<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0093</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Rapporti tal-Kummissjoni tal-2023 u l-2024 dwar is-Serbja</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0072/2025 - Rapporteur: Tonino Picula)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Mejju 2025 dwar ir-rapporti tal-Kummissjoni tal-2023 u l-2024 dwar is-Serbja (2025/2022(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 278, 18.10.2013, p. 16, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2013/490/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2013,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-applikazzjoni tas-Serbja għas-sħubija mal-UE tad-19 ta’ Diċembru 2009,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Ottubru 2011 dwar l-applikazzjoni tas-Serbja biex tissieħeb fl-Unjoni Ewropea (COM(2011)0668), id-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tal-1 ta’ Marzu 2012 biex jingħata status ta’ pajjiż kandidat lis-Serbja u d-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tat-28 ta’ Ġunju 2013 biex jinbdew in-negozjati ta’ adeżjoni tal-UE mas-Serbja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Brussell tas-27 ta’ Frar 2023 u l-Ftehim ta’ Ohrid tat-18 ta’ Marzu 2023 u l-Anness ta’ Implimentazzjoni tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1529 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Settembru 2021 li jistabbilixxi l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA III)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 330, 20.9.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1529/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/1449 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024 dwar l-istabbiliment tal-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Balkani tal-Punent<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1449, 24.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1449/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-presidenza tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew f’Tessaloniki tad-19 u l-20 ta’ Ġunju 2003,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>	wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tas-summits bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent tas-17 ta’ Mejju 2018 f’Sofija u tas-6 ta’ Mejju 2020 f’Zagreb,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>	wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar l-interferenza barranija fil-proċessi demokratiċi kollha fl-Unjoni Ewropea, inkluż id-diżinformazzjoni,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Proċess ta’ Berlin, li ġie varat fit-28 ta’ Awwissu 2014,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ewwel ftehim dwar il-prinċipji li jirregolaw in-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet bejn il-gvernijiet tas-Serbja u tal-Kosovo tad-19 ta’ April 2013, u l-ftehimiet tal-25 ta’ Awwissu 2015, u d-djalogu li għaddej għan-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet, li qed jiġi ffaċilitat mill-UE;
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ftehim tas-27 ta’ Awwissu 2022 dwar il-moviment liberu bejn il-gvernijiet tas-Serbja u tal-Kosovo, il-ftehim tat-23 ta’ Novembru 2022 dwar il-pjanċi tar-reġistrazzjoni, u l-Pjan Direzzjonali tal-Implimentazzjoni tal-Ftehimiet dwar l-Enerġija fl-ambitu tad-djalogu ffaċilitat mill-UE tal-21 ta’ Ġunju 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Frar 2020 bit-titolu “It-titjib tal-proċess tal-adeżjoni – Perspettiva kredibbli tal-UE għall-Balkani tal-Punent” (COM(2020)0057),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Ottubru 2020 bit-titolu “Pjan Ekonomiku u ta’ Investiment għall-Balkani tal-Punent” (COM(2020)0641),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Novembru 2023 bit-titolu “Komunikazzjoni tal-2023 dwar il-Politika tat-Tkabbir tal-UE” (COM(2023)0690), akkumpanjata mid-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni bit-titolu “Serbia 2023 Report” (Rapport tal-2023 dwar is-Serbja) (SWD(2023)0695),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Novembru 2023 bit-titolu “Pjan ġdid ta’ tkabbir għall-Balkani tal-Punent” (COM(2023)0691),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Marzu 2024 dwar ir-riformi ta’ qabel it-tkabbir u r-rieżami tal-politika (COM(2024)0146),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ottubru 2024 bit-titolu “Komunikazzjoni tal-2024 dwar il-Politika tat-Tkabbir tal-UE” (COM(2024)0690), akkumpanjata mid-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni bit-titolu “Serbia 2024 Report” (Rapport tal-2024 dwar is-Serbja) (SWD(2024)0695),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-9 ta’ Frar 2023 dwar id-djalogu ffaċilitat mill-UE bejn Belgrad u Pristina,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 14 tal-Kostituzzjoni Serba dwar il-protezzjoni tal-minoranzi nazzjonali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Qafas għall-Ħarsien tal-Minoranzi Nazzjonali tal-Kunsill tal-Ewropa, ratifikata mis-Serbja fl-2001 u l-Karta Ewropea għal-Lingwi Reġjonali jew Minoritarji tal-Kunsill tal-Ewropa, ratifikata mis-Serbja fl-2006,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-26 u s-27 ta’ Ottubru 2023 dwar il-Kosovo u s-Serbja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2024 dwar it-tkabbir,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ordni tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem lis-Serbja tad-29 ta’ April 2025 biex ma tużax apparat soniku għall-kontroll tal-folol,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport finali tal-missjoni ta’ osservazzjoni elettorali tal-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE/ODIHR) dwar l-elezzjonijiet parlamentari u presidenzjali bikrija tat-3 ta’ April 2022 fis-Serbja, li ġie ppubblikat fid-19 ta’ Awwissu 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Diċembru 2006, il-konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ Marzu 2020 u l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew f’Copenhagen tal-21 u t-22 ta’ Ġunju 1993, magħrufa wkoll bħala l-kriterji ta’ Copenhagen,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport finali tal-missjoni ta’ osservazzjoni elettorali tal-OSKE/ODIHR dwar l-elezzjonijiet parlamentari bikrija tas-17 ta’ Diċembru 2023 fis-Serbja, ippubblikat fit-28 ta’ Frar 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-memorandum ta’ qbil bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Serbja dwar sħubija strateġika fir-rigward tal-materja prima sostenibbli, il-ktajjen tal-valur tal-batteriji u l-vetturi elettriċi, iffirmat fid-19 ta’ Lulju 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta’ Frar 2024 dwar l-approfondiment tal-integrazzjoni tal-UE fid-dawl tat-tkabbir futur<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/6746, 26.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6746/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-Serbja, b’mod partikolari dik tad-19 ta’ Ottubru 2023 dwar l-iżviluppi reċenti fid-djalogu bejn is-Serbja u l-Kosovo, inkluża s-sitwazzjoni fil-muniċipalitajiet tat-Tramuntana fil-Kosovo<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/2654, 29.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2654/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u dik tat-8 ta’ Frar 2024 dwar is-sitwazzjoni fis-Serbja wara l-elezzjonijiet<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/6339, 7.