<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0101</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Ir-rwol tal-ħżin tal-gass għall-iżgurar tal-provvisti tal-gass qabel l-istaġun tax-xitwa</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0079/2025 - Rapporteur: Borys Budka)</STRING></HIDDEN><TXTLST><OTTXT><TI><STRING BOLD="on">Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-8 ta' Mejju 2025 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1938 fir-rigward tar-rwol tal-ħżin tal-gass għall-iżgurar tal-provvisti tal-gass qabel l-istaġun tax-xitwa (COM(2025)0099 – C10-0041/2025 – 2025/0051(COD))</STRING><FOOTNOTE><FIELD> Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli, skont l-Artikolu 60(4), ir-raba' subparagrafu (A10-0079/2025).</FIELD></FOOTNOTE></TI><NOTE><STRING BOLD="on">(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)</STRING></NOTE><TI><STRING BOLD="on">[Emenda		1 sakemm ma jkunx indikat mod ieħor]</STRING></TI><TI>EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">*</STRING> Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.</FIELD></FOOTNOTE></TI><TI>għall-proposta tal-Kummissjoni</TI><TI>---------------------------------------------------------</TI></OTTXT></TXTLST><TXTLST><TCONSOLID><TI><STRING BOLD="on">REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL</STRING><BRK/><STRING BOLD="on">li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1938 fir-rigward tar-rwol tal-ħżin tal-gass għall-iżgurar tal-provvisti tal-gass qabel l-istaġun tax-xitwa</STRING><BRK/></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT>IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,</PRINIT><GRVISA><VISA>
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 194(2) tiegħu,
</VISA><VISA>
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
</VISA><VISA>
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
</VISA></GRVISA><GRCONS><GRCINIT>Billi:</GRCINIT><CONS>
<NO.P>(1)</NO.P>Ir-Regolament (UE) 2022/1032 tal-Parlament u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2022/1032 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 2022 li jemenda r-Regolamenti (UE) 2017/1938 u (KE) Nru 715/2009 fir-rigward tal-ħżin tal-gass (ĠU L 173, 30.6.2022, p. 17, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/1032/oj).</FIELD></FOOTNOTE> ġie adottat b’reazzjoni għall-kriżi tal-provvista tal-gass u għaż-żidiet bla preċedent fil-prezzijiet ikkawżati mill-eskalazzjoni <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">tal-gwerra mhux ġustifikata u mhux provokata ta’ aggressjoni </STRING></STRING>Russa kontra l-Ukrajna <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">li ilha għaddejja </STRING></STRING>minn Frar 2022, li ġiegħlu lill-Unjoni taġixxi b’mod koordinat u komprensiv biex tevita riskji potenzjali li jirriżultaw minn aktar interruzzjonijiet fil-provvista tal-gass.
</CONS><CONS>
<NO.P>(1a)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Fid-dawl tal-gwerra tar-Russja li għaddejja kontra l-Ukrajna u f’konformità mal-impenn strateġiku tal-Unjoni li ttemm id-dipendenza tagħha fuq il-fjuwils fossili Russi, jenħtieġ li l-Istati Membri jibqgħu lura milli jaħżnu gass ta’ oriġini Russa. F’dak il-kuntest, jenħtieġ li l-Unjoni teżerċita sanzjonijiet koordinati u immedjati fuq l-importazzjoni u x-xiri tal-gass Russu kollu, inkluż il-gass naturali likwifikat (LNG). L-ENTSOG Winter Supply Outlook 2024–2025 (Il-Prospettiva tal-Provvista tax-Xitwa 2024/2025 tal-ENTSOG) tikkonferma li l-Unjoni tista’ tilħaq il-miri tal-ħżin tagħha u żżomm is-sigurtà tal-provvista mingħajr ma tiddependi fuq il-gass Russu, billi timplimenta taħlita ta’ miżuri, inkluż tnaqqis kontinwu fid-domanda. Għalhekk, embargo sħiħ fuq il-gass Russu huwa kemm meħtieġ kif ukoll fattibbli, u l-implimentazzjoni rapida tiegħu tikkontribwixxi għat-tisħiħ tas-sovranità tal-enerġija u r-reżiljenza ġeopolitika tal-Unjoni. </STRING></STRING><STRING BOLD="on">[Em. 7]</STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>(2)</NO.P>Ir-Regolament (UE) 2022/1032 emenda r-Regolament (UE) 2017/1938 billi introduċa qafas legali temporanju għal miżuri rigward il-livell tal-mili tal-faċilitajiet ta’ ħżin taħt l-art biex tissaħħaħ is-sigurtà tal-provvista tal-gass fl-Unjoni, b’mod partikolari l-provvisti tal-gass lill-klijenti protetti.
