<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0092</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Rapporti tal-2023 u l-2024 dwar it-Turkija</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0067/2025 - Rapporteur: Nacho Sánchez Amor)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Mejju 2025 dwar ir-rapporti tal-Kummissjoni tal-2023 u l-2024 dwar it-Turkija (2025/2023(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-17 u tat-18 ta’ April 2024, tat-30 ta’ Ġunju 2023, tat-23 ta’ Ġunju 2022, tal-24 ta’ Ġunju 2021 u tat-12 ta’ Diċembru 2019, u l-konklużjonijiet rilevanti preċedenti kollha tal-Kunsill u tal-Kunsill Ewropew,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-sħubija tat-Turkija fil-Kunsill tal-Ewropa u fin-NATO,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 134, 7.5.2014, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2014/252/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (Ftehim ta’ Riammissjoni UE-Turkija),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-membri tal-Kunsill Ewropew tal-25 ta’ Marzu 2021 dwar it-Turkija,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-“dikjarazzjonijiet UE-Turkija” tat-18 ta’ Marzu 2016 u tad-29 ta’ Novembru 2015,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Qafas ta’ Negozjar għat-Turkija tat-3 ta’ Ottubru 2005,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni maħruġa mill-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fil-21 ta’ Settembru 2005 wara d-dikjarazzjoni magħmula mit-Turkija mal-iffirmar tal-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim ta’ Ankara fid-29 ta’ Lulju 2005,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ Diċembru 2006 u ta’ Marzu 2020, kif ukoll il-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew f’Copenhagen fil-21 u t-22 ta’ Ġunju 1993, magħrufa wkoll bħala l-Kriterji ta’ Copenhagen,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2024 u tat-12 ta’ Diċembru 2023 dwar it-Tkabbir,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Liġi Internazzjonali tal-Baħar u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar (UNCLOS),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ottubru 2024 dwar il-Politika ta’ Tkabbir tal-UE (COM(2024)0690) u r-Rapport 2024 dwar it-Turkija li jakkumpanjaha (SWD(2024)0696),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Novembru 2023 dwar il-Politika tat-Tkabbir tal-UE (COM(2023)0690) u r-Rapport 2023 dwar it-Turkija li jakkumpanjaha (SWD(2023)0696),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali 06/2024 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri tal-24 ta’ April 2024 bit-titolu “Il-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija – Ta’ benefiċċju għar-refuġjati u l-komunitajiet ospitanti, iżda l-impatt u s-sostenibbiltà għadhom mhumiex żgurati”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjonijiet konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tad-29 ta’ Novembru 2023 (JOIN(2023)0050) u tat-22 ta’ Marzu 2021 (JOIN(2021)0008) dwar is-sitwazzjoni attwali tar-relazzjonijiet politiċi, ekonomiċi u kummerċjali bejn l-UE u t-Turkija,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2024 bit-titolu “It-Tmien Rapport Annwali dwar il-Faċilità għar-Rifuġjati fit-Turkija” (COM(2024)0593),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-prinċipji fundamentali tad-dritt internazzjonali u l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Ftehimiet ta’ Livell Għoli tal-1977 u tal-1979 bejn il-mexxejja taż-żewġ komunitajiet, u r-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar Ċipru, inkluża r-Riżoluzzjoni 186 (1964) tal-4 ta’ Marzu 1964, li tafferma mill-ġdid is-sovranità tar-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Riżoluzzjoni 550 (1984) tal-11 ta’ Mejju 1984 dwar azzjonijiet seċessjonisti f’Ċipru, ir-Riżoluzzjoni 789 (1992) tal-25 ta’ Novembru 1992, u r-Riżoluzzjoni 2537 (2020) dwar il-Forza għaż-Żamma tal-Paċi tan-NU f’Ċipru (UNFICYP),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 46 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB), li jgħid li l-partijiet kontraenti jimpenjaw ruħhom li jirrispettaw is-sentenza finali tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB) fi kwalunkwe kawża li jkunu parti minnha, u l-obbligu li jirriżulta minnha għat-Turkija li teżegwixxi s-sentenzi kollha tal-QEDB,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport “Freedom in the World 2025”, ippubblikat minn Freedom House,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa tal-2024, ippubblikat minn Reporters mingħajr fruntieri,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport dwar l-istatistika dwar il-ħabsijiet ta’ Jannar 2025 ippubblikat mill-Assoċjazzjoni tas-Soċjetà Ċivili fis-Sistema Penali (Civil Society in the Penal System Association – CISST) u l-profil tat-Turkija għall-2024 ppubblikat minn Prison Insider,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport Dinji dwar id-Disparità bejn il-Ġeneri (Global Gender Gap Report) 2024, ippubblikat mill-Forum Ekonomiku Dinji,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapporti reċenti tal-pjattaforma “Se nwaqqfu l-femminiċidju” (Kadın Cinayetlerini Durduracağız Platformu),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-UNESCO dwar Hagia Sophia tal-10 ta’ Lulju 2020, u d-deċiżjonijiet rilevanti tal-Kumitat tal-Patrimonju Dinji tal-UNESCO 44 COM 7B.58 (2021) u 45 COM 7B.58 (2023), adottati fl-44 u l-45 sessjoni tiegħu rispettivament,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar it-Turkija, b’mod partikolari dawk tat-13 ta’ Settembru 2023 dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni tal-2022 dwar it-Turkija<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/1760, 22.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1760/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u tas-7 ta’ Ġunju 2022 dwar ir-Rapport 2021 tal-Kummissjoni dwar it-Turkija<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 493, 27.12.2022, p. 2.</FIELD></FOOTNOTE>, u tas-26 ta’ Novembru 2020 dwar l-eskalazzjoni tat-tensjonijiet f’Varosha wara l-azzjonijiet illegali mit-Turkija u l-ħtieġa urġenti li jissuktaw it-taħditiet<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 425, 20.10.2021, p. 143.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta’ Frar 2024 dwar l-approfondiment tal-integrazzjoni tal-UE fid-dawl tat-tkabbir futur<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/6746, 26.11.2024<STRING ITALIC="on"> , </STRING>ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6746/oj<STRING ITALIC="on">.</STRING></FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ April 2015 dwar għeluq il-mitt sena mill-Ġenoċidju Armen<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 328, 6.9.2016, p. 2.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-5 ta’ Mejju 2022 dwar il-każ ta’ Osman Kavala fit-Turkija<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 465, 6.12.2022, p. 112.</FIELD></FOOTNOTE>, tal-10 ta’ Ottubru 2024 dwar il-każ ta’ Bülent Mumay fit-Turkija<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/206, 14.1.2025 , ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/206/oj.</FIELD></FOOTNOTE> u tat-13 ta’ Frar 2025 dwar is-sensji u l-arresti reċenti ta’ sindki fit-Turkija<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2025)0016.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra ż-żjara tal-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen f’Ankara f’Diċembru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A10-0067/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi t-Turkija tibqa’ pajjiż kandidat għall-adeżjoni mal-UE, u l-adeżjoni mal-UE tibqa’ għan politiku ddikjarat b’mod ripetut mill-Gvern Tork, għalkemm id-distakk bejn il-valuri u l-interessi tat-Turkija u dawk tal-UE qed jikber; billi n-negozjati tal-adeżjoni mal-UE ilhom fil-fatt wieqfa mill-2018, minħabba d-deterjorament tal-istat tad-dritt u tad-demokrazija fit-Turkija;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-pajjiżi kollha fil-fażi ta’ adeżjoni mistennijin jirrispettaw il-valuri demokratiċi, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll id-dritt tal-UE; billi t-Turkija jeħtieġ li turi b’mod kredibbli l-impenn tagħha għal relazzjonijiet aktar mill-qrib u allinjament mal-Unjoni Ewropea b’tali mod li ssaħħaħ mill-ġdid il-perspettiva tagħha Ewropea; billi l-fatt li pajjiż ikun kandidat jippreżumi rieda li javviċina progressivament u jallinja mal-UE fl-aspetti kollha, inklużi l-valuri, l-interessi, l-istandards u l-politiki, fost oħrajn mal-politika estera u ta’ sigurtà komuni tiegħu, u li jsegwi u jżomm relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat mal-UE u mal-Istati Membri kollha tagħha mingħajr diskriminazzjoni; billi t-tensjonijiet bejn l-UE u t-Turkija fir-rigward tas-sitwazzjoni fil-Lvant tal-Mediterran naqsu iżda ma waqfux għalkollox; billi t-Turkija ġiet mitluba ripetutament biex toqgħod lura mill-azzjonijiet kollha li jiksru s-sovranità u d-drittijiet sovrani tal-Istati Membri kollha tal-UE u li huma bi ksur tad-dritt internazzjonali u tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi r-rapport ta’ progress 2023 dwar it-Turkija ta stampa ta’ rigress kontinwu, filwaqt li l-aħħar rapport ta’ progress tal-2024 jidher li jagħti stampa ġenerali ftit aktar pożittiva tal-progress rigward ir-riformi relatati mat-tkabbir fit-Turkija, bħal fil-qasam tal-politiki ekonomiċi u monetarji; billi dan, madankollu, ma jistax jiġi applikat għall-kwistjonijiet ewlenin relatati mad-demokrazija u d-drittijiet fundamentali, li komplew jiddeterjoraw minn mindu ħareġ l-aħħar rapport tal-Kummissjoni; billi d-distakk bejn it-Turkija u l-valuri u l-qafas normattiv tal-UE għalhekk baqa’ ma ġiex indirizzat matul il-perjodu reċenti bl-użu persistenti ta’ liġijiet u miżuri mmirati biex irażżnu l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali u l-libertajiet ċivili;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-komunikazzjoni konġunta dwar is-sitwazzjoni attwali tar-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija tad-29 ta’ Novembru 2023 tat nota aktar pożittiva, u ppreżentat sett ta’ rakkomandazzjonijiet dwar il-kooperazzjoni f’oqsma ta’ interess konġunt b’mod gradwali, proporzjonat u riversibbli u abbażi tal-kundizzjonalitajiet stabbiliti; billi s’issa ttieħdu biss ftit passi konkreti f’konformità mal-impenji li hemm fih; billi l-Kunsill Ewropew ta’ April 2024 ta mandat lill-Coreper biex javvanza fl-implimentazzjoni ta’ din il-komunikazzjoni konġunta; billi madankollu din il-komunikazzjoni konġunta għadha ma rċevietx approvazzjoni politika ċara mill-Kunsill;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi t-Turkija hija membru tal-Kunsill tal-Ewropa u għalhekk hija marbuta bis-sentenzi tal-QEDB; billi minħabba n-nuqqas tagħha li tapplika deċiżjonijiet storiċi tal-QEDB, it-Turkija bħalissa qed tiffaċċja proċedimenti ta’ ksur storiċi; billi t-Turkija tikklassifika b’mod konsistenti fost il-pajjiżi l-aktar