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6339/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A10-0072/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi t-tkabbir huwa wieħed mill-aktar strumenti ta’ suċċess tal-politika barranija tal-UE u investiment strateġiku ġeopolitiku fil-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà fit-tul fil-kontinent kollu;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi, f’konformità mal-kriterji ta’ Copenhagen, il-pajjiżi kandidati jeħtiġilhom jaderixxu mal-valuri tal-Unjoni sabiex ikunu jistgħu jissieħbu magħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi d-demokrazija u l-istat tad-dritt huma l-valuri fundamentali li fuqhom hija msejsa l-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi f’dawn l-aħħar snin, id-drittijiet politiċi u l-libertajiet ċivili tnaqqru b’mod kostanti, u dan poġġa pressjoni fuq il-media indipendenti, l-oppożizzjoni politika u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi r-Raba’ Opinjoni dwar is-Serbja tal-Kumitat Konsultattiv tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Konvenzjoni Qafas dwar il-Minoranzi Nazzjonali, adottata fis-26 ta’ Ġunju 2019, ikkritikat id-dewmien tas-Serbja fl-implimentazzjoni sħiħa tad-drittijiet tal-edukazzjoni għall-minoranzi;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-libertà tar-reliġjon hija valur ewlieni Ewropew u dritt fundamentali tal-bniedem u s-Serbja hija għaldaqstant obbligata tirrispetta u tiggarantixxi din il-libertà għall-individwi kollha li jirrisjedu fit-territorju tagħha, f’konformità mal-impenji internazzjonali tagħha u l-obbligi tagħha fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi f’konformità mal-Kapitolu 23 tal-acquis, is-Serbja jeħtiġilha turi titjib reali fl-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet ta’ persuni li jagħmlu parti minn minoranzi nazzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi kull pajjiż kandidat għat-tkabbir huwa ġġudikat fuq il-merti tiegħu, inkluż ir-rispett u l-impenn sod tiegħu għad-drittijiet u l-valuri Ewropej kondiviżi u l-allinjament mal-politika estera u ta’ sigurtà tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi s-Serbja ma imponietx sanzjonijiet kontra r-Russja wara l-aggressjoni Russa fl-Ukrajna; billi r-rata ta’ allinjament tas-Serbja mal-politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK) ilha tonqos b’mod kostanti mill-2021; billi s-Serbja tappoġġja l-integrità territorjali u l-indipendenza politika tal-Ukrajna, u kkundannat b’mod ċar l-aggressjoni tal-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna u vvotat flimkien mal-UE fin-NU, minkejja li ma imponietx sanzjonijiet kontra r-Russja; billi r-rata ta’ allinjament tas-Serbja mal-PESK naqset minn 54 % fl-2023 għal 51 % fl-2024, filwaqt li pajjiżi kandidati oħra fir-reġjun – l-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Montenegro u l-Maċedonja ta’ Fuq – kisbu allinjament ta’ 100 %;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi s-Serbja tibqa’ kamp tal-battalja kritiku għall-kampanji ta’ diżinformazzjoni barranin, b’mod partikolari mir-Russja u ċ-Ċina, li jfittxu li joħolqu retorika kontra l-Punent; billi r-rapport finali tal-OSKE/ODHIR dwar l-elezzjonijiet parlamentari bikrija li saru fis-17 ta’ Diċembru 2023 indika diversi nuqqasijiet proċedurali, kif ukoll l-użu ta’ retorika ħarxa u l-preżenza ta’ preġudizzju konsistenti fil-media li ta vantaġġ żbilanċjat lill-partit fil-gvern; billi l-kwistjonijiet identifikati f’dak ir-rapport jeħtieġ li jiġu vvalutati bir-reqqa u fil-pront; billi bħala parti min-negozjati tal-adeżjoni, is-Serbja adottat l-Istrateġija għall-Ġlieda kontra ċ-Ċiberkriminalità 2019–2023 u l-pjanijiet ta’ azzjoni rilevanti f’Settembru 2018; billi l-istrateġija u l-pjanijiet ta’ azzjoni rilevanti ma ġew imġedda wara Diċembru 2023; billi s-Serbja ma allinjatx mal-miżuri restrittivi tal-UE b’reazzjoni għall-attakki ċibernetiċi fl-2023 u fl-2024;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi n-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet bejn il-Kosovo u s-Serbja hija prekundizzjoni għall-progress taż-żewġ pajjiżi lejn is-sħubija fl-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-adeżjoni mal-UE inevitabbilment tirrikjedi allinjament sħiħ mal-objettivi tal-politika barranija tal-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi s-Serbja tirrikonoxxi l-integrità territorjali tal-Ukrajna, inklużi l-peniżola tal-Krimea u r-reġjun ta’ Donbas;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-UE hija s-sieħba kummerċjali ewlenija tas-Serbja, u tirrappreżenta 59,7 % tal-kummerċ totali tas-Serbja;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi r-Russja qed tuża l-influwenza tagħha fis-Serbja biex tipprova tiddestabbilizza lill-istati sovrani ġirien, tindaħal u theddidhom, u ddgħajjef il-futur Ewropew tas-Serbja; billi l-mezzi ta’ propaganda Russi bħall-RT (li qabel kien Russia Today) u Sputnik joperaw liberament fis-Serbja u jeżerċitaw influwenza sinifikanti fit-tiswir ta’ narrattivi kontra l-UE u kontra d-demokrazija; billi d-diżinformazzjoni spiss toriġina minn dikjarazzjoni falza jew qarrieqa minn figura politika, li mbagħad tiġi rrapportata mill-media tal-istat u sussegwentement amplifikata fuq il-media soċjali, sikwit b’intenzjoni li ddgħajjef l-avversarji politiċi u l-prinċipji demokratiċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi fit-8 ta’ Ġunju 2024 ġiet organizzata “Assemblea tas-Serbi Kollha” f’Belgrad, bil-parteċipazzjoni ta’ mexxejja politiċi mis-Serbja, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Montenegro u l-Kosovo taħt is-slogan “Poplu wieħed, assemblea waħda”;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Impenn favur l-adeżjoni mal-UE</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jinnota l-impenn iddikjarat tas-Serbja għas-sħubija fl-UE bħala l-għan strateġiku tagħha u l-ambizzjoni tagħha li tallinja bis-sħiħ mal-acquis tal-UE sa tmiem l-2026; iħeġġeġ lis-Serbja twettaq malajr u b’mod deċiżiv ir-riformi essenzjali, speċjalment fir-raggruppament 1, biex dan l-impenn tant ambizzjuż jitqies bħala realistiku, ġenwin u sinifikattiv; jisħaq fuq il-ħtieġa li s-Serbja turi b’mod serju u kategoriku li hija orjentata b’mod strateġiku lejn l-UE, billi turi rieda politika qawwija u konsistenza fl-implimentazzjoni tar-riformi relatati mal-UE u billi tikkomunika b’mod oġġettiv u mhux ambigwu maċ-ċittadini tagħha dwar l-UE, il-perkors Ewropew tas-Serbja u r-riformi meħtieġa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Itenni l-importanza strateġika tal-Balkani tal-Punent fil-kuntest ġeopolitiku attwali u għas-sigurtà u l-istabbiltà tal-UE kollha kemm hi; jissottolinja li, minħabba l-pożizzjoni ġeopolitika tiegħu, il-pajjiż għandu impatt dirett fuq l-istabbiltà ġenerali tar-reġjun; jikkundanna, għalhekk, it-tentattivi tas-Serbja li tistabbilixxi sfera ta’ influwenza li ddgħajjef is-sovranità tal-pajjiżi ġirien;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jirrikonoxxi l-livell tajjeb ta’ tħejjija tas-Serbja fir-rigward tal-istabbiltà makroekonomika u d-dixxiplina fiskali u l-valutazzjoni tal-Kummissjoni li r-raggruppament 3 huwa teknikament lest għall-ftuħ iżda jinnota bi tħassib li kien hemm progress ġenerali limitat jew saħansitra l-ebda progress ġenerali fir-rigward tal-ilħuq tal-paramentri referenzjarji għas-sħubija fl-UE fil-kapitoli kollha tan-negozjati, b’nuqqasijiet partikolari f’oqsma kritiċi bħall-istat tad-dritt, il-libertà tal-media, ir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika, u l-allinjament mal-politiki tal-UE, b’mod partikolari l-politika barranija tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jiddispjaċih dwar il-fatt li ma sar l-ebda progress sostanzjali fir-rigward tal-Kapitolu 31, peress li x-xejra ta’ allinjament tas-Serbja mal-pożizzjonijiet tal-politika barranija tal-UE fil-biċċa l-kbira baqgħet ma nbidlitx, prinċipalment minħabba r-relazzjonijiet mill-qrib tas-Serbja mar-Russja; ifakkar li s-Serbja tibqa’ eċċezzjoni notevoli fil-Balkani tal-Punent fir-rigward tal-allinjament tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni; jistieden lis-Serbja treġġa’ lura din it-tendenza u turi passi pożittivi lejn allinjament sħiħ; jinnota li r-rata ta’ konformità tas-Serbja mal-istqarrijiet u d-dikjarazzjonijiet tal-UE qed tiżdied, iżda xorta waħda għadha biss 61 %; jilqa’ l-parteċipazzjoni attiva kontinwa tas-Serbja fil-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-UE tal-maniġġar militari tal-kriżijiet u l-kontribut pożittiv tas-Serbja għalihom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jilqa’ l-appoġġ umanitarju tas-Serbja għall-Ukrajna u jieħu nota tal-bejgħ ta’ munizzjon għall-valur ta’ EUR 800 miljun għall-użu mill-Ukrajna permezz ta’ ftehim ta’ benefiċċju reċiproku; jinnota li s-Serbja allinjat ma’ wħud mill-pożizzjonijiet tal-UE rigward il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna; jiddispjaċih, madankollu, li s-Serbja xorta