<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0097</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Ksur tal-libertà tar-reliġjon fit-Tibet</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0248, 0251, 0256 u 0259/2025)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Mejju 2025 dwar il-ksur tal-libertà tar-reliġjon fit-Tibet (2025/2692(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar it-Tibet u ċ-Ċina,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 150(5) u l-Artikolu 136(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, taħt it-tmexxija ta’ Xi Jinping, l-awtoritajiet Ċiniżi saru dejjem aktar oppressivi; billi s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fit-Tibet qed tibqa’ sejra għall-agħar; billi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, għad-demokrazija u għall-istat tad-dritt għandhom ikunu fiċ-ċentru tar-relazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea maċ-Ċina;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi Tulku Hungkar Dorje, figura umanitarja u mexxej reliġjuż Buddist Tibetan rispettat, miet fit-28 ta’ Marzu 2025 f’ċirkostanzi suspettużi waqt li kien miżmum f’kustodja fil-Vjetnam, wara li ġie arrestat mill-awtoritajiet Vjetnamiżi u Ċiniżi; billi ġismu ġie rrapportat ikkremat mingħajr il-kunsens tal-familja tiegħu, u dan qajjem tħassib serju;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-Buddisti Tibetani, li sistematikament jinsabu fil-mira tal-awtoritajiet Ċiniżi u jiffaċċjaw għajbien furzat u abbuż fiżiku, jirrappreżentaw l-akbar grupp reliġjuż fost il-priġunieri politiċi fiċ-Ċina;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi rapporti kredibbli jidentifikaw pressjoni estensiva mill-awtoritajiet Ċiniżi fuq ir-Rinpoches biex jallinjaw ruħhom man-narrattiva tal-Partit Komunista Ċiniż, inklużi interrogazzjonijiet furzati u tentattivi biex jimponu l-appoġġ għall-Panchen Lama maħtur miċ-Ċina;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-politiki repressivi ta’ assimilazzjoni fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina kollha u l-ksur tad-drittijiet universali tal-bniedem li qed jikkaġunaw, speċjalment fit-Tibet, bl-għan li jeliminaw il-patrimonju u t-tradizzjonijiet reliġjużi u kulturali distinti tat-Tibet; jitlob separazzjoni ċara bejn l-Istat u r-reliġjon fiċ-Ċina;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jopponi bil-qawwa kwalunkwe tentattiv mill-Gvern Ċiniż biex jindaħal fl-għażla tal-mexxejja spiritwali Buddisti Tibetani, inkluż id-Dalai Lama;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jesprimi t-tħassib u s-sogħba profondi tiegħu dwar il-mewt suspettuża ta’ Tulku Hungkar Dorje u jestendi l-kondoljanzi sinċieri tiegħu lill-familja, lill-monasteru u lis-segwaċi tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-persekuzzjoni kontinwa tal-mexxejja reliġjużi u kulturali Tibetani u l-prattika ta’ repressjoni transnazzjonali mill-awtoritajiet Ċiniżi, inkluża l-assimilazzjoni kulturali u lingwistika tat-tfal fi skejjel residenzjali mmexxija mill-Istat, li tirrifletti politika usa’ ta’ assimilazzjoni furzata; jitlob is-sospensjoni tat-trattati ta’ estradizzjoni mar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jitlob li ssir minnufih investigazzjoni indipendenti, imparzjali u trasparenti dwar il-mewt ta’ Tulku Hungkar Dorje, b’sorveljanza internazzjonali u b’aċċess għall-evidenza u għax-xhieda, u li l-fdalijiet tiegħu jintbagħtu lura minnufih;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jesiġi li dawk responsabbli jintalbu jagħtu kont għall-għemil ħażin tagħhom skont l-istandards u d-dritt internazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem; jesiġi li l-Unjoni Ewropea timponi sanzjonijiet fuq l-uffiċjali u l-entitajiet responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fit-Tibet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Iħeġġeġ lir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina tirrispetta l-obbligi tagħha skont id-dritt internazzjonali u twaqqaf kwalunkwe diskriminazzjoni kontra l-minoranzi reliġjużi u etniċi, tippermetti prattika reliġjuża paċifika, u teħles lill-priġunieri reliġjużi u politiċi kollha, inkluż lill-Panchen Lama leġittimu u lil Ilham Tohti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri jqajmu dan il-każ fid-djalogi bilaterali u multilaterali mar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mal-Vjetnam, u jesiġu li l-awturi tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fit-Tibet jagħtu kont ta’ għemilhom; jinsisti li għandhom iqajmu wkoll ir-repressjoni ta’ minoranzi reliġjużi oħra bħall-Ujguri fix-Xinjiang;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea, lill-gvernijiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u tal-Vjetnam, lill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem u lill-Amministrazzjoni Tibetana Ċentrali
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>