misjuba bi ksur tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali protetti mill-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem; billi mill-aħħar ta’ Novembru 2024, it-Turkija kellha l-ogħla għadd ta’ kawżi pendenti quddiem il-QEDB, bi 22 450 applikazzjoni, li jirrappreżentaw 36,7 % tal-ammont totali ta’ kawżi tal-Qorti ta’ 61 250 applikazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi Freedom House tikklassifika lit-Turkija bħala “mhux libera” u l-pajjiż irreġistra wieħed mill-agħar deterjoramenti fid-dinja f’dak li għandu x’jaqsam mal-livell ta’ libertà f’dawn l-aħħar 10 snin; billi t-Turkija tikklasifika fil-158 post minn 180 pajjiż fl-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa tal-2024; billi l-Gvern Tork għalaq għexieren ta’ mezzi tal-media, jimblokka regolarment artikli online, huwa rrappurtat li jikkontrolla 85 % tal-media nazzjonali u juża l-aġenzija statali tiegħu Anadolu bħala organu ta’ propaganda;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-kostituzzjoni Torka tipprevedi protezzjoni suffiċjenti tad-drittijiet fundamentali, iżda l-prattika tal-istituzzjonijiet u l-istat kritiku tal-ġudikatura, inkluż in-nuqqas ta’ rispett tad-deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali, huma r-raġunijiet ewlenin għas-sitwazzjoni mwiegħra tal-istat tad-dritt u tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż, kwistjonijiet deskritti ripetutament fir-rapporti tal-UE, tal-Kunsill tal-Ewropa u tal-organizzazzjonijiet internazzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi t-Turkija għandha l-ogħla rata ta’ priġunerija u l-akbar popolazzjoni ta’ ħabsijiet tal-Istati Membri kollha tal-Kunsill tal-Ewropa, b’popolazzjoni ta’ ħabsijiet iffullata żżejjed li kibret b’439 % bejn l-2005 u l-2023 u li bħalissa tirrappreżenta aktar minn terz tal-ħabsin kollha tal-pajjiżi tal-Kunsill tal-Ewropa;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi t-Turkija hija kklassifikata fil-127 post minn 146 pajjiż fl-Indiċi Globali tad-Diskrepanza bejn il-Ġeneri tal-2024, li jenfasizza l-inugwaljanza severa bejn il-ġeneri u l-fallimenti sistemiċi fil-protezzjoni tad-drittijiet tan-nisa; billi skont ir-rapport tal-2024 tal-pjattaforma “Se nwaqqfu l-femminiċidju” (Kadın Cinayetlerini Durduracağız Platformu), 394 mara nqatlu mill-irġiel u 259 mara nstabu mejta f’ċirkostanzi suspettużi fit-Turkija fl-2024, l-ogħla numru rreġistrat minn meta l-grupp tas-soċjetà ċivili beda jiġbor id-data fl-2010; billi fir-rapport tagħha tal-2023, il-pjattaforma nnotat li 315-il mara nqatlu mill-irġiel, u 248 mara nstabu mejta f’ċirkostanzi suspettużi;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi f’dawn l-aħħar xhur, it-Turkija ħadet miżuri favur it-tkomplija ta’ proċess għal riżoluzzjoni paċifika tal-kwistjoni Kurda; billi fis-27 ta’ Frar 2025 il-mexxej militanti li ngħata l-ħabs, Abdullah Öcalan, talab lill-Partit tal-Ħaddiema tal-Kurdistan (PKK) tiegħu biex jiddiżarma u jiddiżattiva, u b’hekk ipprovda opportunità storika biex jintemm il-kunflitt bejn it-Turkija u l-Kurdi; billi dawn l-isforzi kienu akkumpanjati minn repressjoni dejjem akbar u t-tnaqqis tas-setgħat tal-gvernijiet lokali demokratiċi, inkluża t-tkeċċija ta’ sindki eletti Kurdi u sindki oħra tal-oppożizzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi t-Turkija, barra milli hija pajjiż kandidat għall-adeżjoni mal-UE, hija alleat tan-NATO u sieħba kruċjali fl-oqsma tal-kummerċ, ir-relazzjonijiet ekonomiċi, is-sigurtà u l-ġlieda kontra t-terroriżmu, u l-migrazzjoni; billi t-Turkija għad għandha rwol ewlieni fir-reġjun, taġixxi bħala pont bejn l-Ewropa u l-Asja, u tibqa’ sieħba ewlenija għall-istabbiltà tar-reġjun ġenerali tal-Mediterran tal-Lvant; billi t-Turkija għad għandha rwol sinifikanti fil-kunflitt Sirjan u żżomm preżenza militari fit-Tramuntana tas-Sirja;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi t-Turkija ma allinjatx mas-sanzjonijiet tal-UE kontra r-Russja; billi l-kummerċ bejn it-Turkija u r-Russja kważi rdoppja sa mill-impożizzjoni tal-UE ta’ sanzjonijiet kontra r-Russja; billi minkejja xi passi meħuda, it-Turkija ma waqqfitx it-territorju tagħha milli jintuża biex jiġu evitati s-sanzjonijiet tal-UE kontra r-Russja;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi r-rapport ta’ progress tal-Kummissjoni tal-2024 dwar it-Turkija jiddikjara li, fit-30 ta’ Settembru 2024, il-pajjiż żamm rata baxxa ħafna ta’ allinjament ta’ 5 % mad-dikjarazzjonijiet rilevanti tar-Rappreżentant Għoli f’isem l-UE u mad-deċiżjonijiet rilevanti tal-Kunsill, meta mqabbla ma’ 9 % fl-2023;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi t-Turkija hija l-ħames l-akbar sieħba kummerċjali tal-UE, u din tal-aħħar hija bil-bosta l-akbar sieħba kummerċjali tat-Turkija, kif ukoll l-għajn prinċipali tagħha ta’ investiment dirett barrani;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi fl-aħħar sena l-livell ta’ impenn bejn l-UE u t-Turkija żdied f’termini kemm ta’ laqgħat tekniċi kif ukoll ta’ laqgħat ta’ livell għoli f’oqsma settorjali;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi t-Turkija applikat għal sħubija fil-BRICS+ u wriet interess li tingħaqad mal-Organizzazzjoni ta’ Kooperazzjoni ta’ Shanghai (SCO);
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi wara perjodu ta’ politika ekonomika mhux ortodossa, it-Turkija implimentat politika monetarja aktar stretta matul is-sena li għaddiet li wasslet għal tnaqqis fl-iżbilanċi esterni u moderazzjoni tal-pressjonijiet inflazzjonarji;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi b’Marzu 2025 il-Gvern Tork nefaq mill-anqas EUR 10 biljun tar-riżervi tal-valuta biex jiġġieled kontra l-kollass tas-swieq finanzjarji tiegħu u l-iżvalutazzjoni tal-lira kkawżati mid-deċiżjoni tiegħu li jarresta u jżomm f’detenzjoni lis-sindku ta’ Istanbul u l-esponent prominenti tal-oppożizzjoni Ekrem İmamoğlu; billi fid-dawl tal-fatt li l-Gvern Tork qiegħed idgħajjef id-demokrazija u l-istat tad-dritt fit-Turkija, dan joħloq kuntest sfavorevoli għall-investiment dirett barrani u b’hekk jikkomprometti lill-ekonomija Torka, b’konsegwenzi gravi għas-sitwazzjoni soċjoekonomika taċ-ċittadini Torok;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi t-Turkija tilqa’ fiha l-akbar numru ta’ rifuġjati fid-dinja, bi kważi 3,1 miljun rifuġjat irreġistrat prinċipalment mis-Sirja, mill-Iraq u mill-Afganistan; billi mill-2011 ’l hawn l-UE allokat aktar minn EUR 10 biljun biex tassisti lir-rifuġjati u lill-komunitajiet ospitanti fit-Turkija; billi skont rapport investigattiv kredibbli ta’ Lighthouse Reports u tmien sħab tal-media, l-UE qed tiffinanzja ċentri ta’ detenzjoni fit-Turkija implikati fid-detenzjoni, l-abbuż u d-deportazzjonijiet furzati ta’ rifuġjati bl-iskuża ta’ ritorn volontarju;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi minbarra l-assistenza ta’ emerġenza kkoordinata permezz tal-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili, b’valur finanzjarju stmat ta’ EUR 38 miljun, l-UE pprovdiet EUR 78,2 miljun f’għajnuna umanitarja għar-rispons għat-terremot fl-2023, u EUR 26 miljun f’għajnuna umanitarja fl-2024; billi l-UE ffirmat EUR 400 miljun addizzjonali f’assistenza taħt il-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE biex tiffinanzja operazzjonijiet ta’ rkupru wara t-terremot devastanti;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi t-Turkija abbużat sistematikament mil-liġijiet dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu biex tpoġġi fil-mira lill-uffiċjali eletti, lill-politiċi tal-oppożizzjoni, lill-ġurnalisti u lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, fost oħrajn;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Impenn favur l-adeżjoni mal-UE</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jirrikonoxxi l-aspirazzjonijiet fit-tul tas-soċjetà ċivili Torka rigward l-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea; jilqa’ d-dikjarazzjonijiet reċenti tal-Gvern Tork li jtennu l-impenn tiegħu għas-sħubija fl-UE bħala għan strateġiku fost sforz biex ir-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija jingħataw ħajja ġdida f’konformità mal-konklużjonijiet rilevanti tal-Kunsill Ewropew b’mod gradwali, proporzjonat u riversibbli; jirrikonoxxi l-impenn tal-UE li trawwem dan l-impenn permezz ta’ djalogu u kooperazzjoni msaħħa iżda jħeġġiġha tirrieżamina l-aspettattivi tagħha għal involviment fil-futur prevedibbli, fid-dawl tad-deterjorament tal-istandards demokratiċi li kien qed jimbotta lill-pajjiż lejn mudell awtoritarju matul l-aħħar għaxar snin, li dan l-aħħar kompla jaċċellera bl-arrest politikament motivat tal-President Recep Tayyip, l-avversarju politiku ewlieni ta’ Erdoğan, is-Sindku tal-Muniċipalità Metropolitana ta’ Istanbul Ekrem İmamoğlu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jisħaq fuq il-fatt li l-adeżjoni mal-UE tiddependi minn jekk il-pajjiż jissodisfax il-kriterji ta’ adeżjoni (ta’ Copenhagen), li jirrikjedu istituzzjonijiet stabbli li jiggarantixxu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem, ir-rispett u l-protezzjoni tal-minoranzi, ir-relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat, ir-rispett tad-dritt internazzjonali u l-allinjament mal-PESK tal-UE; jinnota wkoll li dawn huma kriterji assoluti, mhux kwistjonijiet soġġetti għal kunsiderazzjonijiet u negozjati strateġiċi tranżazzjonali; jenfasizza li r-rikonoxximent tal-Istati Membri kollha huwa komponent neċessarju tal-proċess ta’ adeżjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jiddispjaċih, f’dan ir-rigward, li d-dikjarazzjonijiet pożittivi msemmija qabel ma kinux akkumpanjati minn azzjonijiet konkreti min-naħa tal-awtoritajiet Torok biex jagħlqu d-distakk wiesa’ u persistenti bejn it-Turkija u l-UE f’dawk li huma valuri u standards, b’mod partikolari fir-rigward tal-elementi fundamentali tal-proċess ta’ adeżjoni; itenni l-konklużjoni tiegħu adottata preċedentement li l-Gvern Tork qed ikompli juri, kif għamel għal dawn l-aħħar ftit snin, nuqqas ċar ta’ rieda politika biex iwettaq ir-riformi meħtieġa biex jerġa’ jattiva l-proċess ta’ adeżjoni u jkompli jsegwi fehim awtoritarju stabbilit sew tas-sistema presidenzjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jirrikonoxxi l-importanza strateġika u ġeopolitika tat-Turkija, u l-preżenza u l-influwenza dejjem akbar tagħha f’żoni kritiċi għas-sigurtà internazzjonali, bħar-reġjun tal-Baħar l-Iswed, inkluża l-Ukrajna, u l-Lvant Nofsani; itenni li t-Turkija hija sieħba strateġika u alleata tan-NATO, u pajjiż li miegħu l-UE għandha relazzjonijiet mill-qrib fl-oqsma tas-sigurtà, il-kummerċ, l-ekonomija u l-migrazzjoni; jilqa’ kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn it-Turkija u l-UE, li għaliha l-Gvern Tork spiss għamel referenza, iżda jisħaq fuq il-fatt li din bl-ebda mod ma tista’ tieħu post il-progress reali neċessarju li t-Turkija, bħala pajjiż kandidat, jeħtieġ li tagħmel biex tissodisfa r-rekwiżiti fundamentali għall-adeżjoni; jenfasizza, f’dan ir-rigward, li l-proċess ta’ adeżjoni mhux qed isir ta’ malajr u li ma jista’ jitressaq l-ebda argument biex jiġi evitat li jiġu diskussi l-prinċipji demokratiċi li huma fil-qalba tal-proċess ta’ adeżjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jinnota li r-rapport tal-Kummissjoni tal-2024 dwar it-Turkija jagħti stampa aktar pożittiva tal-implimentazzjoni tar-riforma fil-kuntest tal-proċess ta’ adeżjoni tat-Turkija mir-rapport tal-2023 dwar it-Turkija, li nbidlet minn deterjorament ulterjuri għal “l-ebda progress” fir-rigward tal-istat tad-dritt u l-kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem; huwa tal-fehma, madankollu, li tal-anqas f’oqsma ewlenin bħad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, dan huwa dovut għall-fatt li punt baxx ħafna kien diġà ntlaħaq u din is-sitwazzjoni baqgħet l-istess;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jieħu nota wkoll ta’ bidla sfumata fl-enfasi tar-rapport dwar it-Turkija tal-2024, b’kuntrast mar-rapport tal-2023, lil hinn mill-proċess ta’ adeżjoni lejn sħubija strateġika bejn l-Unjoni Ewropea u t-Turkija; huwa tal-fehma li s-sitwazzjoni kritika tal-proċess ta’ adeżjoni qed tixpruna lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jiffukaw biss fuq id-dimensjoni tas-sħubija tar-relazzjonijiet tal-UE mat-Turkija, kif rifless ukoll fil-komunikazzjoni konġunta dwar is-sitwazzjoni attwali tar-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija tad-29 ta’ Novembru 2023, u tat-22 ta’ Marzu 2021; jenfasizza l-bidla dejjem akbar lejn qafas differenti għar-relazzjoni, li tista’ ssir għad-detriment tal-proċess ta’ adeżjoni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-fulkru tal-proċess ta’ adeżjoni: id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Iqis li, għal dak li għandu x’jaqsam mad-drittijiet tal-bniedem u mal-istat tad-dritt, ir-riżoluzzjonijiet adottati dan l-aħħar mill-Parlament dwar il-kwistjoni jibqgħu validi fid-dawl tal-fatt li għad hemm sitwazzjoni mwiegħra tad-drittijiet tal-bniedem u rigress demokratiku fit-Turkija f’din l-aħħar sena; japprova bis-sħiħ l-aħħar riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa u r-rapport relatat mill-Kumitat ta’ Monitoraġġ tagħha, kif ukoll ir-riżoluzzjonijiet adottati mill-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa, li juru fid-dettall il-firxa wiesgħa ta’ nuqqasijiet serji fid-drittijiet tal-bniedem irrapportati b’mod kostanti minn organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem magħrufa lokalment u internazzjonalment;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jinnota l-impenn iddikjarat tal-Gvern Tork favur ir-riforma ġudizzjarja u l-introduzzjoni ta’ miżuri ta’ natura organizzattiva; jenfasizza, madankollu, il-ħtieġa li jiġu introdotti miżuri strutturali li jiżguraw l-indipendenza ġudizzjarja; jiddispjaċih bil-kbir li, minkejja strateġija ta’ riforma maqsuma f’disa’ pakketti ta’ riformi ġudizzjarji, il-qagħda tal-indipendenza tal-ġudikatura fit-Turkija tibqa’ skoraġġanti minħabba ndħil sistematiku min-naħa tal-gvern fis-sistema ġudizzjarja u strumentalizzazzjoni politika ta’ din is-sistema; jiddeplora, f’dan ir-rigward, id-dgħufija tal-mekkaniżmi ta’ rieżami kostituzzjonali li fadal, b’mod partikolari l-applikazzjonijiet individwali, u l-ksur frekwenti tal-proċess ġust;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jinsab diżappuntat bil-persekuzzjoni tal-professjonisti legali, inkluża l-aktar reċenti l-kawża mressqa mill-Uffiċċju Kap tal-Prosekutur Pubbliku ta’ Istanbul li rriżultat fit-tneħħija tat-tmexxija tal-Assoċjazzjoni tal-Avukati ta’ Istanbul fuq akkużi li “għamlet propaganda għal organizzazzjoni terroristika” u “xerrdet pubblikament informazzjoni qarrieqa” talli talbet investigazzjoni dwar il-qtil ta’ żewġ ġurnalisti Kurdi fis-Sirja, u fil-priġunerija ta’ wieħed mill-membri tal-bord eżekuttiv tal-Kamra tal-Avukati ta’ Istanbul wara l-vjaġġ tiegħu fi Strażburgu biex jorganizza laqgħat mal-istituzzjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jinsab allarmat bin-nuqqas sfaċċat ta’ implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet mill-Qorti Kostituzzjonali, inkluż fil-każ tal-Membru Parlamentari (MP) Can Atalay, li nbidel fi kriżi ġudizzjarja serja, bil-Qorti tal-Kassazzjoni tressaq ilment kriminali kontra disa’ mħallfin tal-Qorti Kostituzzjonali; jinsab imħasseb dwar id-deċiżjoni reċenti tal-Qorti tal-Kassazzjoni li taqleb is-sentenzi u teħles lit-terroristi involuti fl-attakk tal-ISIS fl-Ajruport ta’ Atatürk ta’ Istanbul, li fl-2016 ħalla 45 ruħ mejta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jistieden lit-Turkija ssaħħaħ l-impenn tagħha għall-governanza demokratika, speċjalment permezz ta’ riformi li jiżguraw ġudikatura indipendenti; jieħu nota tat-tħabbira reċenti tar-Raba’ Strateġija ta’ Riforma Ġudizzjarja, li tkopri l-2025-2029; jistieden lill-Gvern Tork jimxi mill-bidliet superfiċjali li saru s’issa permezz tal-pakketti ta’ riforma u l-pjanijiet ta’ azzjoni rikorrenti għal riforma profonda u li ilha mistennija li tindirizza, permezz ta’ rieda politika reali, in-nuqqasijiet serji u strutturali tal-ġudikatura tat-Turkija; jenfasizza li t-tmiem tal-indħil politiku fil-ġudikatura ma jirrikjedi l-ebda strateġija jew pakkett ta’ riforma iżda sempliċiment ir-rieda politika li dan isir;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jibqa’ mħasseb ħafna dwar id-deterjorament kontinwu tal-istandards demokratiċi u r-repressjoni bla waqfien mill-awtoritajiet Torok fuq kwalunkwe vuċi kritika permezz ta’ sensiela dejjem tikber ta’ liġijiet repressivi, l-użu ħażin regolari tal-liġijiet kontra t-terroriżmu, inkluża l-applikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-minorenni (bħal fil-proċess “Kız Çocukları Davası”), l-użu sproporzjonat tar-reat ta’ insulazzjoni ta’ uffiċjal pubbliku, l-użu estensiv ta’ xhieda sigrieti u kawżi inattivi fi proċedimenti ġudizzjarji żbaljati, u l-prattika rikorrenti ta’ arresti ta’ billejl esaġerati u raids fid-djar biex il-persuni fil-mira jidhru bħala estremament perikolużi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jilqa’ l-irtirar f’Novembru 2024 tal-abbozz ta’ emenda għal-liġijiet ta’ spjunaġġ tat-Turkija, magħrufa bħala l-liġi dwar l-“aġent ta’ influwenza”; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Torok iżommu lura milli jintroduċu mill-ġdid liġi simili wiesgħa żżejjed u vaga fil-futur, minħabba r-riskju serju li din tintuża bħala għodda biex tkompli tikkriminalizza l-attivitajiet leġittimi tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-pajjiż; jistieden lill-awtoritajiet Torok jiżguraw li l-abbozz ta’ liġi dwar iċ-ċibersigurtà approvat reċentement se jaqdi l-iskop leġittimu tiegħu li jipproteġi l-privatezza tad-data u s-sigurtà nazzjonali mingħajr ma jagħti lok għal ksur potenzjali tad-drittijiet fundamentali jew isir għodda oħra għal aktar repressjoni; jisħaq li l-apparat ġudizzjarju għadu restrittiv ħafna, b’xibka kumplessa ta’ leġiżlazzjoni li sservi bħala għodda biex tikkontrolla u ssikket sistematikament kwalunkwe vuċi kritika, bħal-liġi dwar il-media soċjali tal-2020, il-liġi dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus tal-2021 u l-liġi dwar id-diżinformazzjoni tal-2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jinsab imħasseb dwar l-approvazzjoni reċenti ta’ dispożizzjonijiet legali li jagħtu setgħat straordinarji lill-Kunsill Superviżorju tal-Istat (DDK) u l-Fond ta’ Assigurazzjoni tad-Depożiti tat-Tfaddil (TMSF), inkluża l-possibbiltà li dawk tal-ewwel ineħħu uffiċjali pubbliċi ta’ kull tip u livell u jaħtru fiduċjarji, li jistgħu jintużaw b’mod arbitrarju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Torok iġibu fi tmiemhom ir-restrizzjonijiet gravi attwali fuq il-libertajiet fundamentali, b’mod partikolari ta’ espressjoni, ta’ assemblea u ta’ assoċjazzjoni, u l-attakki kontinwi fuq id-drittijiet fundamentali tal-membri tal-oppożizzjoni, tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, tal-avukati, tat-trade unionists, tal-membri tal-minoranzi, tal-ġurnalisti, tal-esponenti tad-dinja akkademika, tal-artisti u tal-attivisti tas-soċjetà ċivili, fost oħrajn; jikkundanna bil-qawwa l-mewġiet reċenti ta’ arrest tal-massa u priġunerija fuq akkużi politikament motivati, u fuq il-bażi ta’ rabtiet terroristiċi suspettati, li jaffettwaw personalitajiet politiċi, akkademiċi u ġurnalisti, inklużi l-arresti ta’ Elif Akgül, ġurnalist indipendenti, Yıldız Tar, editur kap tas-sit tal-aħbarijiet LGBT+ Kaos GL, u Ender İmrek, artikolista tal-gazzetta ta’ Evrensel daily, u Joakim Medin, ġurnalist Żvediż għall-ETC, kollha magħrufa sew għall-ħidma tagħhom fuq kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-arrest u d-detenzjoni reċenti tal-ġurnalist Żvediż Joakim Medin; itenni li l-libertà tal-istampa hija dritt fundamentali u valur kruċjali tal-UE; jikkundanna bil-qawwa l-akkużi fil-konfront ta’ Joakim Medin, li huma bbażati esklużivament fuq ix-xogħol ġurnalistiku tiegħu u għaldaqstant jitlob li jinħeles minnufih u mingħajr kundizzjonijiet kif ukoll jinħelsu ġurnalisti oħra impriġunati talli eżerċitaw il-libertà tal-kelma tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jiddeplora t-tkomplija tal-prosekuzzjoni, iċ-ċensura u l-fastidju tal-ġurnalisti u tal-media indipendenti, li jċaħħduhom mil-libertà li jwettqu d-dmirijiet professjonali tagħhom u jinfurmaw lill-pubbliku, li huwa essenzjali għal soċjetà demokratika li tiffunzjona; jistieden lill-awtoritajiet Torok iżommu lura minn attakki ulterjuri fuq il-midja indipendenti u jiddefendu d-drittijiet fundamentali u l-libertajiet ċivili bħal-libertà tal-kelma u tal-istampa; jibqa’ mħasseb ħafna dwar il-leġiżlazzjoni eżistenti li tipprevjeni internet miftuħ u liberu, b’sentenzi twal ta’ ħabs imposti għal posts tal-media soċjali, punteġġi ta’ blokok ta’ aċċess u ordnijiet ta’ tneħħija ta’ kontenut, u dwar l-użu kontinwu tal-Kunsill Suprem tar-Radju u t-Televiżjoni (RTÜK) biex irażżan il-kritika tal-media u saħansitra fuq stabbilimenti meqjusa li jxerrdu “pessimiżmu” minflok aħbarijiet pożittivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jirrikonoxxi l-iżviluppi pożittivi fir-rigward tat-tneħħija parzjali mill-ministru tal-intern tar-restrizzjonijiet fuq il-vinji ta’ kull ġimgħa tas-Sibt Mothers, Cumartesi Anneleri, fil-Pjazza Galatasaray ta’ Istanbul, u l-liberazzjoni reċenti tas-46 persuna kollha li ġew imħarrka għal aktar minn 6 snin fil-każ madwar s-700 laqgħa tal-organizzazzjoni f’Awwissu 2018; jitlob li jitneħħew kompletament ir-restrizzjonijiet kollha fuq il-protesta paċifika tagħhom, f’konformità sħiħa mas-sentenza rilevanti tal-Qorti Kostituzzjonali, u li tintemm il-kawża ġudizzjarja li għaddejja kontra diversi membri u simpatizzanti tagħha; jinsab imħasseb dwar il-proċess li għaddej kontra d-difensur prominenti tad-drittijiet tal-bniedem Nimet Tanrıkulu, li nħeles fl-4 ta’ Marzu 2025 wara li qatta’ 94 jum f’arrest preventiv; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Torok jiżguraw il-ħelsien immedjat tal-individwi kollha detenuti talli eżerċitaw il-libertajiet fundamentali tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Għadu