<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0094</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Rapporti tal-Kummissjoni tal-2023 u l-2024 dwar il-Kosovo</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0075/2025 - Rapporteur: Riho Terras)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Mejju 2025 dwar ir-rapporti tal-Kummissjoni tal-2023 u l-2024 dwar il-Kosovo (2025/2019(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa, u l-Kosovo, min-naħa l-oħra<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 71, 16.3.2016, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2016/342/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ April 2016,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-applikazzjoni tal-Kosovo biex jissieħeb fl-Unjoni Ewropea tal-15 ta’ Diċembru 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-applikazzjoni tal-Kosovo biex jissieħeb fil-Kunsill tal-Ewropa tat-12 ta’ Mejju 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ftehim qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kosovo dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tal-Kosovo fi programmi tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 195, 27.7.2017, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2017/1388/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, fis-seħħ mill-1 ta’ Awwissu 2017,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1529 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Settembru 2021 li jistabbilixxi l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA III)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 330, 20.9.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1529/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/1449 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024 dwar l-istabbiliment tal-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Balkani tal-Punent<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1449, 24.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1449/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew f’Tessalonika tad-19 u l-20 ta’ Ġunju 2003,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tas-Summits bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent tas-17 ta’ Mejju 2018 f’Sofija, tas-6 ta’ Mejju 2020 f’Zagreb, tas-6 ta’ Ottubru 2021 fi Brdo pri Kranju, tas-6 ta’ Diċembru 2022 f’Tirana, tat-13 ta’ Diċembru 2023 fi Brussell, u tat-18 ta’ Diċembru 2024 fi Brussell,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Proċess ta’ Berlin varat fit-28 ta’ Awwissu 2014,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Frar 2020 intitolata “It-titjib tal-proċess tal-adeżjoni – Perspettiva kredibbli tal-UE għall-Balkani tal-Punent” (COM(2020)0057),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Ottubru 2020 intitolata “Pjan Ekonomiku u ta’ Investiment għall-Balkani tal-Punent” (COM(2020)0641),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Novembru 2023 intitolata “Komunikazzjoni tal-2023 dwar il-Politika tat-Tkabbir tal-UE” (COM(2023)0690), akkumpanjata mid-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni intitolat “Kosovo 2023 Report” (Rapport 2023 dwar il-Kosovo) (SWD(2023)0692),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Novembru 2023 intitolata “Pjan ġdid ta’ tkabbir għall-Balkani tal-Punent” (COM(2023)0691),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Marzu 2024 dwar ir-riformi ta’ qabel it-tkabbir u r-rieżami tal-politika (COM(2024)0146),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ottubru 2024 intitolata “Komunikazzjoni tal-2024 dwar il-Politika tat-Tkabbir tal-UE” (COM(2024)0690), akkumpanjata mid-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni intitolat “Kosovo 2024 Report” (Rapport 2024 dwar il-Kosovo) (SWD(2024)0692),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-sommarju ġenerali u l-valutazzjonijiet tal-pajjiżi mill-Kummissjoni, tal-31 ta’ Mejju 2023 u tat-13 ta’ Ġunju 2024, tal-programm ta’ riforma ekonomika tal-Kosovo,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet konġunti tad-Djalogu Ekonomiku u Finanzjarju bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent u t-Turkija, adottati mill-Kunsill fis-16 ta’ Mejju 2023 u l-konklużjonijiet konġunti tad-Djalogu Ekonomiku u Finanzjarju bejn l-UE u s-Sħab tal-Balkani tal-Punent, it-Turkija, il-Georgia, ir-Repubblika tal-Moldova u l-Ukrajna, adottati mill-Kunsill fl-14 ta’ Mejju 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tal-10 ta’ Ġunju 1999, l-opinjoni konsultattiva tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja (QIĠ) tat-22 ta’ Lulju 2010 dwar il-konformità mad-dritt internazzjonali tad-dikjarazzjoni unilaterali ta’ indipendenza fir-rigward tal-Kosovo, u r-Riżoluzzjoni 64/298 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tad-9 ta’ Settembru 2010 li rrikonoxxiet il-kontenut tal-opinjoni tal-QIĠ u laqgħet id-disponibbiltà tal-UE li tiffaċilita d-djalogu bejn is-Serbja u l-Kosovo,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ewwel ftehim dwar il-prinċipji li jirregolaw in-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet bejn is-Serbja u l-Kosovo tad-19 ta’ April 2013, l-ftehimiet tal-25 ta’ Awwissu 2015, u d-djalogu ffaċilitat mill-UE li għadu għaddej għan-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Brussell tas-27 ta’ Frar 2023 u l-Ftehim ta’ Ohrid tat-18 ta’ Marzu 2023 u l-anness ta’ implimentazzjoni tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1095 tal-5 ta’ Ġunju 2023 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX Kosovo)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 146, 6.6.2023, p. 22, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/1095/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, li estendiet il-mandat tal-missjoni sal-14 ta’ Ġunju 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2023/850 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ April 2023 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 2018/1806 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa (Kosovo)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 110, 25.4.