waħda għadha mhux allinjata mal-miżuri restrittivi tal-UE kontra r-Russja; jistieden lill-UE tikkunsidra mill-ġdid il-firxa tal-assistenza finanzjarja pprovduta mill-UE lis-Serbja fil-każ li jippersisti l-appoġġ għal ideoloġiji antidemokratiċi u n-nonallinjament mal-miżuri restrittivi tal-UE u mal-PESK; jistieden lis-Serbja tallinja b’ħeffa mal-miżuri restrittivi u mal-politika ġenerali tal-UE fir-rigward tar-Russja u tal-Belarussja, b’mod sistematiku u mingħajr dewmien;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li jiġu implimentati sanzjonijiet kontra r-Russja għas-sigurtà tal-Ewropa kollha kemm hi; jiddeplora l-fatt li s-Serbja għad għandha relazzjonijiet mill-qrib mar-Russja, li jqajmu tħassib dwar l-orjentazzjoni strateġika tagħha; itenni t-talbiet tiegħu lill-awtoritajiet Serbi biex isaħħu t-trasparenza fir-rigward tar-rwol u tal-attivitajiet tal-hekk imsejjaħ Ċentru Umanitarju Russju-Serb f’Niš u biex itemmu minnufih kull kooperazzjoni militari mar-Russja; jinnota d-deċiżjoni tas-Serbja li tappoġġja r-riżoluzzjoni tan-NU li tikkundanna l-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna tliet snin wara l-invażjoni fuq skala sħiħa; jiddispjaċih dwar l-irtirar verbali immedjat tal-President Vučić tal-vota tas-Serbja fin-NU, filwaqt li sejjaħlu “żball”; iqis li ż-żamma ta’ relazzjonijiet privileġġjati mar-reġim tal-Kremlin iddgħajjef mhux biss il-kredibbiltà tas-Serbja bħala pajjiż kandidat iżda wkoll il-fiduċja tas-sħab Ewropej tagħha u l-futur tar-relazzjonijiet bejn l-UE u s-Serbja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jiddispjaċih dwar il-fatt li fis-Serbja qed ikompli jonqos l-appoġġ pubbliku għas-sħubija fl-UE u qed ikompli jikber l-appoġġ għar-reġim ta’ Putin, li huwa r-riżultat ta’ retorika kontra l-UE u favur ir-Russja li ilha għaddejja min-naħa tal-media kkontrollata mill-gvern u ta’ xi uffiċjali tal-gvern; jistieden lill-awtoritajiet Serbi jrawmu diskussjoni miftuħa u bbażata fuq il-fatti dwar l-adeżjoni mal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jiddeplora t-tixrid kontinwu tad-diżinformazzjoni, inkluż dwar il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna; jikkundanna l-effetti kollaterali ta’ dawn l-azzjonijiet f’pajjiżi oħra fir-reġjun; jistieden lill-awtoritajiet Serbi jiġġieldu d-diżinformazzjoni u jistieden lill-UE ttejjeb il-kooperazzjoni mas-Serbja biex issaħħaħ ir-reżiljenza demokratika u tiġġieled it-theddid ibridu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jinnota l-progress tas-Serbja fl-allinjament mal-politika tal-UE dwar il-viżi u jappella għal allinjament sħiħ, b’mod partikolari fir-rigward ta’ dawk il-pajjiżi mhux tal-UE li jippreżentaw theddida għas-sigurtà tal-UE, inkluż it-theddida ta’ attakki ċibernetiċi; jilqa’ l-ftehim iffirmat fil-25 ta’ Ġunju 2024 bejn l-UE u s-Serbja dwar il-kooperazzjoni operattiva dwar il-ġestjoni tal-fruntieri mal-Frontex, li jenfasizza l-ħtieġa li tittieħed azzjoni f’konformità mad-drittijiet fundamentali u l-istandards internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Itenni li l-pass ġenerali tan-negozjati tal-adeżjoni għandu jiddependi fuq progress tanġibbli fir-rigward tal-prinċipji fundamentali, l-istat tad-dritt u impenn għad-drittijiet u l-valuri Ewropej kondiviżi kif ukoll għad-Djalogu bejn Belgrad u Pristina, li għandu jsir <STRING ITALIC="on">in bona fide</STRING> sabiex iwassal għal ftehim legalment vinkolanti bbażat fuq ir-rikonoxximent reċiproku, kif ukoll allinjament mal-PESK tal-UE; itenni l-pożizzjoni tiegħu li n-negozjati ta’ adeżjoni mas-Serbja għandhom javvanzaw biss jekk il-pajjiż jallinja ruħu mas-sanzjonijiet tal-UE kontra r-Russja u jagħmel progress sinifikanti fir-riformi tiegħu relatati mal-UE, b’mod partikolari fil-qasam tal-elementi fundamentali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Itenni t-tħassib tiegħu dwar l-approċċ akkomodanti tal-Kummissjoni lejn is-Serbja meta jitqies ir-rigress tal-pajjiż tul din l-aħħar sena fir-rigward tal-istat tad-dritt, id-demokrazija u d-drittijiet fundamentali, kif ukoll l-influwenza destabbilizzanti tas-Serbja fuq ir-reġjun kollu; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tuża lingwaġġ aktar ċar, anke fl-ogħla livell, fir-rigward tas-Serbja, u tindirizza b’mod konsistenti n-nuqqasijiet sinifikanti, in-nuqqas ta’ progress u saħansitra r-rigress tal-pajjiż, u b’hekk tiddefendi l-valuri fundamentali tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>	Jistieden lill-Gvern Serb jippromwovi r-rwol u l-benefiċċji tal-adeżjoni mal-UE u tal-proġetti u r-riformi ffinanzjati mill-UE fost il-popolazzjoni Serba;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Id-demokrazija u l-istat tad-dritt</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jinnota l-isfidi kontinwi biex tiġi żgurata l-indipendenza ġudizzjarja, inkluż influwenza indebita u pressjoni politika fuq il-ġudikatura; jesprimi tħassib dwar il-fatt li ma ġewx implimentati salvagwardji li jipprevjenu l-interferenza politika fil-ħatriet ġudizzjarji u fl-azzjonijiet dixxiplinari kontra l-imħallfin u l-prosekuturi; jistieden lis-Serbja tiżgura li l-Kunsill Ġudizzjarju Għoli, il-Kunsill Għoli ta’ Prosekuzzjoni u l-Gvern u l-Parlament tas-Serbja jiddefendu b’mod effettiv u proattiv l-indipendenza ġudizzjarja u l-awtonomija tal-prosekuzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li tiġi adottata l-Liġi dwar l-Akkademja Ġudizzjarja u l-opinjoni tal-Kummissjoni ta’ Venezja u li jsiru l-ħatriet ġudizzjarji meħtieġa biex jitnaqqsu l-postijiet vakanti eżistenti u tittejjeb l-effettività ġenerali tas-sistema ġudizzjarja; jinnota li d-dewmien fl-adozzjoni ta’ din il-liġi waqqaf ir-riformi ġudizzjarji ewlenin meħtieġa għall-allinjament mal-istandards tal-UE; jitlob li l-abbozz ta’ liġi jiġi emendat wara konsultazzjoni trasparenti mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, bl-għan li jiġu żgurati l-indipendenza u l-mekkaniżmi ta’ kontroll tal-istituzzjoni sabiex jikkontribwixxu għall-indipendenza ġudizzjarja ġenerali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jinnota li l-progress li sar fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni kien limitat, minkejja l-adozzjoni ta’ strateġija ġdida kontra l-korruzzjoni għas-snin 2024–2028; jistieden lis-Serbja tadotta u tibda timplimenta l-pjan ta’ azzjoni kontra l-korruzzjoni li jakkumpanja l-istrateġija u tistabbilixxi mekkaniżmu effettiv ta’ monitoraġġ u koordinazzjoni biex issegwi l-progress, f’konformità mal-istandards internazzjonali; jesprimi tħassib li l-korruzzjoni għadha prevalenti f’ħafna oqsma, b’mod partikolari b’rabta ma’ “proġetti ta’ interess għar-Repubblika tas-Serbja”, u li hija meħtieġa rieda politika qawwija biex il-korruzzjoni tiġi indirizzata b’mod effettiv u biex jiġi stabbilit rispons robust tal-ġustizzja kriminali fil-konfront tal-korruzzjoni f’livelli għolja; jinnota li s-Serbja tinsab fil-105 post fl-Indiċi dwar il-Perċezzjoni tal-Korruzzjoni tal-2024, ferm taħt il-medja tal-UE; iqis li l-livell ta’ korruzzjoni fis-Serbja huwa ostaklu sinifikanti għall-proċess ta’ adeżjoni tagħha mal-UE; jinnota bi tħassib li r-riżultati għadhom ma nkisbux f’każijiet b’livell għoli ta’ interess pubbliku, wara diversi snin, bħal fil-każijiet ta’ Krušik, Jovanjica, Savamala u Belivuk, li ilhom jeżistu; jistieden lis-Serbja ssaħħaħ l-indipendenza tal-istituzzjonijiet tagħha kontra l-korruzzjoni billi tiżgura li jkollhom riżorsi adegwati u li jkunu protetti mill-interferenza politika; jistieden lill-Gvern tas-Serbja jiffirma l-Konvenzjoni tal-OECD dwar il-Ġlieda kontra t-Tixħim u jallinja għalkollox il-qafas legali tiegħu dwar il-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kriminalità organizzata ma’ dak tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jilqa’ l-kompożizzjoni aktar pluralistika tal-parlament il-ġdid, b’rappreżentanza usa’ tal-partiti politiċi, inkluż partiti tal-minoranzi nazzjonali; jinnota li l-elezzjoni bikrija u l-waqfa korrispondenti fil-funzjonament tal-gvern u tal-parlament xekklu l-progress fir-riformi; jinnota x-xejra frekwenti ta’ elezzjonijiet bikrija, modalità ta’ kampanja permanenti u dewmien twil fil-formazzjoni tal-gvernijiet, kif ukoll il-ħidma mfixkla tal-parlament nazzjonali, inkluż in-nuqqas