xxukkjat bl-inosservanza kostanti u bin-nuqqas ta’ applikazzjoni tas-sentenzi fundamentali tal-QEDB min-naħa tal-awtoritajiet Torok, b’mod partikolari tal-ġudikatura Torka; itenni l-kundanna tiegħu tal-użu ħażin sfaċċat min-naħa tat-Turkija tas-sistema ġudizzjarja u r-rifjut li jinħelsu mid-detenzjoni d-difensur tad-drittijiet tal-bniedem Osman Kavala u l-politiċi tal-oppożizzjoni Selahattin Demirtaş u Figen Yüksekdağ, li għalihom it-Turkija qed tiffaċċja proċedimenti ta’ ksur storiċi fil-Kunsill tal-Ewropa, b’konsegwenzi tant mistennija li għad iridu jiġu ddeterminati; jinsab ixxukkjat bil-preżentazzjoni u l-aċċettazzjoni reċenti ta’ att ta’ akkuża ġdid kontra Selahattin Demirtaş li fih l-Uffiċċju tal-Kap Prosekutur Pubbliku ta’ Diyarbakır jitlob sa 15-il sena priġunerija u projbizzjoni tal-attivitajiet politiċi tiegħu abbażi ta’ diversi diskorsi li għamel fl-2016; jistieden lit-Turkija tikkonforma bis-sħiħ mas-sentenzi tal-QEDB relatati ma’ persuni neqsin u proprjetajiet (fost l-oħrajn fil-każ Fokas) f’Ċipru; jiddeplora n-natura politikament motivata ta’ dawn il-prosekuzzjonijiet, li jiffurmaw parti minn xejra usa’ ta’ fastidju ġudizzjarju; jistieden lit-Turkija timplimenta bis-sħiħ is-sentenzi kollha tal-QEDB f’konformità mal-Artikolu 46 tal-KEDB u f’konformità mal-obbligi mhux kundizzjonali li jirriżultaw mill-Artikolu 90 tal-kostituzzjoni Torka; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jużaw il-mezzi diplomatiċi kollha biex iħeġġu lit-Turkija timplimenta d-deċiżjonijiet rilevanti tal-QEDB u tikkunsidra l-implimentazzjoni tal-kundizzjonalità tal-finanzjament rilevanti fir-rigward tal-konformità mas-sentenzi tal-QEDB;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jistieden lit-Turkija tirrispetta d-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-24 ta’ Jannar 2008, li sabet lit-Turkija ħatja li kisret l-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, inkwantu ma sabitx u ma ħarrkitx lil dawk responsabbli fil-każ tal-omiċidji ta’ Tassos Isaak u Solomos Solomou, kommessi f’Ċipru fl-1996; jistieden lill-awtoritajiet Torok jeżegwixxu l-mandati ta’ arrest internazzjonali fil-konfront tas-suspettati ta’ omiċidju u tikkonsenjahom lir-Repubblika ta’ Ċipru;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar is-sitwazzjoni mwiegħra fil-ħabsijiet Torok minħabba l-iffullar qawwi u l-kundizzjonijiet ħżiena tal-għajxien, b’rapporti, inkluż mill-Kunsill tal-Ewropa, li t-tortura u t-trattament ħażin huma mifruxa, u l-aċċess għal ħtiġijiet bażiċi bħall-iġjene u l-informazzjoni huwa limitat ħafna; jinsab partikolarment imħasseb dwar il-kundizzjonijiet ta’ priġunerija ta’ priġunieri anzjani u morda serjament, bħal fil-każ ta’ Soydan Akay, li qed jinżamm il-ħabs intortament; jitlob li jinħeles minnufih abbażi ta’ raġunijiet umanitarji u ta’ saħħa; jinsab imħasseb dwar l-użu kontinwu ta’ tiftix umiljanti fuq il-persuni billi jitneżżgħu għarwenin fil-ħabsijiet u f’postijiet oħra ta’ detenzjoni u dwar il-fastidju persistenti tal-MP Ömer Faruk Gergerlioğlu, li bħalissa qed jiffaċċja sitt proċedimenti għat-tneħħija tas-sede parlamentari u l-immunità tiegħu, fost raġunijiet oħra għaliex iddenunzja din il-prattika stess;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa d-deċiżjoni tal-Gvern Tork li jkeċċi, wara l-elezzjonijiet lokali ta’ Marzu 2024, is-sindki eletti demokratikament ta’ mill-inqas 13-il muniċipalità u distrett (Hakkari, Mardin, Batman, Halfeti, Tunceli, Bahçesaray, Akdeniz, Siirt, Van u Kağızman, li ntrebaħ mill-Partit DEM; u Esenyurt Ovacık u Şişli, li ntrebaħ mill-Partit CHP) u li tissostitwixxihom b’persuni fdati tal-gvern maħtura mill-ministeru għall-intern; iqis lil din il-prassi konsolidata li jinħatru persuni fdati hija attakk sfaċċat fuq il-prinċipji l-aktar bażiċi tad-demokrazija lokali; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Torok iwaqqfu minnufih u jreġġgħu lura r-repressjoni tal-oppożizzjoni politika u jirrispettaw id-drittijiet tal-votanti li jeleġġu r-rappreżentanti magħżula tagħhom f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kungress tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali tal-Kunsill tal-Ewropa u tal-Kummissjoni ta’ Venezja; itenni l-appell tiegħu lill-VP/RGħ tikkunsidra miżuri restrittivi fl-ambitu tar-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem kontra uffiċjali Torok li jassumu r-rwol ta’ persuna fdata u kontra dawk li jaħtruhom; jiddenunzja r-repressjoni severa tal-protesti kontra t-tneħħija ta’ sindki eletti, inkluż l-arrest arbitrarju ta’ mijiet ta’ dimostranti, li wħud minnhom kienu minorenni; iqis id-deċiżjoni tal-Gvern Tork li jerġa’ lura għal din il-prattika wara l-aħħar elezzjonijiet lokali ta’ Marzu 2024 bħala sinjal ċar tan-nuqqas ta’ impenn tiegħu biex jindirizza n-nuqqasijiet demokratiċi fil-pajjiż u f’kontradizzjoni ċara mar-rieda ddikjarata li jerġa’ jagħti l-ħajja lill-proċess ta’ adeżjoni, peress li tali azzjonijiet jimminaw il-prospetti għal sħubija aktar b’saħħitha u aktar komprensiva mal-UE u huma ta’ detriment għall-progress fit-tul lejn kooperazzjoni aktar mill-qrib;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jiddeplora l-fatt li l-partiti politiċi u l-membri tal-oppożizzjoni jisfaw fil-mira b’mod permanenti, u dawn għadhom iġarrbu pressjonijiet dejjem akbar; jikkundanna bl-aktar mod qawwi l-arrest u t-tneħħija reċenti mill-kariga tas-Sindku tas-CHP tal-Muniċipalità Metropolitana ta’ Istanbul Ekrem İmamoğlu, flimkien mas-sindki ta’ Şişli u Beylikdüzü, fil-qafas ta’ żewġ investigazzjonijiet separati dwar l-allegati korruzzjoni u akkużi relatati mat-terroriżmu li jinvolvu total ta’ 106 persuni suspettati; jenfasizza li dawn l-aħħar każijiet, li huma parti minn lista twila ta’ 42 investigazzjoni amministrattiva u 51 investigazzjoni ġudizzjarja mill-elezzjoni ta’ İmamoğlu fl-2019, tnedew ftit jiem biss qabel l-elezzjoni interna tal-partit biex jinnominah kandidat presidenzjali u l-għada tad-deċiżjoni kontroversjata mill-Università ta’ Istanbul li tirrevoka d-diploma tiegħu, rekwiżit għall-eliġibbiltà tiegħu biex ikun President; jinsab ixxukkjat bid-deċiżjoni li jiġu pprojbiti temporanjament id-dimostrazzjonijiet kollha f’Istanbul u provinċji oħra madwar il-pajjiż, u bit-tnaqqis fir-ritmu tal-media soċjali, jikkundanna t-trażżin aħrax tal-awtoritajiet Torok tal-protesti paċifiċi tal-massa, inkluża d-detenzjoni ta’ kważi 2 000 ruħ, ħafna minnhom studenti, u l-prosekuzzjoni ta’ mijiet minnhom permezz ta’ proċessi tal-massa mgħaġġla b’nuqqas ta’ kwalunkwe evidenza ta’ għemil ħażin kriminali; jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar l-arrest illegali ta’ Esila Ayık, studentessa tal-fotografija bbażata f’Ghent u detenuta fit-8 ta’ April 2025 waqt protesti f’Istanbul, b’mod partikolari minħabba l-problemi tal-qalb u tal-kliewi mhux ittrattati; jitlob ir-rilaxx immedjat ta’ dawk kollha li għadhom detenuti u l-ħelsien mill-ħtija ta’ dawk kollha li nbdew proċedimenti kontrihom talli eżerċitaw id-drittijiet fundamentali tagħhom; jiddeplora l-arresti, id-detenzjonijiet u d-deportazzjonijiet ta’ ġurnalisti lokali u internazzjonali li jkopru l-protesti, bi ksur tal-libertà tal-istampa; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Torok jinvestigaw minnufih u b’mod effettiv l-allegazzjonijiet kollha ta’ fastidju u użu eċċessiv tal-forza kontra d-dimostranti u jiddefendu l-libertà ta’ għaqda u ta’ protesta; iqis li l-attakki kontra İmamoğlu jikkostitwixxu mossa politikament motivata bl-għan li tipprevjeni lil persuna leġittima milli toħroġ għall-elezzjonijiet li ġejjin u li b’dawn l-azzjonijiet l-awtoritajiet Torok attwali qed ikomplu jimbuttaw lill-pajjiż lejn mudell kompletament awtoritarju; jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ rispons b’saħħtu u unifikat tal-UE għal dawn l-iżviluppi allarmanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jesprimi wkoll it-tħassib tiegħu dwar il-kawżi separati reċenti kontra s-Sindku tas-CHP tad-distrett ta’ Beşiktaş ta’ Istanbul Rıza Akpolat, is-Sindku tas-CHP tad-distrett ta’ Beykoz ta’ Istanbul Alaattin Köseler, il-President tal-Fergħa taż-Żgħażagħ tas-CHP Cem Aydın, u l-President tal-Partit Zafer Ümit Özdag; jinsab ixxukkjat bir-repressjoni brutali u bla waqfien fuq kwalunkwe tip ta’ kritika li għaliha reċentement ġew soġġetti s-setturi kollha tas-soċjetà Torka mill-awtoritajiet Torok, kif muri, fost l-oħrajn, mill-każ ta’ Ayşe Barım, maniġer tat-talent magħruf sew li ilu l-ħabs mis-27 ta’ Jannar 2025 għall-allegat involviment fil-protesta ta’ Gezi Park 12-il sena ilu, l-investigazzjoni mnedija kontra Orhan Turan u Ömer Aras, il-President u Diriġent ta’ TÜSIAD, il-grupp kummerċjali ewlieni tal-pajjiż, u l-att ta’ akkuża, bl-għan li jiġu imposti sentenzi ħorox ta’ ħabs, tal-Kap Editur ta’ Halk TV Suat Toktaş u l-ġurnalisti Seda Selek, Barış Pehlivan, Serhan Asker and Kürşad Oğuz, li ġew illiberati proviżorjament; jinsab imħasseb dwar l-involviment f’dawn il-każijiet u każijiet oħra tal-Kap Prosekutur Pubbliku ta’ Istanbul maħtur reċentement Akın Gürlek, li għandu rekord twil ta’ involviment, f’pożizzjonijiet differenti, f’każijiet ta’ profil għoli kontra personalitajiet politiċi, u li jista’ jagħti raġunijiet biex tiġi kkunsidrata l-applikazzjoni ta’ miżuri restrittivi skont ir-reġim ta’ sanzjonijiet tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem; jinsab imħasseb ukoll dwar il-pressjoni finanzjarja dejjem tikber fuq il-muniċipalitajiet tal-oppożizzjoni u l-avviżi kontroversjali, bħal dik li saret fir-rigward taċ-ċentri ta’ kura matul il-jum immexxija mill-muniċipalitajiet tal-oppożizzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar id-deterjorament tad-drittijiet tan-nisa, dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru u dwar iż-żieda fl-inċidenza tal-femminiċidju fit-Turkija fl-2024, li ilha l-ogħla mill-2010, is-sena ta’ qabel l-iffirmar tal-Konvenzjoni ta’ Istanbul; itenni l-kundanna qawwija tiegħu tal-irtirar tat-Turkija, permezz ta’ digriet presidenzjali, minn dan il-ftehim internazzjonali u jtenni l-appell tiegħu biex din id-deċiżjoni titreġġa’ lura; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Torok itejbu l-qafas leġiżlattiv u l-implimentazzjoni tiegħu, inkluż billi japplikaw bis-sħiħ il-Liġi dwar il-Protezzjoni Nru 6284, sabiex jindirizzaw b’mod effettiv il-forom kollha ta’ vjolenza kontra n-nisa u l-prattika tal-hekk imsejjaħ “qtil għall-unur”, itemmu l-politika persistenti ta’ impunità billi jżommu responsabbli lil dawk li jabbużaw, u javvanzaw lejn l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, b’mod partikolari fir-rigward tal-parteċipazzjoni tan-nisa fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet u tat-tfassil tal-politika; iwissi kontra aktar indħil fid-drittijiet tan-nisa, kif muri mill-projbizzjoni reċenti tat-Turkija fuq l-operazzjonijiet ċesarji elettivi f’ċentri mediċi privati mingħajr ġustifikazzjoni medika, li jikkostitwixxi ksur inaċċettabbli tal-awtonomija fiżika tan-nisa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-ksur kontinwu