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/850/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport finali tal-Missjoni ta’ Osservazzjoni Elettorali tal-Unjoni Ewropea dwar l-elezzjonijiet muniċipali tal-2021 fil-Kosovo,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport preliminari tal-Missjoni ta’ Osservazzjoni Elettorali tal-Unjoni Ewropea dwar l-elezzjonijiet parlamentari tal-2025 fil-Kosovo,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-raba’ laqgħa tal-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kosovo, li saret fi Brussell fis-7 ta’ Diċembru 2021,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Kosovo,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet adottati fit-12-il laqgħa tal-Kumitat Parlamentari ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Kosovo, li saret fid-9 ta’ Diċembru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Indiċi dwar il-Perċezzjoni tal-Korruzzjoni tal-2024 minn Transparency International,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa tal-2024 minn Reporters mingħajr fruntieri,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport dwar id-Demokrazija tal-2024 ta’ Marzu 2024 mill-Istitut Varieties of Democracy (V-Dem),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A10-0075/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-politika tat-tkabbir hija waħda mill-aktar strumenti effettivi tal-politika barranija tal-UE u waħda mill-aktar politiki ta’ suċċess biex jiġu inċentivati u mħeġġa riformi fundamentali, u hija investiment strateġiku ġeopolitiku fil-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà fit-tul fil-kontinent kollu;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi d-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt huma l-valuri fundamentali li fuqhom hija msejsa l-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-proċess ta’ tkabbir tal-UE huwa għodda strateġika għat-tisħiħ tal-istabbiltà, id-demokrazija u l-iżvilupp ekonomiku fl-Ewropa, u kull pajjiż tat-tkabbir huwa ġġudikat fuq il-merti tiegħu stess u billi l-implimentazzjoni tar-riformi meħtieġa u l-konformità mas-sett ta’ kriterji u l-valuri komuni Ewropej jiddeterminaw l-iskeda ta’ żmien u l-progress tal-adeżjoni; billi t-triq tal-Kosovo lejn is-sħubija fl-UE tiddependi wkoll fuq in-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet mas-Serbja;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-UE hija l-akbar fornitur ta’ appoġġ finanzjarju lill-Kosovo;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-Kosovo ġie soġġett għal indħil barrani u kampanji ta’ diżinformazzjoni, b’mod partikolari mir-Russja, speċjalment permezz tal-mezzi tal-informazzjoni nazzjonalisti Serbi, u miċ-Ċina, permezz tas-setgħa ta’ persważjoni, bil-għan li jiddestabbilizzaw l-istituzzjonijiet demokratiċi tiegħu, jipperikolaw il-koeżjoni tas-soċjetà, u jinċitaw il-vjolenza etnika; billi l-attakk ta’ Banjska/Banjskë f’Settembru 2023 kien segwit minn tixrid massiv ta’ diżinformazzjoni li kompla jaggrava t-tensjonijiet; billi l-awtoritajiet tal-Kosovo adottaw il-Liġi dwar il-Kummissjoni Indipendenti tal-Mezzi tal-Informazzjoni (IMC) f’Lulju 2024; billi, f’Mejju 2024, il-Kunsill tal-Ewropa ppubblika opinjoni legali dwar l-abbozz ta’ liġi dwar l-IMC, li fiha esprima tħassib dwar ċerti aspetti ta’ dan l-abbozz ta’ liġi, filwaqt li pprovda rakkomandazzjonijiet dwar kif għandu jiġi indirizzat dan it-tħassib; billi t-test finali tal-Liġi dwar l-IMC ma rriflettiex il-biċċa l-kbira tar-rakkomandazzjonijiet li saru;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, magħrufa wkoll bħala EULEX, hija l-akbar missjoni ċivili li qatt tnediet fl-ambitu tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni tal-Unjoni Ewropea;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi fl-2018 u l-2023, ġew iffirmati petizzjonijiet minn aktar minn 500 persuna li storikament jidentifikaw lilhom infushom bħala Bulgari;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Impenn favur l-adeżjoni mal-UE</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Ifaħħar l-impenn tal-Kosovo favur l-adeżjoni mal-UE, li jirrifletti għażla ġeopolitika strateġika ċara, u l-appoġġ qawwi kontinwu taċ-ċittadini tiegħu għat-triq Ewropea tal-Kosovo; itenni li l-Kosovo kien konsistenti fl-isforzi tiegħu biex jintegra fl-Unjoni Ewropea;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Itenni t-twemmin sod tiegħu li l-futur tal-Kosovo jinsab fl-UE u li l-isforzi kollha biex il-Kosovo joħroġ miz-zona griża huma fl-interess tal-poplu tal-Kosovo u tal-UE, speċjalment fil-kuntest tad-dinamika ġeopolitika attwali fir-reġjun, il-bidliet rapidi u importanti fil-politika dinjija u l-kompetizzjoni dejjem akbar ma’ reġimi awtoritarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jappoġġja l-applikazzjoni tal-Kosovo biex jissieħeb fl-UE, li tirrifletti l-kunsens enormi bejn il-partiti dwar l-integrazzjoni fl-UE u għażla ġeopolitika strateġika ċara; itenni t-talba tiegħu lill-Istati Membri fil-Kunsill biex jagħtu mandat lill-Kummissjoni ħalli tippreżenta l-kwestjonarju tagħha u tippreżenta l-opinjoni tagħha dwar il-merti tal-applikazzjoni tal-pajjiż; jistieden lill-ħames Stati Membri mhux rikonoxxenti, li għadhom ma rrikonoxxewx l-indipendenza tal-Kosovo, jagħmlu dan mingħajr dewmien u b’hekk jippermettu lill-Kosovo jagħmel progress fit-triq tiegħu lejn l-UE fuq l-istess livell mal-pajjiżi kandidati l-oħra; fakkar fl-opinjoni konsultattiva tal-QIĠ tat-22 ta’ Lulju 2010, li tiddikjara li d-dikjarazzjoni unilaterali tal-indipendenza tal-Kosovo ma tiksirx id-dritt internazzjonali ġenerali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Ifakkar li s-sħubija fl-Unjoni Ewropea hija bbażata fuq proċess ibbażat fuq il-mertu, li għandu bħala kundizzjoni l-implimentazzjoni rigoruża tar-riformi allinjati mal-ogħla standards Ewropej, b’mod partikolari l-konformità mal-kriterji ta’ Copenhagen u l-istat tad-dritt, u jiżgura l-applikazzjoni effettiva tal-liġijiet fil-prattika; jinkoraġġixxi lill-Kosovo jkompli bl-isforzi tiegħu f’dan ir-rigward, billi jkompli jsaħħaħ l-impenn tiegħu għall-valuri u l-istandards tal-Unjoni; jisħaq li t-tkabbir jimplika wkoll tħejjija bir-reqqa ta’ membri ġodda potenzjali, filwaqt li jirrispetta l-istabbiltà ekonomika tas-suq intern, l-istandards soċjali u ambjentali u l-funzjonament xieraq tal-istituzzjonijiet Ewropej;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jilqa’ l-liberalizzazzjoni tal-viża, adottata f’April 2023 u fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2024, bħala riżultat tanġibbli tar-relazzjonijiet dejjem eqreb tal-Kosovo mal-UE