biex jiddeċiedu dwar l-interess pubbliku prevalenti; billi f’xi każijiet dan jista’ jkun il-protezzjoni tal-ambjent u f’oħrajn attività soċjoekonomika;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-industrija tirrappreżenta madwar 40 % tal-estrazzjoni totali tal-ilma fl-Ewropa; billi l-kategoriji tal-akbar estrazzjoni tal-ilma annwali fl-EU-27, skont il-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (NACE), huma l-estrazzjoni għat-tkessiħ fil-ġenerazzjoni tal-elettriku (34 %), segwita mill-estrazzjoni għall-agrikoltura (29 %), il-provvista tal-ilma pubbliku (21 %) u l-manifattura (15 %)<FOOTNOTE><FIELD> L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, “Water abstraction by economic sector in the 27 EU Member States, 2000-2022” (L-estrazzjoni tal-ilma skont is-settur ekonomiku fis-27 Stat Membru tal-UE, 2000-2022), is-sit web tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, 5 ta’ Diċembru 2024, https://www.eea.europa.eu/en/analysis/indicators/water-abstraction-by-source-and/water-abstraction-by-economic?activeTab=8a280073-bf94-4717-b3e2-1374b57ca99d.</FIELD></FOOTNOTE>; billi d-data dwar l-estrazzjoni u l-użu tal-ilma fl-UE hija antika u fqira<FOOTNOTE><FIELD> Eurostat, ‘Archive: Water use in industry” (Arkivju: L-użu tal-ilma fl-industrija), https://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php?title=Archive:Water_use_in_industry&oldid=196132#Further_Eurostat_information.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi l-produzzjoni tal-elettriku hija l-akbar settur ta’ estrazzjoni tal-ilma, iżda l-biċċa l-kbira tal-ilma jiġi rritornat fl-ambjent wara t-tkessiħ jew il-propulsjoni tat-turbini; billi b’mod ġenerali, l-agrikoltura hija l-akbar konsumatur nett ta’ ilma fil-livell tal-UE, peress li l-biċċa l-kbira tal-ilma jiġi kkunsmat mill-għalla jew jevapora; billi użi oħra, bħall-industrija u l-utilitajiet tal-ilma, jassorbu u jikkunsmaw komparattivament anqas ilma, iżda jistgħu jirrappreżentaw pressjonijiet sinifikanti fil-livell lokali, speċjalment fuq l-ilma ta’ taħt l-art<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Rapport EEA 07/2024.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi l-attività industrijali kollha teħtieġ l-ilma biex tipproduċi l-prodotti finali tagħha jew biex tappoġġja l-attivitajiet ta’ produzzjoni; billi n-negozji jiddependu fuq l-ilma għall-operazzjonijiet tagħhom ta’ kuljum, u hekk kif l-iskarsezza tal-ilma tiżdied, tista’ tfixkel l-operazzjonijiet, iżżid l-ispejjeż u toħloq riskji regolatorji u reputazzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi s-settur tal-enerġija jiddependi ħafna fuq ir-riżorsi tal-ilma; billi din id-dipendenza toħloq riskju serju peress li l-iskarsezza tal-ilma tista’ tħalli impatt fuq il-proċessi tal-produzzjoni tal-enerġija u s-sigurtà tal-provvista, speċjalment fejn l-ilma jintuża bħala materja prima jew għat-tkessiħ; billi t-tranżizzjoni għall-enerġija rinnovabbli, b’mod partikolari l-enerġija mir-riħ u mix-xemx, toffri perkorsi ta’ dekarbonizzazzjoni sostenibbli u effiċjenti fl-użu tal-ilma u l-opportunità li titwaqqaf jew titreġġa’ lura t-tendenza ta’ żieda fil-konsum tal-ilma;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi l-ilma huwa riżorsa essenzjali għall-agrikoltura fil-produzzjoni ta’ ikel, għalf u materja prima rinnovabbli ta’ kwalità għolja; billi l-agrikoltura tiddependi mid-disponibbiltà tal-ilma u l-irrigazzjoni tgħin biex il-bdiewa jiġu protetti minn xita irregolari, u biex jiżdiedu l-vijabbiltà, ir-rendiment u l-kwalità tal-għelejjel, iżda hija telf sinifikanti tar-riżorsi tal-ilma; billi fid-dawl tat-tibdil fil-klima, it-tibdil fix-xejriet tat-temp u ż-żieda fil-frekwenza ta’ għargħar u nixfiet, l-importanza tal-ilma bħala riżorsa għall-produzzjoni ta’ prodotti agrikoli ta’ kwalità għolja u tal-ħtieġa li l-ilma jintuża b’mod effiċjenti għalhekk se tkun fundamentali għas-sigurtà tal-provvista tal-ikel u għas-soluzzjonijiet biex tiġi indirizzata l-iskarsezza tal-ilma; billi t-tnaqqis tal-pressjoni fuq l-ilma tal-wiċċ u l-ilma ta’ taħt l-art mill-agrikoltura jrid jimxi id f’id mal-investiment immirat lejn l-użu tal-ilma reklamat u teknoloġiji innovattivi ta’ desalinazzjoni, u b’hekk jinkiseb bilanċ aħjar tal-ilma kif ukoll jiġu promossi enerġiji alternattivi nodfa bħall-idroġenu ekoloġiku;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi t-tkabbir fil-popolazzjoni globali jirrikjedi żieda fil-produzzjoni tal-ikel, u l-UE jeħtiġilha tiggarantixxi s-sovranità tal-ikel, kif stabbilit fl-Artikolu 39 tat-TFUE;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi data affidabbli dwar il-kontabbiltà tal-ilma, jiġifieri l-istudju sistematiku tal-istatus attwali u t-tendenzi fil-provvista, id-domanda, l-aċċessibbiltà u l-użu tal-ilma f’oqsma li ġew speċifikati<FOOTNOTE><FIELD> L-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti, <STRING ITALIC="on">Water accounting and auditing, A sourcebook</STRING> (Il-kontabbiltà u l-awditjar tal-ilma, Manwal ta’ riferiment), Rapport Nru. 43 dwar l-Ilma tal-FAO, Ruma, 2016.</FIELD></FOOTNOTE>, hija kruċjali għal valutazzjoni tas-sitwazzjoni attwali fl-Unjoni Ewropea u għall-kompetittività Ewropea;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi l-potenzjal tal-ilma mormi bħala provvista alternattiva tal-ilma huwa sottovalutat, meta wieħed iqis li 60-70 % tal-valur potenzjali tal-ilma mormi madwar l-Unjoni Ewropea bħalissa mhuwiex sfruttat<FOOTNOTE><FIELD> Il-Bank Ewropew ta’ Investiment, <STRING ITALIC="on">Wastewater as a resource</STRING> (L-ilma mormi bħala riżorsa), BEI, 2022.</FIELD></FOOTNOTE> u li anqas minn 3 % tal-ilma mormi ttrattat jerġa’ jintuża fl-UE<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni Ewropea: Id-Direttorat Ġenerali għall-Ambjent, “Water reuse: New EU rules to improve access to safe irrigation”, il-Kummissjoni Ewropea, 26 ta’ Ġunju 2023, https://environment.ec.europa.eu/news/water-reuse-new-eu-rules-improve-access-safe-irrigation-2023-06-26_en.</FIELD></FOOTNOTE>; billi hemm potenzjal sinifikanti ta’ approċċi ċirkolari għall-ilma fl-unitajiet domestiċi, peress li parti żgħira biss tal-ilma fl-unitajiet domestiċi tintuża għax-xorb u l-ikel u għalhekk titlob l-ogħla standards ta’ kwalità;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi jintilef ammont kbir ta’ ilma minħabba n-networks tal-ilma obsoleti jew li għandhom iż-żmien, kif ukoll in-nuqqas ta’ manutenzjoni meħtieġa; billi l-investimenti fil-manutenzjoni, it-titjib u l-iżvilupp ta’ infrastrutturi ta’ irrigazzjoni innovattivi u reżiljenti huma kruċjali għat-tnaqqis fil-konsum tal-ilma u t-titjib fl-effiċjenza tiegħu fl-agrikoltura; billi dan it-titjib fl-effiċjenza jippermetti li l-ilma ffrankat jintuża għal skopijiet oħra jew li jinżammu r-rati ta’ flussi naturali ta’ passaġġi tal-ilma;
</CONS><CONS>
<NO.P>W.</NO.P>billi ilma nadif u suffiċjenti huwa element essenzjali fl-implimentazzjoni u l-kisba ta’ ekonomija ċirkolari sostenibbli reali fl-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>X.</NO.P>billi t-tnixxija tal-ilma hija kwistjoni globali sottovalutata, li tiggrava b’mod sinifikanti l-iskarsezza tal-ilma, b’medja ta’ 23 % tal-ilma ttrattat mitluf waqt id-distribuzzjoni fl-UE minħabba pajpijiet li jnixxu, faċilitajiet ta’ trattament obsoleti u ġibjuni insuffiċjenti<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni Ewropea: Id-Direttorat Ġenerali għall-Ambjent, “Zero pollution: Improved quality and access to drinking water” (Tniġġis żero: Kwalità u aċċess imtejba għall-ilma tax-xorb), sit web tal-Kummissjoni Ewropea, 12 ta’ Jannar 2023, https://environment.ec.europa.eu/news/improved-quality-and-access-drinking-water-all-europeans-2023-01-12_en.</FIELD></FOOTNOTE>; billi d-Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb riveduta inkludiet miżuri biex jitnaqqsu t-tnixxijiet tal-ilma, kif ukoll valutazzjoni tar-riskju u ġestjoni taż-żoni tal-ġbir għall-estrazzjoni tal-ilma tax-xorb;
</CONS><CONS>
<NO.P>Y.</NO.P>billi fl-2021, ġie rrapportat li 91 % tal-korpi tal-ilma ta’ taħt l-art fl-Ewropa jinstabu fi “stat kwantitattiv tajjeb” filwaqt li ġie rrapportat li 77 % tal-korpi tal-ilma ta’ taħt l-art li jinstabu fi “stat kimiku tajjeb”<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Rapport EEA 07/2024.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>Z.</NO.P>billi fl-2021, 37 % biss tal-korpi tal-ilma tal-wiċċ tal-Ewropa kisbu status ekoloġiku “tajjeb” jew “għoli”, filwaqt li 29 % kisbu “status kimiku tajjeb”<FOOTNOTE><FIELD> Ibid.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>AA.</NO.P>billi l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent tenfasizza li l-proporzjon ta’ ilmijiet tal-wiċċ li ma jilħqux status ekoloġiku tajjeb mhuwiex uniformi madwar l-Ewropa, u li dawn huma aktar prevalenti f’partijiet tal-Ewropa Ċentrali u tal-Punent, u tisħaq li d-differenzi fl-istatus tal-ilma bejn l-Istati Membri jistgħu jiġu kkawżati minn pressjonijiet differenti, iżda li dawk id-differenzi jistgħu jirriżultaw ukoll minn approċċi differenti għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> Ibid.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>AB.</NO.P>billi l-kwalità tal-ilmijiet tal-wiċċ madwar il-kontinent tirrifletti pressjonijiet kontinwi u kkombinati, b’mod partikolari t-tniġġis diffuż u d-degradazzjoni tal-fluss naturali u l-karatteristiċi fiżiċi tagħhom; billi t-tniġġis min-nutrijenti u s-sustanzi prijoritarji persistenti, kif ukoll minn sustanzi emerġenti ġodda bħala sustanzi niġġiesa, għadu għaddej; billi l-ilmijiet ta’ taħt l-art huma affettwati minn tniġġis diffuż u jbatu wkoll minn estrazzjoni intensiva<FOOTNOTE><FIELD> Ibid.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>AC.</NO.P>billi l-ilma ta’ taħt l-art jipprovdi 65 % tal-ilma tax-xorb u 25 % tal-ilma għat-tisqija agrikola fl-UE<FOOTNOTE><FIELD> Ibid.</FIELD></FOOTNOTE>; billi din mhijiex riżorsa infinita li jeħtieġ li tiġi protetta mit-tniġġis u mill-isfruttament żejjed<FOOTNOTE><FIELD> Ibid.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>AD.</NO.P>billi d-data ta’ monitoraġġ mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent tindika tniġġis mifrux mis-sustanzi perfluworoalkilati u polifluworoalkilati (PFAS), li komunement jissejħu “sustanzi kimiċi dejjiema” fl-ilmijiet Ewropej, u dan joħloq riskji sinifikanti għall-ekosistemi akkwatiċi u għas-saħħa tal-bniedem; billi l-aċidu trifluworoaċetiku (TFA) tal-PFAS ta’ katina qasira ġie identifikat fl-ilma tax-xorb madwar l-Ewropa kollha; billi l-PFAS jippersistu fl-ambjent, jakkumulaw bijoloġikament fl-organiżmi ħajjin u jikkawżaw effetti (eko)tossikoloġiċi ħżiena; billi minn grupp ta’ 6 000 sa 10 000 sustanza individwali, ftit biss ġew studjati b’mod estensiv, bl-impatt tagħhom agħhpom magħruf fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent; billi 99 % tal-PFAS jibqgħu mhux skoperti fl-ambjent minħabba limiti fil-monitoraġġ;
</CONS><CONS>
<NO.P>AE.</NO.P>billi n-nuqqas ta’ standards ta’ kwalità fl-UE kollha għall-PFAS fl-ilma ta’ taħt l-art u l-monitoraġġ insuffiċjenti ta’ komposti tal-PFAS anqas studjati jaggravaw l-isfida li jinkiseb status kimiku tajjeb għall-ilmijiet tal-UE f’konformità mad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma u joħolqu piż tekniku u finanzjarju sostanzjali fuq is-sistemi tas-saħħa u fuq il-fornituri tas-servizzi tal-ilma filwaqt li jpoġġu f’periklu applikazzjonijiet tal-użu mill-ġdid tal-ilma u tal-ħama tad-dranaġġ;
</CONS><CONS>
<NO.P>AF.</NO.P>Billi kimiċi perikolużi, inklużi metalli tqal u sustanzi niġġiesa oħra, rilaxxati fil-korpi tal-ilma permezz ta’ attivitajiet industrijali, għandhom impatt sinifikanti fuq il-kwalità tal-ilma u l-ekosistemi akkwatiċi<FOOTNOTE><FIELD> L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, “Industrial pollutant releases to water in Europe” (Rilaxxi ta’ sustanzi niġġiesa industrijali fl-ilma fl-Ewropa), is-sit web tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, 30 ta’ Mejju 2024, https://www.eea.europa.eu/en/analysis/indicators/industrial-pollutant-releases-to-water.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>AG.</NO.P>billi s-sustanzi farmaċewtiċi qed jiġu identifikati dejjem aktar fl-ilma tal-wiċċ u fl-ilma ta’ taħt l-art; billi t-tniġġis ikkawżat minn residwi farmaċewtiċi jeħtieġ teknoloġiji avvanzati għat-trattament tal-ilma, inkluż filtrazzjoni bil-membrana, trattament tal-karbonju attivat, proċessi avvanzati ta’ ossidazzjoni u tekniki innovattivi oħra ta’ purifikazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>AH.</NO.P>billi d-Direttiva 2010/75/UE<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis), (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2010/75/oj).</FIELD></FOOTNOTE> tordna li l-aggravament potenzjali tal-impatt tal-iskariki industrijali fuq l-istat tal-korpi tal-ilma minħabba varjazzjonijiet fid-dinamika tal-fluss tal-ilma għandu jitqies b’mod espliċitu bħala parti mill-għoti u r-rieżami tal-permessi; billi l-aħjar tekniki disponibbli issa se jibdew jinkorporaw il-kunċett ta’ livelli ta’ prestazzjoni ambjentali relatati mal-ilma u permessi li jaqilbu l-użu ta’ dawn it-tekniki f’valuri ta’ limiti ta’ prestazzjoni ambjentali; billi din hija bidla milqugħa b’titjib potenzjali tar-reżiljenza tal-industrija peress li l-installazzjonijiet tal-UE jistgħu qed jiffaċċjaw diġà kapaċità ta’ produzzjoni staġjonali aktar baxxa minħabba l-iskarsezza tal-ilma;
</CONS><CONS>
<NO.P>AI.</NO.P>billi l-ilma urban mormi huwa wieħed mis-sorsi ewlenin tat-tniġġis tal-ilma, jekk ma jinġabarx u jiġi ttrattat kif suppost; billi l-objettivi tad-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi m’għandhomx jitnaqqsu, u l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha għandu jiġi estiż għal setturi u sustanzi oħra li jikkontribwixxu għat-tniġġis tal-ilma;
</CONS><CONS>
<NO.P>AJ.</NO.P>billi t-tniġġis min-nitrat fil-korpi tal-ilma tal-UE jwassal għall-ewtrofikazzjoni, it-telfien tal-bijodiversità, u d-degradazzjoni tal-ekosistemi akkwatiċi<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni Ewropea “Nitrates” (Nitrati), is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea, https://environment.ec.europa.eu/topics/water/nitrates_en#implementation.</FIELD></FOOTNOTE>; billi l-ilma tax-xeba’ tal-pestiċidi jikkontamina l-ilma tal-wiċċ u l-ilma ta’ taħt l-art, u jhedded il-kwalità tal-ilma u s-saħħa tal-bniedem;
</CONS><CONS>
