<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0098</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Id-disa' rapport dwar il-koeżjoni ekonomika u soċjali</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0066/2025 - Rapporteur: Jacek Protas)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Mejju 2025 dwar id-disa’ rapport dwar il-koeżjoni ekonomika u soċjali (2024/2107(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 4, 162, 174 sa 178 u 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1060/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1058 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 231, 30.6.2021, p. 60, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1058/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1059 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) appoġġata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-istrumenti ta’ finanzjament estern<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 231, 30.6.2021, p. 94, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1059/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1057 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1296/2013<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 231, 30.6.2021, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1057/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 231, 30.6.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1056/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/2115/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2020/460 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Marzu 2020 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 508/2014 fir-rigward ta’ miżuri speċifiċi biex jiġu mmobilizzati investimenti fis-sistemi tal-kura tas-saħħa tal-Istati Membri u f’setturi oħra tal-ekonomiji tagħhom b’reazzjoni għat-tifqigħa COVID-19 (Inizjattiva ta’ Investiment b’Reazzjoni għall-Coronavirus)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 99, 31.3.2020, p. 5, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/460/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2020/558 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2020 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1301/2013 u (UE) Nru 1303/2013 rigward miżuri speċifiċi biex tingħata flessibbiltà eċċezzjonali għall-użu tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej b’reazzjoni għat-tifqigħa ta’ COVID-19<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 130, 24.4.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/558/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2020/461 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Marzu 2020 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 sabiex jipprovdi assistenza finanzjarja lill-Istati Membri u lill-pajjiżi li qed jinnegozjaw l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni li jkunu affettwati serjament minn emerġenza tas-saħħa pubblika maġġuri<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 99, 31.3.2020, p. 9, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/461/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2020/2221 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Diċembru 2020 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward ta’ riżorsi addizzjonali u arranġamenti ta’ implimentazzjoni biex jipprovdi assistenza għat-trawwim ta’ miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u l-konsegwenzi soċjali tagħha u għat-tħejjija ta’ rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija (REACT-EU)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 437, 28.12.2020, p. 30, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/2221/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2022/562 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ April 2022 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 223/2014 fir-rigward tal-Azzjoni ta’ Koeżjoni għar-Refuġjati fl-Ewropa (CARE)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 109, 8.4.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/562/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2022/2039 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) 2021/1060 fir-rigward ta’ aktar flessibbiltà biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi tal-aggressjoni militari tal-Federazzjoni Russa FAST (Assistenza Flessibbli għat-Territorji) – CARE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 275, 25.10.2022, p. 23, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2039/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-programm URBACT għal kooperazzjoni urbana sostenibbli, stabbilita fl-2002,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Aġenda Urbana tal-UE tat-30 ta’ Mejju 2016,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Aġenda Territorjali għall-2030 tal-1 ta’ Diċembru 2020,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-9 Rapport ta’ Koeżjoni, ippubblikat mill-Kummissjoni fis-27 ta’ Marzu 2024<FOOTNOTE><FIELD> Kummissjoni Ewropea: Id-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali u Urbana, <STRING ITALIC="on">Id-Disa’ rapport dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali</STRING>, 2024.</FIELD></FOOTNOTE>, u l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Marzu 2024 dwar id-9 Rapport ta’ Koeżjoni (COM(2024)0149),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istudju bit-titolu “The future of EU cohesion:, Scenarios and their impacts on regional inequalities” (Il-futur tal-koeżjoni tal-UE: Xenarji u l-impatti tagħhom fuq l-inugwaljanzi reġjonali), ippubblikat mis-Servizz ta’ Riċerka tal-Parlament Ewropew f’Diċembru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni ta’ Frar 2024 bit-titolu “Forging a sustainable future together – Cohesion for a competitive and inclusive Europe” (Insawru futur sostenibbli flimkien – Koeżjoni għal Ewropa kompetittiva u inklużiva)<FOOTNOTE><FIELD> Kummissjoni Ewropea: Id-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali u Urbana, “<STRING ITALIC="on">Forging a sustainable future together: Cohesion for a competitive and inclusive Europe – Report of the High-Level Group on the Future of Cohesion Policy</STRING>” (Insawru futur sostenibbli flimkien: Koeżjoni għal Ewropa kompetittiva u inklużiva – Rapport tal-Grupp ta’ Livell Għoli dwar il-Futur tal-Politika ta’ Koeżjoni), Frar 2024.