u bħala evidenza tal-isforzi tal-Kosovo fit-triq lejn l-integrazzjoni Ewropea; jilqa’ d-deċiżjoni tal-Kosovo li unilateralment jabolixxi l-ħtieġa ta’ viża għaċ-ċittadini tal-Bożnija-Ħerzegovina; jilqa’ d-deċiżjoni ta’ Spanja li tirrikonoxxi l-passaporti ordinarji maħruġa mill-Kosovo bħala dokumenti tal-ivvjaġġar validi minn Jannar 2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jinnota l-progress tanġibbli fl-oqsma tal-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà, il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u ekonomija orjentata lejn is-suq li tiffunzjona; jiddispjaċih dwar il-progress limitat u jappella għal aċċellerazzjoni tar-riformi fil-qasam tal-istat tad-dritt; jilqa’ l-ambizzjoni tal-Kosovo li javvanza l-implimentazzjoni tar-riformi, li għadha l-prijorità tal-pajjiż; jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ kworum deliberattiv fl-Assemblea Nazzjonali tal-Kosovo, ikkawżat mill-bojkott tal-ħidma fl-Assemblea mill-partiti politiċi qabel l-elezzjonijiet parlamentari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jiddispjaċih dwar il-politiċizzazzjoni tal-istituzzjonijiet bħall-Kummissjoni Elettorali Ċentrali u l-IMC;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Ifaħħar l-allinjament kontinwu tal-Kosovo mal-politika barranija u ta’ sigurtà tal-UE, b’mod partikolari l-kundanna qawwija tiegħu tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, u l-implimentazzjoni tiegħu tal-miżuri restrittivi tal-UE kontra r-Russja u l-Belarussja, b’allinjament mal-politika barranija tal-Unjoni, u l-appoġġ tiegħu permezz ta’ pakketti ta’ għajnuna umanitarja u assistenza militari lill-Ukrajna, liema azzjonijiet jikkonfermaw li l-Kosovo huwa sieħeb affidabbli u siewi impenjat għall-integrazzjoni tal-UE u jikkonfermaw l-orjentazzjoni ġeopolitika ċara tiegħu, ankrata bis-sħiħ fl-alleanza Ewropea u trans-Atlantika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jappella għat-tneħħija immedjata tal-miżuri tal-UE kontra l-Kosovo, li ma għadhomx iġġustifikati aktar peress li l-Kosovo ssodisfa r-rekwiżiti tal-UE u peress li l-miżuri jikkontradixxu bi kbir l-impenn muri tal-Kosovo għall-valuri Ewropej u l-allinjament mal-politiki tal-UE, u b’hekk jillimitaw l-impatt tas-sħubija tal-UE mal-Kosovo u jfixklu t-tkomplija tad-djalogu bejn Belgrad u Pristina <STRING ITALIC="on">in bona fide</STRING>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Itenni l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-applikazzjoni tal-Kosovo li jissieħeb fil-Kunsill tal-Ewropa, għall-pjan ta’ orjentazzjoni strateġika tal-pajjiż li jissieħeb fil-programm tas-Sħubija għall-Paċi tan-NATO u għall-kandidaturi tiegħu li jissieħeb f’organizzazzjonijiet internazzjonali oħra; jistieden lill-organizzazzjonijiet rilevanti u lill-Istati Membri jappoġġjaw b’mod proattiv il-kandidaturi rispettivi tal-Kosovo; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Uffiċċju tal-UE fil-Kosovo jintensifikaw l-isforzi tagħhom fit-tisħiħ tal-viżibbiltà u fil-promozzjoni tar-rwol, tal-isforzi u tal-benefiċċji ta’ sħubija aktar mill-qrib bejn l-UE u l-Kosovo;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>	Jilqa’ l-fatt li l-Kosovo naqqas il-piż amministrattiv billi ssimplifika l-proċeduri permezz tal-implimentazzjoni tal-programm relatat għall-2022-2027; jinnota li l-qafas strateġiku għall-amministrazzjoni pubblika huwa fis-seħħ, iżda mhux implimentat b’mod effiċjenti; jiddispjaċih għall-fatt li d-dewmien fir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika kkawża ġestjoni dgħajfa tal-finanzjament tal-UE u li l-obbligu ta’ rendikont fis-settur pubbliku huwa insuffiċjenti; jistieden lill-Kosovo jtejjeb l-amministrazzjoni pubblika u s-sistema tas-servizz ċivili bbażata fuq il-mertu billi jemenda u jadotta l-Liġi dwar l-Uffiċjali Pubbliċi u l-Liġi dwar il-Bord ta’ Sorveljanza Indipendenti tas-Servizz Pubbliku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jiddispjaċih li s-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali tal-Kosovo fir-rigward tal-Liġi dwar is-Salarji, li tiġbor is-sistema attwali ta’ remunerazzjoni għall-uffiċjali pubbliċi, għadha ma ġietx eżegwita; jistieden lill-Gvern tal-Kosovo jirrevedi l-leġiżlazzjoni tiegħu dwar il-ġestjoni finanzjarja pubblika biex jissodisfa l-istandards internazzjonali u jinkorpora l-metodoloġija dwar l-investiment pubbliku fil-leġiżlazzjoni riveduta;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Demokrazija u stat tad-dritt</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jilqa’ l-progress importanti u pożittiv fl-indirizzar ta’ ħafna mir-rakkomandazzjonijiet li ilhom stabbiliti tal-Missjoni ta’ Osservazzjoni Elettorali tal-UE (MOE tal-UE) u dwar il-preżentazzjoni ta’ liġi kunsenswali dwar l-elezzjonijiet ġenerali; jinnota li dan jipprovdi bażi adegwata għat-twettiq ta’ elezzjonijiet demokratiċi, f’konformità mal-istandards internazzjonali u reġjonali; jinnota li bi tweġiba għal stedina mill-President tal-Kosovo, l-Unjoni Ewropea bagħtet MOE tal-UE, li kienet tinkludi delegazzjoni ta’ osservaturi ta’ Membri tal-Parlament Ewropew, biex tosserva l-elezzjonijiet parlamentari fil-Kosovo fid-9 ta’ Frar 2025; jilqa’ l-konklużjonijiet tal-MOE tal-UE li jikkonfermaw it-twettiq ta’ elezzjonijiet paċifiċi, ħielsa u ġusti fid-9 ta’ Frar 2025 bil-parteċipazzjoni tal-komunitajiet kollha fil-Kosovo; jiddispjaċih dwar ir-retorika ħarxa tal-partiti politiċi matul il-kampanja; jieħu nota tal-problemi tekniċi li ltaqgħu magħhom matul il-proċess tal-għadd u jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet tal-Kosovo jżidu l-isforzi tagħhom biex itejbu l-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet li jmiss; jinnota n-nuqqas ta’ pluraliżmu politiku ġenwin fil-komunità Serba tal-Kosovo fl-elezzjonijiet parlamentari, minkejja diversi listi elettorali Serbi tal-Kosovo; jinsab imħasseb dwar rapporti ta’ pressjoni kontinwa eżerċitata minn Belgrad fuq il-votanti mill-komunità Serba; jikkundanna l-indħil ripetut fil-kampanja elettorali mill-Mibgħut Speċjali tal-Istati Uniti Richard Grenell;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jinnota bi tħassib l-imblokk politiku kkawżat mix-xenarju politiku frammentat u l-fatt li s’issa għadu ma ġiex elett speaker tal-Parlament, u dan ifixkel il-formazzjoni ta’ gvern wara l-elezzjonijiet leġiżlattivi tad-9 ta’ Frar 2025 u jdewwem il-qari Parlamentari