<NO.P>AK.</NO.P>billi r-riċerka turi li l-espożizzjoni fl-Ewropa għas-sustanza kimika sintetika bisfenol A (BPA), li tintuża fi prodotti li jvarjaw minn kontenituri tal-ikel tal-plastik u tal-metall sa fliexken tal-ilma li jistgħu jerġgħu jintużaw, hija ferm ogħla mil-livelli aċċettabbli għas-sikurezza tas-saħħa<FOOTNOTE><FIELD> L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, “Public exposure to widely used Bisphenol A exceeds acceptable health safety levels” (L-esponiment pubbliku għal Bisfenol A użat ħafna jaqbeż il-livelli aċċettabbli għas-sikurezza tas-saħħa), is-sit web tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, 14 ta’ Settembru 2023, https://www.eea.europa.eu/en/newsroom/news/public-exposure-to-bisphenol-a.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>AL.</NO.P>billi l-ġestjoni tal-ħamrija u tan-nutrijenti hija l-bażi tat-titjib tal-kwalità u d-disponibbiltà tal-ilma; billi l-istrateġija Ewropea għar-reżiljenza tal-ilma għandha tiffoka fuq it-titjib tal-ġestjoni tan-nutrijenti, bl-għan li tagħlaq iċ-ċirkwiti tan-nutrijenti biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tan-nutrijenti fil-passaġġi fuq l-ilma; billi l-użu sikur tal-ħama tad-dranaġġ fl-agrikoltura se jnaqqas ukoll id-dipendenza għolja ħafna li għandha l-UE fuq l-importazzjoni ta’ fertilizzanti minerali bbażati fuq il-fosforu, pereżempju mir-Russja; billi l-użu sikur tal-ħama għandu għalhekk jitqies ukoll bħala li jikkontribwixxi għar-reżiljenza u l-awtonomija strateġika Ewropea;
</CONS><CONS>
<NO.P>AM.</NO.P>billi t-tibdil fil-klima jirrappreżenta theddida kbira għar-riżorsi tal-ilma u l-ekosistemi akkwatiċi; billi bosta impatti tat-tibdil fil-klima jinħassu permezz tal-ilma, pereżempju nixfiet aktar intensi u frekwenti, għargħar aktar estremi, kif ukoll xita staġjonali aktar imprevedibbli; billi l-għargħar u l-iskarsezza tal-ilma jikkompromettu s-sikurezza tal-ikel u tal-ilma, u s-saħħa tal-popolazzjoni ġenerali, u fl-aħħar mill-aħħar jaffettwaw il-koeżjoni soċjali u l-istabbiltà, kif ukoll ipoġġu f’periklu d-disponibbiltà fit-tul ta’ din ir-riżorsa prezzjuża;
</CONS><CONS>
<NO.P>AN.</NO.P>billi l-valutazzjoni Ewropea tar-riskju tal-klima rrikonoxxiet li l-politiki u l-azzjonijiet ta’ adattament tal-Ewropa mhumiex jimxu id f’id mar-riskji li qed jikbru malajr li jheddu l-ekosistemi, l-infrastruttura, il-provvista tal-ikel u l-ilma, is-saħħa tan-nies kif ukoll l-ekonomija u l-finanzi<FOOTNOTE><FIELD> L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, <STRING ITALIC="on">European Climate Risk Assessment</STRING> (Valutazzjoni Ewropea tar-Riskju Klimatiku), Rapport tal-EEA 01/2024.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>AO.</NO.P>billi valutazzjonijiet mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima juru li ż-żieda fil-livell tal-baħar minħabba t-tibdil fil-klima qed twassal għal żieda fis-salinità tal-ħamrija u l-ilma ħelu, li tikkomprometti s-saħħa tal-ekosistema u l-kwalità tal-ilma, kif ukoll li qed taffettwa 80 miljun Ewropew u Ewropea li jgħixu f’żoni kostali ta’ elevazzjoni baxxa u f’pjanuri tal-għargħar; billi l-ekosistemi tal-ilma ħelu u tal-baħar huma interkonnessi peress li t-tniġġis tax-xmajjar, it-tfixkil tal-flussi tas-sediment u n-nuqqasijiet tal-ilma kollha għandhom impatt qawwi ħafna fuq is-saħħa tal-ekosistemi tal-baħar, b’mod partikolari dawk kostali, kif ukoll fuq il-vijabbiltà tal-attivitajiet soċjali u ekonomiċi li jiddependu minnhom, bħat-trasport, is-sajd, l-akkwakultura u t-turiżmu;
</CONS><CONS>
<NO.P>AP.</NO.P>billi, minħabba x-xejriet fit-temp li qed jinbidlu, in-nixfa fit-tul, is-sħana estrema u l-eventi ta’ għargħar fuq skala kbira se jintensifikaw u jsiru aktar frekwenti fil-kontinent kollu, filwaqt li jagħmlu ħsara lill-ekosistemi u lis-saħħa tal-bniedem, u jwasslu għal tfixkil kbir fl-attivitajiet ekonomiċi u jnaqqsu l-kwantità u l-kwalità ġenerali tal-ilma disponibbli; billi l-preservazzjoni tar-riżorsi tal-ilma u l-funzjonijiet naturali tax-xmajjar, filwaqt il-provvista ta’ biżżejjed ilma ta’ kwalità tajba, huma sfida ewlenin li se jirrikjedu żieda fl-isforzi ta’ mitigazzjoni u adattament għat-tibdil fil-klima, ġestjoni effettiva u miżuri innovattivi sabiex tiżdied id-disponibbiltà tal-ilma; billi l-ġestjoni tal-iskarsezza tal-ilma u tar-riskji tal-għargħar b’mod affordabbli u sostenibbli se ssir dejjem aktar importanti madwar l-UE kollha;
</CONS><CONS>
<NO.P>AQ.</NO.P>billi fl-2022, l-Ewropa esperjenzat l-aktar sajf sħun tagħha u t-tieni l-aktar sena sħuna rreġistrata, u dan wassal għal nixfa li ħalliet impatt fuq aktar minn 15 % tat-territorju tal-UE; billi t-telf ekonomiku annwali medju kkawżat min-nixfiet fl-UE bejn l-1981 u l-2010 ġie stmat għal madwar EUR 9 biljun fis-sena; billi mingħajr l-ebda miżura ta’ adattament, huwa stmat li t-telf annwali min-nixfiet fl-Ewropa u fir-Renju Unit jista’ jiżdied għal EUR 45 biljun fis-sena sal-2100 b’tisħin ta’ 3°C<FOOTNOTE><FIELD> Cammalleri, C. et al., <STRING ITALIC="on">Global warming and drought impacts in the EU</STRING> (L-impatti tat-tisħin globali u n-nixfiet fl-UE), Rapport Tekniku tal-JRC, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu.</FIELD></FOOTNOTE>; billi fil-perjodu 1998-2020, l-għargħar kienu jammontaw għal 43 % tal-eventi kollha tad-diżastri fl-Ewropa; billi l-impatti tat-tibdil fil-klima u l-iżviluppi soċjoekonomiċi qed iwasslu għal għargħar aktar frekwenti, li jaffettwa għadd dejjem akbar ta’ persuni u jikkawża ħsara dejjem akbar; billi 12 % tal-popolazzjoni tal-Ewropa tgħix fi pjanuri tal-għargħar<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Rapport EEA 07/2024.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>AR.</NO.P>billi l-kost tan-nuqqas ta’ azzjoni fl-indirizzar tal-isfidi relatati mal-ilma huwa estremament għoli, minħabba li 90 % tad-diżastri huma relatati mal-ilma<FOOTNOTE><FIELD> Feyen, L. et al., <STRING ITALIC="on">Climate change impacts and adaptation in Europe</STRING> (L-impatti tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih fl-Ewropa), JRC PESETA IV rapport finali, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu.</FIELD></FOOTNOTE>; billi mingħajr azzjoni ta’ politika, il-kost tat-telf ekonomiku mill-għargħar kostali waħdu jista’ jaqbeż EUR 1 triljun fis-sena sal-aħħar tas-seklu fl-UE<FOOTNOTE><FIELD> L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, <STRING ITALIC="on">European Climate Risk Assessment</STRING> (Valutazzjoni Ewropea tar-Riskju Klimatiku), Rapport tal-EEA 01/2024.</FIELD></FOOTNOTE> u l-kost ekonomiku tan-nixfiet fl-Ewropa jista’ jaqbeż EUR 65 biljun fis-sena sal-2100<FOOTNOTE><FIELD> Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għat-Tnaqqis fir-Riskju ta’ Diżastri, <STRING ITALIC="on">Rapport Speċjali tal-GAR dwar in-Nixfiet 2021</STRING>, Ġinevra, UNDRR, 2021.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>AS.</NO.P>billi jeżistu differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri fid-disponibbiltà tal-ilma, l-istrateġiji ta’ ġestjoni u l-xejriet ta’ użu, u l-vulnerabbiltà għall-impatti tat-tibdil fil-klima jistgħu jvarjaw b’mod konsiderevoli; billi huwa meħtieġ approċċ imfassal apposta biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ilma u tiġi żgurata ġestjoni sostenibbli tal-ilma;
</CONS><CONS>
<NO.P>AT.</NO.P>billi n-nixfiet huma fost l-ewwel konsegwenzi katastrofiċi tat-tibdil fil-klima; żżbilli madwar 23 % tat-territorju tal-UE huwa sensittiv b’mod moderat għad-deżertifikazzjoni u billi 8 % huwa ferm suxxettibbli għaliha; billi l-Ungerija, il-Bulgarija, Spanja u l-Italja jinsabu fost il-pajjiżi l-aktar milquta u billi fi Spanja 74 % tat-territorju jinsab f’riskju ta’ deżertifikazzjoni; billi l-istrateġija Ewropea għar-reżiljenza tal-ilma għandha tħares lil hinn minn nixfiet fit-tul, iżda pjuttost tindirizza r-realtà li l-linja semiarida qed timxi lejn it-Tramuntana, u dan jirriżulta f’żieda fiż-żoni fl-UE li se jiffaċċjaw nuqqas ta’ disponibbiltà fit-tul kroniku ta’ riżorsi tal-ilma ħelu suffiċjenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>AU.</NO.P>billi l-politiki relatati mad-deżertifikazzjoni, il-konsum tal-ilma u t-tibdil fil-klima huma interkonnessi mill-qrib; billi bħala parti mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Ġlieda kontra d-Deżertifikazzjoni, l-UE affermat mill-ġdid fl-2015 u aktar tard ikkonfermat mill-ġdid fl-2024<FOOTNOTE><FIELD> Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-14 ta’ Ottubru 2024 dwar id-Deżertifikazzjoni, id-Degradazzjoni tal-Art u n-Nixfa.</FIELD></FOOTNOTE> l-impenn tagħha li tikseb in-newtralità tad-degradazzjoni tal-art sal-2030, li, skont ir-rapport speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar id-deżertifikazzjoni, x’aktarx li ma jintlaħaqx;
</CONS><CONS>
<NO.P>AV.</NO.P>billi l-infrastruttura tal-ilma tista’ tgħin biex jinżammu fluss u provvista tal-ilma kostanti u prevedibbli; billi fl-2022 it-tnixxija annwali medja mix-xmajjar madwar l-Ewropa kienet it-tieni l-aktar baxxa rreġistrata minn meta bdew ir-reġistrazzjonijiet fl-1991<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Rapport EEA 07/2024.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>AW.</NO.P>billi ż-żoni downstream huma partikolarment dipendenti minn ġestjoni u estrazzjoni upstream tal-ilma; billi l-Istati Membri għandhom joqogħdu lura milli jimplimentaw miżuri li jżidu b’mod sinifikanti r-riskji ta’ għargħar upstream jew downstream ta’ pajjiżi oħra fl-istess baċir ta’ xmara f’konformità mad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma;
</CONS><CONS>
<NO.P>AX.</NO.P>billi s-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma interventi pertinenti li, meta mfassla apposta għal ekosistemi u ħtiġijiet speċifiċi, jistgħu jżidu r-reżiljenza fiċ-ċiklu tal-ilma u jipprovdu benefiċċji multipli f’termini ta’ protezzjoni tal-bijodiversità, sekwestru tal-karbonju, kwalità mtejba tal-ilma, żamma tan-nutrijenti, provvista tal-ilma tax-xorb, prevenzjoni tan-nirien fil-foresti u mitigazzjoni tar-riskju tal-għargħar; billi s-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura jistgħu jtejbu l-effettività u l-ħajja operabbli tal-infrastruttura tal-ilma, u b’hekk jiżguraw, f’ħafna każijiet, il-komplementarjetà taż-żewġ soluzzjonijiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>AY.</NO.P>billi l-miżuri naturali għaż-żamma tal-ilma huma soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura li għandhom l-għan li jaħżnu l-ilma f’pajsaġġi naturali, agrikoli, forestali u urbani;
</CONS><CONS>
<NO.P>AZ.</NO.P>billi l-ilma mhuwiex prodott kummerċjali bħal kull prodott ieħor imma, pjuttost, wirt li jrid jiġi protett, difiż u ttrattat bħala tali; billi, skont id-Direttiva (UE) 2024/1203 dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2024/1203 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali u li tissostitwixxi d-Direttivi 2008/99/KE u 2009/123/KE (ĠU L, 2024/1203, 30.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1203/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, l-estrazzjoni tal-ilma tal-wiċċ jew tal-ilma ta’ taħt l-art skont it-tifsira tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma tikkostitwixxi reat kriminali meta tali mġiba tkun illegali u intenzjonata, u tikkawża, jew aktarx li tikkawża, ħsara sostanzjali lill-istat ekoloġiku jew lill-potenzjal ekoloġiku tal-korpi tal-ilma tal-wiċċ jew l-istat kwantitattiv tal-korpi tal-ilma ta’ taħt l-art;
</CONS><CONS>
<NO.P>BA.</NO.P>billi l-bijodiversità tal-ħamrija u l-karbonju organiku tal-ħamrija jaffettwaw il-kapaċità taż-żamma tal-ilma; billi l-erożjoni tal-ħamrija, il-kompattazzjoni u ċerti prattiki tal-ġestjoni tal-ħamrija li jikkawżaw id-degradazzjoni tal-ħamrija jwasslu għal tnaqqis kostanti fil-kapaċità tal-ħamrija li żżomm l-ilma, li b’konsegwenza ta’ dan jiggrava l-eventi ta’ nixfa u għargħar b’impatti negattivi fuq il-biedja; billi l-ħamrija b’saħħitha hija għalhekk waħda mill-fatturi tar-reżiljenza tal-ilma, u din tal-aħħar għandha tiġi indirizzata u ġestita fil-livell tal-baċir tax-xmara; billi ġestjoni tal-art mtejba hija essenzjali għall-prevenzjoni tad-diżastri;
</CONS><CONS>
<NO.P>BB.</NO.P>billi l-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) kurrenti jinkludi mira ambizzjuża iżda mhux vinkolanti li mill-inqas 7,5 % tal-infiq annwali tal-UE jiġi ddedikat għall-objettivi tal-bijodiversità fl-2024 u 10 % kemm fl-2026, kif ukoll fl-2027; billi l-qafas finanzjarju l-ġdid għandu jinkorpora perspettiva tal-ilma bil-ħsieb li jiġu allokati biżżejjed riżorsi lill-istrateġija Ewropea għar-reżiljenza tal-ilma futura sabiex jiġu żgurati ekosistemi u infrastruttura tal-ilma reżiljenti, u s-sigurtà tal-provvista tal-ilma, u biex jiġu ffaċilitati l-investimenti f’soluzzjonijiet innovattivi;
</CONS><CONS>
<NO.P>BC.</NO.P>billi l-finanzjament ta’ koeżjoni kellu rwol kruċjali fit-titjib tas-servizzi tal-ilma u tas-sanità fl-Istati Membri kollha; billi huwa meħtieġ appoġġ kontinwu biex jiġu żgurati r-reżiljenza u l-konformità fit-tul tagħhom ma’ standards ta’ kwalità dejjem aktar stretti;
</CONS><CONS>
<NO.P>BD.</NO.P>billi l-politiki tal-ipprezzar jistgħu jtejbu l-effiċjenza tal-użu tal-ilma; billi tali politiki huma kompetenza nazzjonali u jqisu d-differenzi reġjonali fid-disponibbiltà tal-ilma u s-sors tal-provvista tal-ilma; billi l-ipprezzar jista’ jiżvolġi rwol sinifikanti biex l-unitajiet domestiċi u setturi ekonomiċi oħra jiġu mħeġġa jottimizzaw il-konsum, kif ukoll biex jiġi żgurat li l-utenti tal-ilma jipparteċipaw b’mod effettiv fl-irkupru tal-kostijiet tas-servizzi tal-ilma; billi l-politiki tal-ipprezzar għandhom iqisu l-affordabbiltà għall-unitajiet domestiċi u n-negozji ż-żgħar;
</CONS><CONS>
<NO.P>BE.</NO.P>billi d-diġitalizzazzjoni u l-innovazzjoni jistgħu jassistu b’mod effettiv lill-Istati Membri, lill-korpi reġjonali u lill-Kummissjoni fil-ġbir ta’ data dwar il-ġestjoni tal-ilma u fil-monitoraġġ tagħha; billi l-UE tinsab fuq quddiem nett fl-iżviluppi teknoloġiċi ġodda fis-settur tal-ilma, u tirrappreżenta 40 % tal-familji internazzjonali kollha tal-privattivi f’dan is-settur bejn l-1992 u l-2021<FOOTNOTE><FIELD> L-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi, <STRING ITALIC="on">Innovation in water-related technologies</STRING> (L-innovazzjoni f’teknoloġiji relatati mal-ilma), UEP, Munich 2024.</FIELD></FOOTNOTE>, pożizzjoni li jeħtieġ li titrawwem, u l-potenzjal tas-suq intern jiġi sfruttat bis-sħiħ; billi jeħtieġ li jiġu eżaminati l-ostakli għall-introduzzjoni u l-espansjoni ta’ teknoloġiji ġodda tal-ilma, kif ukoll jiġu ggarantiti kundizzjonijiet ekwi Ewropej ġusti; billi huwa meħtieġ appoġġ kontinwu għar-riċerka fl-innovazzjoni tat-teknoloġija tal-ilma biex jiġu żgurati u jinħolqu l-impjiegi u tingħata spinta lill-kompetittività Ewropea;
</CONS><CONS>
<NO.P>BF.</NO.P>billi l-innovazzjoni hija għodda kruċjali biex is-settur tal-ilma jindirizza l-isfidi tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, jadatta għat-tibdil fil-klima u jsir aktar effiċjenti fl-użu tal-ilma;