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-31 ta’ Mejju 2024 dwar id-9 Rapport ta’ Koeżjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/4668, 9.8.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4668/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-21 ta’ Novembru 2024 bit-titolu “Politika ta’ koeżjoni mġedda wara l-2027 li ma tħalli lil ħadd jibqa’ lura – Tweġibiet tal-KtR dwar ir-Rapport tal-Grupp ta’ Livell Għoli dwar il-futur tal-politika ta’ koeżjoni u dwar id-9 Rapport dwar il-Koeżjoni”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport bit-titolu “The future of European competitiveness – A competitiveness strategy for Europe” (Il-futur tal-kompetittività Ewropea – Strateġija dwar il-kompetittività għall-Ewropa), ippubblikat mill-Kummissjoni fid-9 ta’ Settembru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ftehim adottat fil-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima (COP21) f’Pariġi fit-12 ta’ Diċembru 2015 (il-Ftehim ta’ Pariġi),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istudju bit-titolu “Streamlining EU Cohesion funds: addressing administrative burdens and redundancy” (Is-simplifikazzjoni tal-Fondi ta’ Koeżjoni tal-UE: nindirizzaw il-piżijiet amministrattivi u s-sensji) ippubblikat mid-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni tal-Unjoni tiegħu f’Novembru 2024<FOOTNOTE><FIELD> Parlament Ewropew Dipartiment Tematiku għall-Politiki Strutturali u ta’ Koeżjoni, Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni, “<STRING ITALIC="on">Streamlining EU Cohesion funds: addressing administrative burdens and redundancy</STRING>” (Is-simplifikazzjoni tal-Fondi ta’ Koeżjoni tal-UE: nindirizzaw il-piżijiet amministrattivi u s-sensji, 2024.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Mejju 2025 dwar l-Istrument għall-Iżvilupp u t-Tkabbir tar-Reġjuni tal-Fruntiera fl-UE (BRIDGEforEU)<FOOTNOTE><FIELD> Għadha mhijiex ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali.</FIELD></FOOTNOTE>
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Mejju 2022 bit-titolu “Inpoġġu lin-nies l-ewwel, niżguraw tkabbir sostenibbli u inklużiv, nilliberaw il-potenzjal taż-żoni ultraperiferiċi tal-UE” (COM(2022)0198),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni fil-forma ta’ ittra tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali<FOOTNOTE><FIELD> Għadha mhijiex ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali.</FIELD></FOOTNOTE>
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Marzu 2021 dwar il-politika ta’ koeżjoni u l-istrateġiji ambjentali reġjonali fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 494, 8.12.2021, p. 26.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ Mejju 2021 dwar it-treġġigħ lura tax-xejriet demografiċi fir-reġjuni tal-UE bl-użu tal-istrumenti tal-politika ta’ koeżjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 15, 12.1.2022, p. 125.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Settembru 2021 “Lejn sħubija aktar b’saħħitha mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 117, 11.3.2022, p. 18.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Settembru 2022 dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fl-UE: it-8 Rapport dwar il-Koeżjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 125, 5.4.2023, p. 100.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Novembru 2023 dwar possibbiltajiet biex tiżdied l-affidabbiltà tal-awditi u l-kontrolli mill-awtoritajiet nazzjonali fl-ambitu tal-ġestjoni kondiviża<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/4207, 24.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4207/oj<STRING ITALIC="on">.</STRING></FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Novembru 2023 dwar l-isfruttar tat-talent fir-reġjuni tal-Ewropa<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/4225, 24.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4225/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Marzu 2024 bit-titolu “Il-politika ta’ koeżjoni 2014-2020 - implimentazzjoni u riżultati fl-Istati Membri<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/6562, 12.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6562/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A10-0066/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-politika ta’ koeżjoni hija fil-qalba tal-politiki tal-UE u hija l-għodda ewlenija tal-UE għall-investimenti fl-iżvilupp ekonomiku, soċjali u territorjali sostenibbli, u tikkontribwixxi għall-objettivi tal-Patt Ekoloġiku madwar l-UE skont l-oqfsa finanzjarji pluriennali tagħha għall-perjodi 2014-2020 u 2021-2027; billi l-politika ta’ koeżjoni, kif mitlub mit-Trattati, hija fundamentali għal suq intern li jiffunzjona tajjeb u li jirnexxi billi tippromwovi l-iżvilupp tar-reġjuni kollha fl-UE, u speċjalment dawk anqas żviluppati;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-politika ta’ koeżjoni rawmet il-konverġenza ekonomika, soċjali u territorjali fl-UE, b’mod partikolari billi żiedet il-prodotti domestiċi grossi, pereżempju tal-Istati Membri tal-UE Ċentrali u tal-Lvant, li żdiedu minn 43 % tal-medja tal-UE fl-1995 għal madwar 80 % fl-2023; billi d-9 Rapport ta’ Koeżjoni jenfasizza li, sa tmiem l-2022, il-politika ta’ koeżjoni appoġġjat aktar minn 4,4 miljun negozju, u ħolqot aktar minn 370 000 impjieg f’dawn il-kumpaniji; billi jissottolinja wkoll li l-politika ta’ koeżjoni tiġġenera redditu sinifikanti fuq l-investiment, u li kull euro investit fil-programmi 2014-2027 u 2021-2027 se jkun iġġenera EUR 1,3 ta’ PDG addizzjonali fl-Unjoni sal-2030; billi l-politika ta’ koeżjoni kienet tikkostitwixxi, bħala medja, madwar 13 % tal-investiment pubbliku totali fl-UE<FOOTNOTE><FIELD> Kummissjoni Ewropea, <STRING ITALIC="on">Ninth report on economic, social and territorial cohesion</STRING> (Id-disa’ rapport dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali), op.cit.