</CONS><CONS>
<NO.P>(3)</NO.P>Il-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass jipprovdu 30 % tal-konsum tal-gass tal-Unjoni matul ix-xhur tax-xitwa, u l-faċilitajiet ta’ ħżin ta’ gass taħt l-art mimlija sew <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">kif ukoll it-tnaqqis fid-domanda għall-gass</STRING></STRING> jikkontribwixxu b’mod sostanzjali għas-sigurtà tal-provvista tal-gass billi jipprovdu gass addizzjonali f’każ ta’ domanda għolja jew interruzzjonijiet fil-provvista.
</CONS><CONS>
<NO.P>(4)</NO.P>L-istabbiliment ta’ mira obbligatorja biex jiġi żgurat li l-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass ikunu 90 % mimlijin sal-1 ta’ Novembru (mira tal-mili), b’sensiela ta’ miri intermedji għal kull Stat Membru fi Frar, Mejju, Lulju u Settembru tas-sena ta’ wara (trajettorja għall-mili), wera li huwa fundamentali matul il-kriżi tal-enerġija kkawżata <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u l-użu mir-Russja</STRING></STRING> tal-provvisti tal-gass <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">tagħha</STRING></STRING> bħala arma ▌kemm: (i) biex jirreżisti n-nuqqasijiet fil-provvista tal-gass; kif ukoll (ii) għat-tnaqqis tal-inċertezzi tas-suq u tal-volatilità tal-prezzijiet.
</CONS><CONS>
<NO.P>(5)</NO.P>Minkejja t-titjib sostanzjali tas-sitwazzjoni tas-suq tal-gass meta mqabbel mal-perjodu 2022-2023, is-suq Ewropew tal-gass għadu strett <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">u s-sitwazzjoni ġeopolitika għadha mhijiex ċara. </STRING></STRING>Kompetizzjoni aktar intensa għall-provvisti globali tal-LNG tista’ żżid l-esponiment tal-Istati Membri għall-volatilità tal-prezzijiet. ▌F’sitwazzjoni bħal din, ir-rwol tal-ħażniet tal-gass jibqa’ ta’ importanza kbira. ▌
</CONS><CONS>
<NO.P>(6)</NO.P>Skont ir-Regolament (UE) 2017/1938, l-obbligu tal-Istati Membri li jsegwu trajettorja annwali għall-mili u li jiżguraw li l-mira tal-mili tintlaħaq sal-1 ta’ Novembru ta’ kull sena jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2025.