</CONS><CONS>
<NO.P>BG.</NO.P>billi l-varar ta’ teknoloġiji ta’ monitoraġġ u mmudellar għadu lura f’ħafna Stati Membri, u d-diġitalizzazzjoni tas-settur qed issir bil-mod wisq; billi d-dispożizzjonijiet dwar il-pjanijiet għall-ġestjoni tal-baċiri tax-xmajjar fid-Direttiva Qafas dwar l-Ilma ma jinkludux b’mod espliċitu miżuri konkreti biex jiġi diġitalizzat is-settur tal-ilma; billi n-nuqqasijiet komuni għall-politiki attwali li jisfruttaw is-soluzzjonijiet diġitali potenzjali huma relatati man-nuqqas ta’ gwida tat-teknoloġija, mal-istandards ta’ monitoraġġ, mal-integrazzjoni tal-politika, mal-istandardizzazzjoni u mal-involviment tal-pubbliku;
</CONS><CONS>
<NO.P>BH.</NO.P>billi s-settur tal-ilma huwa vulnerabbli għal diversi theddidiet, inklużi attakki fiżiċi, attakki ċibernetiċi, u l-kontaminazzjoni b’aġenti li jagħmlu l-ħsara; billi tali inċidenti jistgħu jirriżultaw f’mard, korrimenti, u tfixkil fis-servizz mifruxa, u b’hekk iħallu impatt sinifikanti fuq is-saħħa pubblika, l-ambjent u l-istabbiltà ekonomika; billi d-diġitalizzazzjoni tal-ilma tista’ tintroduċi aktar riskji tas-sigurtà fl-infrastrutturi tal-ilma f’kuntest ta’ żieda f’attakki ostili fuq infrastrutturi kritiċi; billi l-implimentazzjoni tad-Direttiva NIS2 u tad-Direttiva dwar ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi tista’ tikkontribwixxi għall-mitigazzjoni tar-riskji tas-sigurtà għas-sistemi u l-infrastruttura tal-ilma (tajjeb għax-xorb) vitali, li jinħolqu minn tensjonijiet ġeopolitiċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>BI.</NO.P>billi l-avvanzi fit-teknoloġija tas-sensuri, il-komputazzjoni, l-intelliġenza artifiċjali u l-ġestjoni tal-big data, jistgħu jgħinu fil-monitoraġġ tal-kwantità u l-kwalità tal-ilma u jipprovdu l-informazzjoni għad-deċiżjonijiet operazzjonali ta’ dawk li jfasslu l-politika u l-kumpaniji tal-ġestjoni tal-ilma; billi innovazzjonijiet f’sistemi bbażati fuq in-natura biex jiġi ġestit l-ilma huma disponibbli u jistgħu jikkontribwixxu għal ġestjoni tal-ilma reżiljenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>BJ.</NO.P>billi l-konsum tal-ilma huwa komponent kritiku fiċ-ċiklu tal-ħajja tal-intelliġenza artifiċjali, kemm fl-operat taċ-ċentri tad-data kif ukoll fil-manifattura tal-hardware; billi l-espansjoni mgħaġġla tat-teknoloġija tista’ twassal għal żieda esponenzjali fid-domanda tagħha għar-riżorsi tal-ilma; billi din id-dipendenza fuq riżorsa dejjem aktar skarsa toħloq sfidi sinifikanti f’termini ta’ sostenibbiltà; billi t-teknoloġiji strateġiċi, bħas-semikondutturi, l-idroġenu, il-batteriji ta’ vetturi elettriċi u ċ-ċentri tad-data, għandhom rwol ewlieni fil-kisba ta’ UE kompetittiva u awtonoma;
</CONS><CONS>
<NO.P>BK.</NO.P>billi kessieħ u sistemi ta’ torrijiet ta’ tkessiħ ibbażati fuq teknoloġiji innovattivi ta’ tkessiħ bħal tkessiħ bl-evaporazzjoni u f’ċirkwit magħluq diġà huma disponibbli u jistgħu jikkontribwixxu biex jitnaqqas il-konsum tal-ilma f’applikazzjonijiet industrijali, tat-tisħin, tal-ventilazzjoni u tal-arja kundizzjonata;
</CONS><CONS>
<NO.P>BL.</NO.P>billi trid tiġi promossa r-riċerka bl-għan li jinkisbu materjali attivi alternattivi li jiġġieldu l-pesti, sabiex jagħmlu l-pjanti aktar b’saħħithom u jitnaqqas l-użu ta’ inputs u prodotti fitosanitarji;
</CONS><CONS>
<NO.P>BM.</NO.P>billi r-reżiljenza tal-ilma hija kruċjali fl-edukazzjoni, fit-tagħlim, fis-sensibilizzazzjoni u fl-għoti ta’ informazzjoni dwar il-funzjonament taċ-ċiklu tal-ilma;
</CONS><CONS>
<NO.P>BN.</NO.P>billi l-aċċess limitat għall-ilma u għall-infrastruttura relatata għandu impatt negattiv, b’mod partikolari fuq in-nisa, peress li jimmina l-konkretizzazzjoni ta’ drittijiet tal-bniedem oħra, bħall-awtodeterminazzjoni, l-indipendenza ekonomika u l-edukazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>BO.</NO.P>billi 60 % tad-distretti tal-baċini tax-xmajjar Ewropej huma tranżnazzjonali, u dan irendi kruċjali l-kooperazzjoni transkonfinali effettiva; billi 20 pajjiż Ewropew jiddependu minn pajjiżi oħra għal aktar minn 10 % tar-riżorsi tal-ilma tagħhom, u 75 % tar-riżorsi ta’ ħames pajjiżi jaslu għandhom minn barra l-pajjiż permezz tax-xmajjar<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Rapport EEA 07/2024.</FIELD></FOOTNOTE>; billi din il-kooperazzjoni għandha tissaħħaħ biex tqis l-isfidi attwali u futuri tat-tibdil fil-klima bħal nixfiet u għargħar;
</CONS><CONS>
<NO.P>BP.</NO.P>billi s-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti António Guterres ħatar Mibgħut Speċjali dwar l-Ilma, bil-għan li jtejjeb il-kooperazzjoni internazzjonali u s-sinerġiji fost il-proċessi tal-ilma internazzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>BQ.</NO.P>billi aċċess għal ilma nadif u infrastrutturi ta’ sanità sostenibbli u reżiljenti għat-tibdil fil-klima huma komponenti ewlenin tal-approċċ Saħħa Waħda, filwaqt li tiġi rikonoxxuta l-interkonnessjoni bejn is-saħħa tal-bnedmin u t-tniġġis tal-ilma;
</CONS><CONS>
<NO.P>BR.</NO.P>billi l-kooperazzjoni fil-qasam tal-ilma bejn il-fruntieri u s-setturi tiġġenera ħafna benefiċċji, inklużi t-titjib tas-sigurtà tal-ikel, issostni l-għajxien u ekosistemi b’saħħithom, tgħin fl-indirizzar tar-reżiljenza għat-tibdil fil-klima, tikkontribwixxi għat-tnaqqis tar-riskju ta’ diżastru, u tipprovdi enerġija rinnovabbli, filwaqt li tappoġġja lill-ibliet u l-industrija, u trawwem l-integrazzjoni u l-paċi reġjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>BS.</NO.P>billi l-iżviluppi ġeopolitiċi juru li l-UE għandha tkun lesta biex tilqa’ l-isfidi li jmorru lil hinn mill-qasam ambjentali; billi t-theddid mhux ambjentali, bħal-aċċidenti reċenti tal-kejbil li saritlu l-ħsara fil-Baħar Baltiku, jibgħat lill-UE messaġġ b’saħħtu li t-tisħiħ tal-kooperazzjoni transfruntiera huwa essenzjali biex jiġu indirizzati kemm l-objettivi ambjentali kif ukoll dawk relatati mas-sigurtà;
</CONS><CONS>
<NO.P>BT.</NO.P>billi madwar 41 000 kilometru ta’ passaġġi fuq l-ilma interni jgħaddu minn 25 Stat Membru; billi l-passaġġi fuq l-ilma interni, li jibbażaw fuq id-disponibbiltà tar-riżorsi tal-ilma, jaqdu rwol kruċjali biex jottimizzaw il-provvista tal-ilma u jimmitigaw l-impatti tan-nixfiet u l-għargħar, kif ukoll jappoġġjaw l-attivitajiet ekonomiċi u l-iżvilupp tar-reġjuni;
</CONS><CONS>
<NO.P>BU.</NO.P>billi ż-żieda fl-iskarsezza tal-ilma, l-inugwaljanzi fl-aċċess għall-ilma, u x-xokkijiet esterni għas-settur tal-ilma kabbru l-interdipendenzi, żiedu l-kompetizzjoni għall-ilma u għandhom konsegwenzi ekonomiċi kumplessi;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kummenti ġenerali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jilqa’ u jappoġġja bil-qawwa t-tħabbira tal-President von der Leyen fil-Linji Gwida Politiċi għall-Kummissjoni li Jmiss (2024-2029) dwar il-preżentazzjoni ta’ Strateġija Ewropea għar-Reżiljenza tal-Ilma li tindirizza l-effiċjenza, l-iskarsezza u t-tniġġis tal-ilma kif ukoll ir-riskji relatati mal-ilma, kif ukoll ir-rikonoxximent li l-ilma huwa riżorsa indispensabbli li qiegħda tkun dejjem aktar taħt stress mit-tibdil fil-klima u d-domandi dejjem akbar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jemmen li, waqt l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni, il-kompetittività ekonomika għandha titqies f’konformità mal-Boxxla għall-Kompetittività; jappella għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE sabiex tinbena Ewropa reżiljenti u kompetittiva, jittaffa u jsir adattament għat-tibdil fil-klima, jitwaqqaf it-telf tal-bijodiversità, jiġi evitat it-tniġġis, tiġi żgurata s-sigurtà tal-ikel, jiġu limitati l-użu tar-riżorsi u l-ħela, u jsir sforz lejn użu effiċjenti tar-riżorsi, inkluż tal-ilma, filwaqt li jitqiesu l-prinċipju ta’ prekawzjoni, il-prinċipju ta’ kontroll tas-sors u l-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas; jenfasizza l-fatt li d-disponibbiltà tal-ilma għandha impatt fuq il-kwantità, il-kwalità, il-varjetà, u d-disponibbiltà staġjonali tal-ikel li jista’ jiġi prodott;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jappella lill-UE tintegra l-impenji tagħha għad-Djalogu ta’ Baku dwar l-Ilma tal-COP29 għall-Azzjoni Klimatika u l-Konferenza dwar l-Ilma 2023 tan-NU fid-dimensjoni internazzjonali tal-Istrateġija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti li jittejbu r-reżiljenza u l-ġestjoni tal-ilma, sabiex jiġu żgurati provvisti sostenibbli tal-ilma ħelu għan-nies, l-ekonomija u l-ambjent; jenfasizza li l-Istrateġija Ewropea għar-Reżiljenza tal-Ilma għandha tiġi żviluppata f’koordinazzjoni mal-Patt Ewropew dwar l-Oċeani, filwaqt li jiġi żgurat approċċ koeżiv u integrat għall-ġestjoni tar-riżorsi tal-ilma ħelu u tal-oċeani, jiġu indirizzati l-isfidi interkonnessi, tissaħħaħ il-kompetittività u tiġi promossa l-ġestjoni sostenibbli tal-ilma fl-ambjenti interni u tal-baħar, filwaqt li jiġi żgurat approċċ olistiku “mis-sors għall-baħar”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jinsisti fuq il-ħtieġa ta’ Strateġija Ewropea għar-Reżiljenza tal-Ilma komprensiva u olistika li tintegra l-aspetti tal-kwalità, il-kwantità, is-sigurtà, l-infrastruttura, it-teknoloġija u l-ġestjoni tal-ilma u tinkludi r-restawr taċ-ċiklu tal-ilma bħala element ewlieni, peress li tirfed l-attivitajiet ekonomiċi, tiżgura d-disponibbiltà tar-riżorsi u tikkontribwixxi għar-regolamentazzjoni tal-klima;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza tal-provvista tal-ilma, b’mod partikolari l-ilma tax-xorb, kif ukoll is-sigurtà tal-provvista tal-ilma; jirrimarka li l-proġetti kollha ta’ restawr ambjentali għandhom iqisu l-aspetti tas-sigurtà tal-ilma, filwaqt li jipprijoritizzaw soluzzjonijiet li mhux biss jipprovdu benefiċċji ambjentali, iżda jiggarantixxu wkoll il-provvista u l-ġestjoni effiċjenti tal-ilma; jenfasizza, barra minn hekk, li l-miżuri ta’ restawr ekoloġiku għandhom jitwettqu f’sinerġija mal-iżvilupp tal-potenzjal tal-enerġija rinnovabbli tal-UE u ma għandux ikollhom impatt fuq ir-reżiljenza ġenerali tal-enerġija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jirrakkomanda li fl-istrateġija jiġu inklużi l-lagi u ħabitats oħra dipendenti mill-ilma ħelu, flimkien ma’ xmajjar, l-ilmijiet ta’ tranżizzjoni, u l-ilma ta’ taħt l-art, bħala komponenti essenzjali tal-isforzi tal-UE għar-reżiljenza tal-ilma;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jisħaq fuq l-ħtieġa urġenti li jittejbu s-sistemi għat-twissija tal-kriżijiet fir-rigward ta’ inċidenti b’ilma tqil, kif ukoll biex jittejbu l-miżuri ta’ prevenzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta pjan Ewropew ta’ adattament għall-klima, inklużi proposti u azzjonijiet leġiżlattivi konkreti, b’mod partikolari fir-rigward tar-reżiljenza tal-infrastruttura, il-ġestjoni tal-ilma u soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura, filwaqt li tipprijoritizza l-protezzjoni ta’ komunitajiet vulnerabbli, biex l-UE ssir aktar reżiljenti u tmexxi bl-eżempju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Itenni li l-aċċess għall-ilma tax-xorb nadif u sikur u għas-sanità huwa dritt tal-bniedem; jenfasizza li dan id-dritt irid jiġi żgurat b’mod inekwivoku, fejn kulħadd ikollu aċċess għal servizzi tal-ilma affordabbli u ta’ kwalità tajba, inklużi dawk li jgħixu fuq gżejjer u f’reġjuni ultraperiferiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jisħaq li ħadd, kemm f’postijiet pubbliċi jew fi stabbilimenti privati, ma għandu jiġi mċaħħad l-aċċess għal ilma fornut minn network ta’ distribuzzjoni maħsub għall-konsum mill-bniedem, fejn disponibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jinnota li l-attivitajiet industrijali u l-produzzjoni agrikola jirrikjedu l-ilma biex jipproduċu l-prodotti finali tagħhom jew biex jappoġġjaw l-attivitajiet ta’ produzzjoni, bl-ammont ta’ ilma użat ivarja skont it-tip ta’ attività; jenfasizza l-fatt li l-iżgurar tal-kompetittività u l-awtonomija strateġika tal-Ewropa jirrikjedi soċjetà intelliġenti fl-użu tal-ilma fejn it-teknoloġija u d-data jsaħħu ekonomija ċirkolari, filwaqt li jrawmu prattiki sostenibbli u effiċjenti fl-użu tal-ilma; jistieden lill-atturi rilevanti kollha jaċċelleraw it-tranżizzjoni lejn industrija ċirkolari u agrikoltura effiċjenti fl-użu tal-ilma billi jippromwovu u jinvestu f’soluzzjonijiet innovattivi, bħal għodod u teknoloġiji diġitali, irkupru tar-riżorsi, il-produzzjoni ta’ enerġija rinnovabbli, infrastruttura, soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura u għodod ta’ governanza inklużivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tintegra d-dimensjoni tal-ilma fil-politiki interni u esterni tal-UE permezz ta’ approċċ transsettorjali sabiex tiżgura li r-reżiljenza, is-sostenibbiltà u s-sigurtà tal-ilma jkunu integrati fin-nisġa tal-politiki Ewropej; jistieden lill-Kummissjoni, b’mod partikolari, twettaq valutazzjoni relatata mal-ilma ta’ kwalunkwe miżura regolatorja, inkluż dik relatata moal-enerġija, bħala parti mill-valutazzjoni tal-impatt soċjoekonomiku u ambjentali; jenfasizza li l-valutazzjoni ta’ kif kull politika tal-UE, u l-proġetti u l-infrastruttura kollha ffinanzjati mill-fondi tal-UE, jista’ jkollhom impatt fuq ir-riżorsi tal-ilma f’termini ta’ kwantità, kwalità u aċċessibbiltà tiżgura li r-reżiljenza tal-ilma tkun pedament tal-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika, u b’hekk il-paradigma tiġi ttrasferita mit-trattament tal-ilma bħala riżorsa infinita għar-rikonoxximent tal-valur intrinsiku tiegħu għall-umanità u l-pajsaġġ ekoloġiku u soċjoekonomiku tal-UE u l-kompetittività tagħha;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-effiċjenza fl-użu tal-ilma</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jisħaq li l-użu effiċjenti tal-ilma huwa essenzjali għall-preservazzjoni tar-riżorsi tal-ilma tal-UE u li l-effiċjenza fl-użu tal-ilma għandha tkun objettiv ewlieni tal-UE; jappella, f’dan ir-rigward, għal tnaqqis konsegwenzjali fid-domanda għall-ilma, inkluż billi jiġu indirizzati l-livelli eċċessivi ta’ tnixxija, isir investiment fir-riċerka u fis-soluzzjonijiet innovattivi, jiġu mmodernizzati l-proċessi industrijali u ta’ produzzjoni, tittejjeb l-infrastruttura tal-ilma, jiġu ġestiti r-riżorsi tal-ilma u d-domanda massima b’mod sostenibbli, jiġu prijoritizzati l-użi u jiġi żgurat li effiċjenza ogħla fl-użu tal-ilma tirriżulta fi tnaqqis fil-konsum ġenerali tal-ilma ħelu kif ukoll f’żieda fid-disponibbiltà tal-ilma f’żoni taħt stress tal-ilma fil-livelli lokali u reġjonali; jemmen li ż-żoni affettwati min-nixfa fit-tul u d-deżertifikazzjoni għandhom jingħataw prijorità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jappella għal qafas