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi r-rapport tal-Kummissjoni bit-titolu “Il-viżjoni fit-tul għaż-żoni rurali tal-UE: il-kisbiet ewlenin u t-triq ’il quddiem”, ippreżentat flimkien mad-disa’ Rapport ta’ Koeżjoni, jissottolinja li EUR 24,6 biljun, jew 8 % tal-pilastru tal-iżvilupp rurali tal-politika agrikola komuni, huma allokati għal investimenti f’żoni rurali lil hinn mill-investimenti fil-biedja, u dan iwitti t-triq għal dibattitu dwar il-futur taż-żoni rurali;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi bejn l-2021 u l-2027, il-politika ta’ koeżjoni se tkun investiet aktar minn EUR 140 biljun fit-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali<FOOTNOTE><FIELD> Kummissjoni Ewropea: <STRING ITALIC="on">Ninth report on economic, social and territorial cohesion</STRING> (Id-disa’ rapport dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali), op.cit.</FIELD></FOOTNOTE>, biex tgħin ħalli ttejjeb in-networks u l-infrastruttura, tappoġġja l-konservazzjoni tan-natura, ittejjeb il-ħiliet ekoloġiċi u diġitali u trawwem il-ħolqien tal-impjiegi u s-servizzi għall-pubbliku;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi minkejja l-impatt pożittiv rikonoxxut u ppruvat b’mod wiesa’ tal-politika ta’ koeżjoni fuq il-konverġenza soċjali, ekonomika u territorjali, għad fadal sfidi sinifikanti, ikkaratterizzati b’mod partikolari minn disparitajiet fl-iżvilupp fil-livell sottonazzjonali, fi ħdan ir-reġjuni u f’reġjuni maqbuda f’nassa tal-iżvilupp, u mill-impatt tat-tibdil fil-klima, f’termini ta’ demografija, it-tranżizzjonijiet diġitali u ekoloġiċi, u l-konnettività, iżda wkoll f’termini ta’ żvilupp ekonomiku sostenibbli, b’mod partikolari fir-reġjuni l-anqas żviluppati u f’żoni rurali u remoti;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-politika ta’ koeżjoni u l-programmi settorjali tal-UE għenu ripetutament u b’mod effiċjenti lir-reġjuni jirrispondu b’mod effettiv għall-emerġenzi u għax-xokkijiet asimmetriċi bħall-kriżi tal-COVID-19, il-Brexit, il-kriżi tal-enerġija u l-kriżi tar-refuġjati kkawżati mill-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja, kif ukoll id-diżastri naturali, anke jekk din hija politika strutturali fit-tul u mhux strument ta’ ġestjoni tal-kriżijiet jew mekkaniżmu ta’ finanzjament għal reazzjoni f’każ ta’ emerġenza li jservi ta’ referenza; billi tali kriżijiet dewmu l-implimentazzjoni tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej u billi għadd konsiderevoli ta’ proġetti ffinanzjati b’fondi tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF) ttieħdu fil-biċċa l-kbira mill-proġetti li kienu ppjanati għal investiment taħt il-politika ta’ koeżjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi minkejja l-miżuri li diġà ttieħdu għall-perjodi 2014-2020 u 2021-2027, il-qafas regolatorju li jirregola l-użu u l-amministrazzjoni tal-istrumenti u l-fondi tal-politika ta’ koeżjoni għandu jiġi ssimplifikat aktar u l-għodod diġitali interoperabbli għandhom jintużaw u jiġu żviluppati aħjar, inkluż l-istabbiliment ta’ ċentri ta’ servizz diġitalizzati uniċi, bl-objettiv li jiġu ssimplifikati l-proċeduri, tiżdied il-fiduċja tal-partijiet ikkonċernati, jitnaqqas il-piż amministrattiv, tiżdied il-flessibbiltà fil-ġestjoni tal-fondi u jitħaffu l-pagamenti, mhux biss għall-awtoritajiet rilevanti iżda wkoll għall-benefiċjarji aħħarin; billi huwa meħtieġ li jiżdied il-kamp ta’ applikazzjoni biex jintużaw il-fondi b’mod aktar flessibbli, inkluża l-possibbiltà li jiġi ffinanzjat l-iżvilupp ta’ prodotti b’użu doppju; billi huwa importanti ferm li kwalunkwe politika ta’ koeżjoni futura tiġi fformulata bl-istess impetu strateġiku tul il-perjodu ta’ finanzjament kollu, li madankollu tista’ tiġi vvalutata mill-ġdid f’nofs il-perjodu;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi r-rata ta’ assorbiment baxxa tal-fondi tal-politika ta’ koeżjoni 2021-2027, li bħalissa hija 6 % biss, mhijiex minħabba nuqqas ta’ ħtieġa mill-Istati Membri jew mir-reġjuni, iżda pjuttost ġejja minn dewmien fl-approvazzjoni tal-programmi operazzjonali, il-perjodu ta’ tranżizzjoni bejn oqfsa finanzjarji, il-prijoritizzazzjoni tan-NextGenerationEU minn awtoritajiet ta’ ġestjoni nazzjonali, il-kapaċità amministrattiva limitata u l-proċeduri burokratiċi kumplessi; billi l-Istati Membri u r-reġjoni jistgħu ma jgħaġġlux biex jassorbu l-fondi disponibbli kollha, minħabba li jantiċipaw estensjoni possibbli skont ir-regoli N+2 jew N+3;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-modifiki radikali tal-qafas regolatorju tal-koeżjoni, minn perjodu ta’ programmazzjoni għall-ieħor, jikkontribwixxu biex jiġġeneraw l-insigurtà fost l-awtoritajiet responsabbli u l-benefiċjarji, biex jirregolaw iżżejjed il-leġiżlazzjoni, u biex iżidu r-rati ta’ żbalji (u l-konsegwenzi negattivi reputazzjonali u finanzjarji li jakkumpanjawhom), id-dewmien fl-implimentazzjoni u, fl-aħħar mill-aħħar, l-iskuntentizza fost il-benefiċjarji u l-popolazzjoni ġenerali;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi xi drabi jkun hemm kompetizzjoni bejn il-fondi ta’ koeżjoni, il-fondi ta’ emerġenza u l-politiki settorjali;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-bidliet demografiċi jvarjaw b’mod sinifikanti bejn ir-reġjuni tal-UE, bil-popolazzjonijiet ta’ xi Stati Membri li jiffaċċjaw tnaqqis ipproġettat fis-snin li ġejjin u oħrajn li mistennija jikbru; billi l-bidliet demografiċi jseħħu wkoll bejn ir-reġjuni, inkluż it-tluq minn reġjuni ultraperiferiċi, iżda ġeneralment osservati bħala ċaqliq minn żoni rurali għal dawk urbani fl-istess Stati Membri, fejn in-nisa qed jitilqu minn żoni rurali f’numri ferm akbar mill-irġiel, iżda anke għal żoni metropolitani, fejn villaġġi madwar bliet kbar isibuha diffiċli li jinvestu f’infrastruttura bażika; billi l-provvista ta’ servizzi essenzjali bħall-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni u t-trasport trid tissaħħaħ fir-reġjuni kollha, b’enfasi partikolari fuq iż-żoni rurali u remoti; billi hija meħtieġa enfasi akbar fuq iż-żoni li jbatu minn depopolazzjoni u servizzi inadegwati, li jirrikjedu miżuri mmirati biex iż-żgħażagħ jitħeġġu jibqgħu hemm permezz ta’ proġetti intraprenditorjali, agrikoltura ta’ kwalità għolja u turiżmu sostenibbli;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi huwa kruċjali li titqies il-popolazzjoni li qed tixjieħ sabiex tiġi żgurata l-ġustizzja fost il-ġenerazzjonijiet, u b’hekk tissaħħaħ il-parteċipazzjoni, speċjalment fost iż-żgħażagħ;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi ż-żoni urbani huma