u n-nuqqas ta’ protezzjoni tad-drittijiet fundamentali tal-persuni LGBTI+ fit-Turkija, inkluża ż-żieda fl-inċidenza ta’ diskors ta’ mibegħda, reati ta’ mibegħda u retorika diskriminatorja, kif ukoll l-istereotipi kontinwi tal-media bbażati fuq l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru; jiddeplora l-fatt li din id-diskriminazzjoni kontinwa spiss tiġi ssanzjonata mill-awtoritajiet, kif muri mill-arresti tal-massa li saru matul il-Pride ta’ Marzu fl-2023 u l-projbizzjoni tal-mixja fl-2024, filwaqt li l-parati kontra l-LGBTI+ kienu permessi; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Torok jieqfu jipprojbixxu l-attivitajiet kontra l-omofobija, inklużi l-parati Pride, b’effett immedjat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jilqa’ ż-żieda fid-djalogu mal-minoranzi Kristjani, iżda jenfasizza li ma ġie rreġistrat l-ebda progress sinifikanti fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-minoranzi etniċi u reliġjużi, b’mod partikolari fir-rigward tal-personalità ġuridika tagħhom, inklużi dawk tal-popolazzjoni Ortodossa Griega tal-gżejjer Gökçeada (Imvros) u Bozcaada (Tenedos); jitlob lit-Turkija timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta’ Venezja u s-sentenzi rilevanti kollha tal-QEDB f’dan ir-rigward; jinnota bi tħassib li r-rappreżentanti ta’ konfessjonijiet differenti, inklużi l-komunitajiet mhux Musulmani u Alevi, għadhom jiffaċċjaw ostakli burokratiċi meta jippruvaw jirreġistraw postijiet ta’ qima; jenfasizza li dan huwa ksur tad-dritt għal-libertà tar-reliġjon u tat-twemmin; jistieden lit-Turkija tadotta r-regolament tant mistenni dwar l-elezzjoni tal-membri tal-bord f’fondazzjonijiet ta’ minoranza mhux Musulmani li jikkontrollaw l-isptarijiet komunitarji; itenni l-appell tiegħu lit-Turkija biex tirrispetta r-rwol tal-Patrijarkat Ekumeniku għall-Insara Ortodossi fid-dinja kollha, tirrikonoxxi l-personalità ġuridika tiegħu u l-użu pubbliku tat-titlu ekkleżjastiku ta’ Patrijarka Ekumeniku; jistieden lit-Turkija tirrispetta u tipproteġi bis-sħiħ il-valur universali eċċellenti ta’ Hagia Sophia u tal-mużew Chora, li huma inklużi fil-Lista tal-Patrimonju Dinji tal-UNESCO; jinnota bi tħassib li t-Turkija għadha ma implimentatx żewġ deċiżjonijiet tal-Kumitat għall-Patrimonju Dinji tal-UNESCO tal-2021 u l-2023 rigward l-obbligi tagħha li tieħu miżuri speċjali biex tipproteġi dawn il-monumenti; jiddeplora n-nuqqas ta’ protezzjoni tal-Monasteru Panagia Soumela, li tressaq għall-inklużjoni fil-lista tal-Monumenti tal-Patrimonju Dinji tal-UNESCO; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu eliminati r-restrizzjonijiet fuq it-taħriġ, il-ħatra u s-suċċessjoni tal-kleru; jilqa’ l-ftuħ mill-ġdid previst tas-Seminarju ta’ Halki u jitlob li jitneħħew l-ostakli kollha għall-funzjonament xieraq tiegħu; jistieden lill-awtoritajiet Torok jinvestigaw u jressqu quddiem il-qorti b’mod effettiv lill-persuni responsabbli għal kwalunkwe reat ta’ mibegħda, inkluż diskors ta’ mibegħda, imwettqa kontra l-minoranzi; jikkundanna d-dikjarazzjonijiet antisemitiċi li saru fil-media u minn uffiċjali ta’ livell għoli wara l-attakki terroristiċi tal-Ħamas kontra Iżrael fis-7 ta’ Ottubru 2023; jinnota li dawn il-prattiki kollha kontra kwalunkwe minoranza reliġjuża mhumiex kompatibbli mal-valuri tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jilqa’ t-talba reċenti ta’ Abdullah Öcalan lill-PKK biex iċedi l-armi u jxolji, u biex jinvolvi ruħu fi proċess ta’ paċi, bħala pass storiku u tant mistenni li jista’ jgħin biex jintemm perjodu ta’ 40 sena ta’ vjolenza li kkawża aktar minn 40 000 mewta; ifaħħar l-isforzi li saru mill-partijiet ikkonċernati kollha involuti biex jiffaċilitaw dawn l-iżviluppi, inkluż l-approċċ kostruttiv ta’ mexxejja politiċi differenti li nbeda mill-mexxej tal-MHP Devlet Bahçeli, iż-żjarat fil-ħabs ta’ Imrali mogħtija lil delegazzjoni tal-Partit DEM, u l-konsultazzjonijiet wiesgħa li dan il-partit mexxa ma’ partiti politiċi oħra; jissottolinja li dan jirrappreżenta opportunità sinifikanti u jrid jiġi segwit minn proċess politiku inklużiv, bi rwol prominenti għall-Parlament Tork, immirat lejn ir-riżoluzzjoni paċifika u sostenibbli tal-kwistjoni Kurda fl-aspetti politiċi, soċjali, demokratiċi u relatati mas-sigurtà tiegħu; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu rispettati d-drittijiet tal-bniedem, il-pluraliżmu politiku, u d-drittijiet ċivili għaċ-ċittadini kollha, inklużi l-Kurdi; jiddispjaċih dwar ir-repressjoni politika kontinwa, il-fastidju ġudizzjarju u r-restrizzjonijiet fuq id-drittijiet kulturali u lingwistiċi li jiffaċċjaw iċ-ċittadini Kurdi, li jimminaw il-prinċipji demokratiċi u l-koeżjoni soċjali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kooperazzjoni reġjonali u relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Ikompli jfaħħar lit-Turkija talli ospitat madwar 3,1 miljun rifuġjat, inklużi 2,9 miljun Sirjan taħt protezzjoni temporanja fl-2024, tnaqqis minn 3,2 miljun fl-2023; itenni l-importanza tal-kollaborazzjoni tat-Turkija għall-ġestjoni effettiva u ordnata tal-flussi migratorji; jilqa’ wkoll il-fatt li, mill-2011, l-UE kkontribwiet għal dawn l-isforzi bi kważi EUR 10 biljun biex tassisti lit-Turkija f’li tospita lir-rifuġjati; jinnota li xi finanzjament tal-UE ġie allokat għat-tisħiħ tal-kontroll tal-fruntieri Torok u l-kapaċitajiet ta’ konteniment; jilqa’ d-deċiżjoni tal-UE li talloka EUR 1 biljun addizzjonali f’Diċembru 2024 biex tkompli tappoġġja l-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni u l-integrazzjoni tar-rifuġjati fit-Turkija mill-waqgħa tar-reġim ta’ Assad; fl-istess ħin, jinnota li dawn il-fondi kienu diġà ġew imwiegħda f’Mejju 2024, u għalhekk ma jikkostitwixxux fondi ġodda; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-akbar trasparenza u preċiżjoni fl-allokazzjoni tal-fondi u li l-proġetti ffinanzjati mill-UE, b’mod partikolari dawk relatati maċ-ċentri ta’ tneħħija u l-kontroll tal-fruntieri, jikkonformaw mal-istandards rilevanti kollha tad-drittijiet tal-bniedem; jinsab allarmat b’rapporti kredibbli li jikxfu ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-ċentri ta’ tneħħija ffinanzjati mill-UE fit-Turkija u jistieden lill-Kummissjoni tniedi rieżami trasparenti u indipendenti dwar il-kwistjoni; jinnota bi tħassib li ġiet irreġistrata żieda kontinwa fl-applikazzjonijiet għall-ażil fir-Repubblika ta’ Ċipru matul dawn l-aħħar snin; ifakkar fl-obbligu tat-Turkija li tieħu kull miżura meħtieġa biex twaqqaf ir-rotti ta’ migrazzjoni illegali u tipprevjeni l-ħolqien ta’ rotot ġodda bil-baħar jew fuq l-art għall-migrazzjoni illegali mit-Turkija lejn l-UE, partikolarment lejn il-Greċja u r-Repubblika ta’ Ċipru; jirrimarka r-riskji relatati ma’ kwalunkwe strumentalizzazzjoni tal-migranti possibbli mill-Gvern Tork; jissottolinja l-ħtieġa li tiġi żgurata l-protezzjoni tad-drittijiet u tal-libertajiet kollha tar-rifuġjati u tal-migranti; jistieden lit-Turkija tiżgura l-implimentazzjoni sħiħa u nondiskriminatorja tad-Dikjarazzjoni UE-Turkija tal-2016 u tal-Ftehim ta’ Riammissjoni bejn l-UE u t-Turkija fir-rigward tal-Istati Membri kollha, inkluża r-Repubblika ta’ Ċipru; jesprimi tama kawta li l-iżviluppi fis-Sirja gradwalment se jippermettu għadd dejjem akbar ta’ rifuġjati jirritornaw lejn pajjiżhom; itenni li r-ritorni għandhom jitwettqu biss fuq bażi volontarja u taħt kundizzjonijiet ta’ sikurezza u dinjità; jikkundanna l-attakki vjolenti ripetuti kontra r-rifuġjati u l-migranti xprunati minn retorika ksenofobika fost il-politiċi u l-komunitajiet ospitanti; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri tal-UE jżidu l-isforzi tagħhom biex jippreservaw l-ispazju umanitarju u ta’ protezzjoni għar-rifuġjati Sirjani fit-Turkija u jirrispettaw il-prinċipju ta’ non-refoulement bħala pedament tal-politiki tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Itenni l-interess qawwi tiegħu fl-istabbiltà u s-sigurtà fil-Lvant tal-Mediterran; jilqa’ t-tnaqqis kontinwu tat-tensjonijiet u l-impuls pożittiv fir-reġjun kif ukoll il-klima reċenti ta’ impenn imġedded bejn it-Turkija u l-Greċja, minkejja li l-kwistjonijiet mhux solvuti għadhom jaffettwaw ir-relazzjonijiet bilaterali; jiddeplora l-fatt li t-Turkija qed tkompli tikser is-sovranità u d-drittijiet sovrani tal-Istati Membri tal-UE, bħall-Greċja u r-Repubblika ta’ Ċipru, inkluż permezz tal-promozzjoni tad-duttrina tal-Homeland Blu; jissottolinja li, għalkemm il-ksur Tork tal-ispazju tal-ajru Grieg naqas drastikament, il-ksur tal-ilmijiet territorjali Griegi żdied meta mqabbel mal-2023, u twettqu attivitajiet tas-sajd illegali sistematiċi minn bastimenti Torok fl-ilmijiet territorjali Griegi; jesprimi t-tħassib kbir tiegħu li t-Turkija qed tkompli ssostni theddida formali ta’ gwerra kontra l-Greċja (<STRING ITALIC="on">casus belli</STRING>) , li kieku din teżerċita d-dritt legali tagħha li testendi l-ibħra territorjali tagħha sa 12-il mil nawtiku fil-Baħar Eġew, f’konformità mal-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar; jistieden lit-Turkija tirrispetta bis-sħiħ is-sovranità tal-Istati Membri kollha tal-UE fuq il-baħar territorjali u l-ispazju tal-ajru tagħhom, u d-drittijiet l-oħrajn sovrani tagħhom, inkluż id-dritt li jesploraw u jisfruttaw ir-riżorsi naturali, f’konformità mad-dritt tal-UE u dak internazzjonali, inkluża l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar (UNCLOS), li hija parti mill-<STRING ITALIC="on">acquis</STRING> tal-UE; itenni l-fehma tiegħu li l-memorandum ta’ qbil bejn it-Turkija u l-Libja dwar id-delimitazzjoni ta’ ġuriżdizzjonijiet marittimi fil-Mediterran tikser id-drittijiet sovrani ta’ Stati terzi, mhix konformi mad-Dritt tal-Baħar u ma tista’ tipproduċi l-ebda effett ġuridiku fil-konfront ta’ Stati terzi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jiddispjaċih għall-fatt li l-problema ta’ Ċipru għadha mhux solvuta, u jitlob impenn mill-ġdid serju u r-rieda politika tal-partijiet kollha involuti biex iwasslu għal negozjati paċifiċi mmexxija min-NU, bl-għan li jinkiseb progress reali fit-taħditiet dwar is-soluzzjoni ta’ Ċipru; jilqa’ t-tkomplija tat-taħditiet informali taħt il-patroċinju tas-Segretarju Ġenerali tan-NU fit-18 u d-19 ta’ Marzu 2025, li saru f’atmosfera kostruttiva li fiha ż-żewġ naħat urew impenn ċar biex jagħmlu progress u jkomplu d-djalogu; jilqa’ l-ftehim bejn iż-żewġ naħat dwar il-ftuħ ta’ erba’ punti ta’ qsim, it-tneħħija tal-mini, l-istabbiliment ta’ kumitat għall-affarijiet taż-żgħażagħ u t-tnedija ta’ proġetti ambjentali u tal-enerġija solari, bħala parti minn sett ġdid ta’ miżuri għall-bini tal-fiduċja; iħeġġeġ lin-naħat kollha jużaw dan il-momentum biex jimxu lejn it-tkomplija tan-negozjati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jerġa’ jafferma bil-qawwa l-fehma tiegħu li l-unika soluzzjoni għall-problema ta’ Ċipru hija ta’ soluzzjoni ġusta, komprensiva, vijabbli u demokratika, inkluż fl-aspetti esterni tagħha, fi ħdan il-qafas tan-NU, abbażi ta’ federazzjoni bikomunitarja u biżonali b’personalità ġuridika internazzjonali unika, sovranità unika, ċittadinanza