leġiżlattiv li jistabbilixxi miri settorjali għall-effiċjenza fl-użu tal-ilma u l-estrazzjoni tal-ilma, abbażi ta’ valutazzjonijiet aġġornati tad-disponibbiltà tal-ilma u r-riskji klimatiċi, inkluż approċċ għall-valutazzjoni tal-ilma li jqis is-servizzi tal-ekosistema u s-sostenibbiltà fit-tul, u li jkopri l-użi kollha tal-ilma, inklużi l-industrija, l-enerġija, l-agrikoltura, l-istituzzjonijiet pubbliċi u l-unitajiet domestiċi; jissottolinja l-fatt li dawn il-miri għandhom ikunu ambizzjużi iżda adattabbli, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi speċifiċi u l-progress li diġà sar minn kull Stat Membru biex jiġu żgurati sforzi kontinwi lejn il-kisbiet fl-effiċjenza fir-reġjuni kollha; jisħaq fuq l-importanza ta’ prattiki effiċjenti u uniformi ta’ ġbir ta’ data madwar l-Istati Membri u s-setturi kollha, inkluż permezz tal-użu ta’ teknoloġiji innovattivi, li jinkludu punti ta’ ġbir ta’ data f’ħin reali għal aktar trasparenza dwar il-konsum tal-ilma; jenfasizza l-ħtieġa li titwettaq valutazzjoni xierqa tal-impatti ambjentali u soċjoekonomiċi tal-użu tal-ilma; jisħaq li l-importanza strateġika tal-produzzjoni tal-ikel ma tridx tiġi kompromessa; jenfasizza li x-xjenza, ir-riċerka u t-teknoloġija huma importanti għall-effiċjenza fl-użu tal-ilma u għall-użu tal-ilma kif ukoll għall-ekonomija ċirkolari f’dan ir-rigward; jappella għall-ħolqien u għall-promozzjoni ta’ sistemi ta’ irrigazzjoni intelliġenti ġodda u ta’ prestazzjoni għolja, għaż-żamma tal-ilma tax-xita u għall-użu ta’ ilma mill-ġdid, kif ukoll għal sistemi ta’ irrigazzjoni effiċjenti fl-użu tal-ilma;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Itenni l-ħtieġa li tiġi żviluppata metodoloġija komuni tal-UE biex jiġu stabbiliti miri għall-effiċjenza fl-użu tal-ilma u għall-estrazzjoni tal-ilma biex jiġi żgurat l-użu sostenibbli tar-riżorsi disponibbli tal-ilma rinnovabbli f’qafas ta’ ġestjoni integrat għar-riżorsi tal-ilma li jqis kif xieraq ir-rabtiet lil hinn mis-settur tal-ilma permezz tar-rabta ilma-enerġija-ikel-ekosistemi, u b’hekk dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet u l-atturi ekonomiċi jkunu jistgħu jippjanaw l-investiment meħtieġ biex jiżguraw is-sigurtà tal-provvista tal-ilma b’mod dejjem aktar sostenibbli, filwaqt li jitqiesu kif xieraq il-karatteristiċi tal-korpi tal-ilma kkonċernati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jappella għall-kollaborazzjoni mill-qrib dwar l-ippjanar integrat tal-enerġija u tar-riżorsi tal-ilma u t-teknoloġiji relatati fis-setturi kollha fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, kif ukoll bejn il-partijiet ikkonċernati kollha, sabiex jiġu stabbiliti mekkaniżmi biex tiġi żgurata l-koerenza tal-politika fis-setturi tal-ilma u l-enerġija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tressaq politika komprensiva dwar il-ġestjoni sostenibbli tal-ilma għall-industrija bbażata fuq it-tnaqqis, l-irkupru, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ, inkluża enfasi fuq l-użu ta’ teknoloġiji effiċjenti fl-użu tal-ilma u ċirkolari, ir-riċiklaġġ tal-ilma, strateġiji għat-tnaqqis tas-sustanzi niġġiesa u l-promozzjoni ta’ sistemi b’ċirkwit magħluq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Ifakkar li t-theddida dejjem akbar tal-iskarsezza tal-ilma qed tipperikola l-industriji u l-proġetti li huma essenzjali biex tiġi xprunata l-kompetittività tal-Ewropa, inklużi s-semikondutturi, iċ-ċentri tad-data, l-idroġenu rinnovabbli u l-produzzjoni tal-batteriji tal-vetturi elettriċi; jinnota li dawn l-industriji se jkunu qed jiffaċċjaw pressjoni dejjem akbar biex inaqqsu l-impatt ambjentali tagħhom u jtejbu l-effiċjenza tar-riżorsi tal-ilma, inkluż kemm l-użu dirett kif ukoll indirett tal-ilma; jistieden lill-Istati Membri jappoġġjaw lill-industriji li jużaw ħafna ilma fit-twaqqif ta’ pjanijiet ta’ effiċjenza fl-użu tal-ilma li għandhom l-għan li jiffrankaw, jużaw mill-ġdid u jirriċiklaw l-ilma, il-prevenzjoni tat-tniġġis tal-ilma u l-implimentazzjoni ta’ teknoloġiji effiċjenti fl-użu tal-ilma; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tinkorpora strateġiji komprensivi ta’ ġestjoni tal-ilma fil-politiki industrijali rilevanti tal-UE u fil-perkorsi ta’ tranżizzjoni speċifiċi għas-settur, b’enfasi partikolari fuq setturi strateġiċi li jużaw ħafna ilma;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jisħaq li l-għarfien, id-data, ir-riċerka u t-teknoloġija huma importanti għall-użu effiċjenti tal-ilma; jappella biex jingħata appoġġ finanzjarju u tekniku adegwat lill-Istati Membri biex jimplimentaw miżuri effiċjenti ta’ ġestjoni tal-ilma, inkluż permezz ta’ teknoloġiji innovattivi u moderni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jilqa’ r-rakkomandazzjonijiet tar-rapport finali tad-Djalogu Strateġiku dwar il-futur tal-agrikoltura tal-UE li jissottolinja li l-prattiki tal-biedja sostenibbli u l-mudelli kummerċjali ġodda jeħtieġ li jiżdiedu biex jiġi promoss użu aktar effiċjenti tar-riżorsi naturali, speċjalment l-ilma;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jappella għat-tranżizzjoni lejn mudell tal-biedja aktar sostenibbli u kompetittiv, megħjun mill-implimentazzjoni ta’ prattiki sostenibbli u soluzzjonijiet innovattivi li jippromwovu l-bijodiversità, inaqqsu l-inputs kimiċi u jippermettu li r-riżorsi tal-ilma jiġu ġestiti b’mod effiċjenti, inklużi soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura, il-ġestjoni riġenerattiva, it-teknoloġiji intelliġenti ta’ tisqija bi preċiżjoni, is-sistemi ta’ monitoraġġ diġitali, il-metodi ta’ trattament avvanzati u n-networks intelliġenti tad-distribuzzjoni tal-ilma, l-ottimizzazzjoni tal-konsum u l-prevenzjoni tat-tnaqqis tar-riżorsi tal-ilma, u li jgħinu biex tiġi żgurata produttività kontinwa filwaqt li jippermettu lill-agrikoltura tnaqqas it-tniġġis, tuża l-pestiċidi u l-fertilizzanti b’mod effiċjenti, ittejjeb iċ-ċiklu idroloġiku, ittejjeb ir-riforniment tal-ilma ta’ taħt l-art u tadatta għal użu aktar baxx tal-ilma; iqis li s-soluzzjonijiet teknoloġiċi jistgħu jinkludu wkoll miżuri li jistgħu jżidu l-assorbiment, l-infiltrazzjoni u ż-żamma tal-ilma fis-sistemi agrikoli, li huma importanti fost żieda fl-okkorrenzi kemm ta’ nixfa kif ukoll ta’ xita qawwija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jirrimarka li soluzzjonijiet u prattiki ta’ irrigazzjoni innovattivi jistgħu jtejbu l-effiċjenza tal-ilma fl-agrikoltura, billi jiksbu vantaġġ ekonomiku filwaqt li jnaqqsu wkoll il-piż ambjentali; jinnota li l-bdiewa ġeneralment ma għandhomx mezzi u inċentivi biżżejjed biex ikunu jafu dwar l-użu tal-ilma mill-għelejjel, l-applikazzjonijiet reali tal-irrigazzjoni, ir-risponsi ta’ rendiment tal-għelejjel għal prattiki differenti ta’ ġestjoni tal-ilma, u għalhekk il-livelli attwali tal-effiċjenza tal-ilma fl-azjendi agrikoli; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinċentivaw l-użu u l-appoġġ taż-żamma tas-soluzzjonijiet ta’ irrigazzjoni innovattivi bħat-tisqija bil-qatra li jippermettu ġestjoni attiva tal-livelli tal-ilma u l-użu effiċjenti tar-riżorsi tal-ilma, kif ukoll jippromwovu skambju kontinwu ta’ għarfien sabiex il-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha jkunu jistgħu jaqsmu responsabbiltà akbar tul il-katina kollha tal-provvista tal-ilma;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Ifakkar li l-użu ta’ nutrijenti bħan-nitrat u l-fosfat huwa essenzjali għall-produzzjoni tal-ikel, peress li din l-attività ma tkunx possibbli mingħajr l-użu tagħhom; jirrakkomanda kunsiderazzjoni aħjar taċ-ċiklu tan-nutrijenti fil-produzzjoni agrikola u l-isfruttament tal-valur fl-ilma mormi urban; jappella għal aktar riċerka dwar l-użu effettiv tan-nutrijenti u l-iżvilupp ta’ teknoloġiji għall-irkupru tan-nutrijenti, sabiex titnaqqas id-dipendenza tal-Unjoni fuq materja prima importata; jirrikonoxxi l-potenzjal għoli għall-irkupru tan-nutrijenti mill-ilma u jistieden lill-Istati Membri jappoġġjaw lis-settur agrikolu biex jottimizzaw il-konsum tan-nutrijenti tagħhom inkluż bl-użu ta’ riżorsi (nitrati u fosforu) irkuprati mill-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi pjan ta’ azzjoni għall-ġestjoni integrata tan-nutrijenti sabiex tindirizza b’mod effettiv it-telf ta’ inputs agrikoli prezzjużi, ir-riċiklaġġ tan-nutrijenti, it-tniġġis minn nutrijenti u l-ineffiċjenzi fiċ-ċiklu tan-nutrijenti; jappella għall-irkupru xieraq u sikur tal-fosforu minn sorsi organiċi u għall-inċentivar tal-investimenti fl-irkupru tiegħu u l-ġestjoni ċirkolari tan-nutrijenti f’konformità mal-pubblikazzjoni tal-JRC tal-Kummissjoni<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">1a</STRING> Rapport tal-JRC dwar ix-Xjenza għall-Politika tal-Kummissjoni Ewropea, “Technical proposals for the safe use of processed manure above the threshold established for Nitrate Vulnerable Zones by the Nitrates Directive (91/676/EEC)” (Proposti tekniċi għall-użu sikur ta’ demel ipproċessat ’il fuq mil-limitu stabbilit għaż-Żoni Vulnerabbli għan-Nitrati mid-Direttiva dwar in-Nitrati (91/676/KEE)), 2020.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jisħaq li d-Direttiva attwali dwar in-Nitrati għandha tiġi riveduta, peress li d-dispożizzjonijiet skaduti jippromwovu l-użu ta’ fertilizzanti artifiċjali aktar milli d-demel organiku; jappella biex isir rieżami urġenti tad-Direttiva dwar in-Nitrati qabel ma tintemm din is-sena, u li ssir ir-reviżjoni tagħha biex tiġi promossa l-ġestjoni ċirkolari tan-nutrijenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jenfasizza, f’konformità mar-rapport finali tad-Djalogu Strateġiku dwar il-futur tal-agrikoltura fl-UE, il-ħtieġa li tiġi appoġġjata t-tranżizzjoni għal varjetajiet ta’ għelejjel u żrieragħ adattati għar-reġjun u l-bidla għal għelejjel differenti, b’anqas ilma meħtieġ u reżistenza akbar għan-nixfa, kif ukoll il-ħtieġa li tiġi appoġġjata l-adozzjoni ta’ prattiki xierqa ta’ ġestjoni tal-ħamrija; iqis il-ħtieġa għal appoġġ aktar b’saħħtu għar-riċerka xjentifika u għall-iżvilupp teknoloġiku relatat mat-tnissil ta’ speċijiet ġodda, biex il-produzzjoni u l-provvista tal-prodotti tal-ikel ikunu jistgħu jiġu diversifikati u tittejjeb il-kwalità tagħhom, filwaqt li jgħolli l-livell ta’ protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent; jinnota l-potenzjal tal-varjetajiet tal-pjanti li huma aktar reżistenti għall-istress tal-ilma u għall-pesti u li jista’ jkollhom rwol fit-tnaqqis tal-użu tal-ilma u li jistgħu jnaqqsu l-impronta ambjentali tal-għelejjel;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jappella għal appoġġ finanzjarju u tekniku għall-bdiewa u għall-komunitajiet rurali, b’mod partikolari f’żoni taħt stress tal-ilma, biex jiġu mgħejuna biex jadottaw prattiki sostenibbli tal-ġestjoni tal-art li jtejbu l-kwalità tal-ħamrija u tal-ilma, jikkontribwixxu għall-bijodiversità u jimmitigaw it-tibdil fil-klima; jenfasizza l-ħtieġa li tingħata attenzjoni speċjali lir-reġjuni li huma partikolarment vulnerabbli għad-degradazzjoni tal-ħamrija u l-iskarsezza tal-ilma;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jirrikonoxxi l-isforzi sinifikanti li twettqu mill-bdiewa biex itejbu l-kwalità tal-ilma u jenfasizza l-ħtieġa ta’ perjodu ta’ żmien xieraq li jippermetti li l-effetti ta’ dawn il-miżuri jiġu vvalutati bir-reqqa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jindika s-suċċess tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni Grupp Fokali tal-Agroforestrija EIP-AGRI u jappella għall-kontinwazzjoni tal-iskambju tal-għarfien, l-għarfien espert u t-tagħlim bejn il-pari permezz tan-Network tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jinnota r-rabtiet bejn l-assorbiment tal-karbonju u d-disponibbiltà tal-ilma, u jappella għall-koerenza bejn l-istrateġija għar-reżiljenza tal-ilma u l-iskemi tal-kultivazzjoni karbonika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Itenni li r-Regolament dwar l-Użu mill-Ġdid tal-Ilma għandu l-għan li jnaqqas il-pressjoni fuq il-korpi tal-ilma billi jistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar l-użu mill-ġdid tal-ilma wara li trattament xieraq jestendi ċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu, u b’hekk jippreżerva r-riżorsi tal-ilma; jenfasizza madankollu li l-ostakli regolatorji, finanzjarji u teknoloġiċi, inkluża l-kompetittività ekonomika tal-ilma mormi rkuprat, l-ippjanar tal-ġestjoni tar-riskju u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltajiet, jikkontribwixxu għall-adozzjoni bil-mod tal-użu mill-ġdid tal-ilma rkuprat għall-agrikoltura; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jadottaw politiki ta’ appoġġ, kemm fil-livell tal-UE kif ukoll fil-livell lokali, li jinċentivaw il-prattiki tal-użu mill-ġdid tal-ilma, filwaqt li titqies l-importanza tal-adattament tat-trattament tal-ilma mormi u r-rekwiżiti tal-kwalità għall-użu maħsub tal-ilma; jinnota li l-ilma mormi ttrattat isib ukoll applikazzjonijiet siewja f’diversi proċessi industrijali u kuntesti urbani, u dan jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-pressjoni fuq ir-riżorsi tal-ilma ħelu u l-konservazzjoni tal-ilma tax-xorb; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tivvaluta estensjoni possibbli tal-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Użu mill-Ġdid tal-Ilma sabiex tistabbilixxi standards għall-użu mill-ġdid sikur tal-ilma għal skopijiet industrijali u urbani;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jispeċifikaw sistemi ta’ inċentivi regolatorji u finanzjarji għall-użu mill-ġdid tal-ilma mormi ttrattat f’setturi li jużaw l-ilma b’mod intensiv u jipprovdu finanzjament speċifiku għall-bini ta’ infrastruttura li tgħaqqad l-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi u n-networks ta’ distribuzzjoni tal-ilma raffinat; iħeġġeġ approċċ issimplifikat fil-leġiżlazzjoni tal-UE biex jitneħħew l-ostakli amministrattivi u jiġi promoss ir-riċiklaġġ tal-ilma sikur u effiċjenti madwar l-Istati Membri; jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu pjanijiet nazzjonali għall-użu mill-ġdid u l-iffrankar tal-ilma biex jinċentivaw il-kooperazzjoni transsettorjali fil-ġestjoni tal-ilma;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Itenni li l-ilma użat mill-ġdid jista’ jtaffi l-estrazzjoni mix-xmajjar, mil-lagi u mill-ilma ta’ taħt l-art għall-agrikoltura bl-irrigazzjoni; jissottolinja l-fatt li l-ilma użat mill-ġdid jista’ jikkontribwixxi għaż-żamma tal-flussi bażi u l-livelli minimi tal-ilma matul perjodi niexfa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jenfasizza l-potenzjal tas-settur tal-bini li jiffranka l-ilma, pereżempju bl-għajnuna ta’ sistemi ta’ kejl separat intelliġenti, sistemi effiċjenti ta’ ilma griż, l-użu