ta’ diversi testi baġitarji; iħeġġeġ lill-partiti politiċi jaħdmu flimkien biex jegħlbu dan l-istaġnar mill-aktar fis possibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jinnota bi tħassib li l-Liġi dwar l-Elezzjonijiet Lokali u l-Liġi dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali għadhom mhumiex implimentati u armonizzati mal-Liġi dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri, liema liġi timponi rappreżentanza ugwali ta’ 50 % ta’ nisa u rġiel; jiddispjaċih li n-nisa għadhom sottorappreżentati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jilqa’ l-adozzjoni tal-Liġi dwar l-Uffiċċju tal-Prosekuzzjoni Speċjali u l-progress fl-aġġudikazzjoni ta’ każijiet ta’ korruzzjoni; ifaħħar il-ħidma attiva tal-uffiċċju tal-prosekuzzjoni speċjali għas-soluzzjoni ta’ seba’ każijiet ta’ delitti tal-gwerra; jappella għal kjarifika ulterjuri fit-tqassim tal-ġuriżdizzjoni bejn l-uffiċċju tal-prosekuzzjoni speċjali u l-prosekuzzjoni bażika fil-ġestjoni tal-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet; jistieden lill-Kosovo jkompli jsaħħaħ l-uffiċċju tal-prosekuzzjoni speċjali billi jtejjeb il-kapaċità tiegħu li jinvestiga u jressaq każijiet ta’ kriminalità organizzata ta’ profil għoli għall-prosekuzzjoni; jistieden lill-pulizija u lill-uffiċċju tal-prosekuzzjoni speċjali jaħdmu flimkien mill-qrib biex jiżviluppaw strateġiji għat-twettiq ta’ investigazzjonijiet b’mod aktar effettiv u bi tqassim ċar ta’ responsabbiltà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jieħu nota tal-progress fil-klassifikazzjoni tal-Kosovo fl-Indiċi dwar il-Perċezzjoni tal-Korruzzjoni, peress li tela’ 10 postijiet ’il fuq mis-sena li għaddiet; iqis li dan huwa żvilupp pożittiv filwaqt li jirrikonoxxi li dan huwa attribwibbli kemm għat-tnaqqis fil-punteġġi tal-pajjiżi l-oħra kif ukoll, b’mod aktar sinifikanti, għall-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni kwalitattiva, iżda li għadu fil-biċċa l-kbira mhux sodisfaċenti; jenfasizza li l-kisba tal-fiduċja tan-nies tirrikjedi mhux biss riformi leġiżlattivi iżda wkoll riżultati viżibbli fl-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni u l-kundanna ta’ każijiet ta’ korruzzjoni fil-livelli kollha; jiddispjaċih li l-Kosovo ilu mingħajr strateġija kontra l-korruzzjoni mill-2019 u jħeġġeġ li jsiru aktar sforzi biex din tiġi ffinalizzata bħala kwistjoni ta’ prijorità; itenni li huwa meħtieġ impenn politiku qawwi biex jiġi stabbilit rekord sod fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni ta’ livell għoli; itenni li huwa meħtieġ impenn politiku qawwi biex jiġi stabbilit rekord sod fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni ta’ livell għoli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar il-vulnerabbiltajiet sistemiċi fil-ġudikatura tal-Kosovo, b’mod partikolari fir-rigward tal-indipendenza tas-sistema ġudizzjarja u r-rispett għas-separazzjoni tas-setgħat; itenni t-tħassib tiegħu dwar id-dewmien fil-proċessi u l-kritika kontinwa minn uffiċjali tal-gvern ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji f’każijiet individwali; jilqa’ l-fatt li f’Diċembru 2024, il-gvern ippreżenta l-abbozz ta’ leġiżlazzjoni tiegħu dwar ir-riformi ġudizzjarji lill-Kummissjoni ta’ Venezja, u li din ħarġet l-ewwel opinjoni fit-18 ta’ Marzu 2025; jistieden lill-Kosovo jiżgura li l-leġiżlazzjoni li tirregola l-integrità u l-obbligu ta’ rendikont tal-ġudikatura tkun konsistenti mal-istandards Ewropej u mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta’ Venezja; jistieden lill-Gvern tal-Kosovo jalloka baġit adegwat għas-sistema ġudizzjarja; jilqa’ l-istabbiliment tal-Qorti Kummerċjali, il-progress fir-reklutaġġ ta’ mħallfin u prosekuturi ġodda b’użu ta’ proċess trasparenti u bbażat fuq il-mertu, u żieda ġenerali fit-trasparenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jilqa’ l-parteċipazzjoni tas-Serbi tal-Kosovo fl-elezzjonijiet parlamentari u jinkoraġġixxi lir-rappreżentanti eletti tagħhom biex ikollhom rwol attiv fil-qafas leġiżlattiv tal-Kosovo, b’appoġġ għall-futur Ewropew tal-Kosovo; jiddispjaċih, madankollu, dwar il-bojkott tal-partiti li jirrappreżentaw lis-Serbi tal-Kosovo matul l-elezzjonijiet lokali f’April 2023 u l-irtirar tas-Serbi tal-Kosovo mill-istituzzjonijiet tal-Kosovo; jesprimi tħassib dwar l-indħil tas-Serbja fl-elezzjonijiet parlamentari permezz ta’ Srpska Lista (SL);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jilqa’ l-implimentazzjoni tas-sentenza tal-2016 tal-Qorti Kostituzzjonali dwar is-sjieda tal-art tal-Monasteru ta’ Visoki Dečani/Deçani peress li, f’Marzu 2024, il-monasteru ġie rreġistrat bħala s-sid;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jilqa’ ż-żieda kostanti fil-kundanni tar-reati tal-kriminalità organizzata u l-fatt li l-qafas legali dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata huwa allinjat mal-acquis tal-UE; jenfasizza l-ħtieġa li s-servizzi tal-prosekuzzjoni u l-pulizija jsaħħu l-azzjoni konġunta tagħhom kontra l-gruppi u n-networks kriminali; jesprimi tħassib dwar l-isfidi tas-sigurtà fit-Tramuntana tal-Kosovo, b’mod partikolari wara l-attakk ta’ Banjska/Banjskë f’Settembru 2023, li kien jeħtieġ riżorsi sinifikanti tal-pulizija; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi approfondita l-kooperazzjoni fil-qasam tal-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga; jappella għal allinjament ulterjuri fir-rigward tal-ġlieda kontra t-terroriżmu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jilqa’ l-adozzjoni tal-istrateġija u l-pjan ta’ azzjoni dwar il-kontroll ta’ armi ħfief u ta’ kalibru żgħir u splussivi, kif ukoll il-livell għoli ta’ konformità mar-regoli tal-Protokoll tan-NU dwar l-Armi tan-Nar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jibqa’ mħasseb dwar l-implimentazzjoni bil-mod tal-istrateġija u l-pjan ta’ azzjoni dwar l-istat tad-dritt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jafferma mill-ġdid l-impenn tiegħu li jżomm u jsaħħaħ il-kooperazzjoni tiegħu mal-Assemblea tal-Kosovo u l-membri tagħha b’appoġġ għall-proċessi demokratiċi relatati mat-triq Ewropea tal-Kosovo billi juża l-għodod u l-inizjattivi eżistenti tal-Parlament ta’ appoġġ għad-demokrazija; jemmen li din is-sħubija tista’ tingħata ħajja ġdida u tissaħħaħ aktar wara l-elezzjonijiet demokratiċi li saru fid-9 ta’ Frar 2025; jinkoraġġixxi l-involviment attiv u l-kollaborazzjoni tal-membri