unika u ugwaljanza politika, kif stabbilit fir-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, l-oqsma maqbula ta’ konverġenza u l-Qafas tas-Segretarju Ġenerali tan-NU, kif ukoll f’konformità mad-dritt internazzjonali, u l-prinċipji u l-valuri li fuqhom hija msejsa l-Unjoni; jikkundanna bil-qawwa t-tentattivi tat-Turkija li ttejjeb l-istatus tal-entità seċessjonista f’Ċipru okkupat, anki permezz tal-Organizzazzjoni tal-Istati Torok, u jistieden lill-Istati kollha jirrispettaw is-sovranità ta’ Ċipru f’konformità mar-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti; jitlob, bħala kwistjoni urġenti, li jitkomplew in-negozjati dwar ir-riunifikazzjoni ta’ Ċipru fl-ambitu tal-awspiċji tas-Segretarju Ġenerali tan-NU malajr kemm jista’ jkun, mill-punt li minnu ġew interrotti fi Crans-Montana fl-2017; jistieden lit-Turkija tabbanduna l-proposta inaċċettabbli għal soluzzjoni ta’ żewġ stati f’Ċipru u terġa’ lura għall-bażi miftiehma għal soluzzjoni u l-qafas tan-NU; jistieden ukoll lit-Turkija tirtira t-truppi tagħha minn Ċipru u żżomm lura minn kwalunkwe azzjoni unilaterali li ssaħħaħ il-qasma permanenti tal-gżira u milli tieħu xi azzjoni li tbiddel il-bilanċ demografiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jistieden lit-Turkija tirrispetta l-istatus taż-żona ta’ lqugħ u l-mandat tal-Forza tan-NU inkarigata miż-żamma tal-paċi f’Ċipru (UNFICYP); itenni t-talba tiegħu għall-kooperazzjoni bejn ir-Repubblika ta’ Ċipru, it-Turkija, ir-Renju Unit u n-NU biex jimplimentaw miżuri konkreti għad-demilitarizzazzjoni taż-żona ta’ lqugħ, u biex itejbu s-sigurtà fuq il-gżira; iħeġġeġ lit-Turkija u lit-tmexxija Ċiprijotta Torka jreġġgħu lura l-azzjonijiet u l-ksur unilaterali kollha fiż-żona ta’ lqugħ u fil-viċinanza tagħha u jżommu lura minn kwalunkwe azzjoni u provokazzjoni oħra bħal dawn; jikkundanna l-“ftuħ” li għaddej bħalissa ta’ Varosha mit-Turkija, peress li dan ibiddel b’mod negattiv is-sitwazzjoni fuq il-post, jimmina l-fiduċja reċiproka u jħalli impatt b’mod negattiv fuq it-tkomplija tat-taħditiet diretti dwar is-soluzzjoni komprensiva tal-problema ta’ Ċipru; jistieden lit-Turkija treġġa’ lura l-azzjonijiet illegali tagħha bi ksur tar-riżoluzzjonijiet 550(1984) u 789(1992) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar il-Varosha, li jistiednu lit-Turkija tittrasferixxi ż-żona ta’ Varosha lill-abitanti legali tagħha taħt l-amministrazzjoni temporanja tan-NU, u tirtira minn Strovilia u tiffaċilita l-implimentazzjoni sħiħa tal-Ftehim ta’ Pyla;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Itenni t-tħassib serju tiegħu dwar l-azzjonijiet unilaterali kollha li għandhom l-għan li jistabbilixxu fuq il-post id-diviżjoni permanenti ta' Ċipru għall-kuntrarju tar-riunifikazzjoni tiegħu; jikkundanna, f'dan il-kuntest, iż-żjara illegali reċenti tal-President Erdoğan fiż-żoni okkupati tar-Repubblika ta' Ċipru, kif ukoll id-dikjarazzjonijiet provokattivi tiegħu, li jipperikolaw l-isforzi tan-NU, tal-UE, tal-komunità internazzjonali inġenerali u ta' partijiet oħra involuti għat-tkomplija ta' negozjati sostanzjali fil-qafas miftiehem; jiddispjaċih li tali azzjonijiet unilaterali jammontaw għal intervent illeġittimu dirett kontra l-interessi tal-komunitajiet Ċiprijotti Griegi u Torok;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Itenni l-istedina tiegħu lit-Turkija biex tagħti lill-komunità Ċiprijotta Torka l-ispazju meħtieġ biex taġixxi skont ir-rwol tagħha bħala komunità leġittima tal-gżira, li huwa dritt garantit mill-kostituzzjoni tar-Repubblika ta’ Ċipru; itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni biex iżżid l-isforzi tagħha biex tiddjaloga mal-komunità Ċiprijotta Torka, bil-ħsieb li tiġi ffaċilitata r-riżoluzzjoni tal-problema ta’ Ċipru u jfakkar li postha hu fl-Unjoni Ewropea; jitlob lill-partijiet kollha involuti juru approċċ aktar kuraġġuż biex iqarrbu lill-komunitajiet lejn xulxin; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-korp tad-dritt tal-UE jiġi implimentat fil-gżira kollha wara riżoluzzjoni komprensiva tal-problema ta’ Ċipru;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jieħu nota tal-ħidma sinifikanti tal-Kumitat għall-Persuni Nieqsa f’Ċipru (CMP) u jitlob aċċess imtejjeb għaż-żoni militari okkupati mill-armata Torka, aċċess għall-arkivji militari tiegħu u informazzjoni dwar ir-rilokazzjoni tal-fdalijiet minn siti ta’ dfin preċedenti għal siti ta’ dfin sussegwenti; jibqa’ mħasseb ħafna dwar ir-restrizzjonijiet fl-edukazzjoni u reliġjużi u l-impedimenti li jħabbtu wiċċhom magħhom iċ-Ċiprijotti Griegi enklavati; jistieden lit-Turkija żżid il-kooperazzjoni tagħha mal-Kunsill tal-Ewropa u l-korpi u l-istituzzjonijiet rilevanti tiegħu, tindirizza r-rakkomandazzjonijiet ewlenin tagħhom, timplimenta bis-sħiħ il-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fir-rigward tar-rispett tal-libertà tar-reliġjon u l-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni, u d-dritt ta’ aċċess u ta’ tgawdija tal-wirt kulturali, u twaqqaf il-qerda intenzjonata tal-wirt kulturali u reliġjuż; jikkundanna t-tentattivi ripetuti mit-Turkija biex tintimida u ssikket ġurnalisti Ċiprijotti Torok, it-trade unionists, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u ċ-ċittadini progressivi fil-komunità Ċiprijotta Torka, u b’hekk tikser id-dritt tagħhom għal-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni; jistieden lit-Turkija twaqqaf il-politika aggressiva pproklamata tagħha tal-bejgħ u l-isfruttament ta’ proprjetajiet Ċiprijotti Griegi, politika mfassla biex toħloq effetti irriversibbli fuq il-post u li tinjora kompletament id-deċiżjoni tal-Kodiċi Ewropew tad-Drittijiet tal-Bniedem dwar din il-kwistjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għar-rifjut kontinwu tat-Turkija li tikkonforma mal-liġi dwar l-avjazzjoni u tistabbilixxi kanal ta’ komunikazzjoni bejn iċ-ċentri ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru fit-Turkija u r-Repubblika ta’ Ċipru, li n-nuqqas tiegħu jinvolvi riskji għas-sikurezza u perikli reali kif identifikat mill-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Internazzjonali ta’ Assoċjazzjonijiet tal-Bdoti tal-Linji tal-Ajru; jesprimi dispjaċir ukoll għaċ-ċaħda tagħha ta’ aċċess għal bastimenti taħt il-bandiera ta’ Stat Membru wieħed għall-Istretti tal-Bosporu u tad-Dardanelli; huwa tal-fehma li dawn jistgħu jkunu oqsma fejn it-Turkija tista’ tagħti prova tal-impenn tagħha għal miżuri ta’ bini ta’ fiduċja u jappella lit-Turkija tikkollabora billi timplimenta bis-sħiħ il-liġi tal-avjazzjoni tal-UE; jiddispjaċih li t-Turkija kompliet it-tentattivi tagħha li timpedixxi l-implimentazzjoni tal-Interkonnettur tal-Baħar il-Kbir, proġett tal-UE ta’ interess komuni, u ppersistiet fil-pjanijiet tagħha għal interkonnettur tal-elettriku illegali maż-żona okkupata ta’ Ċipru;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jiddispjaċih li għal 20 sena t-Turkija rrifjutat li timplimenta l-obbligi assunti fil-konfront tal-UE, inklużi dawk fir-rigward ta’ Ċipru, skont il-Qafas ta’ Negozjar ta’ Ottubru 2005; jenfasizza li r-rikonoxximent tal-Istati Membri kollha huwa komponent neċessarju tal-proċess ta’ adeżjoni; itenni l-appell tiegħu lit-Turkija biex tissodisfa l-obbligu ta’ implimentazzjoni sħiħa u nondiskriminatorja tal-Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim ta’ Ankara fir-rigward tal-Istati Membri kollha, inkluża r-Repubblika ta’ Ċipru; jistieden ukoll lit-Turkija tiżgura li d-drittijiet tal-bniedem u dawk politiċi taċ-Ċiprijotti kollha jiġu rispettati bis-sħiħ u li tiġi ggarantita l-konformità mal-prinċipji fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-<STRING ITALIC="on">acquis</STRING> Ewropew;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jafferma l-appoġġ tiegħu għal futur liberu, sikur u stabbli għas-Sirja u għaċ-ċittadini tagħha u l-bżonn ta’ tranżizzjoni politika inklużiva u paċifika li tkun immexxija mis-Sirjani u li tappartjeni għas-Sirjani, inkluż il-protezzjoni u l-inklużjoni ta’ komunitajiet reliġjużi u etniċi; jesprimi l-impenn tiegħu għal kooperazzjoni kostruttiva bejn l-UE u t-Turkija għal dak l-għan, dwar l-għajnuna umanitarja, il-promozzjoni ta’ soluzzjoni politika sostenibbli fis-Sirja, u l-ġlieda kontra d-Da’esh, peress li t-Turkija għandha rwol ewlieni fil-promozzjoni tal-istabbiltà fir-reġjun; ifakkar li s-sovranità tas-Sirja trid terġa’ tiġi stabbilita; jirrikonoxxi l-importanza tal-bini mill-ġdid tal-ekonomija tas-Sirja bħala pilastru tal-istabbiltà u l-prosperità fit-tul għar-reġjun; jistieden lit-Turkija tirrispetta l-integrità territorjali u s-sovranità tas-Sirja u twaqqaf immedjatament l-attakki u l-inkurżjonijiet kollha fuq it-territorju Sirjan u l-okkupazzjoni tiegħu f’konformità sħiħa mad-dritt internazzjonali; jikkundanna l-attakki mwettqa f’dawn l-aħħar ġimgħat, li ħadu vantaġġ mill-kollass tar-reġim ta’ Assad, mill-milizzji appoġġjati mit-Turkija kontra l-forzi Kurdi Sirjani fit-Tramuntana tas-Sirja; jesprimi tħassib serju, peress li dawn iżidu l-għadd ta’ persuni spostati internament iżda jheddu wkoll l-effiċjenza u l-kontinwità tal-ġlieda kontra d-Da’esh; jinnota li l-preżenza kontinwa tiegħu tirriskja li tkompli tiddestabbilizza u timmina l-isforzi lejn riżoluzzjoni politika sostenibbli fis-Sirja; jinnota wkoll li, minħabba tħassib dwar is-sigurtà, it-Turkija tokkupa wkoll illegalment żoni fl-Iraq; itenni li l-popolazzjonijiet ċivili qatt ma għandhom ikunu vittmi ta’ awtodifiża militari; jitlob li ssir investigazzjoni meħtieġa dwar il-kawżi li fihom kien hemm vittmi ċivili u li titwaqqaf ir-repressjoni tal-ġurnalisti li jaħdmu fiż-żona; jistieden lit-Turkija tappoġġja l-proċess ta’ implimentazzjoni tal-ftehim bejn il-gvern tranżizzjonali Sirjan u l-FSD immexxi mill-Kurdi u żżomm lura minn kwalunkwe interferenza fil-proċessi interni tas-Sirja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jappoġġja n-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-Armenja u t-Turkija fl-interessi tar-rikonċiljazzjoni, ir-relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat, l-istabbiltà u s-sigurtà reġjonali, u l-iżvilupp soċjoekonomiku, u jilqa’ l-progress miksub sa issa; jilqa’ l-isforzi kontinwi biex jerġgħu jiġu stabbiliti r-rabtiet bejn iż-żewġ pajjiżi; iħeġġeġ lit-Turkija tiżgura l-implimentazzjoni rapida tal-ftehimiet milħuqa mir-rappreżentanti speċjali tal-Gvernijiet tat-Turkija u tal-Armenja, bħall-ftuħ tal-ispazju tal-ajru u l-fruntiera bejn iż-żewġ pajjiżi għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi, u, sussegwentement, għad-detenturi ta’ passaporti diplomatiċi; jilqa’ l-ftuħ temporanju tal-qsim tal-fruntiera Margara-Alican bejn l-Armenja u t-Turkija biex jiġi ffaċilitat it-twassil tal-għajnuna umanitarja lis-Sirja; jesprimi t-tama li dawn l-iżviluppi jistgħu jagħtu spinta lin-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet fir-reġjun tal-Kawkasu tan-Nofsinhar, anke f’termini ta’ sigurtà u żvilupp soċjoekonomiku, u jenfasizza l-interess tal-UE li tappoġġja dan il-proċess; iħeġġeġ lit-Turkija taqdi rwol kostruttiv fil-promozzjoni