mill-ġdid tal-ilma mormi domestiku jew il-ħsad tal-ilma tax-xita; jenfasizza li r-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija jista’ jissaħħaħ bl-effiċjenza fl-ilma, billi jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra; jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali jinċentivaw karatteristiċi li jiffrankaw l-ilma f’binjiet ġodda; jenfasizza, f’dan ir-rigward, li l-prattiki effiċjenti fl-ilma għandhom jiġu kkunsidrati fl-ippjanar urban; jenfasizza l-fatt li l-ħsad tal-ilma tax-xita kif ukoll l-użu u l-użu mill-ġdid tal-ilma b’mod effiċjenti jistgħu jtejbu l-adattament għat-tibdil fil-klima fil-bliet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jappella għat-tranżizzjoni, fl-industrija u fis-setturi tal-enerġija u diġitali, biex jiġu ottimizzati l-effiċjenza tat-tkessiħ u l-metodi ta’ tkessiħ alternattivi li huma inqas dipendenti fuq l-ilma, sabiex jiġi żgurat iffrankar sinifikanti tal-ilma f’dawn is-setturi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jirrimarka li filwaqt li l-unitajiet domestiċi jirrappreżentaw 10 % tal-konsum globali tal-ilma fl-UE, hija meħtieġa wkoll azzjoni biex tittejjeb l-effiċjenza fl-ilma domestiku; jinnota li soluzzjonijiet teknoloġiċi li jiffrankaw l-ilma huma faċilment disponibbli u waħedhom jistgħu jnaqqsu l-konsum tal-ilma fl-unitajiet domestiċi mingħajr ma jikkompromettu l-kumdità jew ikunu jirrikjedu investiment għoli; jistieden lill-Istati Membri jappoġġjaw il-konsumaturi waqt li jagħmlu t-tranżizzjoni għal dawn it-teknoloġiji u jsaħħu l-għarfien tal-konsumaturi dwar il-konsum tal-ilma u t-titjib potenzjali fl-effiċjenza billi l-effiċjenza fl-ilma domestiku tiġi ankrata fil-politiki dwar l-ilma, il-bini u l-konsumatur madwar l-UE kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jinnota li f’xi Stati Membri r-rati ta’ tnixxija mill-pajpijiet huma għoljin u li dan iżid is-sehem totali tal-konsum ta’ ilma domestiku; jilqa’ d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva l-ġdida dwar l-Ilma tax-Xorb dwar ir-rati ta’ tnixxija u l-ħidma li għaddejja tal-Kummissjoni biex tevalwa dawk ir-rati u tistabbilixxi valuri ta’ limitu li se jixprunaw azzjoni fl-Istati Membri kkonċernati; jistieden lill-Istati Membri jindirizzaw b’mod urġenti t-tnixxija fin-networks tal-provvista tal-ilma u jimplimentaw bis-sħiħ ir-rekwiżiti ta’ monitoraġġ u rappurtar tad-Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb, ħalli l-Kummissjoni tkun tista’ tistabbilixxi valur ta’ limitu għat-tnixxija sa Jannar 2028; jenfasizza li hemm bżonn li n-networks ta’ irrigazzjoni urbana sostenibbli jiġu modernizzati, biex jitrażżnu t-tnixxijiet u titnaqqas l-impronta tal-ilma tagħhom; jistieden lill-Istati Membri jinformaw lill-pubbliku b’mod regolari dwar l-effiċjenza u l-effettività tal-provvisti tal-ilma tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jirrimarka li l-organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku jipprovdu potenzjal sinifikanti mhux sfruttat għall-iffrankar tal-ilma minħabba d-daqs tagħhom jew in-natura tagħhom bħala organizzazzjonijiet pubbliċi; jemmen li s-settur pubbliku għandu jaġixxi bħala mudell għal setturi oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu informazzjoni aċċessibbli faċilment u bla ħlas, taħriġ, programmi konsultattivi u kampanji ta’ informazzjoni mmirati lejn is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tal-ilma;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jirrakomanda li aspetti ta’ effiċjenza fl-użu tal-ilma, bħal tnaqqis fit-telf tal-ilma u l-użu mill-ġdid tal-ilma, jiġu integrati fir-reviżjoni li jmiss tal-qafas dwar l-akkwist pubbliku;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">It-tniġġis tal-ilma</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jissottolinja l-fatt li l-qafas ta’ politika eżistenti tal-UE dwar l-ilma huwa mfassal biex jindirizza l-ġestjoni effettiva tar-riżorsi tal-ilma u l-protezzjoni u r-restawr tal-ekosistemi tal-ilma ħelu u tal-baħar, iżda li l-implimentazzjoni u l-infurzar ħżiena tiegħu, in-nuqqas ta’ finanzjament u l-assenza ta’ analiżijiet xierqa tal-kostijiet-benefiċċji tal-miżuri jimminaw l-effettività tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimplimentaw u jinfurzaw il-leġiżlazzjoni attwali, b’mod partikolari d-Direttiva Qafas dwar l-Ilma u d-direttivi “sekondarji” tagħha (id-Direttiva dwar l-Ilma ta’ Taħt l-Art u d-Direttiva dwar l-Istandards tal-Kwalità Ambjentali), b’enfasi partikolari fuq it-tisħiħ tal-mekkaniżmi ta’ monitoraġġ u rappurtar biex jiġi żgurat li l-Istati Membri kollha jimplimentaw b’mod konsistenti l-miżuri meħtieġa għall-protezzjoni tal-ilma; ifakkar li huwa meħtieġ finanzjament suffiċjenti biex jiġu implimentati dawn l-atti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jenfasizza li t-tniġġis kimiku tal-ilma tal-wiċċ u tal-ilma ta’ taħt l-art joħloq theddida għall-ambjent akkwatiku, b’effetti bħal tossiċità akuta u kronika f’organiżmi akkwatiċi, akkumulazzjoni ta’ sustanzi niġġiesa fl-ekosistema u telf tal-ħabitats u tal-bijodiversità, kif ukoll theddida għas-saħħa tal-bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jappella għall-istabbiliment ta’ standards ta’ kwalità komprensivi fl-UE kollha għall-PFAS fl-ilma ta’ taħt l-art u fl-ilma tal-wiċċ; jenfasizza li l-aġġornamenti rispettivi tad-direttivi rilevanti huma essenzjali għas-salvagwardja tal-kwalità tal-ilma u għall-kisba ta’ status kimiku tajjeb għall-korpi tal-ilma kif mitlub fl-ambitu tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jinsisti li l-użi essenzjali tal-PFAS, f’setturi kritiċi, bħal fl-apparat mediku, fil-farmaċewtiċi u l-prodotti meħtieġa għat-tranżizzjoni doppja lejn ekonomija newtrali għall-klima u diġitali, mhumiex fil-periklu fil-kuntest tal-proposti leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi futuri; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi li telimina gradwalment is-sustanzi kimiċi dejjiema (PFAS) – billi tibda mill-oġġetti tal-konsumatur – marbuta ma’ effetti ta’ ħsara għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent, abbażi ta’ evidenza xjentifika, filwaqt li tippermetti l-użu tagħhom fejn ma jkun hemm ebda alternattiva sikura; jissottolinja l-ħtieġa li jiżdiedu l-investimenti u li jitħaffu r-riċerka u l-iżvilupp ta’ alternattivi ekwivalenti u sikuri;;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi limiti aġġornati fuq il-PFAS fl-ilma tax-xorb, filwaqt li tqis l-aħħar għarfien xjentifiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jenfasizza l-urġenza li jiġi indirizzat, l-ewwel nett fis-sors, u mmonitorjat b’mod effettiv it-tniġġis mill-farmaċewtiċi, il-bisfenoli, il-ġeni ta’ reżistenza antimikrobika, is-sustanzi niġġiesa organiċi persistenti u sustanzi niġġiesa eżistenti u emerġenti oħra biex dan jiġi allinjat mal-ambizzjoni ta’ tniġġis żero tal-UE u l-għan li jinkiseb status kimiku tajjeb għall-korpi kollha tal-ilma;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tagħlaq il-lakuni b’finanzjament imsaħħaħ u l-infurzar tal-liġijiet attwali, u l-integrazzjoni tal-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari biex it-tniġġis jiġi mmitigat fis-sors tiegħu u jiġu salvagwardjati l-ekosistemi tal-ilma għall-ġenerazzjonijiet futuri; jissottolinja l-fatt li l-batterji reżistenti għall-antibijotiċi u ċerti sustanzi niġġiesa emerġenti għadhom indirizzati b’mod insuffiċjenti, u dan jeħtieġ aktar innovazzjoni u investiment; jenfasizza l-ħtieġa li s-setturi kollha japplikaw proċessi ta’ produzzjoni sostenibbli u prattiki ċirkolari, filwaqt li b’mod proattiv jipprevjenu lis-sustanzi niġġiesa milli jidħlu fis-sistemi tal-ilma;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Ifakkar li l-mikroplastiċi jistgħu jidħlu fis-sorsi tal-ilma tax-xorb f’għadd ta’ modi: minn tnixxija mill-wiċċ (pereżempju, wara eventi ta’ xita), għal effluwent ta’ ilma mormi (kemm ittrattat kif ukoll mhux ittrattat), fajd tad-drenaġġ kombinat, effluwent industrijali, skart tal-plastik degradat u depożizzjoni atmosferika; jistieden lill-Kummissjoni tressaq, f’konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb, valutazzjoni tar-riskju sħiħa tal-mikroplastiċi fl-ilma tax-xorb, filwaqt li taħdem kontinwament fuq metodi ta’ kampjunar u analitiċi affidabbli u robusti sabiex tindirizza b’mod xieraq it-theddida potenzjali ta’ din is-sustanza niġġiesa emerġenti għas-sorsi tal-ilma maħsuba għall-konsum mill-bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li jittejbu l-monitoraġġ u r-regolamentazzjoni tat-tniġġis mill-plastik fl-ambjenti tal-ilma ħelu u tal-baħar, b’attenzjoni partikolari għall-mikroplastiċi u l-plastik li jintuża darba biss; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tivvaluta l-mekkaniżmi attwali ta’ infurzar u tqis miżuri ulterjuri biex tipproteġi l-kwalità tal-ilma;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jistieden lill-partijiet ikkonċernati jiżviluppaw materjali li jiġu f’kuntatt mal-ilma sikuri, jissostitwixxu l-BPA u bisfenoli oħra u jiżguraw il-konformità mar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4 ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/1935/oj).</FIELD></FOOTNOTE> u d-dispożizzjonijiet adottati dan l-aħħar fir-rigward tal-użu ta’ BPA u bisfenoli u derivattivi oħra tal-bisfenoli (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2024/3190);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Ifakkar li d-Direttiva riveduta dwar it-Trattament tal-Ilma Mormi Urban, fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2025, timponi obbligi ġodda fir-rigward tal-purifikazzjoni tal-ilma, li tirrikjedi li l-produtturi farmaċewtiċi u kożmetiċi jkopru mill-anqas 80 % tal-ispejjeż għat-tneħħija ta’ mikrosustanzi niġġiesa mill-ilma mormi, bil-għan li jitnaqqsu s-sustanzi ta’ ħsara għall-ambjent; jinnota l-eżistenza ta’ ċifri u valutazzjonijiet differenti fir-rigward tal-impatt li dan ikollu fuq is-settur farmaċewtiku u, konsegwentement, fuq id-disponibbiltà u l-affordabbiltà tal-mediċini, u għalhekk jistieden lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni ġdida u komprensiva tal-impatt fuq dan is-settur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jappella għal appoġġ akbar tal-UE għall-awtoritajiet lokali għall-immodernizzar tal-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban u l-promozzjoni tal-użu mill-ġdid tal-ilma, biex jallinjaw mal-ambizzjoni ta’ tniġġis żero tal-UE, filwaqt li jiġi żgurat li l-ġestjoni tal-ilma mormi muniċipali tikkontribwixxi b’mod effettiv għal stat kimiku u ekoloġiku tajjeb tal-ilma;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jappella għal aktar monitoraġġ tar-residwi tal-pestiċidi fil-korpi tal-ilma u infurzar tar-regolamenti dwar l-applikazzjoni tal-pestiċidi biex jittaffa l-impatt tagħhom fuq il-kwalità tal-ilma; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ aktar finanzjament biex il-bdiewa jiġu appoġġjati fl-adozzjoni ta’ prattiki tal-biedja b’input baxx u organiċi li jnaqqsu d-dipendenza fuq pestiċidi u fertilizzanti kimiċi, kif ukoll li jiġu pprovduti taħriġ xieraq u servizzi ta’ konsulenza indipendenti lill-bdiewa u lil operaturi oħra dwar l-użu, l-effettività u t-tossiċità tal-pestiċidi, kif ukoll dwar l-aħjar prattika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jinsisti fuq l-integrazzjoni tal-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari biex jitnaqqas l-użu ta’ sustanzi kimiċi perikolużi fil-proċessi industrijali; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ finanzjament addizzjonali biex jiġu appoġġjati l-industriji fit-tranżizzjoni għal teknoloġiji nodfa li jimminimizzaw it-tniġġis tal-ilma<FOOTNOTE><FIELD> L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, “Industrial pollutant releases to water in Europe” (Ir-rilaxx ta’ inkwinanti industrijali fl-ilma fl-Ewropa), is-sit web tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, 30 ta’ Mejju 2024, https://www.eea.europa.eu/en/analysis/indicators/industrial-pollutant-releases-to-water.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jirrikonoxxi r-rwol tal-ħama ttrattat bħala sors lokali u ċirkolari ta’ fertilizzant, li jikkontribwixxi għas-saħħa tal-ħamrija, ir-riċiklaġġ tan-nutrijenti u d-dipendenza mnaqqsa mill-fertilizzanti sintetiċi; jenfasizza kemm hu importanti li jiġi pprevenut id-dħul ta’ PFAS, metalli tqal, mikroplastiċi, u sustanzi oħra ta’ ħsara fin-networks tad-drenaġġ biex ikun jista’ jsir użu sikur u sostenibbli ta’ ħama tad-drenaġġ ta’ kwalità għolja fl-agrikoltura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi ħarsa ġenerali tal-miżuri f’anness għas-Sistema ta’ Twissija Bikrija u ta’ Rispons, bi skeda ta’ żmien biex jintlaħqu l-objettivi inkwistjoni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-adattament għat-tibdil fil-klima: l-għargħar, in-nixfiet, iż-żoni ta’ stress, il-preparatezza għad-diżastri</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jappella sabiex issir il-verifika tal-adattament għat-tibdil fil-klima tal-atti leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi ġodda kollha tal-UE sabiex tiġi żgurata l-integrazzjoni tal-adattament għat-tibdil fil-klima fil-pjanijiet settorjali u l-miżuri ta’ politika li jaffettwaw l-użu tal-ilma u tal-art; jenfasizza, f’dan ir-rigward, il-ħtieġa ta’ ambizzjoni klimatika akbar bħala parti mill-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, filwaqt li jħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw li l-miżuri kollha ta’ adattament għat-tibdil fil-klima li jaffettwaw l-użu tal-ilma jikkontribwixxu għal reżiljenza tal-ilma mtejba fit-tul; jistieden lill-Kummissjoni tqis bis-sħiħ il-kundizzjonijiet ġeografiċi u ambjentali fl-Istati Membri, kif ukoll is-sitwazzjoni speċifika tal-gżejjer, tar-reġjuni ultraperiferiċi u ta’ żoni oħra ta’ vulnerabbiltà kbira, bħaż-żoni milquta mid-deżertifikazzjoni, meta tadotta proposti leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi ġodda; jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta pjan direzzjonali għall-miżuri ta’ politika leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi attwali u li għaddejjin inklużi miri u rekwiżiti ta’ monitoraġġ li jaffettwaw l-użu tal-ilma u tal-art;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa ta’ miżuri ta’ adattament għat-tibdil fil-klima mfassla apposta għar-reġjun tal-Mediterran, li jiffaċċja sfidi uniċi bħal nixfiet fit-tul u intrużjoni tal-melħ fir-riżorsi tal-ilma ħelu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jisħaq fuq l-isfidi speċifiċi li jiffaċċjaw iż-żoni insulari minħabba l-iskarsezza tal-ilma tax-xorb u jappella għal miżuri li għandhom l-għan li jipproteġu r-riżorsi