eletti kollha tal-Assemblea tal-Kosovo li għadha kif ġiet iffurmata;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jikkundanna l-inċidenti serji ta’ sigurtà fit-Tramuntana tal-Kosovo lejn tmiem Novembru 2024, bl-aktar att gravi jseħħ qrib il-villaġġ ta’ Vragë f’Zubin Potok, fejn l-apparat splussiv għamel ħsara lill-infrastruttura kritika billi mmira l-kanal ewlieni tas-sistema Ibër Lepenc; jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-istituzzjonijiet tal-Kosovo fit-twettiq ta’ investigazzjoni sħiħa ta’ dawn l-azzjonijiet kriminali sabiex l-awturi jitressqu quddiem il-ġustizzja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Ifaħħar il-ħidma tal-EULEX, li qed tassisti lill-awtoritajiet tal-Kosovo fl-istabbiliment ta’ istituzzjonijiet tal-istat tad-dritt sostenibbli u indipendenti;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Libertajiet fundamentali u drittijiet tal-bniedem</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jinnota li l-Kosovo għandu l-istruttura istituzzjonali meħtieġa għall-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem; jilqa’ l-adozzjoni tal-istrateġija għall-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-komunitajiet; jenfasizza, madankollu, li l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem għadha dgħajfa minħabba n-nuqqas ta’ implimentazzjoni leġiżlattiva, rieda politika u riżorsi umani u finanzjarji limitati u jappella għal mekkaniżmi msaħħa ta’ infurzar u obbligu ta’ rendikont;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-kostituzzjoni tal-Kosovo hija progressiva ħafna f’termini ta’ protezzjoni tad-drittijiet tal-minoranzi; jinnota b’dispjaċir li l-petizzjoni ffirmata minn kważi 500 persuna li storikament identifikaw lilhom infushom bħala Bulgari u li ġiet irreġistrata fl-Assemblea tal-Kosovo f’Jannar 2023, għadha ma ġietx ikkunsidrata u jirrakkomanda li dawk id-drittijiet jiġu minquxa fil-liġi u żgurati fil-prattika; jistieden lill-Kosovo jiżgura li l-minoranzi kollha rikonoxxuti skont il-liġi dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-minoranzi u l-membri tal-komunitajiet tagħhom, jiġu inkorporati bis-sħiħ fil-kostituzzjoni tal-pajjiż; jistieden lill-awtoritajiet tal-Kosovo jżidu l-isforzi biex jipproteġu d-drittijiet tal-minoranzi kollha, inklużi l-komunitajiet nazzjonali, b’mod partikolari l-komunitajiet nazzjonali vulnerabbli, u jipprovdulhom opportunitajiet indaqs u rappreżentanza adegwata fil-ħajja politika u kulturali, fil-media pubblika, fl-amministrazzjoni u fil-ġudikatura, kif ukoll jipprevjenu l-assimilazzjoni tagħhom u jippromwovu l-integrazzjoni tagħhom fis-soċjetà tal-Kosovo u jsaħħu l-attivitajiet biex jeliminaw l-isfidi soċjali u ekonomiċi ta’ dawn il-minoranzi nazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jilqa’ ż-żieda fil-finanzjament għal postijiet ta’ kenn għall-vittmi tal-vjolenza domestika u tat-traffikar; jinnota li l-vjolenza domestika tibqa’ l-aktar forma komuni ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru; jesprimi tħassib li s-sistema għadha qed tonqos milli tiżgura l-prevenzjoni effettiva tal-vjolenza domestika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jiddispjaċih li l-adozzjoni tal-abbozz tal-Kodiċi Ċivili tal-Kosovo għadha pendenti; jenfasizza li l-abbozz tal-Kodiċi Ċivili jindirizza diversi kwistjonijiet importanti relatati mal-ugwaljanza bejn il-ġeneri bħala valur fundamentali tal-UE, inkluż li jippermetti li n-nisa u l-irġiel konjuġi jkollhom sehem ugwali mill-proprjetà matrimonjali konġunta; jisħaq fuq l-importanza li fil-Kodiċi Ċivili jiġu żgurati d-drittijiet għall-persuni kollha fil-Kosovo biex ir-rispett għad-drittijiet kostituzzjonali u l-opportunitajiet għall-komunità LGBTIQ jiġu ssalvagwardjati; jesprimi tħassib li n-nisa għadhom sottorappreżentati f’pożizzjonijiet politiċi għolja, speċifikament relatati mas-sigurtà u d-djalogu, u jenfasizza l-ħtieġa urġenti għall-involviment tagħhom fil-proċessi tal-istabbiliment tal-paċi u tar-rikonċiljazzjoni, f’konformità mar-Riżoluzzjoni 1325 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà; jappella għal aktar sforzi biex jitjieb il-post tan-nisa fis-soċjetà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jinnota li s-sistema tal-ħabs issegwi b’mod wiesa’ r-Regoli Standard Minimi tan-NU u jappella għal protezzjoni aħjar tad-drittijiet tal-priġunieri, b’mod partikolari l-priġunieri nisa, minoritarji u morda mentalment; jibqa’ mħasseb li għad hemm lingwaġġ diskriminatorju kontra n-nisa u l-persuni LGBTIQ, u jistieden lill-awtoritajiet joħolqu u jimplimentaw strateġija nazzjonali dwar il-ġeneru għall-oqsma ta’ riċerka, bħax-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika; ifaħħar il-parteċipazzjoni tan-nisa fi programmi ta’ taħriġ ta’ kwalità għolja fl-oqsma tan-negozju u l-ġestjoni, kif ukoll f’oqsma relatati mal-ICT, iffaċilitati mill-fondi tal-istrument għall-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni; jiddispjaċih li n-nisa minn gruppi ta’ minoranza, b’mod partikolari l-komunitajiet Rom, Ashkali u Eġizzjani, jiffaċċjaw diversi forom ta’ diskriminazzjoni, b’mod partikolari fl-edukazzjoni, l-impjiegi u l-aċċess għall-kura tas-saħħa; jesprimi tħassib li l-amministrazzjoni ċentrali ma tirrappreżentax b’mod adegwat il-komunitajiet minoritarji, u l-għadd ta’ nisa f’pożizzjonijiet għolja huwa baxx;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jiddispjaċih li l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità għadha ma ġietx adottata; jesprimi tħassib li hemm allinjament insuffiċjenti bejn il-leġiżlazzjoni tal-Kosovo u l-acquis tal-UE dwar id-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà, li jiffaċċjaw diskriminazzjoni u ostakli fl-aċċess għas-servizzi soċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jilqa’ t-titjib konsistenti tal-Kosovo fil-pożizzjoni tiegħu fl-Indiċi tad-Demokrazija Liberali u l-Indiċi tad-Demokrazija Elettorali tal-2024, kif imħejjija mill-Istitut Varieties of Democracy, li jkejlu l-istat tad-dritt, il-kontrolli u l-bilanċi, il-libertajiet ċivili, u l-elezzjonijiet ħielsa u ġusti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jieħu nota tal-ambjent pluralistiku tal-media tal-Kosovo waqt li jistenna d-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali dwar il-liġi ewlenija dwar il-media u jissottolinja r-rwol tal-IMC, li l-indipendenza tagħha fit-teħid tad-deċiżjonijiet