ta’ sessjonijiet ta’ ħin għall-mistoqsijiet lill-gvern, in-nuqqas ta’ diskussjoni dwar ir-rapporti ta’ istituzzjonijiet indipendenti, u l-użu aktar frekwenti ta’ proċeduri urġenti, li jwasslu għal nuqqas ta’ leġittimità u sorveljanza leġiżlattiva parlamentari u ma jikkontribwux għall-governanza demokratika effettiva tal-pajjiż;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jieħu nota tar-riżenja tal-Prim Ministru Miloš Vučević fit-28 ta’ Jannar 2025, li ġiet ikkonfermata mill-Assemblea Nazzjonali fid-19 ta’ Marzu 2025, u tal-elezzjoni sussegwenti tal-gvern il-ġdid immexxi minn Đuro Macut, maħtur fis-16 ta’ April 2025; jieħu nota tat-tkomplija tal-ħidma tal-Assemblea Nazzjonali fl-4 ta’ Marzu 2025, wara pawża ta’ tliet xhur, u jikkundanna l-atti kollha ta’ vjolenza li seħħew f’din l-okkażjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Itenni r-rieda tiegħu li jappoġġja lill-Assemblea Nazzjonali u lill-membri tagħha fil-proċessi demokratiċi relatati mal-mogħdija Ewropea tas-Serbja, inkluż il-funzjonament xieraq tal-parlament f’konformità mar-regoli ta’ proċedura tiegħu, billi juża l-inizjattivi u l-għodod ta’ appoġġ għad-demokrazija eżistenti tal-Parlament Ewropew u billi jappoġġja sorveljanza parlamentari akbar tar-riformi u tal-proċess ta’ adeżjoni mal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jieħu nota, bi tħassib profond, tar-rapport finali tal-missjoni ta’ osservazzjoni elettorali tal-OSKE/ODIHR dwar l-elezzjonijiet ta’ Diċembru 2023; jinnota li f’April 2024, l-Assemblea Nazzjonali ffurmat grupp ta’ ħidma għat-titjib tal-proċess elettorali iżda li, sa tmiem is-sena, il-grupp ma laħaq ebda qbil dwar miżuri legali biex jitjieb il-proċess elettorali; jinnota li tnejn minn kull tliet rappreżentanti tas-soċjetà ċivili telqu mill-grupp ta’ ħidma fi Frar 2025; jinnota li fl-ewwel xhur tal-2025 ittieħdu passi biex tiġi emendata l-Liġi dwar ir-Reġistru Unifikat tal-Votanti iżda ma hemm l-ebda kunsens fost l-atturi politiċi u tas-soċjetà ċivili dwar il-kontenut; jistieden lill-gruppi parlamentari kollha fl-Assemblea Nazzjonali jiddeċiedu dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-ODIHR, bi qbil mal-gruppi kollha; jappella għal trattament ugwali tal-membri kollha tal-parlament fil-ħidma tal-Assemblea Nazzjonali, implimentazzjoni konsistenti u effettiva tal-Kodiċi ta’ Kondotta parlamentari u s-sanzjonar imparzjali tal-ksur tal-integrità parlamentari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jinsab imħasseb dwar ir-rwol dejjem jikber tal-manipulazzjoni tal-informazzjoni u interferenza minn barrani (FIMI) u tal-interferenza u l-operazzjonijiet ċibernetiċi barranin fil-proċessi elettorali demokratiċi tas-Serbja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza kritika li tiġi żgurata l-indipendenza tal-istituzzjonijiet ewlenin, inklużi r-regolaturi tal-media bħall-Awtorità Regolatorja għall-Media Elettronika (REM); jiddispjaċih dwar id-dewmien fl-elezzjoni tal-membri l-ġodda; jiddispjaċih dwar l-irregolaritajiet fil-proċess tan-nomina; jinnota l-irtirar ta’ diversi kandidati mill-għażla fi Frar 2025, li ġġustifikaw id-deċiżjoni tagħhom abbażi ta’ dawn l-irregolaritajiet; jiddispjaċih ħafna dwar il-fatt li r-REM ittraskurat l-obbligi legali tagħha li tiskrutinizza t-twettiq tal-kampanja elettorali tal-2023 fil-media b’mod f’waqtu, li tirrapporta dwar is-sejbiet tagħha u li tissanzjona l-mezzi tal-media li kisru l-liġi, xerrdu diskors ta’ mibegħda jew kisru l-istandards ġurnalistiċi; jinnota, bi tħassib, in-nuqqas ta’ fehmiet politiċi pluralistiċi fil-media nazzjonali; jinnota li r-REM għandha tippromwovi b’mod attiv il-pluraliżmu u t-trasparenza tal-media fir-rigward tal-istrutturi tas-sjieda tal-istrumenti tal-media u l-indipendenza minn atturi barranin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jinnota li r-REM tat erba’ frekwenzi nazzjonali lil stazzjonijiet li fil-passat kisru l-istandards ġurnalistiċi, inkluż billi użaw diskors ta’ mibegħda u qarrqu lill-pubbliku, ma kkonformawx mat-twissijiet maħruġa mill-REM, xerrdu d-diżinformazzjoni u appoġġjaw in-narrattiva tal-Kremlin dwar il-gwerra tar-Russja fl-Ukrajna; jiddispjaċih ħafna dwar il-fatt li r-REM ma ħarġitx il-ħames liċenzja nazzjonali u jitlob li din tingħata permezz ta’ proċess trasparenti u imparzjali mingħajr dewmien bla bżonn u f’konformità mal-istandards internazzjonali tal-libertà tal-media malli jiġi elett kunsill ġdid tar-REM; jitlob lill-Gvern Serb iwaqqaf il-proċess tal-elezzjoni ta’ membri ġodda u jibdih mill-ġdid, f’konformità mad-dritt Serb u mal-istandards internazzjonali tal-libertà tal-media;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-libertajiet fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jesprimi l-kondoljanzi sinċieri tiegħu lill-familji tal-16-il vittma li tilfu ħajjithom u lil dawk li ndarbu wara l-kollass tat-tinda tal-istazzjon tal-ferrovija Novi Sad fl-1 ta’ Novembru 2024; jitlob li jkun hemm proċedimenti legali sħaħ u trasparenti wara l-investigazzjoni mill-awtoritajiet, biex dawk responsabbli jitressqu quddiem il-ġustizzja; jissottolinja l-ħtieġa li jiġi eżaminat b’mod aktar wiesa’ sa liema punt il-korruzzjoni wasslet biex l-istandards tas-sikurezza tbaxxew u kkontribwiet għal din it-traġedja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jiddispjaċih dwar id-dewmien fir-rispons u fl-irfigħ tar-responsabbiltà min-naħa tal-awtoritajiet Serbi, il-pass kajman tal-proċess ta’ investigazzjoni u n-nuqqas ta’ trasparenza wara t-traġedja, li ġew indirizzati parzjalment fid-dawl tal-pressjoni pubblika li qed tiżdied;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar il-kwistjonijiet sistemiċi enfasizzati mill-protesti tal-istudenti u bosta protesti oħra fis-Serbja, bħall-kwistjonijiet marbuta mal-libertajiet ċivili, is-separazzjoni tal-poteri, il-korruzzjoni, il-ħarsien tal-ambjent,it-trasparenza istituzzjonali u finanzjarja, b’mod speċjali fir-rigward tal-proġetti ta’ infrastruttura u l-obbligu ta’ rendikont; jiddispjaċih dwar il-fatt li l-gvern tilef l-opportunità li jissodisfa t-talbiet tal-istudenti u taċ-ċittadini li jappoġġjaw lill-istudenti <STRING ITALIC="on">in bona fide</STRING>; jafferma li t-talbiet tal-istudenti jallinjaw mar-riformi li s-Serbja hija mistennija timplimenta fit-triq Ewropea tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jissottolinja l-importanza tal-libertà tal-kelma u tal-għaqda; jistieden lill-awtoritajiet tas-Serbja jiżguraw il-protezzjoni ta’ dawk li jipparteċipaw fil-protesti paċifiċi; jieħu nota tal-protesti tal-massa tal-15 ta’ Marzu 2025, li kienu l-akbar protesti fl-istorja moderna tas-Serbja; jitlob li ssir investigazzjoni imparzjali tad-dikjarazzjonijiet li intużat teknoloġija illegali tal-kontroll tal-folol kontra d-dimostranti, u li dan ikkawża korrimenti lil għadd minnhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jiddeplora l-vjolenza kontinwa kontra l-istudenti, inkluż l-inċident reċenti fil-bini tal-Fakultà tal-Edukazzjoni Sportiva u Fiżika f’Novi Sad, li fih mill-inqas indarbu ħames persuni waqt l-attakk fuq il-bini mill-pulizija li kienu akkumpanjati mid-Dekan, Patrik Drid;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jikkundanna, bl-aktar mod qawwi, l-użu ħażin ta’ data personali mir-reġistri pubbliċi biex jirritaljaw kontra dimostranti paċifiċi; jistieden lill-uffiċċju tal-prosekuzzjoni fis-Serbja jressaq akkużi kontra l-persuni kollha li attakkaw lill-parteċipanti tad-dimostrazzjonijiet fiżikament u li inċitaw il-vjolenza kontrihom; jinsab imħasseb ħafna dwar kwalunkwe att ta’ vjolenza; qed isegwi bir-reqqa l-iżviluppi fir-rigward tal-arresti ta’ dimostranti u l-proċedimenti legali li nfetħu kontrihom; jinsab imħasseb dwar ir-rapporti li s-servizzi tas-sigurtà kienu involuti fl-intimidazzjoni u s-sorveljanza tad-dimostranti; jikkundanna l-lingwaġġ użat mill-awtoritajiet Serbi li jinċitaw il-vjolenza kontra l-istudenti u dimostranti oħra; jinnota li l-attivisti studenti ffaċċjaw fastidju legali, intimidazzjoni u użu eċċessiv tal-forza mill-awtoritajiet; jappella għal investigazzjoni bir-reqqa, imparzjali u rapida tal-allegazzjonijiet ta’ vjolenza użata kontra d-dimostranti u ta’ mġiba ħażina tal-pulizija matul il-protesti; iħeġġeġ lill-missjonijiet diplomatiċi