tal-ilma tal-gżejjer, inkluż it-titjib tal-infrastruttura tal-ġbir u l-ħżin tal-ilma tax-xita, l-implimentazzjoni ta’ sorsi alternattivi tal-ilma, filwaqt li jittejbu s-sistemi ta’ monitoraġġ u ġestjoni tar-riżorsi tal-ilma; barra minn hekk, jistieden lill-Istati Membri jqisu aħjar ir-reġjuni muntanjużi fil-pjanijiet ta’ adattament nazzjonali sabiex jindirizzaw l-isfidi speċifiċi tal-ġestjoni tal-ilma fiż-żoni muntanjużi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Itenni li s-soluzzjonijiet ta’ mitigazzjoni u adattament għat-tibdil fil-klima ma għandhomx ikunu akkost tad-degradazzjoni tal-ekosistema u għandhom jevitaw li jżidu d-domanda għal attivitajiet intensivi fl-użu tal-ilma u tal-enerġija, u minflok għandhom jagħtu prijorità lill-innovazzjoni u teknoloġiji effiċjenti fl-enerġija u l-ilma bħala parti mill-mixja lejn ekonomija aktar effiċjenti fir-riżorsi, filwaqt li jiżguraw aċċess ekwu għall-ilma għal kulħadd; jirrimarka li, sabiex ikunu effettivi, is-soluzzjonijiet għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih għandhom jitfasslu skont iċ-ċirkostanzi nazzjonali, filwaqt li jissaħħu l-kompetittività u l-produttività fuq perjodu ta’ żmien qasir u twil; jirrimarka l-possibbiltajiet ta’ sinerġiji, f’dan ir-rigward, mal-produzzjoni innovattiva tal-enerġija bħall-fotovoltajċi u l-bijogass, peress li tista’ tikkontribwixxi wkoll biex jiżdied l-introjtu agrikolu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jirrikonoxxi l-importanza li jiġi rriżervat l-ilma għan-natura u l-ħtieġa li jinżammu ekosistemi tal-ilma ħelu b’saħħithom, għall-funzjonament tajjeb taċ-ċiklu tal-ilma, għall-attivitajiet tal-bniedem u għall-mitigazzjoni tal-impatti tan-nixfiet u tal-iskarsezza tal-ilma; jissottolinja, fil-kuntest tar-restawr tal-ekosistemi tal-ilma ħelu u l-funzjonijiet naturali tax-xmajjar, l-importanza li jitneħħew “ostakli obsoleti”, jiġifieri ostakli artifiċjali li ma għadhomx jissodisfaw l-iskop oriġinali tagħhom jew li ma għadhomx meħtieġa, kull fejn jeżistu opportunitajiet bħal dawn, abbażi tal-għarfien u l-esperjenza attwali; jappella għall-istabbiliment ta’ programmi speċifiċi għat-tindif u l-konservazzjoni tal-kanali tax-xmajjar, billi jiġi żgurat fluss minimu u titnaqqas l-akkumulazzjoni ta’ radam u sedimenti li jistgħu jaffettwaw il-kapaċità tal-ħżin u d-distribuzzjoni tal-ilma;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jinsisti li, hekk kif l-impatt tat-tibdil fil-klima qed isir aktar persistenti, il-ġestjoni tal-għargħar u tan-nixfiet trid tintegra bis-sħiħ ir-riskji li jinħolqu, inkluż billi jitqiesu x-xejriet tat-temp li qed jinbidlu, bħal żieda fit-tendenzi tax-xita li jwasslu għal eċċess ta’ ilma; huwa konvint li taħlita ta’ monitoraġġ u ġbir ta’ data, preparatezza, rispons għall-emerġenza u u għall-irkupru li jqisu l-prinċipju ta’ “bini mill-ġdid aħjar”<FOOTNOTE><FIELD> L-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għat-Tnaqqis tar-Riskju tad-Diżastri, <STRING ITALIC="on">Build Back Better in recovery, rehabilitation and reconstruction</STRING> (Bini mill-ġdid aħjar fl-irkupru, ir-riabilitazzjoni u r-rikostruzzjoni), UNISDR, Ġinevra, 2019.</FIELD></FOOTNOTE> minn naħa waħda, u l-adattament tal-attivitajiet soċjetali u ekonomiċi min-naħa l-oħra, huma essenzjali biex titnaqqas il-vulnerabbiltà u tiżdied ir-reżiljenza, speċjalment fid-dawl tal-fatt li l-aspett kwantitattiv tal-ilma qed isir aktar prominenti; jenfasizza, f’dan ir-rigward, il-ħtieġa li jkun hemm soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura u infrastruttura reżiljenti għall-klima li jqisu fl-iżvilupp tagħhom l-impatt ta’ eventi klimatiċi estremi biex tiġi żgurata l-vijabbiltà tagħhom fil-każ ta’ eventi klimatiċi estremi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Ifakkar li fl-2007, id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma ġiet issupplimentata bid-Direttiva 2007/60/KE dwar il-valutazzjoni u l-ġestjoni tar-riskji ta’ għargħar li għandha l-għan li tistabbilixxi qafas biex jitnaqqsu l-konsegwenzi negattivi tal-għargħar fuq is-saħħa tal-bniedem, l-ambjent, il-wirt kulturali u l-attività ekonomika; jinnota li l-kompatibbiltà reċiproka taż-żewġ direttivi tinkiseb permezz ta’ pjanijiet ta’ ġestjoni tar-riskju u pjanijiet ta’ ġestjoni tal-għargħar fil-baċin tax-xmara bħala l-komponenti ta’ sistema integrata ta’ ġestjoni tal-ilma li fiha hija kruċjali l-koordinazzjoni; ifakkar li l-prevenzjoni tal-għargħar hija marbuta mill-qrib ma’ spazji ħodor urbani, strateġiji għall-protezzjoni tal-ħamrija u investiment fin-networks tad-drenaġġ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Jenfasizza li l-preparatezza għall-iskarsezza tal-ilma u n-nixfa tista’ tittejjeb b’mod sinifikanti fl-UE, meta jitqies li f’diversi Stati Membri<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni Ewropea: Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd et al. <STRING ITALIC="on">Stock-taking analysis and outlook of drought policies, planning and management in EU Member States – Final Report</STRING> (Analiżi ta’ rendikont u prospettiva tal-politiki, l-ippjanar u l-ġestjoni tan-nixfiet fl-Istati Membri tal-UE – Rapport Finali), Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2023.</FIELD></FOOTNOTE> mhuwa stabbilit l-ebda pjan għall-ġestjoni tan-nixfiet; jistieden lill-Istati Membri u, meta jkun applikabbli, lill-awtoritajiet reġjonali u lokali kompetenti, jiżviluppaw pjanijiet ta’ ġestjoni tan-nixfiet, b’mod partikolari bil-ħsieb li jiżguraw il-provvista tal-ilma tax-xorb, jiżguraw il-produzzjoni tal-ikel u jintegraw sistemi diġitalizzati ta’ monitoraġġ, kontroll u twissija bikrija sabiex jiġu appoġġjati deċiżjonijiet effettivi u bbażati fuq id-data dwar miżuri ta’ protezzjoni, rispons u komunikazzjoni b’oqsma ta’ responsabbiltà definiti b’mod ċar; jirrimarka l-ħtieġa li jiġu introdotti dispożizzjonijiet fil-livell tal-UE fir-rigward tal-pjanijiet għall-ġestjoni tan-nixfa, simili għal dawk dwar il-pjanijiet għall-ġestjoni tal-għargħar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Jinsisti, fid-dawl tal-ħafna eventi klimatiċi, bħall-għargħar, in-nixfiet u ċ-ċikluni, li reċentement laqtu lill-Ewropa, fuq l-importanza li l-UE jkollha mekkaniżmu robust biex tirreaġixxi għal kriżijiet bħal dawn, li jkun jinkludi sistemi ta’ twissija u ta’ assistenza lill-popolazzjoni ċivili; jirrimarka li l-monitoraġġ diġitali, il-wiri adegwat pubbliku tad-data rilevanti u s-sistemi ta’ twissija bikrija huma essenzjali biex jiġu żviluppati pjanijiet effettivi għall-ġestjoni tan-nixfiet u l-għargħar fil-livell tal-Istati Membri; jenfasizza wkoll l-importanza li jintużaw bis-sħiħ l-għodod disponibbli tal-UE bħat-tbassir tal-għargħar tas-Sistema Ewropea ta’ Sensibilizzazzjoni dwar l-Għargħar u s-Sistema Globali ta’ Sensibilizzazzjoni dwar l-Għargħar, u l-għodda tal-Monitoraġġ tal-Għargħar Globali, bħala parti mis-Servizz ta’ Ġestjoni ta’ Emerġenzi ta’ Copernicus;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li l-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili jgħin lill-pajjiżi milquta minn diżastri relatati mal-ilma bħall-għargħar u n-nixfiet; jappella għal aktar finanzjament biex il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili jingħata riżorsi suffiċjenti u aġġornati biex tiżdied il-preparatezza u jittejjeb it-tisħiħ tal-kapaċitajiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jtejbu l-preparatezza taċ-ċittadini fil-każ ta’ diżastri jew kriżijiet relatati mal-ilma; jisħaq fuq l-importanza ta’ kampanji ta’ informazzjoni u eżerċizzji ta’ dimostrazzjoni fil-faċilitajiet tal-edukazzjoni, fl-amministrazzjonijiet pubbliċi u fin-negozji biex tinbena “kultura ta’ preparatezza” għaċ-ċittadini;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>69.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jġeddu u jaġġornaw b’mod sistematiku l-infrastruttura tal-ilma tagħhom, inklużi l-infrastruttura tal-ilma tax-xorb u tas-sanità, kif ukoll l-infrastruttura li tirregola l-flussi tax-xmajjar, u jinvestu f’soluzzjonijiet innovattivi bbażati fuq prattika tajba, jagħmlu s-sistemi tal-ilma aktar reżiljenti għat-tibdil fil-klima, jiżguraw provvista stabbli tal-ilma tax-xorb, jippermettu d-detezzjoni bikrija tat-telfiet u jnaqqsu t-tnixxijiet u l-ħela tal-ilma, filwaqt li jottimizzaw is-sistemi tat-trasport u tal-ħżin tal-ilma; jenfasizza l-fatt li l-finanzjament għal infrastruttura tal-ilma innovattiva mhuwiex biżżejjed meta mqabbel mal-ħtiġijiet ta’ investiment madwar l-UE; jappella, f’dan ir-rigward, għal finanzjament iddedikat, fil-livell nazzjonali, reġjonali jew tal-UE, biex jiġi żgurat finanzjament adegwat għall-iżvilupp, il-manutenzjoni u l-modernizzazzjoni ta’ infrastruttura reżiljenti għall-ilma, biex jitrawmu soluzzjonijiet u teknoloġiji innovattivi u tiġi żgurata s-sostenibbiltà fit-tul ta’ dik l-infrastruttura tal-ilma;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>70.</NO.P>Jesprimi dispjaċir minħabba l-fatt li, minkejja t-theddida li d-deżertifikazzjoni toħloq għall-kwalità u d-disponibbiltà tal-ilma, għall-fertilità tal-ħamrija u għall-produzzjoni tal-ikel, u minkejja l-fatt li 13-il Stat Membru ddikjaraw lilhom infushom affettwati mid-deżertifikazzjoni fil-kuntest tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Ġlieda kontra d-Deżertifikazzjoni, il-Kummissjoni mhix qed tindirizza d-deżertifikazzjoni b’mod effettiv u effiċjenti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, għalhekk, f’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-14 ta’ Ottubru 2024 dwar id-deżertifikazzjoni, id-degradazzjoni tal-art u n-nixfa, tippreżenta pjan ta’ azzjoni integrat għall-UE kollha għall-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni, id-degradazzjoni tal-art u n-nixfa, bl-għan li tinbena reżiljenza għan-nixfa u tinkiseb in-newtralità tad-degradazzjoni tal-art fl-UE sal-2030, abbażi ta’ valutazzjoni tal-impatt sħiħa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>71.</NO.P>Jinsisti li s-settur agrikolu jiġi appoġġjat aktar fl-implimentazzjoni ta’ teknoloġiji ġodda biex titnaqqas id-domanda għall-ilma, filwaqt li fl-istess ħin jiżdied l-aċċess għall-ilma, inkluż billi jiġu appoġġjati ż-żamma tal-ilma u r-riforniment tal-ilma ta’ taħt l-art; jappella biex ir-riżultati tar-riċerka, pereżempju dwar id-desalinizzazzjoni tal-ilma baħar, ikunu aċċessibbli u li jiġi ffaċilitat l-użu ta’ soluzzjonijiet innovattivi tad-desalinizzazzjoni; jistieden lill-Istati Membri joħolqu riżervi naturali tal-ilma bbażati fuq valutazzjonijiet aġġornati tar-riskji klimatiċi biex jipproteġu l-provvisti kritiċi tal-ilma u l-baċiri idrografiċi tagħhom, u filwaqt li jqisu l-impatt ambjentali u soċjoekonomiku tal-iżvilupp ta’ tali riżervi; jirrimarka li tali riżervi naturali tal-ilma jikkomplementaw ir-rekwiżit tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma li l-Istati Membri jidentifikaw korpi tal-ilma użati għall-estrazzjoni tal-ilma tax-xorb, filwaqt li jiżguraw li jilħqu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma u tad-Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb, u jiżguraw il-protezzjoni meħtieġa tagħhom; jinnota li tali riżervi naturali tal-ilma diġà jeżistu f’forom differenti f’diversi Stati Membri; jenfasizza li għandha tingħata għajnuna lill-Istati Membri jew lill-gvernijiet lokali jew reġjonali biex jiġu megħjuna jiżviluppaw riżervi naturali tal-ilma;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>72.</NO.P>Jinnota l-potenzjal tal-infrastruttura taż-żamma bħala eżempju ta’ sistemi ta’ ġenerazzjoni tal-ilma maħluqa bl-użu tal-aħjar tekniki disponibbli u kosteffettivi li għandhom l-inqas impatt ambjentali, inkluż permezz tal-użu mill-ġdid tal-ilma mormi jew il-ġbir tal-ilma tax-xita, sabiex jitnaqqsu r-riskji ta’ nixfiet u għargħar, tiżdied is-sigurtà tal-ilma u jitrawmu ċ-ċirkolarità, ir-reklamazzjoni u l-użu mill-ġdid tal-ilma; jemmen li l-faċilitajiet taż-żamma tal-ilma jistgħu jkunu għodod utli dment li dawn ikunu awtorizzati mill-awtoritajiet lokali jew reġjonali taħt kundizzjonijiet ċari, inkluża l-kapaċità tal-ilma lokali ta’ taħt l-art li jsostni tali attivitajiet u l-impenn tal-bdiewa li jaċċedu għar-riżorsa tal-ilma biex jadattaw il-prattiki tagħhom għal prattiki aktar sostenibbli b’mod partikolari f’termini tal-ħtiġijiet tal-ilma u tal-kwalità tal-ilma; jistieden lill-Kummissjoni tuża l-għodod disponibbli tagħha, inkluż l-appoġġ finanzjarju, biex tissimplifika dan l-approċċ fost l-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>73.</NO.P>Jiddeplora l-estrazzjoni illegali jew intenzjonata tal-ilma, li x’aktarx tikkawża ħsara sostanzjali lill-korpi tal-ilma; jitlob li jiġu applikati miżuri dissważivi b’saħħithom, inkluż permezz tal-liġi kriminali, biex jiġi protett l-istatus ekoloġiku jew il-potenzjal ekoloġiku tal-korpi tal-ilma tal-wiċċ jew tal-istatus kwantitattiv tal-korpi tal-ilma ta’ taħt l-art; jinnota li huwa meħtieġ appoġġ addizzjonali għat-taħriġ u t-trasferiment tal-għarfien għall-kapaċitajiet nazzjonali ta’ infurzar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>74.</NO.P>Jinnota r-rwol trażversali importanti tas-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura fl-indirizzar tal-isfidi tal-kriżi planetarja tripla u r-restawr taċ-ċiklu naturali tal-ilma; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħtu prijorità, filwaqt li jqisu l-impatti ambjentali u soċjoekonomiċi, lill-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura għar-reżiljenza tal-ilma fl-azzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet ta’ politika tagħhom, bħat-tixrib mill-ġdid tal-artijiet mistagħdra u tat-torbieri biex tiżdied id-disponibbiltà tal-ilma ta’ taħt l-art u t-tira tal-madwar, ir-restawr u l-protezzjoni tal-pjanuri tal-għargħar, il-miżuri naturali għaż-żamma tal-ilma, ir-riveġetazzjoni bħala ostaklu kontra l-għargħar, u l-konservazzjoni tal-ilma tax-xita, sabiex tissaħħaħ id-disponibbiltà tal-ilma, jittaffew ir-riskji tat-tibdil fil-klima u tiġi appoġġjata r-reżiljenza fit-tul għall-komunitajiet, in-negozji u l-produzzjoni tal-ikel; filwaqt li jissottolinja li, minbarra s-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura, l-investimenti komplementari fis-soluzzjonijiet tal-inġinerija jibqgħu meħtieġa biex jiġu żgurati l-adattament b’suċċess għat-tibdil fil-klima u r-reżiljenza tal-ilma fit-tul;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-finanzjament u l-ipprezzar</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>75.