jeħtieġ li tiġi żgurata b’mod strett u li l-funzjonament sħiħ tagħha jerġa’ jiġi stabbilit; jiddispjaċih, madankollu, għat-tnaqqis fil-libertà tal-media tal-Kosovo, kif muri mit-tnaqqis tiegħu mis-56 post għall-75 fl-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa tal-2024; jafferma mill-ġdid li l-pluraliżmu tal-media u t-trasparenza huma prerekwiżiti għall-adeżjoni mal-UE; jappella għal aktar trasparenza dwar is-sjieda u l-finanzjament tal-media bil-għan li jissaħħu l-indipendenza u l-pluraliżmu tal-media; jenfasizza l-ħtieġa ta’ miżuri robusti biex il-ġurnalisti jiġu protetti mill-fastidju u l-intimidazzjoni, u biex tiġi żgurata l-indipendenza tal-korpi regolatorji tal-media; jinnota t-tħassib imqajjem mis-soċjetà ċivili dwar l-elezzjoni allegatament politikament motivata tal-President tal-IMC; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Kosovo jkomplu jirrevedu l-Liġi dwar l-IMC sabiex jinkludu r-rakkomandazzjonijiet li saru mill-Kunsill tal-Ewropa, u b’hekk jallinjaw il-liġi nazzjonali mal-istandards u l-prattiki tal-UE; jirrakkomanda li jkun hemm aktar appoġġ għall-mezzi tal-media indipendenti u għall-organizzazzjonijiet tal-verifika tal-fatti fil-Kosovo, filwaqt li jirrikonoxxi r-rwol kruċjali tagħhom fil-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni u fl-għoti ta’ informazzjoni preċiża lill-pubbliku; jinkoraġġixxi lill-UE tipprovdi assistenza teknika u finanzjarja lil dawn l-entitajiet; jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet tal-Kosovo jitolbu korpi ta’ missjonijiet esperti mfassla apposta għall-Assistenza Teknika u l-Iskambju ta’ Informazzjoni; jappella għall-adozzjoni tal-Liġi dwar ir-Radju Televiżjoni tal-Kosovo u l-Liġi dwar il-Protezzjoni tas-Sorsi tal-Ġurnalisti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar l-attakk ċibernetiku reċenti mmirat lejn l-infrastruttura diġitali tal-Kosovo; iħeġġeġ lill-Gvern tal-Kosovo jsaħħaħ il-kapaċitajiet tiegħu biex jiġġieled l-indħil barrani u d-diżinformazzjoni, b’mod partikolari dawk li joriġinaw minn mezzi tal-informazzjoni nazzjonalisti Serbi u mir-Russja, li għandhom l-għan li jiddestabbilizzaw ir-reġjun u jimminaw l-integrazzjoni Ewropea tal-Balkani tal-Punent, billi jiżviluppa strateġiji komprensivi li jinkludu kampanji ta’ sensibilizzazzjoni pubblika li jiġġieldu wkoll id-diżinformazzjoni li timmina l-parteċipazzjoni tan-nisa fil-ħajja pubblika, isaħħaħ iċ-ċibersigurtà u l-infrastruttura relatata, irawwem il-kollaborazzjoni mas-sħab internazzjonali, b’mod partikolari l-Unjoni Ewropea, jipproteġi l-ekonomija diġitali, is-servizzi pubbliċi u s-sigurtà nazzjonali tiegħu, u jindirizza l-kampanji ta’ diżinformazzjoni u t-theddid ibridu li għandhom l-għan li jiddestabbilizzaw il-pajjiż u jimminaw il-perspettiva Ewropea tiegħu; jinkoraġġixxi l-integrazzjoni tal-programmi ta’ litteriżmu fil-media fil-kurrikulu edukattiv tal-Kosovo biex iċ-ċittadini jiġu mgħammra bil-ħiliet meħtieġa biex jidentifikaw u jiġġieldu d-diżinformazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Ifaħħar il-fatt li l-Kosovo pprovda kenn u ażil lill-ġurnalisti mill-Ukrajna u l-Afganistan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar iż-żieda sinifikanti fl-attakki kontra l-ġurnalisti u fil-kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika (kawżi SLAPP), inklużi minn uffiċjali tal-gvern; jistieden lill-awtoritajiet javvanzaw il-ħidma tagħhom fir-rigward tal-leġiżlazzjoni kontra s-SLAPP f’konformità mad-Direttiva l-ġdida tal-UE 2024/1069<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2024/1069 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jinvolvu ruħhom f’parteċipazzjoni pubblika minn talbiet manifestament infondati jew proċedimenti tal-qorti abbużivi (“Kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika”) (ĠU L, 2024/1069, 16.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1069/oj).</FIELD></FOOTNOTE>; jistieden lill-Kosovo jaħdem b’mod attiv biex jiżgura l-kapaċità tal-ġurnalisti li jwettqu xogħolhom u jiżgura libertà sħiħa għall-media biex topera b’mod indipendenti; jissottolinja l-ħtieġa li jitwaqqfu l-forom kollha ta’ vjolenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jilqa’ s-soċjetà ċivili vibranti u kostruttiva tal-Kosovo, li għandha rwol kruċjali u pożittiv ħafna fil-proċess ta’ riforma; iħeġġeġ lill-Gvern tal-Kosovo jsaħħaħ il-kooperazzjoni tiegħu mas-soċjetà ċivili, b’mod partikolari mal-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tan-nisa, fit-teħid tad-deċiżjonijiet u jagħmel aktar użu mill-Kunsill tal-Gvern għall-Kooperazzjoni mas-Soċjetà Ċivili, bil-għan li jinbnew relazzjonijiet kollaborattivi u li s-soċjetà ċivili ġenwinament tiġi involuta fi proċess leġiżlattiv trasparenti sa mill-fażijiet bikrin ’il quddiem; jisħaq fuq l-importanza li l-obbligu ta’ rendikont u t-trasparenza jiżdiedu fir-rigward tal-finanzjament pubbliku għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; jissottolinja li s-soċjetà ċivili hija fundamentali biex jitrawmu d-demokrazija u l-pluraliżmu u biex jiġu promossi l-governanza tajba u l-progress soċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jiddispjaċih għan-nuqqas ta’ pjan ċar biex is-Serbi tal-Kosovo jkunu involuti fit-Tramuntana u li l-inizjattivi biex il-komunità Serba tiġi involuta fl-istrutturi politiċi, soċjali u ekonomiċi tal-Kosovo għadhom limitati ħafna; itenni t-talba tiegħu biex jitjieb id-djalogu intern u jkun hemm involviment ġenwin u dirett mal-organizzazzjonijiet indipendenti tas-soċjetà ċivili tas-Serbi tal-Kosovo, b’mod partikolari fit-Tramuntana, bil-għan li tinbena l-fiduċja, tiġi ffaċilitata l-ħajja ta’ kuljum tas-Serbi tal-Kosovo u biex dawn jiġu integrati b’suċċess;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Rikonċiljazzjoni u relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Ifaħħar l-impenn tal-Kosovo f’għadd ta’ inizjattivi ta’ kooperazzjoni reġjonali u jinkoraġġih itejjeb l-isforzi ta’ rikonċiljazzjoni tiegħu u jfittex soluzzjonijiet għal tilwim tal-passat; ifaħħar lill-Kosovo għall-approċċ kostruttiv u l-impenn attiv tiegħu fil-kooperazzjoni reġjonali u l-faċilitazzjoni tal-kummerċ li wasslu għall-iżblukkar tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles tal-Ewropa Ċentrali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jistieden lis-Serbja tiftaħ l-arkivji kollha ta’ żmien il-gwerra u tagħti aċċess għall-fajls tal-ex