</CONS><CONS>
<NO.P>(6a)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Sa mill-2022, l-Unjoni rnexxielha b’mod sostanzjali tagħmel il-provvisti tal-gass aktar siguri billi żiedet l-importazzjonijiet tal-LNG mingħand sħab globali affidabbli u qed timmira li telimina totalment id-dipendenza tal-Unjoni fuq il-fjuwils fossili Russi, filwaqt li tibni fuq il-progress tar-REPowerEU. L-Unjoni żviluppat faċilitajiet ta’ rigassifikazzjoni u terminals tal-portijiet ġodda, filwaqt li stabbiliet ukoll suq tal-gass likwidu li jiżgura reżiljenza qawwija kontra interruzzjonijiet potenzjali fil-provvisti tal-pipelines Russi li fadal.</STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>(6b)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-ambjent politiku globali mibdul irid jitqies fir-rigward tal-affidabbiltà tal-fornituri tal-gass u tal-pajjiżi li jfornu l-gass.</STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>(7)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Fid-dawl tas-suċċess Ewropew li jitneħħa r-riskju marbut mal-istruttura tal-importazzjoni tal-gass tagħha</STRING></STRING>, il-qafas ġenerali biex tiġi ssodisfata <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">l-ħtieġa tal-Unjoni għall-gass naturali jrid isib bilanċ bejn is-sigurtà tal-enerġija u r-ritorn għall-prinċipji bbażati fuq is-suq. Għaldaqstant, irid</STRING></STRING> ikun flessibbli biżżejjed matul l-istaġun tal-mili biex jippermetti reazzjoni rapida għall-kundizzjonijiet tas-suq li jinbidlu b’mod kostanti u b’mod partikolari biex jittieħed vantaġġ mill-aħjar kundizzjonijiet tax-xiri <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">sabiex jitbaxxew il-prezzijiet tal-gass fl-Ewropa</STRING></STRING>. <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-mira tal-mili, għalhekk, jenħtieġ li titnaqqas għal 83 %.</STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>(8)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Sabiex tissaħħaħ l-istabbiltà tas-suq u jiġi mmitigat ir-riskju ta’ volatilità indebita tal-prezzijiet potenzjalment ikkawżata minn miri</STRING></STRING> intermedji tal-mili, <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">huwa xieraq li tiġi pprovduta flessibbiltà akbar għall-mili tal-ħażniet.</STRING></STRING> <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati</STRING></STRING> Membri <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">jipprovdu pjanijiet indikattivi għall-mili fuq bażi annwali li jistgħu jinkludu, meta xieraq, trajettorja indikattiva għall-mili</STRING></STRING> u jenħtieġ li jippermettu l-mili tal-ħażniet b’tali mod li jkun hemm flessibbiltà suffiċjenti disponibbli għall-parteċipanti fis-suq matul is-sena kollha<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">, filwaqt li titqies ir-Rakkomandazzjoni</STRING></STRING> <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">(2025)1481</STRING></STRING>.
</CONS><CONS>
<NO.P>(8a)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jiddevjaw sa massimu ta’ erba’ punti perċentwali mill-mira tal-mili fil-każ ta’ kundizzjonijiet tas-suq sfavorevoli, relatati, fost l-oħrajn, ma’ fatturi bħall-provvista u d-domanda u l-kompetizzjoni, jew ta’ attivitajiet ta’ negozjar li jfixklu l-mili kosteffettiv tal-ħażniet, li jillimitaw b’mod sinifikanti l-kapaċità li jiġi żgurat li l-ħażniet tal-gass jimtlew f’konformità ma’ dan ir-Regolament.</STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>(8b)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati biex temenda għal staġun wieħed tal-mili l-livell tad-devjazzjoni permessa ta’ erba’ punti perċentwali billi żżidha sa massimu ta’ erba’ punti perċentwali addizzjonali, fil-każ ta’ kundizzjonijiet tas-suq sfavorevoli persistenti.</STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>(8c)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-effetti kumulattivi tal-flessibbiltajiet u tad-derogi f’dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jnaqqsux l-obbligi ġenerali tal-mili tal-ħażniet taħt il-75 %.</STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>(9)</NO.P>Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-qafas attwali tas-sigurtà tal-enerġija kkonfermat l-impatt pożittiv tar-rekwiżiti tal-mili tal-ħażniet fuq is-sigurtà tal-provvista tal-gass u jenħtieġ li dawk l-effetti pożittivi jiġu ppreservati wara l-2025. <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-estensjoni ta’ dawn il-miżuri mhux biss tikkontribwixxi għas-salvagwardja kontinwa tas-sigurtà tal-provvista, iżda tikkostitwixxi wkoll strument ewlieni fl-isforzi tal-Unjoni biex telimina d-dipendenza tagħha fuq l-importazzjonijiet tal-gass li joriġinaw fil-Federazzjoni Russa.</STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>(9a)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Fl-istess ħin dan ir-Regolament jenħtieġ li jwieġeb għall-bidliet attwali u futuri fis-swieq tal-gass naturali u jikkontribwixxi għall-objettiv strateġiku li jitbaxxew il-prezzijiet tal-enerġija u jiffaċilita r-ritorn gradwali lejn mekkaniżmi bbażati fuq is-suq għall-mili mill-ġdid tal-ħażniet.</STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>(9b)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Sabiex tinżamm is-sigurtà tal-provvista u l-livell xieraq ta’ mili, jenħtieġ li l-Kummissjoni timmonitorja kontinwament is-suq u tesplora modi li jistgħu jgħinu biex tintlaħaq il-mira tal-mili, pereżempju bl-użu ta’ mekkaniżmi ta’ aggregazzjoni tad-domanda u xiri konġunt.</STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>(10)</NO.P>Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġu estiżi b’sentejn id-dispożizzjonijiet rilevanti dwar il-mili tal-ħażniet tal-gass li jipprovdu prevedibbiltà u trasparenza fir-rigward tal-użu tal-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass madwar l-Unjoni <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">filwaqt li fl-istess ħin tiġi introdotta ftit flessibbiltà f’dan ir-Regolament</STRING></STRING>.