tal-istabbiltà reġjonali billi tiffaċilita l-konklużjoni rapida tal-proċess ta’ paċi bejn l-Armenja u l-Ażerbajġan, fost l-oħrajn billi teżerċita l-influwenza tagħha fuq l-Ażerbajġan u billi tiskoraġġixxi lill-Ażerbajġan minn kwalunkwe azzjoni militari ulterjuri kontra s-sovranità Armena; jinkoraġġixxi għal darb’oħra lit-Turkija tirrikonoxxi l-ġenoċidju Armen sabiex titwitta t-triq għal rikonċiljazzjoni ġenwina bejn il-poplu Tork u l-poplu Armen u tirrispetta b’mod sħiħ l-obbligi tagħha li tipproteġi l-patrimonju kulturali Armen;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jinnota li l-pożizzjoni tat-Turkija fir-rigward tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna tkompli taffettwa r-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija, hekk kif it-Turkija tipprova żżomm rabtiet kemm mal-Punent kif ukoll mar-Russja simultanjament; jinnota t-tentattivi diplomatiċi tat-Turkija biex timmedja bejn ir-Russja u l-Ukrajna, b’mod partikolari fir-rigward tal-Inizjattiva tal-Baħar l-Iswed dwar iċ-Ċereali, kif ukoll l-appoġġ kontinwu tagħha għall-integrità territorjali u s-sovranità tal-Ukrajna, inkluż il-vot tagħha favur ir-riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tan-NU li jikkundannaw l-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna; jiddispjaċih li, min-naħa l-oħra, il-kummerċ bejn it-Turkija u r-Russja żdied drastikament mill-bidu tal-gwerra fl-Ukrajna, u b’hekk it-Turkija saret it-tieni l-akbar sieħba kummerċjali tar-Russja minkejja s-sanzjonijiet tal-UE kontra r-Russja, u li t-Turkija hija l-uniku Stat Membru tan-NATO li ma impona l-ebda sanzjoni fuq ir-Russja; jinnota wkoll li l-uffiċċju kontra l-frodi tal-Unjoni Ewropea, l-OLAF, beda investigazzjoni dwar lakuna li tippermetti lil pajjiżi bħat-Turkija jirrimarkaw iż-żejt Russu sanzjonat u jesportawh lejn l-UE; jilqa’, madankollu, il-passi pożittivi bħall-imblukkar tat-Turkija tal-esportazzjonijiet lejn ir-Russja għal ċerti oġġetti b’użu doppju, kif ukoll prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti u mir-Renju Unit li huma ta’ benefiċċju għall-azzjoni militari Russa; itenni t-talba tiegħu lill-Gvern Tork biex iwaqqaf il-pjanijiet tiegħu għall-Impjant tal-Enerġija Nukleari ta’ Akkuyu, li se jinbena, jitħaddem u jkun proprjetà tal-korporazzjoni tal-enerġija atomika tal-istat tar-Russja, Rosatom; jesprimi tħassib dwar id-diskussjonijiet li għaddejjin tat-Turkija mar-Russja biex jiġi stabbilit ċentru għan-negozjar tal-gass f’Istanbul, skedat li jibda jopera fl-2025;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jilqa’ l-parteċipazzjoni tat-Turkija f’diversi missjonijiet u operazzjonijiet ta’ ġestjoni tal-kriżijiet (fil-qafas tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni); jiddispjaċih, madankollu, bid-deterjorament ulterjuri tal-livell ta’ allinjament fuq il-pożizzjonijiet dwar il-politika estera u ta’ sigurtà komuni, inkluż dawk relatati mas-sanzjonijiet u mal-ġlieda kontra ċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet, li niżel f’livell storikament baxx ta’ 5 %, l-aktar baxx fost il-pajjiżi kollha fil-fażi tal-adeżjoni; ifakkar li l-pajjiżi kandidati tal-UE huma meħtieġa jallinjaw progressivament mal-politika estera u ta’ sigurtà komuni tal-Unjoni Ewropea u jikkonformaw mad-dritt internazzjonali; jiddispjaċih li t-Turkija ma ħadet l-ebda pass f’dan ir-rigward, b’mod partikolari billi naqset milli tallinja ruħha mas-sanzjonijiet tal-UE kontra r-Russja, u li f’ħafna oqsma ta’ interess reċiproku l-politiki barranin tal-UE u tat-Turkija huma diverġenti b’mod inkwetanti; iħeġġeġ lit-Turkija tallinja ruħha mas-sanzjonijiet tal-UE kontra r-Russja u timplimentahom bis-sħiħ, inkluż dwar miżuri kontra ċ-ċirkomvenzjoni u tikkoopera mill-qrib mal-Mibgħut tas-Sanzjonijiet tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-UE u t-Turkija fi kwistjonijiet ta’ sigurtà globali, b’mod partikolari fid-dawl tax-xenarju ġeopolitiku li qed jinbidel u l-bidliet potenzjali fil-politika barranija tal-Istati Uniti; jesprimi tama kawta li impenn informali reċenti, bħall-parteċipazzjoni tal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Tork fil-laqgħa informali tal-ministri tal-affarijiet barranin tal-UE fl-2024, jista’ jipprovdi impetu lejn relazzjonijiet aħjar; jirrikonoxxi r-rwol ewlieni tat-Turkija bħala alleat fin-NATO u jilqa’ d-deċiżjoni tal-Parlament Tork li jirratifika l-adeżjoni tal-Iżvezja man-NATO f’Jannar 2024; ifakkar, f’dan ir-rigward, li t-Turkija għandha responsabbiltà ewlenija li trawwem l-istabbiltà kemm fil-livell reġjonali kif ukoll f’dak globali u hija mistennija taġixxi f’konformità mal-obbligi tagħha tan-NATO, speċjalment minħabba t-taqlib ġeopolitiku attwali; jinkoraġġixxi impenn kostruttiv fi djalogu politiku aktar strutturat u frekwenti dwar il-politika barranija, ta’ sigurtà u ta’ difiża biex tinkiseb kollaborazzjoni dwar interessi konverġenti filwaqt li ssir ħidma biex jitnaqqsu d-diverġenzi, b’mod partikolari fir-rigward tat-tneħħija ta’ ostakli persistenti għat-tisħiħ ta’ relazzjoni ġenwina bejn l-UE u n-NATO, inkluż l-akkwist mir-Russja tas-sistema ta’ difiża tal-ajru S-400; jibqa’ debitament imħasseb li t-Turkija tkompli teskludi Stat Membru mill-kooperazzjoni man-NATO;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jilqa’ l-pożizzjoni li ilha teżisti tat-Turkija favur soluzzjoni ta’ żewġ stati għall-kunflitt Iżraeljan-Palestinjan, it-talbiet tagħha għal waqfien mill-ġlied fil-gwerra Iżraeljana-Ħamas, u l-isforzi kontinwi tagħha biex tipprovdi għajnuna umanitarja lil Gaża matul il-kunflitt; jiddispjaċih ħafna, fl-istess ħin, dwar l-appoġġ attiv tal-awtoritajiet Torok, inkluż il-President, għall-grupp terroristiku tal-Ħamas elenkat mill-UE u l-pożizzjoni tagħhom dwar l-attakk kontra Iżrael fis-7 ta’ Ottubru 2023, li l-Gvern Tork naqas milli jikkundanna; jirrimarka li l-appoġġ miftuħ tat-Turkija għall-Ħamas u r-rifjut tagħha li tiddenomina organizzazzjoni terroristika mhumiex kompatibbli mal-politika estera u ta’ sigurtà tal-UE; jitlob, għalhekk, reviżjoni ta’ din il-pożizzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jinnota bi tħassib li t-Turkija talbet li tkun membru tal-BRICS+ u li ġiet offruta status ta’ “pajjiż sieħeb”, u qed tikkunsidra l-istess għall-Organizzazzjoni ta’ Kooperazzjoni ta’ Shanghai (SCO), fejn għandha l-istatus ta’ sieħba ta’ djalogu; jesprimi tħassib serju dwar l-interess dejjem akbar tat-Turkija f’qafas ta’ sħubija alternattiv, li huwa fundamentalment inkompatibbli mal-proċess ta’ adeżjoni mal-UE; jinsisti li l-istatus il-ġdid tat-Turkija bħala pajjiż sieħeb tal-BRICS ma jridx jaffettwa r-responsabbiltajiet tat-Turkija fi ħdan in-NATO; jinnota li t-Turkija ilha trawwem formati ta’ kooperazzjoni, sħubijiet u alleanzi reġjonali lil hinn mill-UE; jinsab imħasseb dwar it-tendenza tat-Turkija li tuża dan l-approċċ b’diversi vetturi biex tavvanza l-interessi tagħha mingħajr ma timpenja ruħha għal kooperazzjoni sħiħa ma’ kwalunkwe waħda minn dawn l-alleanzi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jibqa’ mħasseb dwar l-użu mill-Gvern Tork tad-dijaspora Torka bħala strument għall-indħil okkażjonali fil-politiki interni tal-Istati Membri tal-UE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Riformi soċjoekonomiċi u ta’ sostenibbiltà</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jilqa’ pożittivament il-fatt li t-Turkija reġgħet lura għal politika ekonomika u monetarja aktar konvenzjonali filwaqt li żammet tkabbir sod u defiċit tal-gvern moderat; jiddispjaċih, madankollu, li l-prezz ta’ din is-sitwazzjoni għal darb’oħra qed iħallsuh iċ-ċittadini fil-forma ta’ rati ta’ mgħax ogħla; jenfasizza li l-vulnerabbiltajiet soċjali żdiedu, b’mod partikolari fost it-tfal u l-anzjani, primarjament minħabba n-nuqqas ta’ strateġija komprensiva għat-tnaqqis tal-faqar u l-inugwaljanzi fl-introjtu; jissottolinja l-ħtieġa li l-awtoritajiet Torok jimplimentaw miżuri komprensivi ta’ protezzjoni soċjali, isaħħu d-drittijiet ta’ negozjar kollettiv u jiżguraw li r-riformi ekonomiċi jipprijoritizzaw it-tnaqqis tal-inugwaljanza u l-ħolqien ta’ opportunitajiet ta’ xogħol deċenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jiddispjaċih għall-fatt li minkejja l-progress osservat fil-politiki ekonomiċi u monetarji, azzjonijiet oħra mill-Gvern Tork li jaffettwaw l-istat tad-dritt għadhom jimminaw il-prinċipji bażiċi bħaċ-ċertezza legali, li għandha impatt negattiv fuq il-kapaċità potenzjali tat-Turkija li tirċievi investimenti; jilqa’ t-tneħħija tat-Turkija mil-lista griża tat-Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja (FATF) f’Ġunju 2024, wara progress sinifikanti fit-titjib tar-reġim tagħha kontra l-ħasil tal-flus u fil-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jilqa’ ż-żieda, min-naħa tat-Turkija, fl-attività ta’ investiment fis-settur tal-enerġija ekoloġika u jistieden lit-Turkija tkompli ttejjeb il-kompatibbiltà tal-politika enerġetika tagħha mal-<STRING ITALIC="on">acquis</STRING> tal-UE, li tisfrutta l-potenzjal enormi tat-Turkija f’dak li jikkonċerna enerġija rinnovabbli; jesprimi tħassib dwar in-nuqqas ta’ kwalunkwe progress sinifikanti fl-azzjoni klimatika, b’mod partikolari minħabba n-nuqqas ta’ liġi komprensiva dwar il-klima, sistema interna għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet, u strateġija ta’ żvilupp fit-tul b’emissjonijiet baxxi, li jimminaw il-mira tagħha tan-newtralità klimatika għall-2053; jenfasizza l-ħtieġa ta’ qafas legali robust u mekkaniżmi ta’ infurzar aktar stretti biex jiġu ssalvagwardjati r-riżorsi ambjentali u naturali; iħeġġeġ lit-Turkija tallinja l-politiki ambjentali tagħha mal-<STRING ITALIC="on">acquis</STRING> tal-UE, inkluż ir-rispett tal-ħabitats naturali meta twettaq proġetti ta’ estrazzjoni minerarja, u jissottolinja l-importanza tal-aderenza tat-Turkija mal-Konvenzjoni ta’ Aarhus; ifaħħar il-ħidma tad-difensuri tad-drittijiet ambjentali fit-Turkija u jwissi kontra l-impatt ambjentali mwiegħer ta’ proġetti estensivi tal-gvern, bħall-espansjoni tal-attivitajiet tiegħu ta’ estrazzjoni tar-ram fil-Muntanja Ida (Kaz Daglari);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jenfasizza l-fatt li t-Turkija ħadet passi biex tiddiversifika l-provvisti tal-enerġija u żżid is-sehem tal-enerġija rinnovabbli tagħha; jinnota li l-pajjiż huwa s-seba’ l-akbar suq tal-LNG u jenfasizza l-potenzjal tiegħu bħala ċentru tal-enerġija reġjonali; jieħu nota li t-Turkija qablet mal-għanijiet globali dwar l-effiċjenza enerġetika u l-kapaċità tal-enerġija rinnovabbli sal-2030; jistieden lill-Kummissjoni tqis il-potenzjal tat-Turkija bħala ċentru tal-enerġija reġjonali f’inizjattivi biex tiżdied il-kapaċità rinnovabbli installata fir-reġjun tal-Mediterran u fl-iżvilupp tal-Patt il-Ġdid għall-Mediterran, u jitlob li l-kooperazzjoni fl-enerġija tkun parti mill-aġenda komuni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Josserva xi titjib fil-kundizzjonijiet tas-suq tax-xogħol u jindika għadd ta’ sfidi kritiċi pendenti, bħall-impjiegi informali, id-differenza bejn il-ġeneri, u l-inugwaljanza fl-introjtu; jinsab