mgħobbija bi sfidi ġodda li jirriżultaw mill-influss tal-popolazzjoni fil-bliet, kif ukoll żieda fil-prezzijiet tal-akkomodazzjoni u tal-enerġija, li jirrikjedu l-iżvilupp tal-akkomodazzjoni meħtieġa u miżuri ġodda ta’ protezzjoni ambjentali u ta’ ffrankar tal-enerġija, bħar-rinnovazzjoni profonda aċċellerata biex tiġġieled il-faqar enerġetiku u tippromwovi l-effiċjenza enerġetika; billi l-politika ta’ koeżjoni tal-UE għandha tgħin biex tikkontribwixxi għal suq tal-akkomodazzjoni affordabbli u aċċessibbli għall-persuni kollha fl-UE, speċjalment għall-unitajiet domestiċi b’introjtu baxx u medju, ir-residenti urbani, il-familji bit-tfal, in-nisa u ż-żgħażagħ;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi implimentazzjoni effettiva tal-Aġenda Urbana tal-UE tista’ ssaħħaħ il-kapaċità tal-bliet li jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ koeżjoni, filwaqt li ttejjeb il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini u tiggarantixxi użu aktar effiċjenti tar-riżorsi finanzjarji tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi jeħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari liż-żoni rurali, kif ukoll liż-żoni milquta mit-tranżizzjoni industrijali u lir-reġjuni li jbatu minn żvantaġġi naturali jew demografiċi gravi u permanenti, minn eżodu ta’ mħuħ, minn riskji relatati mal-klima u mill-iskarsezza tal-ilma, bħal pereżempju r-reġjuni ultraperiferiċi, u b’mod partikolari l-gżejjer li jinsabu fil-periferiji tagħhom jew fil-periferija tal-UE, ir-reġjuni skarsament popolati, il-gżejjer, iż-żoni muntanjużi u r-reġjuni transfruntiera, kif ukoll ir-reġjuni kostali u marittimi;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna ħolqot realtà ġeopolitika ġdida li kellha impatt b’saħħtu fuq l-impjiegi, l-iżvilupp u l-opportunitajiet ekonomiċi, u l-benesseri ġenerali tal-popolazzjoni li tgħix f’reġjuni li jmissu mal-Ukrajna, il-Belarussja u r-Russja, kif ukoll pajjiżi kandidati bħall-Ukrajna u l-Moldova, li għalhekk jeħtieġu attenzjoni u appoġġ speċjali, inkluż billi tiġi adattata kif xieraq il-politika ta’ koeżjoni; billi din il-gwerra wasslet għal għadd bla preċedent ta’ persuni li qed ifittxu kenn fl-UE, u dan ipoġġi piż addizzjonali fuq il-komunitajiet u s-servizzi lokali; billi s-sigurtà kollettiva tal-UE hija dipendenti ħafna fuq il-vitalità u l-benesseri ta’ reġjuni li jinsabu fil-fruntieri esterni tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi s-sitwazzjoni unika fl-Irlanda ta’ Fuq tirrikjedi approċċ imfassal apposta li jibni fuq il-benefiċċji tal-programmi PEACE u jiġi eżaminat kif politika ta’ koeżjoni usa’ tista’ tkun ta’ benefiċċju għall-proċess ta’ rikonċiljazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi 79 % taċ-ċittadini li jafu dwar il-proġetti ffinanzjati mill-UE taħt il-politika ta’ koeżjoni jemmnu li l-proġetti ffinanzjati mill-UE għandhom impatt pożittiv fuq ir-reġjuni<FOOTNOTE><FIELD> Kummissjoni Ewropea: Id-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali u Urbana u d-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni, <STRING ITALIC="on">, Citizens’ awareness and perceptions of EU Regional Policy</STRING> (Is-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini u l-perċezzjonijiet tal-Politika Reġjonali tal-UE), l-Ewrobarometru Flash 531, 2023.</FIELD></FOOTNOTE>, u dan jikkontribwixxi għal attitudni favur l-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi, mill-2021, is-sensibilizzazzjoni ġenerali dwar il-proġetti ffinanzjati mill-UE taħt il-politika ta’ koeżjoni naqset b’2 punti perċentwali<FOOTNOTE><FIELD> l-Ewrobarometru Flash 531, op. cit.</FIELD></FOOTNOTE>, u dan ifisser li għandha tiġi segwita deċentralizzazzjoni akbar sabiex il-politika ta’ koeżjoni tinġieb saħansitra eqreb lejn iċ-ċittadin;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jinsisti li l-enfasi reġjonali u lokali, l-approċċ ibbażat fuq il-post u l-ippjanar strateġiku tal-politika ta’ koeżjoni, kif ukoll il-mudell deċentralizzat ta’ programmazzjoni u ta’ implimentazzjoni tiegħu bbażat fuq il-prinċipju tas-sħubija b’implimentazzjoni msaħħa tal-kodiċi ta’ kondotta Ewropea, l-involviment ta’ atturi ekonomiċi u tas-soċjetà ċivili u l-governanza f’diversi livelli, huma elementi ewlenin tal-politika u jiddeterminaw l-effettività tagħha; huwa konvint bis-sħiħ li dan il-mudell tal-politika ta’ koeżjoni għandu jitkompla fir-reġjuni kollha u jiġi appofondit kull fejn hu possibbli bħala l-istrument ta’ investiment ewlieni fit-tul tal-UE biex inaqqas id-disparitajiet, jiżgura l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u jistimula t-tkabbir sostenibbli reġjonali u lokali f’konformità ma’ strateġiji tal-UE, jipproteġi l-ambjent, u bħala kontributur ewlieni għall-kompetittività u t-tranżizzjoni ġusta tal-UE, kif ukoll biex jgħin jiġu indirizzati l-isfidi l-ġodda futuri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jappella għal demarkazzjoni ċara bejn il-politika ta’ koeżjoni u strumenti oħrajn, sabiex jiġu evitati koinċidenzi u kompetizzjoni bejn l-istrumenti tal-UE, tiġi żgurata l-komplementarjetà tad-diversi interventi, u tiżdied il-viżibbiltà u l-leġġibbiltà tal-appoġġ tal-UE; f’dan il-kuntest jinnota li l-fondi tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza huma impenjati għall-iżvilupp u t-tkabbir ekonomiku mingħajr ma speċifikament jiffokaw fuq koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali bejn ir-reġjuni; huwa mħasseb dwar il-pjanijiet tal-Kummissjoni li tapplika approċċ ibbażat fuq il-prestazzjoni għall-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE); jirrikonoxxi li l-mekkaniżmi bbażati fuq il-prestazzjoni jistgħu jkunu strumentali biex il-politika ssir aktar effiċjenti u orjentata lejn ir-riżultati, iżda jwissi kontra li jiġi imponut l-approċċ “kulħadd f’keffa waħda” tal-mudell u jesprimi dubju serju dwar ideat biex l-iżborż tal-FSIE jintrabat mat-twettiq ta’ għanijiet ta’ riforma definiti ċentralment, aktar u aktar jekk l-għanijiet ta’ riforma ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-kompetenza tal-livell reġjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jopponi kwalunkwe forma ta’ riforma ta’ ċentralizzazzjoni minn fuq għal isfel tal-programmi ta’ finanzjament tal-UE, inklużi dawk taħt ġestjoni kondiviża, bħall-politika ta’ koeżjoni u