</CONS><CONS>
<NO.P>(10a)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">F’konformità mal-impenn tal-Kummissjoni għal regolamentazzjoni aħjar u simplifikazzjoni, u b’riflessjoni tat-titjib ġenerali fil-qafas tas-sigurtà tal-enerġija tal-Unjoni, il-monitoraġġ tal-konformità ma’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jpoġġi fiduċja akbar fil-kapaċitajiet amministrattivi tal-Istati Membri. Il-piż superviżorju fuq il-Kummissjoni jenħtieġ li jitnaqqas skont dan, bi tranżizzjoni lejn obbligi ta’ rapportar eħfef u proċeduri simplifikati. Dan l-approċċ isaħħaħ il-prinċipju tas-sussidjarjetà, jevita kumplessità amministrattiva bla bżonn u huwa konsistenti mal-isforzi ta’ simplifikazzjoni tal-Kummissjoni kif deskritti fil-Programm ta’ Ħidma tagħha għall-2025.</STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>(10b)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ir-Regolament (UE) 2017/1938 jenħtieġ li jiġi rivedut mill-Kummissjoni fi żmien debitu u qabel l-2027 biex jiġi adattat għax-xenarju tal-enerġija li qed jevolvi u biex jirrifletti l-ħtiġijiet futuri għall-ħżin tal-gass. Fost kwistjonijiet oħra, kwalunkwe emenda jenħtieġ li tindirizza l-limitazzjonijiet tad-definizzjoni attwali ta’ “klijenti protetti”, il-prevenzjoni tal-ispekulazzjoni fuq is-swieq tal-gass u l-attivitajiet spekulattivi li jgħollu l-prezzijiet b’mod artifiċjali, ir-rwol tal-miżuri tal-effiċjenza enerġetika li jwasslu għal tnaqqis verifikabbli tad-domanda għall-gass u kif dan jista’ jintuża għal aktar flessibbiltajiet mill-Istati Membri, u tqis il-qafas fil-kuntest ta’ taħlita tal-enerġija li qed tevolvi ta’ sorsi alternattivi għall-gass, bħas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli u l-idroġenu, li se jkollha rwol akbar flimkien mar-rwol tal-effiċjenza enerġetika.</STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>(11)</NO.P>Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2017/1938 jiġi emendat skont dan,
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><DINIT>ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:</DINIT><GR.ART>
<TI.ART><STRING ITALIC="on">Artikolu 1</STRING></TI.ART><STI.ART><STRING BOLD="on">Emenda għar-Regolament (UE) 2017/1938</STRING></STI.ART><PARAG><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ir-Regolament</STRING></STRING> (UE) 2017/1938 ▌huwa <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">emendat kif</STRING></STRING> ġej:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(1)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Fl-Artikolu 2, il-punt 27 huwa mħassar;</STRING></STRING></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(2)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-Artikolu 6a huwa emendat kif ġej:</STRING></STRING></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(a)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Mira tal-mili”;</STRING></STRING></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(b)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:</STRING></STRING><CITATION>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">“1.	Soġġett għall-paragrafi 2 sa 5, l-Istati Membri għandhom jilħqu l-mira tal-mili ta’ 83 % għall-kapaċità aggregata tal-faċilitajiet kollha ta’ ħżin ta’ gass taħt l-art li jinsabu fuq it-territorju tagħhom u li huma interkonnessi direttament ma’ żona tas-suq fit-territorju tagħhom u għall-faċilitajiet tal-ħżin elenkati fl-Anness Ib fi kwalunkwe żmien bejn l-1 ta’ Ottubru u l-1 ta’ Diċembru kull sena.”;</STRING></STRING>
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(c)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:</STRING></STRING><CITATION>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">“2.	Minkejja l-paragrafu 1 u mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta' Stati Membri oħra li jimlew il-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art ikkonċernati, il-mira tal-mili għal kull Stat Membru li fih ikunu jinsabu l-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art għandha titnaqqas għal volum li jikkorrispondi għal 32,28 % tal-konsum annwali medju tal-gass matul il- ħames snin preċedenti għal dak l-Istat Membru.”;</STRING></STRING>