tal-UE u tal-Istati Membri jkomplu jimmonitorjaw mill-qrib il-kawżi legali li għaddejjin bħalissa b’rabta mal-protesti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jinsab imħasseb ħafna dwar il-pressjoni politika u finanzjarja li qed tiżdied fuq l-għalliema tal-iskejjel primarji u sekondarji, kif ukoll fuq professuri universitarji, li ġew imċaħħda mis-salarji tagħhom talli ħadu sehem fl-azzjoni kollettiva biex jappoġġjaw it-talbiet tal-istudenti; jiddeplora f’dan il-kuntest il-proċedimenti legali inaċċettabbli u l-kampanja ta’ malafama tal-midja kontra r-Rettur tal-Università ta’ Belgrad;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jinsab allarmat ħafna li l-awtoritajiet Serbi involvew ruħhom fi prattiki mifruxa ta’ sorveljanza illegali bl-użu ta’ software ta’ spjunaġġ kontra attivisti, ġurnalisti u membri tas-soċjetà ċivili, kif indikat fir-rapporti reċenti minn Amnesty International u l-Fondazzjoni SHARE; iħeġġeġ lill-Gvern tas-Serbja jwaqqaf minnufih l-użu ta’ teknoloġija ta’ sorveljanza avvanzata kontra l-attivisti, il-ġurnalisti u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, u jistieden lill-awtoritajiet statali kompetenti jwettqu investigazzjoni bir-reqqa dwar il-każijiet eżistenti kollha ta’ sorveljanza illeċita u l-użu ta’ software ta’ spjunaġġ u jibdew proċedimenti xierqa kontra l-persuni responsabbli; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea, fid-dawl ta’ dan, biex issegwi dawn l-inċidenti, tindirizza dawn il-kwistjonijiet mal-awtoritajiet Serbi u tinsisti li dawn il-kwistjonijiet jiġu investigati bir-reqqa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jiddeplora l-allegati interċettazzjonijiet telefoniċi u detenzjoni illegali ta’ ħames attivisti mill-Moviment ta’ Ċittadini Liberi (PSG) tal-oppożizzjoni u student mill-organizzazzjoni STAV f’Marzu 2025, u l-mandati ta’ arrest maħruġa għal attivisti oħra ta’ STAV; jikkundanna l-użu tal-każ mill-midja propagandista u l-estensjoni bla bażi tad-detenzjoni; jistieden lill-awtoritajiet Serbi jeħilsu lil Marija Vasić, Lazar Dinić, Mload Cvijetić, Lado Jovović, Srđan Đurić u Davor Stefanović mid-detenzjoni.
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jiċħad l-allegazzjonijiet li l-UE u wħud mill-Istati Membri tagħha kienu involuti fl-organizzazzjoni tal-protesti tal-istudenti bl-għan li jiskattaw “rivoluzzjoni tal-kuluri”; jikkundanna bil-qawwa, f’dak il-kuntest, l-arresti u t-tkeċċijiet illegali ta’ ċittadini tal-UE u l-iżvelar pubbliku, minn kriminali tal-gwerra kkundannati, tad-data personali ta’ ċittadini tal-UE, kif ukoll id-diskors ta’ mibegħda kontra minoranzi nazzjonali; jesprimi tħassib dwar l-għadd dejjem jikber ta’ każijiet ta’ detenzjoni li jinvolvu ċittadini tal-UE fil-fruntiera tas-Serbja; jinnota li n-narrattivi kontra l-UE qed jintwerew fit-tnaqqis fl-appoġġ fost is-soċjetà Serba għall-integrazzjoni mal-UE u fit-tisħiħ tal-preżenza ta’ atturi awtokratiċi barranin fil-pajjiż;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jistieden lill-awtoritajiet Serbi jirbħu lura l-fiduċja taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet tal-istat billi jiggarantixxu t-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont; iħeġġeġ lill-atturi politiċi u soċjali kollha jinvolvu ruħhom fi djalogu inklużiv u sostantiv immirat lejn it-twettiq tar-riformi relatati mal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jinnota li l-libertà tal-media fis-Serbja kompliet tmur għall-agħar, kif muri mill-waqgħa tas-Serbja għat-98 post fl-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa tal-2024 ta’ Reporters Mingħajr Fruntieri; iħeġġeġ lis-Serbja ttejjeb u tipproteġi l-professjonaliżmu, id-diversità u l-pluraliżmu tal-media, u tippromwovi ġurnaliżmu investigattiv ta’ kwalità, l-ogħla standards ġurnalistiċi etiċi, billi tirrispetta l-kodiċijiet ta’ kondotta ġurnalistiċi u l-litteriżmu medjatiku; ifakkar fl-importanza tal-pluralità u t-trasparenza tal-media, inkluż fir-rigward ta’ aspetti relatati mas-sjieda u mal-finanzjament mill-Istat, b’mod partikolari permezz ta’ involviment aħjar tar-REM; ifakkar li l-konċentrazzjoni tas-sjieda tal-media jista’ jkollha effetti negattivi fuq il-libertà tal-media u l-professjonaliżmu tar-rappurtar; jafferma mill-ġdid li, bħala parti min-negozjati tal-adeżjoni, is-Serbja jeħtieġ li tallinja ruħha mal-UE fi kwistjonijiet ta’ importanza strateġika, bħall-ġlieda kontra l-FIMI; jistieden lis-Serbja tallinja ruħha mal-politiki tal-UE fil-ġlieda kontra l-interferenza barranija u l-kampanji ta’ diżinformazzjoni billi timplimenta miżuri regolatorji konkreti f’konformità mal-istandards tal-UE, bħad-dispożizzjonijiet inklużi fl-Att dwar is-Servizzi Diġitali<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) (ĠU L 277, 27.10.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2065/oj).</FIELD></FOOTNOTE> u r-Regolament (UE) 2024/900 dwar it-trasparenza u l-immirar tar-reklamar politiku<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2024/900 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2024 dwar it-trasparenza u l-immirar tar-reklamar politiku (ĠU L, 2024/900, 20.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/900/oj).</FIELD></FOOTNOTE>; iħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn is-Serbja, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u ċ-Ċentru ta’ Eċċellenza Ewropew għall-Ġlieda Kontra t-Theddid Ibridu biex tiġi indirizzata d-diżinformazzjoni; jistenna li l-awtoritajiet jinvestigaw u jipproċessaw fil-qrati l-każijiet kollha ta’ diskors ta’ mibegħda, kampanji ta’ malafama u kawżi strateġiċi kontra l-ġurnalisti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar il-każijiet irrapportati ta’ attakki abbużivi, sorveljanza diġitali u fastidju kontra ġurnalisti, attivisti tad-drittijiet tal-bniedem u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, li l-aktar reċenti minnhom kien raid tal-pulizija fil-25 ta’ Frar 2025 fuq erba’ organizzazzjonijiet ewlenin tas-soċjetà ċivili, li apparentement kien jirrigwarda l-użu ħażin tagħhom tal-fondi tal-Aġenzija tal-Istati Uniti għall-Iżvilupp Internazzjonali; jikkundanna bil-qawwa l-kampanji persistenti ta’ malafama u intimidazzjoni kontra s-soċjetà ċivili fis-Serbja, inklużi allegazzjonijiet foloz dwar komplotti b’appoġġ barrani biex jitwaqqa’ l-gvern;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jesprimi tħassib li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fis-Serbja qed iħabbtu wiċċhom ma’ sfidi dejjem akbar, inklużi kundizzjonijiet restrittivi, limitazzjonijiet tal-finanzjament, raids tal-pulizija u forom oħra ta’ intimidazzjoni mill-awtoritajiet tal-istat; jissottolinja l-importanza ta’ qafas li jippermetti lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili lokali vibranti joperaw b’mod ħieles u jipparteċipaw fit-tfassil tal-politika, inklużi l-proċess ta’ integrazzjoni fl-UE, b’modi inklużivi u sinifikattivi; jiddispjaċih li s-Serbja bħalissa ma tipprovdix qafas li jippermetti lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili vivaċi u pluralistiċi tagħha, b’mod partikolari dawk involuti fl-appoġġ għad-demokrazija u l-osservazzjoni elettorali, joperaw liberament u jipparteċipaw fit-tfassil tal-politika b’modi inklużivi u sinifikattivi; jesprimi tħassib dwar ir-raids reċenti fuq l-uffiċċji ta’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; jitlob li jiġu investigati l-attakki u l-kampanji ta’ malafama kollha kontra l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u li tittejjeb it-trasparenza tal-finanzjament pubbliku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jikkundanna l-pressjoni politika li qed issir fuq l-universitajiet u istituzzjonijiet oħra tar-riċerka permezz ta’ digriet tal-gvern mgħaġġel li jindaħal fil-libertà akkademika tar-riċerkaturi u jnaqqas is-salarji tagħhom; jikkundanna l-vilifikazzjoni tal-professuri, ir-riċerkaturi u persunal akkademiku ieħor fil-midja favur il-gvern; jiddeplora ż-żieda fl-użu ta’ kuntratti temporanji għall-għalliema u impjegati oħra taċ-ċivil bħala għodda politika biex jiġu eżerċitati pressjoni u kontroll;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Serbi jespandu d-disponibbiltà tas-servizzi tax-xandir pubbliku fil-lingwi tal-minoranzi kollha fil-pajjiż