imħasseb dwar il-kopertura baxxa tan-negozjar kollettiv u n-nuqqas ta’ rikonoxximent tad-drittijiet tat-trade unions għal ċerti impjegati tas-settur pubbliku; jemmen li huma meħtieġa aktar sforzi biex jissaħħu l-mekkaniżmi tad-djalogu soċjali u jiġu indirizzati l-isfidi emerġenti tas-sikurezza okkupazzjonali; ifakkar li l-libertà tat-trade unions u d-djalogu soċjali huma kruċjali għall-iżvilupp u għall-prosperità ta’ soċjetà pluralista; jiddeplora, f’dan ir-rigward, id-detenzjonijiet reċenti ta’ trade unionists, inklużi Remzi Çalişkan, Viċi President tal-Konfederazzjoni DISK, u President ta’ Genel-İş, li nħeles wara xahar ħabs, Kemal Göksoy, President tal-Fergħa Mersin ta’ Genel-İş, li għadu l-ħabs, u Mehmet Türkmen, President tal-unjoni tas-settur tat-tessuti BİRTEK SEN, li ġie detenut fl-14 ta’ Frar 2025;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Relazzjonijiet usa’ bejn l-UE u t-Turkija</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Itenni l-konvinzjoni soda tiegħu li, lil hinn mill-proċess ta’ adeżjoni li bħalissa jinsab iffriżat, it-Turkija hija pajjiż ta’ rilevanza strateġika, sieħba fundamentali għall-istabbiltà tar-reġjun ġenerali u għandha rwol importanti f’li tindirizza l-isfidi ta’ sigurtà, il-ġestjoni tal-migrazzjoni, il-ġlieda kontra t-terroriżmu, u s-sigurtà enerġetika; jenfasizza l-importanza li jinżamm djalogu kostruttiv u li tiġi approfondita l-kooperazzjoni f’oqsma ta’ interess strateġiku reċiproku; jindika għadd ta’ oqsma ta’ politika għall-involviment futur, kemm jekk it-tranżizzjoni ekoloġika, il-kummerċ, l-enerġija, unjoni doganali modernizzata u l-liberalizzazzjoni tal-viża, fost l-oħrajn; ifakkar, madankollu, li r-rigress demokratiku u n-nuqqas ta’ allinjament mal-PESK ma jwasslux għal progress sinifikanti f’dak ir-rigward; jafferma mill-ġdid li l-UE hija impenjata li ssegwi l-aħjar relazzjonijiet possibbli mat-Turkija abbażi tad-djalogu, ir-rispett u l-fiduċja reċiproka, f’konformità mad-dritt internazzjonali u r-relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li titħeġġeġ sħubija aktar profonda fis-setturi ekonomiċi kollha, għall-benefiċċju tal-UE u tal-Istati Membri kollha tagħha u tat-Turkija; jinnota b’mod partikolari l-importanza tal-kooperazzjoni fl-oqsma tal-enerġija, l-innovazzjoni, l-intelliġenza artifiċjali, is-saħħa, is-sigurtà u l-ġestjoni tal-migrazzjoni, fost l-oħrajn; f’dan ir-rigward, jinnota li saru diversi djalogi ta’ livell għoli (HLDs) dan l-aħħar, inkluż l-HLD dwar il-kummerċ u l-HLD dwar l-ekonomija, bħala passi lejn forom prammatiċi ta’ kooperazzjoni f’oqsma ta’ importanza reċiproka; jappella għal darb’oħra għat-tkomplija tal-HLDs rilevanti kollha u għall-istabbiliment ta’ HLDs strutturati dwar il-kooperazzjoni settorjali, biex jiġu indirizzati sfidi komuni u jiġu esplorati opportunitajiet, bil-kundizzjoni li tali kooperazzjoni trid timxi id f’id ma’ kundizzjonalità ċara u konsistenti bbażata fuq ir-rispett għall-prinċipji demokratiċi, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, kif issottolinjat qabel f’din ir-riżoluzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jinsab lest li jappoġġja unjoni doganali aġġornata b’kamp ta’ applikazzjoni usa’ u ta’ benefiċċju reċiproku, li jista’ jinkludi firxa wiesgħa ta’ oqsma ta’ interess komuni, inklużi d-diġitalizzazzjoni, l-allinjament tal-Patt Ekoloġiku għall-politiki dwar l-enerġija ekoloġika, l-akkwist pubbliku, l-impenji ta’ żvilupp sostenibbli, u d-diliġenza dovuta, li jikkontribwixxu għas-sigurtà ekonomika taż-żewġ naħat; jappoġġja l-akkumpanjament ta’ din l-unjoni doganali aġġornata b’mekkaniżmu effiċjenti u effettiv għas-soluzzjoni tat-tilwim; jissottolinja l-fatt li biex il-Parlament jagħti l-kunsens tiegħu fl-aħħar tal-proċess, tali modernizzazzjoni trid tkun ibbażata fuq kundizzjonalità b’saħħitha b’rabta mad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, ir-rispett tad-dritt internazzjonali u r-relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat, inkluża l-implimentazzjoni sħiħa tat-Turkija tal-Protokoll Addizzjonali dwar l-estensjoni tal-Ftehim ta’ Ankara għall-Istati Membri kollha bla eċċezzjoni u mingħajr diskriminazzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Josserva b’dispjaċir kbir li t-Turkija ma għamlet l-ebda progress biex tilħaq il-parametri ta’ riferiment meħtieġa għal-liberalizzazzjoni tal-viżi; itenni r-rieda tiegħu li jibda l-proċess ta’ liberalizzazzjoni tal-viża hekk kif l-awtoritajiet Torok jissodisfaw bis-sħiħ is-sitt punti ta’ riferiment li b’mod ċar għadhom pendenti b’mod mhux diskriminatorju vis-à-vis l-Istati Membri kollha tal-UE filwaqt li jallinjaw mal-politika tal-UE dwar il-viżi; jiddispjaċih li ċ-ċittadini Torok qed jiffaċċjaw problemi b’talbiet/applikazzjonijiet għal viża lill-Istati Membri tal-UE minħabba żieda sinifikanti fid-domanda u biża’ ta’ abbuż tas-sistema; jirrikonoxxi, madankollu, l-impenn politiku għat-titjib tal-aċċess għall-viżi u jitlob sforzi intensifikati miż-żewġ naħat biex jiġu indirizzati l-ostakli tekniċi u amministrattivi li fadal; jistieden lill-Istati Membri tal-UE jżidu r-riżorsi allokati għal din il-kwistjoni; jappoġġja miżuri dwar il-faċilitazzjoni tal-viża, b’mod partikolari fir-rigward tal-attivitajiet tan-negozju u l-istudenti tal-Erasmus; jesprimi dispjaċir kbir għat-tentattivi kostanti mill-awtoritajiet Torok biex jagħtu t-tort lill-UE li ma mxietx ’il quddiem fuq dan il-fajl, filwaqt li ma jieħdu l-ebda pass meħtieġ biex jikkonformaw mal-parametri referenzjarji li fadal; ifakkar lit-Turkija li n-nuqqas ta’ progress tanġibbli u kumulattiv fil-kundizzjonijiet pendenti għandu impatt dirett fuq l-attivitajiet tan-negozju u l-istudenti tal-Erasmus; japprezza l-kontribut imprezzabbli tal-iskambji tal-Erasmus+ fl-għoti ta’ opportunitajiet edukattivi rikki bejn il-kulturi; jiddispjaċih, madankollu, għas-sorveljanza fqira min-naħa tal-Kummissjoni, kif muri mis-sħubija Erasmus ma’ Gaziantep Islam Science and Technology University (l-Università Iżlamika ta’ Gaziantep għax-Xjenza u t-Teknoloġija), li t-tmexxija tagħha esprimiet pubblikament appoġġ għal atti terroristiċi; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-universitajiet sħab jirrispettaw il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE billi jwettqu verifiki ex ante u kontrolli regolari;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Prospettivi futuri għar-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Iqis, fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, li l-Gvern Tork naqas milli jieħu l-miżuri neċessarji biex jindirizza n-nuqqasijiet demokratiċi fundamentali li jeżistu fil-pajjiż u, għaldaqstant, itenni l-fehma tiegħu skont liema, fiċ-ċirkostanzi attwali, il-proċess ta’ adeżjoni tat-Turkija mal-UE ma jistax jissokta, minkejja l-aspirazzjonijiet demokratiċi u pro-Ewropej ta’ parti kbira tas-soċjetà Torka; ifakkar li, bħal fil-każ ta’ kwalunkwe kandidat ieħor, il-proċess ta’ adeżjoni jiddependi fuq il-konformità sħiħa mal-kriterji ta’ Copenhagen u man-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet mal-Istati Membri kollha tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Gvern Tork u lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri jkomplu jaħdmu, lil hinn mill-proċess ta’ adeżjoni attwalment iffriżat, abbażi tal-konklużjonijiet rilevanti tal-Kunsill u tal-Kunsill Ewropew u tal-kundizzjonalità stabbilita, lejn sħubija aktar mill-qrib, aktar dinamika u strateġika b’enfasi partikolari fuq l-azzjoni klimatika, is-sigurtà tal-enerġija, il-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-istabbiltà reġjonali; jinsisti fuq il-bżonn li jinbeda proċess ta’ riflessjoni dwar kif il-qafas kostruttiv u progressiv ġdid għar-relazzjonijiet UE-Turkija jistgħu jinkludu l-interessi tal-partijiet kollha involuti, pereżempju l-immodernizzar u t-tisħiħ tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni attwali; jissottolinja li tali proċess pożittiv irid ikun ibbażat fuq progress tanġibbli fit-Turkija u akkumpanjat minnu, fir-rigward tal-allinjament tal-PESK, id-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għall-valuri fundamentali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Iqis il-komunikazzjoni konġunta tad-29 ta’ Novembru 2023 dwar is-sitwazzjoni attwali tar-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija bħala bażi tajba biex nimxu ’l quddiem fir-relazzjonijiet ġenerali bejn l-UE u t-Turkija; jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ approvazzjoni politika ċara ta’ din il-komunikazzjoni konġunta s’issa mill-Kunsill; itenni li r-rikonoxximent tal-Istati Membri kollha tal-UE hu komponent neċessarju ta’ kwalunkwe ftehim bejn l-UE u t-Turkija; jisħaq li l-impenn kostruttiv tat-Turkija, inkluż fir-rigward tal-problema ta’ Ċipru, jibqa’ kruċjali biex tiġi avvanzata kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-UE u t-Turkija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Iwissi, madankollu, li bidla ulterjuri lejn l-awtoritarjaniżmu mill-awtoritajiet Torok, bħal kif konna qed naraw dan l-aħħar, fl-aħħar mill-aħħar se jkollha impatt serju fuq id-dimensjonijiet kollha tar-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija, inkluża l-kooperazzjoni kummerċjali u ta’ sigurtà, peress li tipprevjeni l-fiduċja u l-affidabbiltà meħtieġa bejn is-sħab u tantagonizza ż-żewġ naħat fix-xena ġeopolitika attwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Ikompli jirrikonoxxi u jfaħħar l-aspirazzjonijiet demokratiċi u favur l-Ewropa tal-maġġoranza tas-soċjetà Torka (b’mod partikolari fost iż-żgħażagħ Torok), li l-UE mhijiex se tħallihom għal riħhom; iqis lil dawn l-aspirazzjonijiet bħala raġuni ewlenija biex il-proċess ta’ adeżjoni tat-Turkija jibqa’ ħaj; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni żżomm u żżid l-appoġġ politiku u finanzjarju tagħha għas-soċjetà ċivili vibranti u favur id-demokrazija fit-Turkija, li l-isforzi tagħha jistgħu jikkontribwixxu għall-ġenerazzjoni tar-rieda politika meħtieġa għall-approfondiment tar-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija; jenfasizza, madankollu, li t-tkomplija tal-proċess ta’ adeżjoni tiddependi fuq ir-rieda politika soda tal-awtoritajiet u tas-soċjetà tat-Turkija li jsiru demokrazija sħiħa, li ma tistax tiġi sfurzata fuqha mill-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu biex jissaħħaħ u japprofondixxi l-għarfien u l-fehim reċiproku bejn is-soċjetajiet tagħna, filwaqt li jippromwovi t-tkabbir kulturali u l-iskambji soċjokulturali u jiġġieled kontra l-manifestazzjonijiet kollha ta’ preġudizzju soċjali, reliġjuż, etniku jew kulturali; iħeġġeġ lit-Turkija u lill-UE jippromwovu valuri kondiviżi, b’mod partikolari billi jappoġġjaw liż-żgħażagħ; itenni l-impenn sħiħ tiegħu li jsostni u jżid l-appoġġ għas-soċjetà ċivili indipendenti tat-Turkija;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni; jitlob li din ir-riżoluzzjoni tiġi tradotta bit-Tork u tintbagħat lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika tat-Turkija.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>