<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0104</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-politika tal-kompetizzjoni - rapport annwali 2024</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0071/2025 - Rapporteur: Lara Wolters)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Mejju 2025 dwar il-politika tal-kompetizzjoni – rapport annwali 2024 (2024/2079(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b’mod partikolari l-Artikoli 101 sa 109 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pubblikazzjoni tat-18 ta’ Lulju 2024 minn Ursula von der Leyen bit-titolu “L-Għażla Quddiem l-Ewropa – Linji Gwida Politiċi għall-Kummissjoni Ewropea li Jmiss 2024-2029”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tad-9 ta’ Settembru 2024 minn Mario Draghi bit-titolu “Il-futur tal-kompetittività Ewropea”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tat-18 ta’ April 2024 minn Enrico Letta bit-titolu “Much more than a market” (Ħafna aktar milli suq),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali 21/2024 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri tat-23 ta’ Ottubru 2024 bit-titolu “L-għajnuna mill-Istat fi żminijiet ta’ kriżi – Reazzjoni rapida iżda nuqqasijiet fil-monitoraġġ tal-Kummissjoni u inkonsistenzi fil-qafas ta’ appoġġ għall-objettivi tal-politika industrijali tal-UE”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 024, 29.1.2004, p. 1, ELI: <STRING UNDERLINE="on">http://data.europa.eu/eli/reg/2004/139/oj.</STRING></FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>	wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tat-TFUE, li jagħti mandat biex il-ħtiġijiet għall-ħarsien tal-ambjent għandhom ikunu integrati fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika u l-attivitajiet tal-Unjoni, partikolarment bl-għan li jinkoraġġixxu l-iżvilupp sostenibbli,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni (UE) 2022/591 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ April 2022 dwar Programm Ġenerali ta’ Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2030<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 114, 12.4.2022, p. 22, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/591/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, li jipprevedi li s-sussidji li jagħmlu ħsara lill-ambjent, b’mod partikolari s-sussidji għall-fjuwils fossili, għandhom jitneħħew gradwalment mingħajr dewmien,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-3 ta’ Settembru 2024 fil-Kawża C‐611/22 P <STRING ITALIC="on">Illumina </STRING>vs<STRING ITALIC="on"> Il-Kummissjoni</STRING><FOOTNOTE><FIELD> Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta’ Settembru 2024, <STRING ITALIC="on">Illumina</STRING> vs <STRING ITALIC="on">Il-Kummisjoni</STRING>, C-611/22 P, ECLI:EU:C:2024:677.</FIELD></FOOTNOTE>, tal-10 ta’ Settembru 2024 fil-Kawża C‐465/20 P, <STRING ITALIC="on">Il-Kummissjoni Ewropea vs l-Irlanda u Oħrajn</STRING><FOOTNOTE><FIELD> Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ Settembru 2024, <STRING ITALIC="on">Il-Kummissjoni Ewropea </STRING>vs<STRING ITALIC="on"> l-Irlanda u Oħrajn</STRING>, C-465/20 P, ECLI:EU:C:2024:724.</FIELD></FOOTNOTE>u tal-10 ta’ Settembru 2024 fil-Kawża C‐48/22 P (<STRING ITALIC="on">Google u Alphabet vs Il-Kummissjoni</STRING>)<FOOTNOTE><FIELD> Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ Settembru 2024, <STRING ITALIC="on">Google u Alphabet vs Il-Kummissjoni, </STRING>C-48/22 P, CLI:EU:C:2024:726.