kollu, biex jiżguraw aċċess ugwali għall-media għall-komunitajiet kollha, filwaqt li jużaw l-aħjar prattika tar-reġjun ta’ Vojvodina;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar l-abbozz ta’ liġi ppreżentat lill-Parlament Serb fid-29 ta’ Novembru 2024, li jipproponi l-istabbiliment ta’ liġi bħal tar-Russja dwar l-aġenti barranin; ifakkar lil-leġiżlaturi Serbi li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-ġurnalisti għandhom rwol ewlieni f’soċjetà demokratika b’saħħitha; itenni li leġiżlazzjoni ta’ dan it-tip hija inkompatibbli mal-valuri tal-UE; jinnota li diversi organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili ssospendew il-kooperazzjoni tagħhom mal-fergħat leġiżlattivi u eżekuttivi tal-gvern fi Frar 2025;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar iż-żieda fl-interferenza politika fil-protezzjoni tal-partimonju fis-Serbja, inkluż it-tneħħija tal-istatus protett mill-monumenti kulturali u n-nuqqas ta’ rispett għall-proċeduri legali li jirregolaw il-preservazzjoni tagħhom, bħal fil-każ tal-Kumpless Modernista Generalštab;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jistieden lis-Serbja tiġġieled id-diżinformazzjoni, inklużi narrattivi manipulattivi kontra l-UE u, b’mod partikolari, ittemm il-kampanji ta’ diżinformazzjoni tagħha sponsorjati mill-Istat; jikkundanna l-ftuħ ta’ uffiċċju tal-RT f’Belgrad, it-tnedija tas-servizz tal-aħbarijiet online bis-Serb tal-RT u l-operat kontinwu tas-servizz tal-aħbarijiet online Russu Sputnik Srbija, li jintuża biex ixerred miżinformazzjoni u narrattivi favur ir-Russja fir-reġjun kollu tal-Balkani tal-Punent; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Serbi jiġġieldu kontra t-theddid ibridu u jallinjaw għalkollox mad-deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sospensjoni tal-attivitajiet tax-xandir ta’ Sputnik u RT; huwa mħasseb ħafna dwar it-tixrid tad-diżinformazzjoni dwar l-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna; jistieden lis-Serbja u lill-Kummissjoni jsaħħu l-infrastruttura biex jiġu miġġielda d-diżinformazzjoni u theddid ibridu ieħor; jikkundanna l-influwenza dejjem tikber tad-diżinformazzjoni sponsorjata mill-Istat min-naħa tar-Russja u taċ-Ċina fis-Serbja, inkluż it-tixrid ta’ narrattivi kontra l-UE u kontra d-demokrazija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jieħu nota tal-adozzjoni tal-istrateġija nazzjonali għall-ugwaljanza u l-istrateġija għall-prevenzjoni tad-diskriminazzjoni u l-protezzjoni kontriha, u jitlob l-implimentazzjoni sħiħa tagħhom u allinjament ulterjuri mal-istandards Ewropej; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Serbi jindirizzaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Esperti dwar l-Azzjoni kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika (GREVIO), bl-għan li tittejjeb il-konformità mal-Konvenzjoni ta’ Istanbul ratifikata mis-Serbja; jinnota bi tħassib is-sospensjoni temporanja tal-implimentazzjoni tal-Liġi dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri mill-Qorti Kostituzzjonali; jesprimi tħassib dwar in-nuqqas persistenti ta’ appoġġ adegwat għall-organizzazzjonijiet li jippromwovu d-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jiddeplora bil-qawwa d-deterjorazzjoni demografiku fis-Serbja, li qed tiġi aggravata minn migrazzjoni netta negattiva minħabba tbatija ekonomika u persekuzzjoni politika; jenfasizza li huma prinċipalment iż-żgħażagħ, edukati u produttivi li qed jiġu mġiegħla jitilqu mill-pajjiż, kif ukoll dawk taħt pressjoni u mhedda minħabba l-fehmiet politiċi tagħhom, inkluża Dijana Hrka, omm waħda mill-vittmi tat-traġedja tal-istazzjon tal-ferrovija Novi Sad, li tibża’ għas-sigurtà tagħha wara li saritilha pressjoni mill-partitarji tal-SNS;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jenfasizza li l-awtoritajiet Serbi jeħtiġilhom jieħdu miżuri konkreti biex jiddefendu u jsaħħu r-rispett għad-drittijiet tat-tfal fil-pajjiż, inkluż billi jirratifikaw it-tielet Protokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal, jadottaw pjan ta’ azzjoni nazzjonali għad-drittijiet tat-tfal, jadottaw strateġija ġdida dwar il-vjolenza kontra t-tfal, minħabba l-iskadenza tal-qafas preċedenti, u jistabbilixxu qafas nazzjonali għall-protezzjoni tat-tfal mill-abbuż u n-negliġenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-parata Belgrade Pride 2024, l-akbar waħda fis-Serbja s’issa, saret b’mod paċifiku, għalkemm ġiet protetta minn preżenza bi profil għoli min-naħa tal-pulizija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa ta’ impenn qawwi biex jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet tal-minoranzi nazzjonali, tiġi żgurata r-rappreżentanza sħiħa tagħhom fil-livelli kollha tal-gvern, tiġi ppreservata l-identità kulturali tagħhom permezz tal-użu tal-lingwi rispettivi tagħhom u billi jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet edukattivi tagħhom, il-libertà tal-espressjoni u l-aċċess għall-informazzjoni, u biex jitwettqu b’mod attiv investigazzjonijiet dwar reati mmotivati mill-mibegħda bħala parti insostitwibbli mill-valuri komuni Ewropej; jiddispjaċih dwar il-fatt li kważi l-minoranzi nazzjonali kollha huma protetti formalment biss; jesprimi tħassib dwar il-prattika ta’ rappreżentanza pro forma tal-minoranzi nazzjonali li huma taħt il-kontroll tal-gvern; jistieden lis-Serbja tipproteġi u tippromwovi l-wirt kulturali u t-tradizzjonijiet tal-minoranzi nazzjonali tagħha, b’mod partikolari biex toħloq atmosfera pożittiva għall-edukazzjoni fil-lingwi tal-minoranzi, inkluż billi tipprovdi għadd suffiċjenti ta’ għalliema, kotba tal-iskola u materjali addizzjonali, u jiddeplora l-ksur tad-drittijiet tal-minoranzi f’dan il-qasam; jistieden lis-Serbja toqgħod lura milli tisfrutta l-identitajiet nazzjonali tal-minoranzi nazzjonali li joħolqu diviżjoni fi ħdan dawn il-komunitajiet, u jikkundanna bil-qawwa l-każijiet reġistrati ta’ diskors ta’ mibegħda kontra wħud minnhom; jinnota d-dewmien konsiderevoli fl-abbozzar ta’ pjan ta’ azzjoni ġdid għat-twettiq tad-drittijiet tal-minoranzi nazzjonali u jenfasizza l-ħtieġa urġenti li s-Serbja tiffinalizzah u timplimentah minnufih; jenfasizza l-ħtieġa li l-pjan ta’ azzjoni l-ġdid jinkorpora għalkollox is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Konvenzjoni Qafas għall-Ħarsien tal-Minoranzi Nazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar it-tnaqqis sinifikanti fil-popolazzjoni ta’ ċerti gruppi ta’ minoranza, inkluża l-minoranza Bulgara; jistieden lis-Serbja tiżgura d-dritt li jintużaw l-ismijiet u l-lingwa speċifiċi għall-gruppi ta’ minoranza, inklużi n-nisa fi ħdan il-komunità Bulgara; jinnota bi tħassib li mhux il-kotba tal-iskola kollha ġew tradotti bil-Bulgaru; jistieden lill-Gvern Serb jiżgura drittijiet ugwali reċiproċi għall-minoranza Kroata fis-Serbja bħalma l-minoranza Serba tgawdi fil-Kroazja, b’mod partikolari fir-rigward li tkun żgurata r-rappreżentanza reċiproka tagħhom fil-livelli kollha tal-gvern, inklużi l-livelli reġjonali u lokali; itenni t-tħassib tiegħu dwar l-infurzar restrittiv u arbitrarju tal-Liġi dwar ir-Residenza Permanenti u Temporanja relatata mal-passivazzjoni tal-indirizzi ta’ eluf ta’ Albaniżi fin-Nofsinhar tas-Serbja; jenfasizza s-sitwazzjoni tal-Knisja Ortodossa Rumena fis-Serbja, li mhijiex rikonoxxuta uffiċjalment mill-Istat bħala knisja tradizzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jiddispjaċih dwar it-tentattivi tal-awtoritajiet Serbi biexidgħajfu l-identità nazzjonali ta’ komunitajiet fil-pajjiż; jesprimi tħassib, f’dan il-kuntest, dwar il-promozzjoni ta’ narrattivi bħal dik tan-“nazzjon Shopi”, li jfittxu li jħassru l-eżistenza tal-komunità Bulgara u jiċħdu l-għeruq storiċi u l-wirt kulturali tagħha; jiddispjaċih dwar it-tfittxijiet imwettqa mill-awtoritajiet Serbi fiċ-Ċentru Kulturali ta’ Bosilegrad u l-bidu ta’ proċedimenti ta’ qabel il-proċess għal “mibegħda etnika” kontra attivisti ta’ organizzazzjonijiet mhux governattivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jistieden lis-Serbja żżomm lura milli tgħawweġ l-avvenimenti storiċi, bħan-narrattiva marbuta mal-hekk imsejjaħ massakru ta’ Surdulica, li sservi biss biex ixxerred id-diviżjoni u l-mibegħda kontra l-minoranzi u l-pajjiżi ġirien, li hija