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(d)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:</STRING></STRING><CITATION>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">“5a. 	Minkejja l-paragrafu 1 u mingħajr preġudizzju għall-obbligu ta’ Stati Membri oħra li jimlew il-faċilitajiet ta’ ħżin ta’ gass taħt l-art ikkonċernati, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jiddevjaw sa massimu ta’ erba’ punti perċentwali, mill-mira tal-mili stabbilita fil-paragrafu 1 għal kull Stat Membru jekk il-kundizzjonijiet tas-suq ikunu sfavorevoli għall-mili tal-faċilitajiet ta’ ħżin ta’ gass taħt l-art.</STRING></STRING>

<NO.P>5b.</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">F’każijiet debitament ġustifikati ta’ kundizzjonijiet tas-suq sfavorevoli persistenti, u dment li l-provvista tas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri ma tiġix kompromessa, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 19 biex temenda dan ir-Regolament billi żżid id-devjazzjoni permessa għall-Istati Membri, kif stabbilit fil-paragrafu 5a sa massimu ta’ erba’ punti perċentwali.</STRING></STRING>

<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Fil-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tqis b’mod partikolari l-livell tal-mili tal-ħażniet fl-Istati Membri, il-provvista globali tal-gass, il-prospettiva tal-provvista staġjonali tal-ENTSOG, u l-indikazzjonijiet ta’ manipulazzjoni tas-suq. Tista’ tqis ukoll il-miżuri tal-Istati Membri, bħall-introduzzjoni għall-gass ta’ miżuri għat-tnaqqis tad-domanda tal-gass li jiksbu tnaqqis ekwivalenti fil-gass matul l-istaġun tal-irtirar ta’ wara.</STRING></STRING>

<NO.P>5c.</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 2 jistgħu taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dawk previsti fil-paragrafu 5a jiddeċiedu li jiddevjaw sa massimu ta’ 1,55 % taħt il-volum stabbilit fil-paragrafu 2.</STRING></STRING>

<NO.P>5d.</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Qabel ma juża kwalunkwe devjazzjoni minn dawk previsti fil-paragrafi 5a u 5c, kull Stat Membru għandu jikkonsulta lill-Kummissjoni u jipprovdi mingħajr dewmien żejjed ġustifikazzjoni għad-deċiżjoni tiegħu. Il-Kummissjoni għandha tinforma minnufih lill-GCG rigward l-effetti kumulattivi tad-devjazzjonijiet kollha skont il-paragrafi 5a u 5c u lil kwalunkwe Stat Membru affettwat direttament.”;</STRING></STRING>
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(e)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">il-paragrafi 6 u 7 huma sostitwiti b’dan li ġej:</STRING></STRING><CITATION>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">“6.</STRING></STRING>	<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Sabiex tintlaħaq il-mira tal-mili, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa</STRING></STRING> <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">u jagħmlu ħilithom biex isegwu l-pjan għall-mili definit f’konformità mal-paragrafu 7.</STRING></STRING>

<NO.P>7.</NO.P>	<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-Istati Membri b’faċilitajiet ta’ ħżin ta’ gass taħt l-art għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni fi żmien debitu pjan indikattiv għall-mili għas-sena kalendarja kollha biex tintlaħaq il-mira annwali tal-mili tal-ħażniet tal-gass stabbilita fil-paragrafu 1. Il-pjan għandu jinkludi informazzjoni teknika għall-faċilitajiet ta’ ħżin ta’ gass taħt l-art fuq it-territorju tiegħu u għandu jkun interkonness direttament maż-żona tas-suq tiegħu f’forma aggregata.”;</STRING></STRING>