</NO.P>Jirrimarka li s-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura u l-miżuri għaż-żamma tal-ilma naturali għandhom il-potenzjal li jirrestawraw il-livelli tal-ilma ta’ taħt l-art u li jappoġġjaw il-flussi ekoloġiċi filwaqt li jnaqqsu r-riskji relatati mal-ilma mill-iskarsezza tal-ilma, l-għargħar u n-nixfiet; jinnota li fil-ġestjoni tal-għargħar, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura normalment ma jistgħux jissostitwixxu bis-sħiħ is-soluzzjonijiet eżistenti u jaf ma jkunux effettivi għall-biċċa l-kbira tal-eventi estremi; jirrimarka, madankollu, li s-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura jistgħu jtejbu l-effettivitià u l-ħajja operabbli tal-infrastruttura griża billi jżidu l-kapaċità tal-assorbiment tal-ilma, inaqqsu l-veloċità tal-ilma u jirregolaw il-flussi qawwija; itenni, f’dan ir-rigward, li l-effettività tas-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura hija speċifika għall-kuntest u trid tiġi adattata għas-sitwazzjoni lokali; jenfasizza f’dan ir-rigward li “soluzzjoni waħda tajba għal kulħadd” ma teżistix;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>76.</NO.P>Jenfasizza li hemm bżonn jingħata appoġġ finanzjarju għal metodi u soluzzjonijiet innovattivi sostenibbli, filwaqt li jitqiesu aktar is-sħubijiet pubbliċi-privati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>77.</NO.P>Jenfasizza, fil-kuntest tal-adattament għat-tibdil fil-klima, l-importanza ta’ ħamrija f’saħħitha biex jiġu żgurati s-sigurtà u ċ-ċirkolarità tal-ilma; jenfasizza li ż-żamma naturali tal-ilma tal-ħamrija trid tittejjeb permezz ta’ miżuri biex tissaħħaħ is-saħħa tal-ħamrija, jiġi minimizzat it-telf tal-karbonju, kif ukoll azzjonijiet fil-livell tal-korp tal-ilma, bħall-istabbilizzazzjoni tax-xtut tax-xmajjar, inkluż permezz tan-naturalizzazzjoni mill-ġdid, u r-restawr tal-kapaċitajiet ta’ żamma tal-akwiferi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>78.</NO.P>Jinnota li miżuri ta’ ġestjoni tal-foresti mfassla bir-reqqa jistgħu jtejbu s-saħħa tal-baċiri tal-ilma, jirregolaw il-fluss tal-ilma u jnaqqsu n-nixfa u l-istress mill-għargħar, minħabba r-rwol essenzjali tas-siġar u l-foresti fir-regolamentazzjoni taċ-ċiklu tal-ilma, permezz tal-kapaċità tagħhom li jippurifikaw l-ilma, iżidu d-disponibbiltà tar-riżorsi tal-ilma u jtejbu ż-żamma tat-tira; jipproponi li dan jiġi kkunsidrat kif xieraq meta l-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, tiżviluppa l-għanijiet tal-Unjoni dwar ir-reżiljenza għad-diżastri u li tiġi kkunsidrata fl-iżvilupp u l-irfinar tal-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri u l-ippjanar ta’ kontinġenza; jenfasizza l-ħtieġa, f’dan ir-rigward, għal aktar riċerka, ġbir ta’ data, innovazzjoni u finanzjament biex jiġu appoġġjati l-maniġers tal-art fil-prevenzjoni tal-impatti ta’ fatturi ta’ stress ambjentali bħan-nixfa, l-għargħar u l-funzjoni li qed tonqos tal-baċiri tal-iskular;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>79.</NO.P>Jirrikonoxxi li ż-żoni urbani huma dejjem aktar vulnerabbli għal riskji klimatiċi relatati mal-ilma bħall-għargħar, in-nuqqas ta’ ilma u l-istress mis-sħana; jappella għall-integrazzjoni tal-ippjanar tar-reżiljenza tal-ilma urban fl-istrateġiji ta’ adattament għat-tibdil fil-klima, inkluż l-investiment f’soqfa ekoloġiċi, fl-infrastruttura permeabbli, fil-ġbir tal-ilma tax-xita u f’sistemi għaż-żamma tal-ilma tal-maltemp, kif ukoll f’miżuri mmirati biex iżidu l-ispazji ħodor u blu fiż-żoni urbani, sabiex jittaffew l-impatti estremi tat-temp u jitnaqqsu r-riskji għall-ħajja tal-bniedem u għall-proprjetà; jappella wkoll għaż-żamma tal-passaġġi fuq l-ilma urbani fil-blietu l-aċċess mill-ġdid għalihom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>80.</NO.P>Jenfasizza li s-Sistema ta’ Twissija Bikrija u ta’ Rispons għandha tiżgura finanzjament adegwat minn sorsi pubbliċi u privati sabiex tappoġġja l-modernizzazzjoni, l-aġġornament, l-adattament u l-manutenzjoni ta’ infrastruttura tal-ilma reżiljenti, ġestjoni sostenibbli tal-ilma, ġbir tad-data, riċerka, monitoraġġ effettiv, diġitalizzazzjoni, titjib tal-ħiliet, soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura, l-iżvilupp u l-adozzjoni ta’ teknoloġiji effiċjenti fl-użu tal-ilma, kif ukoll biex tiġi ggarantita s-sostenibbiltà ambjentali u soċjoekonomika f’konformità mal-objettivi stabbiliti mill-Boxxla l-Ġdida għall-Kompetittività Ewropea;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>81.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni toħloq fond separat u ddedikat għar-reżiljenza tal-ilma fi ħdan il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss; jemmen li għandhom jiġu stabbiliti wkoll mekkaniżmi finanzjarji speċifiċi fil-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u fil-Fond ta’ Koeżjoni biex jiġu appoġġjati teknoloġiji intelliġenti fl-ilma u fl-investiment fl-ilma; jemmen bil-qawwa li, fil-frattemp, l-ilma għandu jingħata prijorità fl-oqfsa eżistenti ta’ finanzjament, inkluż il-Fond ta’ Koeżjoni; jenfasizza li l-mekkaniżmi ta’ finanzjament tal-UE jridu jinkorporaw kunsiderazzjonijiet tal-ekwità soċjali u tal-affordabbiltà, b’mod partikolari fil-kuntest tas-servizzi tal-forniment tal-ilma lill-popolazzjoni, filwaqt li jiġi żgurat l-appoġġ lill-Istati Membri u liċ-ċittadini b’restrizzjonijiet finanzjarji akbar u realtajiet speċifiċi, waqt li jissodisfaw l-obbligi tal-ġestjoni tal-ilma; jenfasizza l-importanza li jiġu aġġustati l-finanzjament, is-sussidji u l-flussi ta’ finanzjament eżistenti relatati mal-ġestjoni tal-ilma u użu tal-art relatat ieħor, filwaqt li jersqu lil hinn minn soluzzjonijiet ta’ inġinerija sorpassati lejn soluzzjonijiet innovattivi, kif ukoll soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura jew taħlita ta’ dawn;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>82.</NO.P>Jitlob finanzjament immirat, permezz ta’ Orizzont Ewropa u EIP-AGRI, għal provi fuq il-post dwar ir-relazzjonijiet tal-ilma ta’ sistemi differenti ta’ kultivazzjoni; jappella għar-rikonoxximent tar-rwol tan-nisa fil-politiki tal-ilma u biex jiġi identifikat finanzjament speċifiku biex jiġi promoss l-aċċess tagħhom għall-agrikoltura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>83.</NO.P>Ifakkar li n-nuqqas ta’ finanzjament iddedikat għall-ilma jew miri ta’ finanzjament vinkolanti fi ħdan il-qafas finanzjarju pluriennali attwali jillimita l-kapaċità tal-UE li tidderieġi investimenti mmirati lejn miżuri essenzjali ta’ reżiljenza tal-ilma, inkluża l-modernizzazzjoni tal-infrastruttura, l-innovazzjoni, il-miżuri għall-adattament għat-tibdil fil-klima u l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura, u b’hekk, il-kapaċità kompetittiva tagħha, peress li n-nuqqas ta’ bilanċ tal-ilma joħloq piż addizzjonali għall-ekonomija tar-reġjuni; jinnota li b’mod partikolari r-reġjuni ultraperiferiċi u muntanjużi u l-gżejjer fl-UE qed jitħabtu biex jaċċedu għall-finanzjament jew għas-sħubijiet pubbliċi-privati ħalli jappoġġjaw l-investimenti lokali jew reġjonali fil-ġestjoni u l-infrastruttura tal-ilma;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>84.</NO.P>Jisħaq fuq ir-rwol importanti tal-Bank Ewropew tal-Investiment fil-finanzjament tal-ilma; jenfasizza l-fatt li l-Bank Ewropew tal-Investiment qed jinvesti b’mod attiv u jappoġġja s-settur tal-ilma; jenfasizza li l-UE għandha tikkollabora mal-Bank Ewropew tal-Investiment biex tikkondividi l-aħjar prattiki u jistieden, barra minn hekk, lill-Bank Ewropew tal-Investiment u lil istituzzjonijiet finanzjarji oħra jsaħħu r-rwol tagħhom fil-finanzjament ta’ infrastruttura tal-ilma innovattiva u reżiljenti, infrastruttura mtejba tas-sanità u tal-ilma tax-xorb, id-diġitalizzazzjoni, kif ukoll jappoġġjaw proġetti mmirati lejn it-tnaqqis tar-riskju ta’ għargħar, il-prevenzjoni tal-erożjoni u r-rivitalizzazzjoni tal-mogħdijiet tal-ilma, billi jiffaċilitaw kundizzjonijiet favorevoli għall-investiment fl-ilma;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>85.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tesplora u tippromwovi mekkaniżmi ta’ finanzjament innovattivi, inklużi pagamenti għas-servizzi tal-ekosistema u bonds ekoloġiċi, filwaqt li jiġu żgurati ċ-ċarezza u s-salvagwardji regolatorji biex jiġu pprevenuti d-distorsjonijiet tas-suq; jistieden lill-Bank Ewropew tal-Investiment u istituzzjonijiet finanzjarji oħra jagħtu prijorità lil self u krediti b’imgħax baxx għall-Istati Membri u għall-awtoritajiet reġjonali u lokali li jwettqu proġetti ta’ restawr fuq skala kbira, b’dispożizzjonijiet speċifiċi biex jiġu appoġġjati r-reġjuni ekonomikament żvantaġġati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>86.</NO.P>Jenfasizza l-importanza ta’ sħubijiet pubbliċi-privati bħala sors ta’ finanzjament għall-investiment fl-ilma; jistieden lill-Kummissjoni tinċentiva l-investimenti privati fis-settur tal-ilma billi toħloq qafas regolatorju ta’ appoġġ li jista’ jinkludi opportunitajiet ta’ finanzjament konġunt u sħubijiet pubbliċi-privati sabiex tiġi xprunata l-innovazzjoni, jittejbu l-infrastrutturi u jiġu żgurati soluzzjonijiet sostenibbli għall-ġestjoni tal-ilma madwar l-Istati Membri; jissottolinja, madankollu, li l-involviment tal-investiment privat fis-settur tal-ilma tal-UE ma jridx jimmina l-istatus tal-ilma bħala ben pubbliku u servizz pubbliku, u li r-reżiljenza fit-tul tas-settur, kif ukoll il-prinċpji tal-aċċessibbiltà, l-affordabbiltà u s-sostenibbiltà jridu jiġu garantiti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>87.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jadottaw oqfsa ta’ governanza li jiddefinixxu b’mod ċar ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-partijiet ikkonċernati fl-ippjanar, fil-finanzjament, u fl-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura; jemmen li dawn l-oqfsa għandhom jintegraw il-finanzjament minn diversi sorsi, inklużi l-kontributi filantropiċi u s-sħubijiet tas-settur privat, filwaqt li jiġi żgurat l-aċċess ekwu għar-riżorsi għal proġetti fuq skala żgħira, b’mod partikolari dawk ġestiti fil-livelli lokali jew reġjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>88.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri biex fil-baġits tagħhom jindirizzaw aspetti tal-ilma u jtejbu l-governanza fir-reġjuni li jużaw fondi tal-EU;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>89.</NO.P>Jissottolinja li hemm bżonn tingħata assistenza finanzjarja u teknika mmirata lejn il-muniċipalitajiet biex tiġi ffaċilitata l-konformità mal-leġiżlazzjoni relatata mal-ilma;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>90.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri jaċċeleraw l-għoti tal-awtorizzazzjonijiet għal proġetti tal-infrastruttura tal-ilma reżiljenti sostenibbli u innovattivi biex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni rapida tagħhom fid-dawl tal-isfidi urġenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>91.</NO.P>Jinnota li l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-irkupru tal-kostijiet fir-rigward tas-servizzi tal-ilma, li jipprevedi li l-utenti kollha tal-ilma jipparteċipaw finanzjarjament b’mod effettiv u proporzjonat fl-irkupru tal-kostijiet tas-servizzi tal-illma, għadha baxxa jekk mhux ineżistenti f’bosta Stati Membri; jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali tagħhom jimplimentaw politiki adegwati ta’ pprezzar tal-ilma u japplikaw aħjar il-prinċipju tal-irkupru tal-kostijiet kemm għall-kostijiet ambjentali kif ukoll għal dawk tar-riżorsi f’konformità mad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma; jistieden lill-Istati Membri jqisu ċ-ċikli ta’ investiment fit-tul meta jimplimentaw il-prinċipju tal-irkupru tal-kostijiet u jiżguraw li finanzjament suffiċjenti jkun disponibbli għall-investiment (mill-ġdid) meħtieġ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>92.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li jiġi żgurat li l-ipprezzar tal-ilma jappoġġja s-sigurtà tal-ilma fit-tul billi jiġu riflessi l-kostijiet ekonomiċi, ambjentali u tar-riżorsi tal-użu tal-ilma; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali kompetenti jiżguraw li l-ipprezzar tal-ilma jkun ekonomikament sostenibbli, soċjalment ġust u jippromwovi l-użu effiċjenti tal-ilma, u li jirrifletti d-disponibbiltà tal-ilma fi Stati Membri u reġjuni differenti, b’mod partikolari f’reġjuni taħt stress tal-ilma, filwaqt li tiġi ssalvagwardjata l-affordabbiltà għall-unitajiet domestiċi u n-negozji ż-żgħar; jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali kompetenti jiżguraw prezzijiet tal-ilma trasparenti u jqajmu sensibilizzazzjoni dwar il-valur tas-servizzi tal-ilma;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>93.</NO.P>Jirrimarka li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-ilma se jkollhom rwol ċentrali fl-implimentazzjoni ta’ impjanti ġodda għall-ġestjoni u l-konservazzjoni tal-ilma fil-livell tal-Istati Membri; jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri jżidu mil-lat finanzjarju u tekniku l-kapaċità ta’ dawk l-awtoritajiet kompetenti li jkollhom rwol abilitanti u konsultattiv aktar sinifikanti fl-infrastruttura sostenibbi u valida għall-futur tal-ġestjoni u tal-ħżin tal-ilma; jemmen li l-fondi tal-UE, bħall-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, għandhom jintużaw biex jgħinu aktar lill-Istati Membri u lill-aġenziji tal-ilma fl-implimentazzjoni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Id-diġitalizzazzjoni, is-sigurtà u l-innovazzjoni teknoloġika</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>94.</NO.P>Jenfasizza l-potenzjal u l-ħtieġa għad-diġitalizzazzjoni u l-IA fit-titjib tal-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-infrastruttura tal-korpi tal-ilma u tal-ilma, kif ukoll fir-rapportar u fl-iżgurar tal-komparabbiltà tad-data li tirrifletti l-kundizzjonijiet differenti tal-fluss ġeografiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>95.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-fornituri tal-ilma jintegraw it-trasparenza u d-diġitalizzazzjoni bħala prinċipji fundamentali fil-ġestjoni tal-ilma u jtejbu l-użu tad-data dwar il-ġestjoni u l-kejl, bil-għan li jissaħħu l-monitoraġġ, il-valutazzjoni, l-obbligu ta’ rendikont u t-teħid ta’ deċiżjonijiet, filwaqt li jottimizzaw u jissimplifikaw l-obbligi tar-rapportar; jitlob li t-teknoloġiji tal-ilma diġitalment abilitati jiffaċilitaw il-monitoraġġ u r-rapportar mill-bogħod dwar il-kwalità tal-ilma, it-tnixxijiet, l-użu u r-riżorsi; jappella għal titjib fl-effiċjenza fl-użu tal-fondi pubbliċi u fl-infiq pubbliku f’dan il-qasam; jirrikonoxxi li l-applikazzjoni mifruxa ta’ teknoloġiji diġitali innovattivi jeħtieġ li tkun akkumpanjata mit-taħriġ fil-ħiliet diġitali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>96.