inkompatibbli mas-sħubija fl-UE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ir-rikonċiljazzjoni u r-relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Itenni li r-relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat u l-kooperazzjoni reġjonali għadhom elementi essenzjali tal-proċess ta’ tkabbir. jistieden lis-Serbja twaqqaf ir-restrizzjonijiet fuq id-dħul għall-artisti u l-attivisti tas-soċjetà ċivili reġjonali peress li tali prattiki jdgħajfu d-djalogu u l-kooperazzjoni reġjonali; jafferma mill-ġdid, barra minn hekk, l-importanza tal-istabbiltà tal-pajjiżi tax-Xlokk tal-Ewropa u r-reżiljenza tagħhom kontra l-interferenza barranija fil-proċessi demokratiċi interni; jenfasizza l-importanza li s-Serbja tiżviluppa relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat, timplimenta ftehimiet bilaterali u ssolvi l-kwistjonijiet bilaterali pendenti mal-ġirien tagħha; jinnota l-parteċipazzjoni tas-Serbja f’inizjattivi reġjonali u l-involviment attiv tagħha fil-Pjan ta’ Tkabbir għall-Balkani tal-Punent u fis-Suq Reġjonali Komuni; jissottolinja l-fatt li r-rispett għad-drittijiet tal-minoranzi nazzjonali huwa kundizzjoni essenzjali għall-avvanz tas-Serbja tul il-perkors Ewropew tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jitlob li jkun hemm rikonċiljazzjoni storika u li jingħelbu d-diskriminazzjoni u l-preġudizzji mill-passat; jiddeplora r-retorika xewwiexa reċenti min-naħa tal-gvern, immirata lejn stati ġirien li ma appoġġjawx il-ftuħ tar-raggruppament 3 fir-rigward tas-Serbja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Itenni li s-Serbja jeħtiġilha toqgħod lura milli tinfluwenza l-politika domestika tal-pajjiżi ġirien tagħha tal-Balkani tal-Punent, inkluż fir-rigward taċ-ċelebrazzjoni antikostituzzjonali tal-Jum ir-Repubblika Srpska fil-Bożnija-Ħerzegovina u l-qawmien ta’ dubji dwar deċiżjonijiet tal-qrati tal-Bożnija-Ħerzegovina;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Iħeġġeġ lis-Serbja żżid l-isforzi ta’ rikonċiljazzjoni tagħha u tfittex soluzzjonijiet għat-tilwim tal-passat, b’mod partikolari fir-rigward tal-persuni neqsin, li jammontaw għal 1 782 persuna fil-Kroazja, 7 608 persuni fil-Bożnija-Ħerzegovina u 1 595 persuna fil-Kosovo; jistieden lill-awtoritajiet Serbi jiksbu ġustizzja għall-vittmi billi jirrikonoxxu u jirrispettaw il-verdetti tal-qorti fir-rigward tad-delitti tal-gwerra, jiġġieldu kontra l-impunità għal delitti mwettqa waqt il-gwerra, jinvestigaw il-każijiet ta’ persuni neqsin, jinvestigaw is-siti ta’ oqbra, u jappoġġjaw lill-prosekuturi domestiċi biex iressqu l-awturi tad-delitti quddiem il-ġustizzja, li tirrikjedi l-kooperazzjoni ta’ partijiet oħra wkoll; jikkundanna bil-qawwa ċ-ċaħdiet pubbliċi mifruxa ta’ verdetti internazzjonali għad-delitti tal-gwerra, inkluż iċ-ċaħda tal-ġenoċidju ta’ Srebrenica;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jistieden lill-awtoritajiet ġudizzjarji fis-Serbja jiżguraw il-konformità mal-istandards ta’ proċess ġust u s-sodisfazzjon ta’ ġustizzja għall-vittmi fil-każijiet kollha ta’ delitti tal-gwerra; jitlob li ċ-ċaħda tad-delitti tal-gwerra u l-glorifikazzjoni tal-kriminali tal-gwerra jiġu inklużi fil-Kodiċi Kriminali, bl-għan li tiġi pproċessata kwalunkwe forma ta’ ċaħda ta’ delitti tal-gwerra determinati mill-verdetti tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li kienet il-Jugoslavja u tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Itenni l-appoġġ tiegħu għall-inizjattiva biex tiġi stabbilita kummissjoni reġjonali għall-istabbiliment tal-fatti dwar id-delitti tal-gwerra u ksur gravi ieħor tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa fit-territorju tal-eks Jugoslavja (RECOM);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Itenni l-pożizzjoni tiegħu dwar l-importanza tal-ftuħ u l-pubblikazzjoni tal-arkivji ta’ żmien il-gwerra, u jtenni t-talba tiegħu biex jinfetħu l-arkivji tal-Eks-Jugoslavja u, b’mod partikolari, biex jingħata aċċess għall-fajls tas-servizz sigriet tal-Eks-Jugoslavja (UDBA) u tas-Servizz tal-Counterintelligence tal-Armata tal-Poplu tal-Jugoslavja (KOS), u biex il-fajls jintbagħtu lura lill-gvernijiet rispettivi jekk jitolbu dan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Itenni l-appoġġ sħiħ tiegħu għad-djalogu ffaċilitat mill-UE u jilqa’ l-ħatra ta’ Peter Sørensen bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Djalogu bejn Belgrad u Pristina;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Itenni l-importanza ta’ impenn kostruttiv min-naħa tal-awtoritajiet tas-Serbja u tal-Kosovo sabiex jintlaħaq ftehim ta’ normalizzazzjoni komprensiv u legalment vinkolanti, imsejjes fuq ir-rikonoxximent reċiproku u f’konformità mad-dritt internazzjonali; jistieden kemm lill-Kosovo kif ukoll lis-Serbja jimplimentaw il-Ftehimiet ta’ Brussell u ta’ Ohrid, inkluż l-istabbiliment tal-Assoċjazzjoni/il-Komunità ta’ muniċipalitajiet b’maġġoranza Serba, u t-tneħħija tal-oppożizzjoni tas-Serbja fir-rigward tas-sħubija tal-Kosovo f’organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali, u jevitaw azzjonijiet unilaterali li jistgħu jdgħajfu l-proċess ta’ djalogu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jistenna li l-Kosovo u s-Serbja jikkooperaw bis-sħiħ u jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex b’ħeffa jarrestaw u jressqu quddiem il-ġustizzja lill-awturi tal-attakk terroristiku tal-2023 f’Banjska; jiddeplora l-fatt li s-Serbja għadha ma ressqitx lill-ħatja quddiem il-ġustizzja, b’mod partikolari lil Milan Radoičić, il-Viċi President ta’ Srpska Lista; itenni li l-awturi tal-attakk terroristiku f’Zubin Potok jeħtiġilhom ukoll jinżammu responsabbli ta’għemilhom u jaffaċċjaw il-ġustizzja mingħajr dewmien;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jistieden lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u lill-Kummissjoni tieħdu rwol aktar proattiv fit-tmexxija tal-proċess ta’ djalogu; jitlob rwol imsaħħaħ għall-Parlament Ewropew fil-faċilitazzjoni tad-djalogu permezz ta’ laqgħat regolari tal-assemblea parlamentari konġunta;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ir-riformi soċjoekonomiċi</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jilqa’ l-progress kostanti tas-Serbja lejn l-iżvilupp ta’ ekonomija tas-suq li tiffunzjona bi tkabbir pożittiv tal-PDG u investiment barrani miżjud f’xi setturi; jieħu nota tal-fatt li s-Serbja rċeviet l-ewwel klassifikazzjoni tal-kreditu tagħha ta’ grad ta’ investiment; jissottolinja l-fatt li l-UE hija s-sieħba kummerċjali ewlenija tas-Serbja, l-akbar sors ta’ investiment dirett barrani u bil-bosta l-akbar donatur; itenni li l-assistenza finanzjarja, li hija ta’ benefiċċju kbir għas-Serbja, hija kkundizzjonata fuq it-tisħiħ tal-prinċipji demokratiċi u l-allinjament mal-PESK u ma’ politiki oħra tal-UE; itenni l-ħtieġa għal riformi aktar sostanzjali fis-suq tax-xogħol, fl-edukazzjoni u fl-amministrazzjoni pubblika, fost l-oħrajn biex jiġu indirizzati l-inugwaljanza soċjali; jesprimi tħassib dwar l-iskala u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-kuntratti intergovernattivi mogħtija li huma eżentati mill-qafas leġiżlattiv attwali dwar l-akkwist pubbliku; jiddispjaċih, madankollu, li d-dejn pubbliku bħala perċentwal tal-PDG għadu ferm ogħla mill-medja tal-Ewropa tal-Lvant;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jinsab imħasseb dwar l-investimenti Russi u Ċiniżi fis-Serbja, u l-influwenza dejjem akbar tagħhom fuq il-proċessi politiċi u ekonomiċi fir-reġjun;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jistieden lis-Serbja tintensifika l-isforzi u żżid l-investiment fl-iżvilupp soċjoekonomiku tar-reġjuni tal-fruntiera tagħha biex tindirizza d-depopolazzjoni u tiżgura li r-residenti jkollhom aċċess għas-servizzi essenzjali, inklużi l-opportunitajiet professjonali, il-kura tas-saħħa u l-edukazzjoni; jissottolinja l-potenzjal tal-programmi ta’ kooperazzjoni bejn il-fruntieri tal-IPA III bħala għodda ewlenija għall-promozzjoni tat-tkabbir reġjonali sostenibbli fit-tul;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Jilqa’ l-impenn attiv tas-Serbja fl-implimentazzjoni tal-pjan ġdid ta’ tkabbir għall-Balkani tal-Punent; jieħu nota tal-fatt li s-Serbja adottat l-Aġenda ta’ Riforma tagħha fit-3 ta’ Ottubru 2024; jemmen