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(f)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">il-paragrafu 8 huwa mħassar;</STRING></STRING></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(g)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">il-paragrafi 10 u 11 huma sostitwit b’dan li ġej:</STRING></STRING><CITATION>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">“10.	L-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru għandha timmonitorja kontinwament il-konformità mal-mira tal-mili kif stabbilita fil-pjan għall-mili u għandha tirrapporta regolarment u tal-anqas darba fix-xahar lill-Kummissjoni u lill-GCG. Jekk ikun previst li l-mira ma tistax tintlaħaq, l-awtorità kompetenti għandha, mingħajr dewmien, tieħu miżuri effettivi biex tilħaq il-mira. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-GCG bil-miżuri li jkunu ttieħdu.</STRING></STRING>

<NO.P>11.</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Fil-każ ta’ devjazzjoni sostanzjali u sostnuta minn Stat Membru mill-pjan għall-mili, li tikkomprometti l-ilħuq tal-mira tal-mili jew fil-każ ta’ devjazzjoni mill-mira tal-mili, il-Kummissjoni għandha, meta xieraq, wara li tikkonsulta lill-GCG u lill-Istati Membri kkonċernati, toħroġ rakkomandazzjoni lil dak l-Istat Membru jew lill-Istati Membri l-oħra kkonċernati rigward miżuri li jridu jittieħdu immedjatament biex tiġi rimedjata d-devjazzjoni jew biex jiġi minimizzat l-impatt fuq is-sigurtà tal-provvista, filwaqt li tqis, fost l-oħrajn, il-kundizzjonijiet sfavorevoli possibbli tas-suq u l-ispeċifiċitajiet tal-Istati Membri, bħall-karatteristiċi tekniċi u d-daqs tal-faċilitajiet ta’ ħżin ta’ gass taħt l-art fir-rigward tal-konsum domestiku tal-gass, l-importanza dejjem tonqos tal-faċilitajiet ta’ ħżin ta’ gass taħt l-art b’valur kalorifiku baxx għas-sigurtà tal-provvista tal-gass, u l-kapaċità eżistenti ta’ ħżin tal-LNG.</STRING></STRING>

<NO.P>11a.</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Meta Stat Membru ma jilħaqx il-mira tal-mili stabbilita fil-paragrafu 1 u b’hekk jipperikola s-sigurtà tal-provvista tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi pjan għall-mili għal dak l-Istat Membru għas-sena ta’ wara, abbażi tal-informazzjoni teknika pprovduta minn kull Stat Membru u b’kont meħud tal-valutazzjoni tal-GCG. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 18a(2). Għandu jkun ibbażat fuq valutazzjoni tas-sitwazzjoni ġenerali tas-sigurtà tal-provvista tal-gass u l-iżvilupp tad-domanda u tal-provvista tal-gass fl-Unjoni u fl-Istati Membri individwali bl-għan li tiġi ssalvagwardjata s-sigurtà tal-provvista tal-gass.”;</STRING></STRING>
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(3)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-Artikolu 6b huwa emendat kif ġej:</STRING></STRING></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(a)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Implimentazzjoni tal-mira tal-mili”;</STRING></STRING></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(b)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:</STRING></STRING><CITATION>
“<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">1.	L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jilħqu l-mira tal-mili stabbilita skont l-Artikolu 6a. Meta jiżguraw li l-mira tal-mili tkun intlaħqet, l-Istati Membri għandhom jagħtu prijorità, meta possibbli, lil miżuri bbażati fuq is-suq.”;</STRING></STRING>
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(c)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: </STRING></STRING><CITATION>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">“2.	Il-miżuri meħuda mill-Istati Membri skont il-paragrafu 1 għandhom ikunu limitati għal dak li huwa meħtieġ biex tintlaħaq il-mira tal-mili. Għandhom ikunu definiti b’mod ċar, trasparenti, proporzjonati, nondiskriminatorji u verifikabbli. Ma għandhomx ifixklu bla bżonn il-kompetizzjoni jew il-funzjonament tajjeb tas-suq intern tal-gass, iżidu bla bżonn l-ispejjeż tal-enerġija jew jipperikolaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass ta’ Stati Membri oħra jew tal-Unjoni.</STRING></STRING> <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-GCG bi kwalunkwe miżura tali.”;</STRING></STRING>