l-politika agrikola komuni, u jirrakkomanda deċentralizzazzjoni akbar tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-livelli lokali u reġjonali; jappella għal involviment imsaħħaħ tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u tal-atturi ekonomiċi u tas-soċjetà ċivili f’kull stadju tal-programmi ta’ ġestjoni kondiviża tal-UE, mit-tħejjija u l-programmazzjoni sal-implimentazzjoni, it-twettiq u l-evalwazzjoni, filwaqt li wieħed iżomm f’moħħu li l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tar-reġjuni, u l-koeżjoni territorjali bejniethom, jistgħu jitwettqu biss abbażi ta’ kooperazzjoni tajba bejn l-atturi kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jenfasizza li l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) għandu rwol ewlieni flimkien mal-fondi tal-politika ta’ koeżjoni biex jappoġġja żoni rurali; jisħaq li t-tfassil tal-FAEŻR irid ikun allinjat mar-regoli tal-fondi tal-politika ta’ koeżjoni biex jissaħħu s-sinerġiji u jiġu ffaċilitati proġetti ta’ żvilupp rurali ffinanzjati minn aktar minn fond wieħed;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Huwa konvint li l-politika ta’ koeżjoni tista’ tkompli taqdi r-rwol tagħha biss jekk ikollha finanzjament sod; jissottolinja li dan jimplika li l-politika ta’ koeżjoni futura trid tkun ipprovduta b’finanzjament robust għall-perjodu finanzjarju ta’ wara l-2027; jisħaq li huwa meħtieġ li jiġi pprovdut finanzjament li huwa ambizzjuż biżżejjed u li huwa faċilment aċċessibbli biex jippermetti lill-politika ta’ koeżjoni tkompli taqdi r-rwol tagħha bħala l-politika ewlenija ta’ investiment tal-UE, filwaqt li żżomm il-flessibbiltà biex tissodisfa l-isfidi ġodda potenzjali, inkluża l-possibbiltà li jiġi ffinanzjat l-iżvilupp ta’ prodotti b’użu doppju, u biex l-awtoritajiet lokali, il-partijiet ikkonċernati u l-benefiċjarji jkunu jistgħu jrawmu b’mod effettiv l-iżvilupp lokali; huwa tal-opinjoni soda li l-kapaċità li jiġu offruti reazzjonijiet flessibbli għal sfidi imprevedibbli ma għandhiex issir għad-detriment tal-enfasi strateġika ċara fit-tul u l-objettivi tal-politika ta’ koeżjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jissottolinja l-importanza tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) tal-UE li jmiss u r-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-programmi tal-politika ta’ koeżjoni 2021-2027 biex ifasslu l-futur tal-politika ta’ koeżjoni; itenni l-ħtieġa ta’ politika ta’ koeżjoni aktar ambizzjuża għal wara l-2027 fil-QFP li jmiss 2028-2034; jitlob għaldaqstant li l-QFP li jmiss jiżgura li l-politika ta’ koeżjoni tkompli tirċievi mill-anqas l-istess livell ta’ finanzjament bħall-perjodu attwali f’termini reali; jappella, barra minn hekk, li l-politika ta’ koeżjoni tibqa’ intestatura separata fil-QFP il-ġdid; jisħaq li l-politika ta’ koeżjoni għandha tiġi protetta minn effetti statistiċi li jistgħu jibdlu l-eliġibbiltà ta’ reġjuni billi jinbidel il-PDG medju tal-UE; itenni l-ħtieġa ta’ riżorsi proprji ġodda tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jipproponi għalhekk li l-QFP li jmiss ikun aktar reattiv għal ħtiġijiet mhux previsti, inkluż b’marġnijiet u flessibbiltajiet suffiċjenti mill-bidu nett; jenfasizza f’dan ir-rigward, madankollu, li l-politika ta’ koeżjoni mhijiex strument ta’ kriżi u li ma għandhiex tiddevja mill-objettivi ewlenin tagħha, jiġifieri min-natura ta’ investiment fit-tul tagħha; jitlob li l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea jissaħħaħ, inkluż fil-prefinanzjament tiegħu, u jsir anqas burokratiku u aktar faċilment aċċessibbli, sabiex jiġi żviluppat strument xieraq li jkun kapaċi jirreaġixxi b’mod adegwat għall-konsegwenzi ekonomiċi, soċjali u territorjali ta’ diżastri naturali jew emerġenzi tas-saħħa futuri; jenfasizza l-ħtieġa tal-Parlament li jkollu kontroll adegwat fuq kwalunkwe fond u strument ta’ emerġenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jirrikonoxxi l-ħtieġa li tintuża wkoll il-klassifikazzjoni tan-nomenklatura tal-unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) 3 għal każijiet speċifiċi, b’mod li jirrikonoxxi li jeżistu inugwaljanzi fl-iżvilupp fir-reġjuni NUTS 2 kollha; huwa tal-fehma li l-PDG reġjonali per capita jrid jibqa’ l-kriterju ewlieni biex jiġu ddeterminati l-allokazzjonijiet tal-Istati Membri fl-ambitu tal-politika ta’ koeżjoni; jilqa’ l-fatt li, wara l-appelli persistenti tal-Parlament, il-Kummissjoni bdiet tikkunsidra kriterji addizzjonali<FOOTNOTE><FIELD> Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, <STRING ITALIC="on">Rapid case review – Allocation of Cohesion policy funding to Member States for 2021-2027</STRING> (Analiżi rapida dwar każ speċifiku – Allokazzjoni tal-finanzjament taħt il-Politika ta’ Koeżjoni lill-Istati Membri għall-perjodu 2021-2027), Marzu 2019.</FIELD></FOOTNOTE> bħall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, id-densità tal-popolazzjoni, il-livelli tal-edukazzjoni u r-rati tal-qgħad, sabiex tipprovdi ħarsa ġenerali soċjoekonomika aħjar tar-reġjuni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jisħaq li l-kundizzjonalità tal-istat tad-dritt hija kundizzjonalità globali, li tirrikonoxxi u ssaħħaħ ir-rispett għall-istat tad-dritt, anke bħala kundizzjoni abilitanti għall-finanzjament tal-politika ta’ koeżjoni, biex tiżgura li r-riżorsi tal-Unjoni jintużaw b’mod trasparenti, ġust u responsabbli b’ġestjoni finanzjarja soda; iqis li huwa meħtieġ li jissaħħaħ ir-rispett għall-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, u li jiġi żgurat li l-azzjonijiet kollha jkunu konsistenti mal-appoġġ għall-prinċipji demokratiċi, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tal-ħaddiema, id-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà u d-drittijiet tat-tfal, fl-implimentazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni; jenfasizza r-rwol importanti tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) biex jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jitlob li jsiru aktar sforzi biex jiġu ssimplifikati s-sinerġiji, u jsiru aktar flessibbli u jissaħħu, u jiġu ssimplifikati r-regoli u l-proċeduri amministrattivi li jirregolaw il-fondi tal-politika ta’ koeżjoni fil-livelli tal-UE, nazzjonali u reġjonali, filwaqt li jieħdu vantaġġ sħiħ mit-teknoloġiji disponibbli biex iżidu