<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0096</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Ir-ritorn tat-tfal Ukreni ttrasferiti u ddeportati bil-forza mir-Russja</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0249, 0250, 0252, 0255 u 0258/2025)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Mejju 2025 dwar ir-ritorn tat-tfal Ukreni ttrasferiti u ddeportati bil-forza mir-Russja (2025/2691(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Karta tan-NU, il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, il-Konvenzjonijiet ta’ Ġinevra u l-protokolli addizzjonali tagħhom, l-Istatut ta’ Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI), il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-drittijiet tat-tfal, u l-Konvenzjoni dwar il-Prevenzjoni u l-Kastig tad-Delitt ta’ Ġenoċidju (CPPCG),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 150(5) u l-Artikolu 136(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi minn Frar 2022 madwar 20 000 tifel u tifla Ukreni ġew iddeportati bil-forza lejn il-Federazzjoni Russa u lejn il-Belarussja jew ġew detenuti f’territorji Ukreni okkupati temporanjament, b’1 293 biss irritornati u b’624 ikkonfermati mejta, skont l-inizjattiva “Bring Kids Back UA” tal-President Zelenskyy; billi skont il-Yale Humanitarian Research Lab (HRL) iċ-ċifri reali probabbilment huma ħafna ogħla, peress li dawn it-trasferimenti u d-deportazzjonijiet qed ikomplu jsiru;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi d-dritt internazzjonali jipprojbixxi t-trasferiment bil-forza lejn territorju okkupat jew id-deportazzjoni minn territorju okkupat għat-territorju tal-okkupant, it-tnejn li huma delitt tal-gwerra skont l-Istatut ta’ Ruma u jistgħu jitqiesu bħala ġenoċidju skont is-CPPCG;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi fis-17 ta’ Marzu 2023 il-QKI ħarġet mandati ta’ arrest għal Vladimir Putin u għal Maria Lvova-Belova minħabba r-responsabbiltà tagħhom għad-delitt tal-gwerra ta’ trasferiment u deportazzjoni illegali ta’ tfal Ukreni;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-azzjonijiet vjolenti tal-Federazzjoni Russa u l-kompliċità tal-Belarussja fit-trattament ħażin tat-tfal Ukreni, inkluż il-qtil, it-trasferiment u d-deportazzjoni bil-forza, l-adozzjoni illegali, l-abbuż u l-isfruttament sesswali, ir-russifikazzjoni bil-forza u l-militarizzazzjoni; jisħaq li dawn l-atti jiffurmaw parti minn strateġija ta’ ġenoċidju biex titħassar l-identità Ukrena;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Iħeġġeġ lill-UE biex dawk responsabbli jagħtu kont ta’ għemilhom u biex l-UE tissanzjona individwi u entitajiet implikati f’dawn ir-reati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jesiġi li dawn ir-reati jieqfu immedjatament u li r-Russja tirrapporta l-identitajiet u l-postijiet fejn jinsabu t-tfal Ukreni ddeportati kollha, tiżgura l-benesseri, ir-ritorn sikur u mingħajr kundizzjonijiet tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Iħeġġeġ lill-awtoritajiet federali u lokali Russi jagħtu lill-organizzazzjonijiet internazzjonali, bħall-KISA, l-OHCHR u l-UNICEF, aċċess għat-tfal Ukreni ddeportati kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jiddispjaċih li l-KISA qed jonqos milli jwettaq il-missjoni tiegħu li jipproteġi lit-tfal Ukreni ddeportati lejn ir-Russja u lejn il-Belarussja jew li jinsabu f’territorji Ukreni okkupati temporanjament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jiddenunzja l-impożizzjoni bil-forza taċ-ċittadinanza Russa fuq it-tfal iddeportati u l-adozzjoni tagħhom sponsorjata mill-istat minn familji Russi bħala parti minn politika intenzjonata ta’ assimilazzjoni bil-forza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jappella biex l-UE tikkoopera mill-qrib mal-awtoritajiet Ukreni, mal-organizzazzjonijiet internazzjonali u mhux governattivi u tappoġġjahom fl-isforzi tagħhom biex jiddokumentaw it-tfal Ukreni neqsin u ddeportati kollha; iħeġġeġ lill-komunità internazzjonali, inklużi lill-Istati Uniti, iżżomm il-finanzjament tal-HRL u biex l-UE tiżgura l-kontinwazzjoni tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jenfasizza li kwalunkwe ftehim ta’ paċi ġenwin irid jinkludi r-ripatrijazzjoni ta’ dawn it-tfal u r-responsabbiltà għat-trasferimenti u għad-deportazzjonijiet bil-forza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Iħeġġeġ lill-komunità internazzjonali żżomm lir-Russja responsabbli billi ssaħħaħ il-koordinazzjoni permezz tal-QKI, tal-QIĠ, u tat-Tribunal Speċjali għad-delitt ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lir-RGħ/VP, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kunsill tal-Ewropa, lill-OSKE, lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Ukrajna, kif ukoll lill-Istati Uniti, lir-Russja u lill-Belarussja.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>