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(4)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-Artikolu 6c huwa emendat kif ġej:</STRING></STRING></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(a)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:</STRING></STRING><CITATION>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">“1.	Stat Membru mingħajr faċilitajiet ta’ ħżin ta’ gass taħt l-art għandu jiżgura li parteċipanti fis-suq f’dak l-Istat Membru jkollhom stabbiliti arranġamenti ma’ operaturi tas-sistema tal-ħżin taħt l-art jew ma’ parteċipanti oħra fis-suq fl-Istati Membri b’faċilitajiet ta’ ħżin ta’ gass taħt l-art. Dawk l-arranġamenti għandhom jipprevedu l-użu, sal-1 ta’ Diċembru, tal-volumi tal-ħżin li jikkorrispondu għal tal-anqas 15 % tal-konsum annwali medju tal-gass tul il-ħames snin preċedenti tal-Istat Membru mingħajr faċilitajiet ta’ ħżin ta’ gass taħt l-art. Madankollu, meta l-kapaċità ta’ trażmissjoni transfruntiera jew limitazzjonijiet tekniċi oħra jipprevjenu lil Stat Membru mingħajr faċilitajiet ta’ ħżin ta’ gass taħt l-art milli juża bis-sħiħ 15 % ta’ dawk il-volumi tal-ħżin, dak l-Istat Membru għandu jaħżen biss dawk il-volumi li jkunu teknikament possibbli.”;</STRING></STRING>
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(b)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:</STRING></STRING><CITATION>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">“L-Istati Membri mingħajr faċilitajiet ta’ ħżin ta’ gass taħt l-art għandhom juru li huma jikkonformaw mal-paragrafu 1 u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni skont dan.”;</STRING></STRING>
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(c)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">fil-paragrafu 5, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:</STRING></STRING><CITATION>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">“(a)	jiżguraw li, sal-1 ta’ Diċembru, il-volumi tal-ħżin jikkorrispondu tal-anqas għall-użu medju tal-kapaċità ta’ ħżin tul il-ħames snin preċedenti, iddeterminati, fost l-oħrajn, billi jitqiesu l-flussi matul l-istaġun tal-irtirar tul il-ħames snin preċedenti mill-Istati Membri fejn ikunu jinsabu l-faċilitajiet tal-ħżin; jew”;</STRING></STRING>
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(d)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:</STRING></STRING><CITATION>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">“6.	Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-Anness Ib, fil-każ ta’ faċilitajiet ta’ ħżin ta’ gass taħt l-art li jinsabu fi Stat Membru wieħed li ma jkunux koperti mill-paragrafu 5 iżda li jkunu konnessi direttament maż-żona tas-suq ta’ Stat Membru ieħor, dak l-Istat Membru l-ieħor għandu jiżgura li bejn l-1 ta’ Ottubru u l-1 ta’ Diċembru l-volumi tal-ħżin jikkorrispondu tal-anqas mal-medja tal-kapaċità ta’ ħżin riżervata fil-punt transfruntier rilevanti tul il-ħames snin preċedenti.”;</STRING></STRING>
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(5)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-Artikolu 6d huwa emendat kif ġej:</STRING></STRING></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(a)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej:</STRING></STRING><CITATION>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">“1.	L-operaturi tas-sistema tal-ħżin għandhom jirrapportaw il-livell tal-mili lill-awtorità kompetenti f’kull Stat Membru fejn ikunu jinsabu l-faċilitajiet ta’ ħżin ta’ gass taħt l-art ikkonċernati u, jekk applikabbli, lil entità nominata minn dak l-Istat Membru (l-“entità nominata”) kif stabbilit skont l-Artikolu 6a.</STRING></STRING>

<NO.P>2.</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-awtorità kompetenti u, jekk applikabbli, l-entità nominata minn kull Stat Membru għandhom jimmonitorjaw il-livelli tal-mili tal-faċilitajiet ta’ ħżin ta’ gass taħt l-art fit-territorju tagħhom fl-aħħar ta’ kull xahar u jirrapportaw kull xahar ir-riżultati lill-Kummissjoni mingħajr ebda dewmien. L-awtorità kompetenti għandha tinkludi wkoll informazzjoni dwar is-sehem ta’ gass li joriġina fil-Federazzjoni Russa li jkun qed jinħażen f’dak l-Istat Membru, meta tali informazzjoni tkun disponibbli.</STRING></STRING>