l-aċċessibbiltà u l-effiċjenza, jibnu fuq il-qafas ta’ ġestjoni kondiviża eżistenti u stabbilit sew, sabiex tissaħħaħ il-fiduċja fost l-utenti, u b’hekk titħeġġeġ il-parteċipazzjoni ta’ firxa usa’ ta’ atturi ekonomiċi u tas-soċjetà ċivili fi proġetti appoġġjati u jiġi massimizzat l-impatt tal-fondi; jappella għal aktar inizjattivi li jippermettu assorbiment aħjar tal-fondi ta’ koeżjoni, inklużi livelli ta’ kofinanzjament akbar, prefinanzjament ogħla, u rimborżi ta’ investiment aktar malajr; jitlob li l-amministrazzjoni lokali, b’mod partikolari li tirrappreżenta komunitajiet iżgħar, titħarreġ mil-lat tekniku għal ġestjoni amministrattiva aħjar tal-fondi; jisħaq għalhekk fuq l-importanza li jissaħħaħ il-prinċipju tal-awditu uniku, jitwessgħu aktar l-għażliet ta’ kostijiet simplifikati u jitnaqqsu l-kontrolli u l-awditi dupplikati li jikkoinċidu mas-sorveljanza nazzjonali u reġjonali għall-istess proġett u benefiċjarju, bil-għan li tiġi eliminata l-possibbiltà li jiġu ripetuti l-iżbalji fis-snin ta’ implimentazzjoni sussegwenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħtu flessibbiltà akbar lir-reġjuni diġà fl-istadju tal-programmazzjoni, sabiex ikopru l-ħtiġijiet u l-ispeċifiċitajiet partikolari tagħhom, u jenfasizza l-ħtieġa li jiġu involuti l-atturi ekonomiċi u tas-soċjetà ċivili; jissottolinja li l-konċentrazzjoni tematika kienet element ewlieni fl-allinjament tal-politika ta’ koeżjoni mal-objettivi tal-Ewropa 2020; jitlob lill-Kummissjoni, għalhekk, tippreżenta s-sejbiet kollha relatati mal-implimentazzjoni tal-konċentrazzjoni tematika u tislet tagħlimiet għal proposti leġiżlattivi futuri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jirrikonoxxi li t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi, diġitali u demografiċi jippreżentaw sfidi sinifikanti, iżda fl-istess ħin, opportunitajiet biex jintlaħaq l-objettiv tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali; jirrikonoxxi li, mill-aspett statistiku, iż-żoni b’introjtu għoli jistgħu jgħattu l-problemi ekonomiċi f’reġjun; huwa konxju mir-riskju li jikbru d-disparitajiet reġjonali u l-inugwaljanzi soċjali u li tiżdied il-“ġeografija tal-iskuntentizza” relatata mal-proċess ta’ tranżizzjoni; jissottolinja l-ħtieġa li jintlaħqu l-objettivi tal-UE dwar is-sostenibbiltà u l-klima, u li jinżamm it-tkabbir ekonomiku kondiviż billi tissaħħaħ il-kompetittività tal-Unjoni; jappella, għalhekk, għal strateġija Ewropea li tiggarantixxi tkabbir armonjuż fl-Unjoni, filwaqt li jintlaħqu l-ħtiġijiet speċifiċi tar-reġjuni rispettivi; jafferma mill-ġdid l-impenn tiegħu li jsegwi t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali peress li se joħolqu opportunitajiet biex tittejjeb il-kompetittività tal-UE; jissottolinja l-ħtieġa li jsir investiment fi proġetti ta’ infrastruttura li jsaħħu l-konnettività, b’mod partikolari fit-trasport sostenibbli u intelliġenti, kif ukoll f’networks tal-enerġija u diġitali, filwaqt li jiġi żgurat li r-reġjuni kollha, inklużi dawk remoti u anqas żviluppati, ikunu integrati b’mod sħiħ fis-suq uniku u jibbenefikaw b’mod ekwu mill-opportunitajiet li jipprovdi; jenfasizza, f’dan il-kuntest, il-ħtieġa li jiġi appoġġjat l-iżvilupp tal-industriji ekoloġiċi, u jitrawmu l-ispeċifiċitajiet u t-tradizzjonijiet lokali biex tiżdied ir-reżiljenza tal-ambjent ekonomiku u s-soċjetà ċivili għall-isfidi futuri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Iħeġġeġ li l-politika ta’ koeżjoni tibqa’ konsistenti bi spinta lejn innovazzjoni akbar u l-ikkompletar tas-suq uniku tal-UE, f’konformità mal-konklużjonijiet tar-rapport Draghi dwar il-kompetittività Ewropea; jissottolinja, fil-kuntest tad-disparitajiet reġjonali, il-problema tad-distakk persistenti fl-innovazzjoni, u jippromwovi approċċ ibbażat fuq il-post imfassal apposta biex titrawwem il-konverġenza fl-innovazzjoni u dik ekonomika bejn ir-reġjuni u titnaqqas id-diskrepanza fl-innovazzjoni; jappella għal rwol aktar b’saħħtu għall-innovazzjoni lokali u reġjonali biex jinbnew ekosistemi ta’ riċerka u innovazzjoni kompetittivi u tiġi promossa l-koeżjoni territorjali; jindika inizjattivi ġodda tal-UE, bħall-widien tal-innovazzjoni reġjonali u s-sħubiji għall-innovazzjoni reġjonali, li għandhom l-għan li jgħaqqdu territorji b’livelli differenti ta’ prestazzjoni fl-innovazzjoni u jindirizzaw id-diskrepanza fl-innovazzjoni; iqis li dan l-approċċ se jsaħħaħ l-awtonomija reġjonali, u jippermetti lill-awtoritajiet lokali u reġjonali jfasslu l-politiki u l-objettivi tal-UE f’konformità mal-ħtiġijiet, mal-karatteristiċi u mal-kapaċitajiet speċifiċi tagħhom, filwaqt li jiġi ssalvagwardjat il-prinċipju tas-sħubija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Huwa konvint li l-politika ta’ koeżjoni jeħtieġ li tkompli trawwem il-prinċipju ta’ tranżizzjoni ġusta, u tindirizza l-ħtiġijiet speċifiċi tar-reġjuni, filwaqt li ma tħalli lill-ebda territorju u lill-ebda persuna tibqa’ lura; jitlob finanzjament kontinwu tal-proċess ta’ tranżizzjoni ġusta, bil-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta integrat b’mod sħiħ fir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni u mogħni b’mezzi finanzjarji adegwati għall-perjodu ta’ programmazzjoni għal wara l-2027; jenfasizza, madankollu, il-ħtieġa li jiġi vvalutat l-impatt tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta fuq it-trasformazzjoni tar-reġjuni eliġibbli u, filwaqt li jiġi żgurat li jibqa’ parti mill-politika ta’ koeżjoni, jiġi rfinat l-approċċ tiegħu fil-QFP il-ġdid abbażi tas-sejbiet u miżuri konkreti biex jiġi żgurat il-benesseri ekonomiku u soċjali tal-komunitajiet affettwati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jissottolinja l-bżonn li tittejjeb ir-relazzjoni bejn il-politika ta’ koeżjoni u l-governanza ekonomika tal-UE, filwaqt li jiġi evitat approċċ punittiv; jisħaq li s-Semestru Ewropew għandu jikkonforma mal-objettivi tal-politika ta’ koeżjoni skont l-Artikoli 174 u 175 tat-TFUE; jappella għall-parteċipazzjoni tar-reġjuni fit-twettiq ta’ dawn l-objettivi u għal approċċ territorjali aktar b’saħħtu; jappella għal proċess ta’ riflessjoni dwar il-kunċett tal-kundizzjonalità makroekonomika u li tiġi esplorata l-possibbiltà li dan il-kunċett jiġi sostitwit b’forom ġodda ta’ kundizzjonalità biex jiġu riflessi aħjar l-isfidi l-ġodda li