li t-tħaddin tal-opportunitajiet tal-pjan ta’ tkabbir ikompli jsaħħaħ l-ekonomija Serba, li matul l-aħħar tliet snin ibbenefikat minn aktar minn EUR 586 miljun f’assistenza finanzjarja u teknika fl-ambitu tal-IPA III; jemmen li l-finanzjament tal-UE għandu jappoġġja aħjar ir-riformi demokratiċi tal-pajjiż; jitlob, f’dak il-kuntest, li l-finanzjament rilevanti tal-UE, inkluż mill-Pjan ta’ Tkabbir għall-Balkani tal-Punent, jiġi riprogrammat biex aktar fondi jiġu ridiretti lejn l-appoġġ għar-riformi ġudizzjarji u l-miżuri kontra l-korruzzjoni, kif ukoll lejn il-media indipendenti u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, sabiex tiġi appoġġjata l-ħidma kritika tagħhom, b’mod partikolari fil-vojt li nħoloq minħabba li rtiraw id-donaturi tal-Istati Uniti; jitlob, barra minn hekk, lill-UE u lill-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent biex jistabbilixxu qafas għal kooperazzjoni produttiva bejn l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) u l-kontropartijiet tiegħu tal-Balkani tal-Punent sabiex jiġi żgurat li l-UPPE jkun jista’ jeżerċita b’mod effettiv is-setgħa tiegħu fuq il-fondi tal-IPA III u tal-Faċilità għall-Balkani tal-Punent fil-pajjiżi li jirċevuhom; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Serbi jżidu l-isforzi biex jikkomunikaw b’mod ċar liċ-ċittadini l-benefiċċji tal-fondi tal-UE u jtejbu l-viżibbiltà tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ konsultazzjoni pubblika matul l-adozzjoni tal-Aġenda ta’ Riforma tas-Serbja; jitlob sorveljanza aktar effettiva tal-programmi u l-proġetti ta’ finanzjament tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Huwa favur aktar kooperazzjoni reġjonali fost il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent biex tiġi kondiviża l-aħjar prattika u jiġu żviluppati strateġiji konġunti fil-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni u l-interferenza barranija; jenfasizza r-rwol tal-UE fil-faċilitazzjoni ta’ sforzi kollaborattivi ta’ dan it-tip; jappella għall-kontinwazzjoni u t-tisħiħ ulterjuri tal-programm reġjonali tal-IPA dwar iċ-ċibersigurtà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Jirrikonoxxi r-rwol importanti tal-komunità tan-negozju tas-Serbja fl-avvanz tal-konverġenza ekonomika mal-UE, inkluż permezz tal-opportunitajiet offruti mill-pjan ta’ tkabbir u fl-implimentazzjoni tiegħu bħala alternattiva sostenibbli għall-investiment Russu u Ċiniż fil-pajjiż; jilqa’ l-kontribut tal-komunità tan-negozju għall-avvanz tar-relazzjonijiet soċjoekonomiċi fil-Balkani tal-Punent;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Jieħu nota tal-isforzi tal-komunità tan-negozju tas-Serbja fil-promozzjoni tal-adeżjoni tal-Balkani tal-Punent fis-suq uniku tal-UE bħala pass konkret lejn sħubija sħiħa fl-UE; jitlob azzjonijiet ċari u li jistgħu jitkejlu u rwoli u responsabbiltajiet definiti sew għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni tas-Suq Reġjonali Komuni, bħala mutur ewlieni għall-adeżjoni b’suċċess tar-reġjun fis-suq uniku tal-UE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-enerġija, l-ambjent, l-iżvilupp sostenibbli u l-konnettività</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>69.</NO.P>Jistieden lis-Serbja żżid l-isforzi tagħha lejn it-traspożizzjoni tal-acquis ambjentali u klimatiku rilevanti u tiżgura l-applikazzjoni xierqa tal-istandards tal-protezzjoni ambjentali, inkluż billi ssaħħaħ b’mod sinifikanti l-kapaċitajiet amministrattivi u tekniċi tagħha fil-livelli kollha tal-gvern, b’mod partikolari fir-rigward tal-leġiżlazzjoni dwar il-ġestjoni tal-iskart u l-adozzjoni tal-Programm ta’ Adattament għat-Tibdil fil-Klima u l-Pjan Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Serbi jtejbu t-trasparenza u l-valutazzjoni tal-impatt ambjentali tal-investiment kollu, inkluż miċ-Ċina u mir-Russja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>70.</NO.P>Itenni d-dispjaċir tiegħu dwar in-nuqqas ta’ azzjoni rigward it-tniġġis tax-xmara Dragovishtitsa mill-minjieri li joperaw fir-reġjun u l-effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa tan-nies lokali u fuq l-ambjent;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>71.</NO.P>Jistieden lis-Serbja żżid l-isforzi tagħha lejn id-dekarbonizzazzjoni tas-sistema tal-enerġija tagħha u tippermetti l-infurzar effettiv tar-regolamenti dwar it-tnaqqis tat-tniġġis relatati mal-impjanti tal-enerġija termali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>72.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa għal aktar progress fil-kooperazzjoni transkonfinali mal-pajjiżi ġirien, speċjalment fir-rigward tal-infrastruttura tat-toroq transkonfinali; iħeġġeġ lis-Serbja tibda timplimenta l-attivitajiet deskritti fil-memorandum ta’ qbil dwar il-kooperazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni ambjentali konkluż mal-Bulgarija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>73.</NO.P>Jieħu nota tal-memorandum ta’ qbil bejn l-UE u s-Serbja li jniedi sħubija strateġika dwar materja prima sostenibbli, il-ktajjen tal-valur tal-batteriji u l-vetturi elettriċi, fid-dawl tat-tranżizzjoni tal-enerġija Ewropea u f’konformità mal-ogħla standards ambjentali; ifakkar li d-djalogu mal-popolazzjonijiet milquta, il-komunità xjentifika u s-soċjetà ċivili għandu jkun fiċ-ċentru ta’ kwalunkwe sħubija strateġika bħal din;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>74.</NO.P>Jilqa’ l-ftehim milħuq fis-summit bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent f’Tirana dwar tnaqqis fil-kostijiet tar-roaming; jistieden, f’dan ir-rigward, lill-awtoritajiet, lill-atturi privati u lill-partijiet ikkonċernati kollha jiffaċilitaw l-ilħuq tal-miri miftiehma biex jinkiseb tnaqqis sostanzjali fil-kostijiet tar-roaming għad-data u tnaqqis ulterjuri li jwassal għal prezzijiet qrib il-prezzijiet domestiċi bejn il-Balkani tal-Punent u l-UE sal-2027; jilqa’ d-dħul fis-seħħ tal-ewwel fażi tal-implimentazzjoni tal-pjan direzzjonali għar-roaming bejn il-Balkani tal-Punent u l-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>75.</NO.P>Itenni li huwa importanti li s-Serbja tkompli tiddiversifika l-provvista tal-enerġija tagħha, biex tkun tista’ taqta’ d-dipendenza tagħha fuq ir-Russja; jieħu nota tas-sanzjonijiet imħabbra mill-Istati Uniti kontra Naftna Industrija Srbije (NIS), li hija sussidjarja tal-Gazprom tar-Russja; jilqa’ t-tlestija tal-interkonnettur tal-gass bejn is-Serbja u l-Bulgarija (IBS) f’Diċembru 2023; jiddispjaċih dwar il-posponiment tat-tnedija tal-operazzjoni kummerċjali tal-IBS; jitlob il-finalizzazzjoni rapida tal-proċess għall-ħruġ tal-permessi biex tiġi żgurata l-operabbiltà sħiħa tiegħu f’konformità mal-acquis tal-komunità tal-enerġija; jinnota li s-Serbja qed tieħu passi biex sal-2027 tintroduċi taxxa fuq il-karbonju bħala pass lejn l-allinjament mas-sistema tal-UE għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>76.</NO.P>Jinnota li nfetħu l-kapitoli kollha fir-raggruppament 4 dwar l-aġenda ekoloġika u l-konnettività sostenibbli; jinnota l-adozzjoni tal-Liġi dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali bħala pass pożittiv lejn il-protezzjoni ambjentali fis-Serbja, filwaqt li jesprimi d-dispjaċir tiegħu dwar il-fatt li l-liġi l-ġdida mhix allinjata għalkollox mad-Direttiva 2014/52/UE<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2014/52/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2011/92/UE dwar il-valutazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 124, 25.4.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/52/oj).</FIELD></FOOTNOTE> rilevanti tal-UE, peress li xorta tħalli l-opportunità li proġetti sinifikanti javvanzaw mingħajr skrutinju ambjentali komprensiv; itenni l-ħtieġa li jiġu deżinjati u ġestiti b’mod rigoruż iż-żoni protetti, b’mod partikolari dawk identifikati bħala Żoni Importanti għall-Għasafar u għall-Bijodiversità (IBAs); jitlob li tingħata attenzjoni speċjali lil siti kritiċi fejn l-infurzar kontra l-kaċċa illegali jeħtieġ li jittejjeb;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>77.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri kif ukoll lill-President, lill-Gvern u lill-Assemblea Nazzjonali tas-Serbja.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>