<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-Kummissjoni tista’, meta xieraq, tistieden lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) biex tassisti b’tali monitoraġġ.”;</STRING></STRING>
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(b)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">il-paragrafi 4 u 5 huma sostitwiti b’dan li ġej:</STRING></STRING><CITATION>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">“4.	Il-GCG għandu jassisti lill-Kummissjoni fil-monitoraġġ tal-mira tal-mili, u għandu jiżviluppa gwida għall-Kummissjoni dwar miżuri adegwati biex jiġi żgurat allinjament aħjar f’każ li r-rati tal-mili tal-Istati Membri jikkompromettu l-ilħuq tal-mira tal-mili, jew biex tiġi żgurata l-konformità mal-mira tal-mili.</STRING></STRING>

<NO.P>4a.</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Meta xieraq, il-Kummissjoni għandha timplimenta miżuri li jgħinu lill-Istati Membri jilħqu l-mira tal-mili, inklużi miżuri li jħeġġu l-parteċipazzjoni fil-mekkaniżmu ta’ aggregazzjoni tad-domanda u xiri konġunt stabbilit fl-ambitu tar-Regolament (UE) 2022/2576 (“AggregateEU”)</STRING></STRING><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"><STRING SUPERSCRIPT="on">* </STRING></STRING></STRING><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">.</STRING></STRING>

<NO.P>5.</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-Istati Membri u, meta xieraq, il-Kummissjoni għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jilħqu l-mira tal-mili u biex jinfurzaw l-obbligi tal-ħżin fuq il-parteċipanti fis-suq. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu sanzjonijiet u multi deterrenti biżżejjed, bħal penali finanzjarji adegwati.</STRING></STRING>

<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">___________________</STRING></STRING>

<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">*	Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2576 tad-19 ta’ Diċembru 2022 li jsaħħaħ is-solidarjetà permezz ta’ koordinazzjoni aħjar tax-xiri tal-gass, parametri referenzjarji affidabbli tal-prezzijiet u skambji transfruntiera tal-gass (ĠU L 335, 29.12.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2576/oj).”;</STRING></STRING>
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(6)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Fl-Artikolu 17a, il-paragrafu 1, jiżdied il-punt li ġej:</STRING></STRING><CITATION>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">“(da)	l-informazzjoni dwar is-sehem ta’ gass li joriġina fil-Federazzjoni Russa maħżun fil-ħażniet tal-UE, ipprovduta mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 6d(2).”;</STRING></STRING>
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(7)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Fl-Artikolu 22, ir-raba’ paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:</STRING></STRING><CITATION>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">“L-Artikolu 2, il-punti (27) sa (31), l-Artikoli 6a sa 6d, l-Artikolu 16(3), l-Artikolu 17a, l-Artikolu 18a, l-Artikolu 20(4) u l-Anness Ib għandhom japplikaw sal-31 ta’ Diċembru 2027.”;</STRING></STRING>
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(8)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-Anness Ia huwa mħassar.</STRING></STRING></PARAG>

<TI.ART><STRING ITALIC="on">Artikolu 2</STRING></TI.ART><STI.ART><STRING BOLD="on">Dħul fis-seħħ</STRING></STI.ART><PARAG>Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ u <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">għandu japplika</STRING></STRING> fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING>.</PARAG><PARAG>Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.</PARAG>
</GR.ART><SIGNATURE>
Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President
</SIGNATURE></DISPOSITIF></TEXT></TCONSOLID></TXTLST></SDOCTA>