ġejjin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Huwa mħasseb dwar l-għadd dejjem jikber ta’ reġjuni f’nassa tal-iżvilupp, li qed jistaġnaw ekonomikament u qed ibatu minn tnaqqis demografiku qawwi u aċċess limitat ta’ servizzi essenzjali; jappella, għalhekk, għal aġġustament ’il fuq fil-kofinanzjament għal proġetti li għandhom l-għan li jsaħħu s-servizzi essenzjali; jisħaq fuq ir-rwol tal-istrumenti tal-politika ta’ koeżjoni biex jappoġġjaw reġjuni u żoni lokali differenti li qed jiffaċċjaw l-evoluzzjoni demografika li taffettwa d-dritt effettiv tan-nies li jibqgħu fit-territorju, inkluż, fost l-oħrajn, l-isfidi relatati mad-depopolazzjoni, it-tixjiħ, l-iżbilanċi bejn il-ġeneri, l-eżodu ta’ mħuħ, in-nuqqas ta’ ħiliet u l-iżbilanċi fil-forza tax-xogħol fir-reġjuni kollha; jirrikonoxxi l-ħtieġa ta’ inċentivi ekonomiċi mmirati u interventi strutturali biex jipprevjenu dawn il-fenomeni; f’dan il-kuntest, jappella għall-implimentazzjoni ta’ programmi mmirati biex jiġi attirat, żviluppat u miżmum it-talent, b’mod partikolari fir-reġjuni li qed jesperjenzaw flussi ta’ ħruġ sinifikanti ta’ ħaddiema tas-sengħa, billi jitrawmu ekosistemi ta’ edukazzjoni, kultura, intraprenditorija u innovazzjoni li jallinjaw mal-ħtiġijiet u mal-opportunitajiet ekonomiċi lokali u reġjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jirrikonoxxi l-importanza li jiġu appoġġjati u ffinanzjati soluzzjonijiet speċifiċi għal reġjuni b’diffikultajiet ekonomiċi fit-tul u serji jew żvantaġġi naturali u demografiċi permanenti serji; itenni l-ħtieġa li jinżamm u jittejjeb il-forniment tas-servizzi (bħall-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa), tat-trasport u tal-konnettività diġitali essenzjali u ta’ kwalità ta’ dawn ir-reġjuni, u jitrawmu d-diversifikazzjoni ekonomika u l-ħolqien tal-impjiegi tagħhom, u jiġu megħjuna jirreaġixxu għal sfidi bħad-deżertifikazzjoni rurali, it-tixjiħ tal-popolazzjoni, il-faqar, id-depopolazzjoni, is-solitudni u l-iżolament, kif ukoll in-nuqqas ta’ opportunitajiet għal persuni vulnerabbli bħal persuni b’diżabbiltajiet; jissottolinja l-ħtieġa li tingħata prijorità lill-iżvilupp u l-finanzjament adegwat ta’ setturi strateġiċi, bħall-enerġija rinnovabbli, it-turiżmu sostenibbli, l-innovazzjoni u l-infrastruttura diġitali, b’mod li jkunu mfassla skont il-potenzjal ekonomiku u r-riżorsi ta’ kull reġjun, sabiex jinħolqu kundizzjonijiet usa’ għat-tkabbir endoġenu u l-iżvilupp ibbilanċjat fir-reġjuni kollha, speċjalment iż-żoni rurali, remoti u anqas żviluppati, ir-reġjuni tal-fruntiera, il-gżejjer u r-reġjuni ultraperiferiċi; ifakkar fl-importanza ta’ konnessjonijiet rurali-urbani b’saħħithom u appoġġ partikolari għan-nisa f’żoni rurali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa ta’ approċċ imfassal apposta għar-reġjuni ultraperiferiċi, kif iddefinit skont l-Artikolu 349 tat-TFUE, li jiffaċċjaw sfidi strutturali uniċi u kumulattivi minħabba l-pożizzjoni remota tagħhom, id-daqs żgħir tas-suq, il-vulnerabbiltà għat-tibdil fil-klima u d-dipendenzi ekonomiċi; jissottolinja li dawn ir-restrizzjonijiet permanenti, inkluż id-daqs żgħir tal-ekonomija domestika, id-distanza kbira mill-kontinent Ewropew, il-pożizzjoni qrib pajjiżi terzi, l-insularità doppja għall-biċċa l-kbira tagħhom, u diversifikazzjoni limitata tas-settur produttiv, jirriżultaw fi spejjeż addizzjonali u kompetittività mnaqqsa, li jagħmlu l-adattament tagħhom għat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali partikolarment kumplessa u għalja; jissottolinja l-potenzjal kbir tagħhom biex ikomplu jiżviluppaw, fost l-oħrajn permezz tal-konnettività reġjonali mtejba, setturi ewlenin bħall-ekonomija blu, l-agrikoltura sostenibbli, l-enerġija rinnovabbli, l-attivitajiet spazjali, ir-riċerka jew l-ekoturiżmu; itenni l-istedina li għamel żmien ilu lill-Kummissjoni biex tqis kif xieraq l-impatt ta’ kull leġiżlazzjoni proposta ġdida fuq ir-reġjuni ultraperiferiċi, bil-ħsieb li jiġu evitati piżijiet regolatorji sproporzjonati u effetti negattivi fuq l-ekonomiji ta’ dawn ir-reġjuni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jissottolinja li l-bliet żgħar, il-bliet u ż-żoni metropolitani għandhom l-isfidi tagħhom, bħal żoni konsiderevoli ta’ faqar, problemi ta’ akkomodazzjoni, konġestjoni tat-traffiku u kwalità tal-arja ħażina, li jiġġeneraw sfidi għall-koeżjoni soċjali u ekonomika maħluqa minn żvilupp territorjali mhux armonjuż; jenfasizza l-ħtieġa ta’ aġenda speċifika għall-bliet u jappella għall-approfondiment tar-rabtiet tagħhom ma’ żoni urbani funzjonali, li jinkludu bliet iżgħar, biex jiġi żgurat li l-benefiċċji ekonomiċi u soċjali jinfirxu b’mod aktar ekwu fit-territorju kollu; jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ il-koordinazzjoni bejn l-inizjattivi tal-Aġenda Urbana tal-UE u l-istrumenti tal-politika ta’ koeżjoni, biex tiffavorixxi approċċ integrat li jqis l-ispeċifiċitajiet territorjali u l-isfidi emerġenti; jappella, barra minn hekk, għal aċċess aktar dirett għall-finanzjament tal-UE għall-awtoritajiet reġjonali u lokali, kif ukoll għall-awtoritajiet tal-bliet u dawk urbani, billi fost l-oħrajn jitwessa’ l-użu tal-investimenti territorjali integrati (ITI);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li jitkomplew u jissaħħu l-investimenti fl-akkomodazzjoni affordabbli fil-qafas tal-politika ta’ koeżjoni, filwaqt li jiġi rikonoxxut is-sinifikat tagħha kemm għar-reġjuni kif ukoll għall-bliet; jenfasizza l-ħtieġa li jitrawmu l-bidliet tagħha rilevanti għall-investiment fl-akkomodazzjoni lil hinn miż-żewġ possibbiltajiet attwali (l-effiċjenza enerġetika u l-akkomodazzjoni soċjali); jenfasizza r-rwol importanti li għandha l-politika ta’ koeżjoni fit-tnedija u l-koordinazzjoni ta’ dawn l-inizjattivi; jemmen, barra minn hekk, li huwa importanti li tiġi inkluża l-affordabbiltà tal-akkomodazzjoni fl-inizjattiva URBACT;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza strateġika ta’ reġjuni tal-fruntieri esterni b’saħħithom għas-sigurtà u għar-reżiljenza tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja lill-Istati Membri u lir-reġjuni affettwati mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, b’mod partikolari r-reġjuni mal-fruntiera tal-Lvant tal-UE, billi tirrevedi l-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat<FOOTNOTE><FIELD> Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ April 2021 bit-titolu “Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat” (ĠU C 153, 29.4.2021, p. 1).