Servizz Sigriet tal-Jugoslavja (UDBA) u tas-Servizz Sigriet tal-Armata tal-Poplu tal-Jugoslavja (KOS), filwaqt li tiżgura li jintbagħtu lura lill-gvernijiet rispettivi fuq talba; jenfasizza l-ħtieġa li dawn l-arkivji jinfetħu fir-reġjun kollu biex jiġu investigati d-delitti tal-era komunista u jissaħħu d-demokrazija, l-obbligu ta’ rendikont u l-istituzzjonijiet fil-Balkani tal-Punent;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Itenni l-appoġġ sħiħ tiegħu għad-djalogu ffaċilitat mill-UE u jilqa’ l-ħatra ta’ Peter Sørensen bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Djalogu bejn Belgrad u Pristina;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Itenni l-importanza ta’ impenn kostruttiv min-naħa tal-awtoritajiet tal-Kosovo kif ukoll tas-Serbja sabiex jintlaħaq ftehim komprensiv ta’ normalizzazzjoni legalment vinkolanti, ibbażat fuq rikonoxximent reċiproku u f’konformità mad-dritt internazzjonali; jistieden kemm lill-Kosovo kif ukoll lis-Serbja jimplimentaw il-Ftehimiet ta’ Brussell u Ohrid, inklużi l-istabbiliment tal-Assoċjazzjoni/il-Komunità ta’ Muniċipalitajiet b’Maġġoranza Serba, u t-tneħħija tal-oppożizzjoni tas-Serbja tas-sħubija tal-Kosovo f’organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali, u jevitaw azzjonijiet unilaterali li jistgħu jimminaw il-proċess ta’ djalogu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jistenna li l-Kosovo u s-Serbja jikkooperaw bis-sħiħ u jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex l-awturi tal-attakk terroristiku tal-2023 f’Banjska jinqabdu u jitressqu malajr quddiem il-ġustizzja; jiddeplora l-fatt li s-Serbja għadha ma ressqitx lill-ħatja għall-prosekuzzjoni, b’mod partikolari lil Milan Radoičić, il-Viċi President ta’ Srpska Lista; itenni li l-awturi tal-attakk terroristiku f’Zubin Potok jeħtiġilhom ukoll jinżammu responsabbli u jeħtiġilhom jiffaċċjaw il-ġustizzja mingħajr dewmien;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jistieden lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u lill-Kummissjoni jieħdu rwol aktar proattiv fit-tmexxija tal-proċess ta’ djalogu; jappella għal rwol imsaħħaħ għall-Parlament Ewropew fl-iffaċilitar tad-djalogu permezz ta’ laqgħat regolari tal-Assemblea Parlamentari Konġunta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jikkundanna l-azzjonijiet kollha li jipperikolaw l-istabbiltà u jagħmlu ħsara lill-proċess ta’ rikonċiljazzjoni, inklużi t-tensjonijiet fit-Tramuntana tal-Kosovo u l-provokazzjonijiet minn gruppi sponsorjati mill-Istat Serb u formazzjonijiet armati illegali, u jħeġġeġ lill-Unjoni Ewropea tieħu pożizzjoni aktar b’saħħitha kontra l-indħil estern fl-affarijiet interni tal-Kosovo; jenfasizza li ż-żewġ naħat jeħtiġilhom jimplimentaw bis-sħiħ il-ftehimiet kollha milħuqa u jevitaw azzjonijiet unilaterali li jistgħu jeskalaw it-tensjonijiet; jistieden lill-pulizija tal-Kosovo tiżgura li huma jirrispettaw bis-sħiħ ir-rekwiżiti kollha tal-istat tad-dritt u tad-drittijiet tal-bniedem, u tiggarantixxi li tiġi skjerata forza tal-pulizija multietnika u inklużiva, f’konformità sħiħa mar-rekwiżiti legali, fit-Tramuntana tal-Kosovo; ifakkar fir-responsabbiltà kondiviża tar-rappreżentanti politiċi kollha u l-komunitajiet kollha fil-Kosovo li jiddefendu l-paċi, is-sigurtà u l-istat tad-dritt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jilqa’ l-istabbiliment tal-Kummissjoni Konġunta dwar il-Persuni Nieqsa f’Diċembru 2024 u jappella għal progress rapidu fl-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni Politika dwar il-Persuni Nieqsa ta’ Mejju 2023; jistieden kemm lill-Kosovo kif ukoll lis-Serbja joqogħdu lura milli jippolitiċizzaw din il-kwistjoni umanitarja u jżidu l-isforzi tagħhom fl-implimentazzjoni tad-dikjarazzjoni bħala parti mid-Djalogu bejn Belgrad u Pristina u jistabbilixxu kooperazzjoni bejn il-Kosovo u s-Serbja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jilqa’ l-ftehimiet reċenti fil-qafas tal-proċess ta’ Berlin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jilqa’ d-deċiżjoni tal-Kosovo li jneħħi r-restrizzjonijiet fuq id-dħul ta’ prodotti finali Serbi fil-qsim tal-fruntiera Merdare;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jilqa’ l-preżenza tal-Forza tal-Kosovo u r-rwol tagħha fil-bini u ż-żamma ta’ ambjent sikur u sigur u fl-iżvilupp ta’ Kosovo stabbli u paċifiku fit-triq lejn l-integrazzjoni Ewro-Atlantika; ifakkar fl-importanza tal-missjoni għall-iżvilupp kontinwu tal-Forza tas-Sigurtà tal-Kosovo permezz tal-għoti ta’ pariri, taħriġ u bini tal-kapaċitajiet;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Riformi soċjoekonomiċi</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jilqa’ l-impenn attiv tal-Kosovo fl-implimentazzjoni tal-pjan il-ġdid ta’ tkabbir għall-Balkani tal-Punent, li għandu l-għan li japprofondixxi r-riformi relatati mal-UE u jnaqqas id-distakk soċjoekonomiku bejn l-Istati Membri tal-UE u l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent; jilqa’ l-adozzjoni tal-Aġenda ta’ Riforma tal-Kosovo u jfakkar li l-Kosovo (kif ukoll is-Serbja) jeħtieġ li juru impenn imtejjeb għad-Djalogu ffaċilitat mill-UE sabiex jaċċessaw ir-riżorsi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jilqa’ l-progress miksub mill-Kosovo fl-iżvilupp ta’ ekonomija tas-suq li tiffunzjona u jinkoraġġixxi lill-Kosovo jimplimenta r-riformi strutturali meħtieġa biex jindirizza l-isfidi fiskali, filwaqt li jiżgura protezzjoni adegwata tal-ħaddiema, pagi ġusti u kundizzjonijiet imtejba tax-xogħol f’konformità mal-legiżlazzjoni tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tiżviluppa strateġija reġjonali li tindirizza l-qgħad fost iż-żgħażagħ u l-eżodu ta’ mħuħ persistenti billi tindirizza l-ispariġġi fil-ħiliet bejn is-sistema edukattiva u s-suq tax-xogħol, ittejjeb il-kwalità tat-tagħlim, u tiżgura finanzjament adegwat għall-miżuri attivi tas-suq tax-xogħol u għall-iskemi ta’ taħriġ vokazzjonali, flimkien ma’ faċilitajiet adegwati għall-indukrar tat-tfal u għall-edukazzjoni ta’ qabel l-iskola;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-leġiżlazzjoni tal-Kosovo dwar iċ-ċiberkriminalità hija ġeneralment allinjata mal-acquis tal-UE; jinnota l-progress limitat tal-Kosovo fit-trasformazzjoni diġitali tas-servizzi pubbliċi; jenfasizza l-ħtieġa li l-Kosovo jallinja ruħu mal-leġiżlazzjoni diġitali tal-UE kif ukoll mal-ħtiġijiet tal-poplu tiegħu, speċifikament mal-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi, id-Direttiva tal-UE dwar is-Sigurtà tan-Networks u tas-Sistemi tal-Informazzjoni (NIS2)<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà madwar l-Unjoni kollha, li temenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 u d-Direttiva (UE) 2018/1972, u li tħassar id-Direttiva (UE) 2016/1148 (Direttiva NIS 2) (ĠU L 333, 27.12.2022, p. 80, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2022/2555/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, is-sett ta’ għodod tal-UE għas-sigurtà tal-5G, u l-Att dwar is-Servizzi Diġitali<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) (ĠU L 277, 27.10.