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu promossi d-diġitalizzazzjoni u s-soluzzjonijiet iċċentrati fuq id-data fil-bini ta’ soċjetà intelliġenti fl-użu tal-ilma; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu żviluppati soluzzjonijiet diġitali għall-monitoraġġ tal-konsum tal-ilma u l-ottimizzazzjoni tal-użu tar-riżorsi tal-ilma fis-setturi kollha; jistieden lill-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, tipprovdi appoġġ finanzjarju għall-implimentazzjoni ta’ sistemi intelliġenti tal-ġestjoni tal-ilma, b’enfasi fuq il-ħtiġijiet tal-azjendi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>97.</NO.P>Jirrimarka li s-sistemi tal-ilma, inklużi s-sistemi tat-trattament u d-distribuzzjoni tal-ilma, jitqiesu waħda mill-infrastrutturi kritiċi u mill-pilastri tas-sigurtà tan-nazzjon, u għalhekk essenzjali għall-awtonomija strateġika tal-UE, u jirrikjedu żieda fil-protezzjoni u l-kapaċità tal-utilitajiet li jidentifikaw theddid u attakki fiżiċi u ċibernetiċi, jirrispondu għalihom, u jirkupraw minnhom; jinnota li livell ogħla ta’ diġitalizzazzjoni jġib miegħu vulnerabbiltajiet ġodda; jinnota li, f’każ ta’ theddid jew attakk, l-operaturi tas-sistemi tal-ilma jistgħu jitilfu l-kapaċità tagħhom li jikkontrollaw il-fluss u l-kwalità tal-ilma jew jitilfu l-kapaċità li jitraċċaw l-istatus reali tas-sistema tal-ilma; jinsisti li l-valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà u pjan ta’ rispons f’każ ta’ emerġenza għandhom ikunu parti integrali tas-sistema tal-ġestjoni tal-ilma f’kull Stat Membru; iħeġġeġ il-promozzjoni tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar it-theddid għaċ-ċibersigurtà u l-proċeduri biex jiġu skambjati l-aħjar prattiki fost l-operaturi, kif ukoll li tiġi stabbilita kultura taċ-ċibersigurtà permezz ta’ miżuri tekniċi tas-sigurtà, il-bini tal-kompetenza u l-ħolqien tas-sensibilizzazzjoni u l-komunikazzjoni dwarha; jiġbed l-attenzjoni għall-miżuri u d-dispożizzjonijiet fid-Direttiva NIS2 u d-Direttiva dwar ir-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi li jistgħu jgħinu jimmitigaw dawn ir-riskji tas-sigurtà; jinsisti li l-Kummissjoni għandha tieħu t-tmexxija f’idejha fir-rinfurzar tal-formati ta’ koordinazzjoni fil-livell tal-UE u tipproponi għodod effettivi għall-istrateġija li jmiss għal unjoni tal-preparatezza bil-għan li tiġi żgurata preparatezza f’waqtha biex jiġu indirizzati r-riskji ambjentali u mhux ambjentali fil-korpi tal-ilma, li qed jheddu s-sigurtà ġenerali tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>98.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-involviment tan-nisa fid-deċiżjonijiet dwar ir-reżiljenza tal-ilma; jappella għall-adozzjoni ta’ approċċ metodoloġiku li jqis b’mod effettiv il-ħtiġijiet relatati mal-ġeneru fl-implimentazzjoni ta’ proġetti tal-provvista tal-ilma, permezz tal-implimentazzjoni ta’ monitoraġġ, rapportar, u traċċar li jużaw għodod u indikaturi diżaggregati skont il-ġeneru;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>99.</NO.P>Jinnota li data aħjar u analiżi aħjar tad-data huma kruċjali għat-teħid ta’ deċiżjonijiet ibbażat fuq l-evidenza u għall-identifikazzjoni rapida ta’ bidliet żgħar fil-kwalità tal-ilma li jistgħu jippreżentaw theddida għall-korpi tal-ilma, flimkien mal-evalwazzjoni tal-aħjar prattiki u l-identifikazzjoni tal-miżuri l-aktar kosteffettivi u li jħallu impatt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>100.</NO.P>Jenfasizza li hija meħtieġa data mtejba, affidabbli u interoperabbli dwar il-provvista, id-domanda, id-distribuzzjoni, l-aċċessibbiltà u l-użu tal-ilma u li hemm bżonn li jiġu stabbiliti punti tad-data; iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jsaħħu l-ġbir tad-data u jtejbu l-interoperabbiltà tad-data fil-livelli kollha biex jiġu appoġġjati l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni attwali dwar l-ilma, kif ukoll biex jiġu ffaċilitati l-ekonomija ċirkolari u l-istrateġiji ta’ simbjożi industrijali intelliġenti fl-użu tal-ilma; jenfasizza li d-data u l-IA jistgħu jintużaw għall-immudellar tal-konsum tal-ilma u tal-enerġija kif ukoll għall-kapaċitajiet tal-użu mill-ġdid u tar-riċiklaġġ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>101.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tirrikonoxxi aħjar ir-rwol fundamentali tas-settur tal-ilma biex tissaħħaħ il-kompetittività tal-UE billi jitrawmu r-riċerka u l-innovazzjoni u jiġu promossi l-intraprenditorija u t-talent; jenfasizza, f’dan ir-rigward, l-importanza li tiġi intensifikata l-innovazzjoni fis-settur tal-ilma; jirrimarka li ċ-ċentru Ewropew ta’ innovazzjoni għat-trasformazzjoni industrijali u l-emissjonijiet, li nħoloq bħala parti mid-Direttiva 2010/75/EU, jista’ jaqdi rwol f’dan ir-rigward, peress li jevalwa l-prestazzjoni ambjentali tat-teknoloġiji industrijali u jiġbor informazzjoni dwar tekniki ambjentali industrijali innovattivi; jirrimarka, barra minn hekk, is-sħubijiet eżistenti bħas-Sħubija Water4All, programm ta’ finanzjament għar-riċerka xjentifika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>102.</NO.P>Jemmen li hemm bżonn li jinbnew u jitrawmu pjattaformi b’diversi partijiet ikkonċernati biex tiġi promossa l-adozzjoni tal-innovazzjoni fil-livelli kollha, lokali u nazzjonali; jirrakkomanda li dawn il-pjattaformi jkunu jinvolvu firxa wiesgħa ta’ parteċipanti – is-setturi pubbliċi u privati, u l-assoċjazzjonijiet tas-soċjetà ċivili – biex tinbena koalizzjoni ta’ sħab biex iġibu l-bidla; jappoġġja bil-qawwa l-promozzjoni tal-kondiviżjoni tal-għarfien dwar kif it-teknoloġiji diġitali tal-ilma jistgħu jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE dwar l-ilma, kif ukoll it-tisħiħ tal-kapaċitajiet fil-livelli lokali, reġjonali u nazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jespandu l-ħiliet diġitali u l-programmi ta’ riċerka u żvilupp (R&Ż) li jimmiraw l-ilma, inkluż permezz tal-kollaborazzjoni mal-universitajiet, maċ-ċentri tar-riċerka u mal-SMEs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>103.</NO.P>Jirrikonoxxi r-rwol kritiku taċ-ċentri tad-data fl-ekonomija diġitali; jinnota bi tħassib li l-espansjoni rapida tat-teknoloġija tista’ twassal għal żieda sostanzjali fid-domanda tal-IA għar-riżorsi tal-ilma assoċjati mal-operazzjonijiet tagħhom u li dan jista’ jimmina l-benefiċċji ambjentali li li l-IA twiegħed li twassal, bħall-ottimizzazzjoni tar-riżorsi u t-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju, u jenfasizza li hemm bżonn jiġu integrati miżuri ta’ effiċjenza fl-użu tal-ilma fit-tfassil u l-operazzjoni tagħhom; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tindirizza l-użu tar-riżorsi tal-ilma permezz tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) u, b’mod partikolari, permezz tal-IA u taċ-ċentri tad-data fis-Sistema ta’ Twissija Bikrija u ta’ Rispons tagħha, b’mod partikolari billi tħeġġeġ liċ-ċentri tad-data jużaw l-ilma ttrattat mill-ġdid u tippromwovi d-disinn ta’ ċipep u komponenti aktar effiċjenti biex titnaqqas il-ħtieġa għat-tkessiħ; jirrakkomanda li l-Istati Membri jagħtu prijorità lill-istrateġiji għar-reżiljenza tal-ilma li jindirizzaw l-isfidi speċifiċi li jinħolqu miċ-ċentri tad-data biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà kemm tal-aġenda diġitali kif ukoll ta’ dik ambjentali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>104.</NO.P>Ifakkar li d-desalinazzjoni tal-ilma baħar hija l-proċess li permezz tiegħu jitneħħa l-melħ mill-baħar jew l-ilma salmastru biex dan ikun jista’ jintuża għal firxa ta’ skopijiet “adegwati għall-użu”, inkluż ix-xorb, u li din hija għalhekk soluzzjoni teknoloġika importanti għall-għajxien tan-nies; jinnota li, fl-istess ħin, id-desalinazzjoni hija proċess intensiv fl-użu tal-enerġija u idealment għandu jsir permezz tal-enerġija rinnovabbli, meta dan ikun possibbli, sabiex jitnaqqsu l-impatti ambjentali; itenni li d-desalinazzjoni tipproduċi prodott sekondarju, is-salmura (soluzzjoni ta’ melħ ikkonċentrata), li jrid jintrema kif suppost biex jiġu evitati impatti negattivi fuq l-ambjent tal-baħar; iqis, għalhekk, li d-desalinazzjoni bbażata fuq l-osmosi inversa jew it-teknoloġiji termali għandha tiġi applikata jekk għażliet oħra aktar ambjentalment sostenibbli ma jkunux disponibbli jew ma jkunux jistgħu jiġu implimentati, b’mod partikolari f’żoni remoti u fil-gżejjer; jenfasizza, f’dan ir-rigward, il-ħidma li għaddejja bħalissa rigward soluzzjonijiet teknoloġiċi ġodda, bħaċ-ċelloli tad-desalinazzjoni mikrobjali, li toffri alternattiva ambjentalment sostenibbli u innovattiva għall-metodi tad-desalinazzjoni tradizzjonali, b’mod partikolari biex jiġu pprovduti ilma nadif u trattament tal-ilma mormi lil postijiet żgħar u iżolati mingħajr elettriku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>105.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ aktar finanzjament u riċerka u żvilupp għal teknoloġiji bħal tekniki innovattivi ta’ desalinizzazzjoni sabiex jiżdiedu l-effiċjenza, is-sostenibbiltà u l-espansjoni ta’ tali teknoloġiji; jitlob li ssir riċerka dwar il-possibbiltajiet tal-użu ta’ teknoloġiji bħal dawn fl-agrikoltura biex jiġu diversifikati l-punti tal-provvista tal-ilma u għalhekk titnaqqas il-vulnerabbiltà tas-settur għall-istress idriku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>106.</NO.P>Jinnota li fl-aħħar deċennju, kien hemm ħafna skoperti xjentifiċi biex it-trattament tal-ilma jsir aktar intelliġenti u aktar ċirkolari fejn dawn is-soluzzjonijiet joffru opportunitajiet biex jintużaw is-soluzzjonijiet diġitali, l-IA u t-telerilevament ħalli l-ilma jintuża b’mod aktar effiċjenti u billi l-ilma mormi ttrattat jintuża mill-ġdid għall-irrigazzjoni u l-irkupru tal-enerġija u n-nutrijenti mill-ilma mormi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>107.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw l-ostakli regolatorji fis-suq uniku biex jiffaċilitaw l-iżvilupp, it-tkabbir u t-tqegħid fis-suq ta’ bijoteknoloġija innovattiva u soluzzjonijiet tal-bijomanifattura u l-promozzjoni ta’ manifattura aktar nadifa u ċ-ċirkolarità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>108.</NO.P>Jappella għall-finanzjament, l-iżvilupp u l-awtorizzazzjoni ta’ soluzzjonijiet innovattivi għall-protezzjoni u l-fertilizzazzjoni tal-għelejjel, inklużi aġenti ta’ kontroll bijoloġiku u sustanzi attivi b’impatt aktar baxx fuq l-ambjent, li huma meħtieġa għal tranżizzjoni ġusta lejn sistemi agrikoli aktar sostenibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>109.</NO.P>Jitlob li jiġu stabbiliti programmi speċifiċi għat-tindif u l-konservazzjoni tal-kanali tax-xmajjar, billi jiġi żgurat fluss adegwat u titnaqqas l-akkumulazzjoni ta’ radam u sedimenti li jistgħu jaffettwaw il-kapaċità tal-ħżin u d-distribuzzjoni tal-ilma;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-kooperazzjoni transfruntiera u internazzjonali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>110.</NO.P>Jenfasizza li hemm bżonn Sistema ta’ Twissija Bikrija u ta’ Rispons komprensiva li trawwem il-kooperazzjoni transfruntiera, ġbir u rapportar ta’ data akar uniformi, il-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki bejn l-atturi lokali, reġjonali u nazzjonali, filwaqt li tiżgura ġestjoni sostenibbli tal-ilma u distribuzzjoni ekwa tar-riżorsi fost l-Istati Membri, u tipprevjeni l-mogħdija tal-isfidi relatati mal-ilma bħall-iskarsezza u r-riskju ta’ għargħar lil Stati Membri oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>111.</NO.P>Jenfasizza li t-tibdil fil-klima jirrappreżenta theddida ewlenija għar-riżorsi tal-ilma u l-ekosistemi akwatiċi; jinnota li l-għargħar u l-iskarsezza tal-ilma jikkompromettu s-sigurtà tal-ikel u tal-ilma u s-saħħa tal-popolazzjoni ġenerali, li fl-aħħar mill-aħħar jaffettwaw il-koeżjoni u l-istabbiltà soċjali; jirrikonoxxi li r-reżiljenza tal-ilma hija kruċjali biex jiġu pprevenuti u indirizzati l-kriżijiet attwali u futuri relatati mas-saħħa, l-ikel, l-enerġija u s-sigurtà; jenfasizza li r-reżiljenza tal-ilma tippromwovi kooperazzjoni transkonfinali fil-qasam tal-ilma, isservi ta’ katalist għall-paċi u s-sigurtà, peress li l-pajjiżi huma marbuta ma’ xulxin permezz ta’ xmajjar kondiviżi u riżorsi tal-ilma ta’ taħt l-art;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>112.</NO.P>Jitlob kooperazzjoni transfruntiera akbar bejn l-Istati Membri fil-ġestjoni tal-baċiri tax-xmajjar u l-akwiferi tal-ilma ta’ taħt l-art kondiviżi u fil-ġbir u l-iskambju effettivi ta’ data dwar il-kwalità tal-ilma, il-livelli tat-tniġġis u l-livelli tal-ilma; jirrakkomanda li jiġu stabbiliti ċentri ta’ kooperazzjoni reġjonali biex tiġi kkoordinata l-implimentazzjoni tal-istrateġiji konġunti għar-reżiljenza tal-ilma filwaqt li jitqiesu l-isfidi relatati mat-tibdil fil-klima, dawk soċjali u dawk ekonomiċi f’kull territorju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>113.</NO.P>Jappella għal kooperazzjoni internazzjonali msaħħa, inkluż fil-livell tal-baċiri tax-xmajjar, biex tiġi indirizzata l-kriżi tal-ilma li qed tikber, jiġi żgurat ilma nadif u ta’ kwalità għolja, tiġi promossa l-ġestjoni sostenibbli tal-ilma u jiġu implimentati diversi teknoloġiji innovattivi tal-ilma inklużi soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura; jitlob li l-kooperazzjoni bejn il-fruntieri tiġi ankrata fil-livelli operattivi, tattiċi u strateġiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>114.</NO.P>Jitlob li jiġu stabbiliti proġetti transfruntiera fl-ambitu ta’ Interreg u fondi oħra tal-UE biex tittejjeb il-kooperazzjoni reġjonali fil-ġestjoni tar-riżorsi tal-ilma, b’enfasi partikolari fuq il-garanzija tad-distribuzzjoni ġusta tal-ilma bejn is-setturi u l-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>115.</NO.P>Jenfasizza li hemm bżonn jissaħħu l-kapaċitajiet ta’ monitoraġġ tal-UE permezz tad-diġitalizzazzjoni u t-teknoloġiji moderni, inklużi sorveljanza bis-satellita u traċċar tat-tniġġis f’ħin reali, li huma essenzjali għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-tniġġis transfruntier;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>116.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni timplimenta rwol diplomatiku speċifiku ddedikat għas-soluzzjoni tal-kunflitti relatati mal-ilma, għall-promozzjoni tal-kooperazzjoni tal-ilma, u għall-protezzjoni tas-sorsi u s-sistemi tal-ilma, b’mod partikolari waqt kunflitti armati u f’kuntesti transfruntiera;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>117.</NO.P>Iħeġġeġ lill-UE tmexxi l-isforzi internazzjonali biex jiġu protetti u restawrati l-ekosistemi tal-ilma f’konformità mal-SDG 6 dwar l-ilma nadif u s-sanitazzjoni;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>118.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>