</FIELD></FOOTNOTE>, permezz ta’ għodod u investimenti mfassla apposta skont il-politika ta’ koeżjoni, kif ukoll tappoġġjahom biex jagħmlu l-aħjar użu mill-possibbiltajiet offruti mill-fondi tal-politika ta’ koeżjoni, inkluż Interreg, biex tgħinhom ilaħħqu mal-impatt soċjoekonomiku detrimentali tal-gwerra fuq il-popolazzjonijiet u t-territorji tagħhom; jitlob, barra minn hekk, li jingħata appoġġ lir-reġjuni li jmissu ma’ pajjiżi kandidati bħall-Ukrajna u l-Moldova biex jissaħħu l-konnessjonijiet u tiġi promossa l-integrazzjoni tagħhom fl-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jenfasizza l-valur miżjud tal-kooperazzjoni territorjali b’mod ġenerali u l-kooperazzjoni transfruntiera b’mod partikolari; jissottolinja l-importanza ta’ Interreg għar-reġjuni transfruntiera, inklużi r-reġjuni ultraperiferiċi; jenfasizza r-rwol importanti tiegħu biex jikkontribwixxi għall-iżvilupp tagħhom u jegħleb l-ostakli transfruntiera, inkluż jibni l-fiduċja bejn il-fruntieri, jiżviluppa konnessjonijiet tat-trasport, jidentifika u jnaqqas l-ostakli legali u amministrattivi u jżid il-provvista u l-użu ta’ servizzi pubbliċi transfruntiera, fost oħrajn; iqis Interreg bħala l-istrument ewlieni tal-UE biex jindirizza l-ostakli transfruntiera persistenti li jiffaċċjaw is-servizzi ta’ emerġenza, u jipproponi li jkun hemm enfasi aktar prominenti fuq dawn is-servizzi; jissottolinja l-fatt li ż-żoni transfruntiera, inklużi ż-żoni fil-fruntieri esterni tal-UE, u li jmissu ma’ pajjiżi aggressuri spiss jiffaċċjaw sfidi speċifiċi; jemmen li r-reġjuni tal-fruntiera tal-UE, li jiffaċċjaw diversi sfidi, iridu jiġu appoġġjati u huwa tal-fehma li għandhom jiġu pprovduti b’mezzi akbar; jilqa’ r-regolament il-ġdid dwar BRIDGEforEU; jenfasizza l-importanza ta’ proġetti fuq skala żgħira u transfruntiera u jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ implimentazzjoni effettiva fil-prattika; jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri jappoġġjaw b’mod attiv il-kampanji ta’ sensibilizzazzjoni f’reġjuni li jmissu magħhom sabiex jiġi massimizzat l-impatt tal-kooperazzjoni transfruntiera;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Ifakkar fil-ħtieġa ta’ “koeżjoni ta’ appoġġ”, pjuttost milli sempliċi dipendenza fuq il-prinċipju ta’ “la tagħmilx ħsara lill-koeżjoni”, li jfisser li l-ebda azzjoni ma għandha tfixkel il-proċess ta’ konverġenza jew tikkontribwixxi għal disparitajiet reġjonali; jappella għal integrazzjoni aktar b’saħħitha ta’ dawn il-prinċipji bħala prinċipju trażversali fil-politiki kollha tal-UE, sabiex jiġi żgurat li jappoġġjaw l-objettivi tal-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali, kif stipulat fl-Artikoli 3 u 174 tat-TFUE; jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni toħroġ linji gwida speċifiċi dwar kif għandhom jiġu implimentati u infurzati dawn il-prinċipji fil-politiki kollha tal-UE, billi tingħata attenzjoni partikolari lill-impatt tal-liġijiet tal-UE fuq il-kompetittività tar-reġjuni anqas żviluppati; itenni li l-proposti leġiżlattivi ġodda jeħtieġ li jqisu r-realtajiet lokali u reġjonali; jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tuża għodod innovattivi bħal RegHub (in-network ta’ ċentri reġjonali) biex tiġbor data dwar l-impatt tal-politiki tal-UE fuq ir-reġjuni; għal dan l-għan, jissottolinja l-ħtieġa li tissaħħaħ il-valutazzjoni tal-impatt territorjali tal-leġiżlazzjoni tal-UE, b’tisħiħ simultanju tal-aspetti territorjali ta’ politiki rilevanti oħra; jinsisti li l-promozzjoni tal-koeżjoni għandha titqies ukoll bħala mod kif jitrawmu s-solidarjetà u l-appoġġ reċiproku fost l-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu bl-isforzi tagħhom rigward il-komunikazzjoni u l-viżibbiltà tal-benefiċċji tal-politika ta’ koeżjoni, u dawn juru liċ-ċittadini l-impatt tanġibbli tal-UE u jservu bħala għodda ewlenija biex jindirizzaw l-Ewroxettiċiżmu; jilqa’ t-tnedija tal-verżjoni multilingwi tal-pjattaforma Kohesio;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jinnota bi tħassib it-tnaqqis kbir f’dawn l-aħħar snin tal-livelli adegwati ta’ finanzjament nazzjonali tal-Istati Membri għall-ifqar reġjuni tagħhom; ifakkar fl-importanza li tiġi rispettata r-regola tal-UE dwar l-addizzjonalità; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-awtoritajiet nazzjonali jqisu kif xieraq il-koeżjoni interna meta jabbozzaw u jimplimentaw il-proġetti tal-fondi strutturali u ta’ investiment;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jinsisti li, minbarra li taġġusta l-ħtiġijiet reġjonali, il-politika ta’ koeżjoni trid tiġi adattata għall-iżgħar skala, jiġifieri l-fondi jridu jkunu aċċessibbli għall-iżgħar proġetti u għal dawk li jkollhom il-proġetti; jirrimarka li l-inizjattivi tagħhom sikwit huma l-aktar innovattivi u għandhom impatt sinifikanti fuq l-iżvilupp rurali; itenni li dawn il-fondi għandhom ikunu aċċessibbli għal kulħadd, irrispettivament mid-daqs jew il-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom; japprova t-talba tal-Alleanza għall-Koeżjoni, għal “Politika ta’ Koeżjoni wara l-2027 li ħadd ma jitħalla jibqa’ lura”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jisħaq li d-dewmien fin-negozjati tal-QFP, flimkien mal-fatt li l-Istati Membri poġġew enfasi akbar fuq il-programmazzjoni tal-fondi tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, wasslu għal dewmien konsiderevoli fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027; jisħaq fuq l-importanza ta’ ftehim f’waqtu fil-qafas li jmiss, u għalhekk jitlob li r-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (RDK) u n-negozjati dwar il-baġit jiġu ffinalizzati mill-anqas sena qabel il-bidu tal-perjodu ta’ finanzjament il-ġdid sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jiżviluppaw l-istrateġiji ta’ finanzjament nazzjonali u reġjonali tagħhom fi żmien xieraq biex jiżguraw tranżizzjoni ta’ suċċess għall-perjodu ta’ finanzjament li jmiss u l-kontinwazzjoni ta’ proġetti FSIE eżistenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u lill-parlamenti nazzjonali u reġjonali tal-Istati Membri;
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>