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2065/oj).</FIELD></FOOTNOTE> u l-Att dwar is-Swieq Diġitali<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2022/1925 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2022 dwar swieq kontestabbli u ġusti fis-settur diġitali u li jemenda d-Direttivi (UE) 2019/1937 u (UE) 2020/1828 (l-Att dwar is-Swieq Diġitali) (ĠU L 265, 12.10.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/1925/oj).</FIELD></FOOTNOTE>; jinnota li l-ekonomija tal-Kosovo għadha dipendenti ħafna fuq l-importazzjonijiet u jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ diversifikazzjoni ekonomika biex jissaħħu l-kompetittività u s-sostenibbiltà, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ integrazzjoni aktar profonda fis-swieq tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jiddispjaċih li l-abbozz ta’ liġi dwar il-kotba tal-iskola, ippreżentat fl-2022, għadu pendenti għall-adozzjoni finali fl-Assemblea tal-Kosovo; jistieden lill-Kosovo jiffinalizza l-implimentazzjoni tal-qafas kurrikulari l-ġdid għall-edukazzjoni bażika, ilesti r-reviżjoni tal-kotba tal-iskola attwali, jipprovdi taħriġ sostenibbli lill-għalliema, u japplika b’mod sistematiku mekkaniżmi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità fil-livelli kollha tal-edukazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kosovo jiżgura aċċess aħjar għas-servizzi tal-kura tas-saħħa ta’ kwalità; jinnota li n-nefqa fuq il-kura tas-saħħa għadha t-tieni l-aktar baxxa fir-reġjun, u jappella għal riforma komprensiva tal-kura tas-saħħa biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet taċ-ċittadini kollha, speċjalment f’żoni rurali u mhux moqdija tajjeb;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jinnota bi tħassib li l-aċċess għas-servizzi soċjali, b’mod partikolari għall-gruppi vulnerabbli, mar għall-agħar bl-għeluq mill-gvern tal-Ministeru għax-Xogħol u l-Assistenza Soċjali, liema għeluq sar mingħajr konsultazzjoni trasparenti mas-soċjetà ċivili u ma’ partijiet ikkonċernati oħra u kkontribwixxa għal konfużjoni sinifikanti; jappella għal ibbaġitjar aħjar u bbażat fuq l-evidenza biex jittejbu s-servizzi soċjali, b’mod partikolari għas-superstiti tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru f’konformità mal-qafas legali l-ġdid;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jistieden lill-Kosovo jipprovdi edukazzjoni statali ugwali u nondiskriminatorja fil-lingwi minoritarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Itenni l-ħtieġa li jintlaħqu ż-żgħażagħ mill-muniċipalitajiet b’maġġoranza Serba, u li jiġu integrati fl-istrutturi soċjoekonomiċi tal-pajjiż;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Enerġija, ambjent, żvilupp sostenibbli u konnettività</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jinnota li l-Kosovo għamel xi progress fis-sigurtà tal-provvista tal-enerġija iżda għadu jiddependi ħafna fuq impjanti tal-enerġija qodma u li jniġġsu ħafna, li joħolqu riskji serji għas-saħħa u għall-ambjent; jinnota li l-Kosovo jeħtieġ li jiżgura l-implimentazzjoni effiċjenti fil-ħin tal-programm tal-enerġija tiegħu għall-2022-2025 biex jilħaq il-miri ambizzjużi tiegħu u jnaqqas id-dipendenza tiegħu fuq il-fjuwils fossili; jistieden lill-UE żżid u tipprijoritizza l-isforzi tagħha biex tgħin lill-Kosovo jegħleb il-problemi tat-tniġġis tal-arja tiegħu; jinnota li l-istrateġija l-ġdida tal-enerġija tal-Kosovo ma tippromwovix il-kostruzzjoni ta’ impjanti idroelettriċi minħabba l-impatt ambjentali ta’ ħsara tagħhom, b’mod partikolari minħabba l-iskarsezza tal-ilma fil-pajjiż;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa ta’ żvilupp komprensiv tal-infrastruttura fil-Kosovo biex it-tnaqqis tal-emissjonijiet mit-trasport pubbliku u l-espansjoni tat-trasport elettriċizzat jiġu ffaċilitati; jisħaq li t-titjib tal-aċċessibbiltà u l-iżgurar tal-kompatibbiltà man-network tat-trasport tal-UE jridu jibqgħu prijorità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jilqa’ l-ftehim fis-Summit ta' Tirana dwar it-tnaqqis fit-tariffa tar-roaming; jistieden, f’dan ir-rigward, lill-awtoritajiet, lill-atturi privati u lill-partijiet ikkonċernati kollha jiffaċilitaw l-ilħuq tal-miri miftiehma biex jinkisbu tnaqqis sostanzjali fit-tariffi tad-data roaming u aktar tnaqqis li jwassal għal prezzijiet qrib il-prezzijiet domestiċi bejn il-Balkani tal-Punent u l-UE sal-2027; jilqa’ d-dħul fis-seħħ tal-ewwel fażi tal-implimentazzjoni tal-pjan direzzjonali għar-roaming bejn il-Balkani tal-Punent u l-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kosovo jtejjeb il-konformità mal-limiti massimi tal-emissjonijiet, itejjeb l-integrazzjoni tal-kunsiderazzjonijiet ambjentali fil-politiki settorjali u jadotta l-miżuri meħtieġa għall-kontroll tat-tniġġis, il-ħamrija u l-kontaminazzjoni tal-ilma u għall-ġestjoni tal-iskart, f’konformità mal-istandards u l-impenji internazzjonali; iħeġġeġ lill-Kosovo jtejjeb il-valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali komprensivi u jintegra l-miżuri ta’ sostenibbiltà fl-ippjanar tal-infrastruttura; jistieden lill-Kosovo jżid iż-żoni protetti fil-pajjiż u jtejjeb l-istrumenti u l-miżuri għall-protezzjoni tagħhom bil-għan li tiġi ssalvagwardjata l-bijodiversità, inklużi l-ħabitats ewlenin tal-linċi tal-Balkani li jinsabu f’periklu kritiku; iħeġġeġ lill-Kosovo jintensifika u jħaffef l-isforzi kollaborattivi mal-pajjiżi ġirien tiegħu biex jiddeżinjaw żoni protetti transfruntieri u jistabbilixxu pjanijiet ta’ ġestjoni transfruntieri koerenti;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, u lill-President, lill-Gvern u lill-Assemblea Nazzjonali tal-Kosovo.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>