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni ta’ Ġunju 2024 bit-titolu “Protecting competition in a changing world – Evidence on the evolution of competition in the EU during the past 25 years” (Il-protezzjoni tal-kompetizzjoni f’dinja li qed tinbidel – Evidenza dwar l-evoluzzjoni tal-kompetizzjoni fl-UE matul dawn l-aħħar 25 sena),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istudju bit-titolu “The role of commodity traders in forming agricultural markets” (Ir-rwol tan-negozjanti tal-komoditajiet fit-tiswir tas-swieq agrikoli), ippubblikat mid-Dipartiment Tematiku għall-Politiki Strutturali u ta’ Koeżjoni tiegħu f’Novembru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-20 ta’ Diċembru 2023 tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq bit-titolu “CRA Market Share Report: 2023 edition” (Rapport dwar is-Sehem tas-Suq tas-CRAs: edizzjoni tal-2023),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A10-0071/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-kuntest ekonomiku, klimatiku u ġeopolitiku attwali ta’ sfida, ikkaratterizzat minn inċertezza u nuqqas ta’ prevedibbiltà, jirrikjedi approċċ imġedded għall-kompetittività Ewropea u strateġiji konkreti sabiex tingħata spinta lit-tkabbir ekonomiku;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-infurzar xieraq tal-qafas tal-politika tal-kompetizzjoni tal-UE jwassal għal prezzijiet aktar baxxi, kwalità ogħla, għażla akbar għall-konsumaturi, innovazzjoni aktar mgħaġġla u ekonomija aktar ġusta u aktar reżiljenti, u jipproteġi l-kundizzjonijiet tad-dħul għall-operaturi fis-suq intern, filwaqt li jindirizza l-abbużi ta’ pożizzjoni dominanti, il-monopolji u l-prattiki li jfixklu s-suq intern;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi r-rapport ta’ Draghi jissottolinja li l-UE għandha bażi ta’ innovazzjoni industrijali wiesgħa u diversifikata, b’vantaġġ komparattiv qawwi fit-teknoloġiji ekoloġiċi, iżda li huma meħtieġa sforzi sostnuti sabiex jinżamm dak il-vantaġġ; billi l-integrazzjoni tal-kunsiderazzjonijiet klimatiċi u ambjentali fil-politika tal-kompetizzjoni hija essenzjali, f’dak ir-rigward; billi r-rapport ta’ Letta jsostni li n-nuqqas ta’ integrazzjoni tal-UE fis-settur finanzjarju, tal-enerġija, u dak tal-komunikazzjoni elettronika huwa raġuni ewlenija għat-tnaqqis fil-kompetittività tal-Ewropa;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-politika tal-kompetizzjoni tal-UE tista’ tikkontribwixxi biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tas-suq intern, kif ukoll biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, tal-Kumpass Diġitali 2030 u tal-Boxxla għall-Kompetittività, fejn l-iskambju u l-kooperazzjoni internazzjonali huma essenzjali;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jeħtieġ li jaġixxu b’mod imparzjali u oġġettiv sabiex jippreservaw il-kredibbiltà tal-politika tal-kompetizzjoni tal-UE; billi l-indipendenza politika tal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni hija tal-akbar importanza biex jiġu żgurati l-imparzjalità u l-kredibbiltà tal-politika tal-kompetizzjoni;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kunsiderazzjonijiet ġenerali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Iqis li l-liġi tal-kompetizzjoni tal-UE tfittex li tipproteġi kontra livelli eċċessivi ta’ konċentrazzjoni u akkumulazzjoni tas-saħħa fis-suq, u jafferma mill-ġdid ir-rwol tal-politika tal-kompetizzjoni fil-promozzjoni tal-effiċjenza, l-innovazzjoni u t-tkabbir, il-ħolqien ta’ kundizzjonijiet ekwi u l-ħarsien tal-konsumaturi, billi jiġi żgurat li s-swieq jibqgħu kompetittivi, effiċjenti, dinamiċi u innovattivi, filwaqt li jiġu pprovduti prodotti u servizzi ta’ kwalità għolja bi prezzijiet ġusti u b’firxa usa’ ta’ għażla;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Itenni li l-politika tal-kompetizzjoni għandha tikkontribwixxi għall-politiki kollha tal-UE, b’mod partikolari fl-oqsma tas-sostenibbiltà, l-enerġija, id-difiża u d-diġitalizzazzjoni; jilqa’ l-impenn tal-Kummissjoni għal qafas ġdid ta’ għajnuna mill-Istat biex jakkumpanja l-Patt għal Industrija Nadifa sabiex tiġi żgurata l-kompetittività billi jiġi mmobilizzat l-appoġġ pubbliku meħtieġ għat-tranżizzjoni tal-enerġija ħalli tiġi ddekarbonizzata l-industrija tal-UE, filwaqt li jiġi żgurat li dan ma jfixkilx l-innovazzjoni, ma jgħollix il-prezzijiet u ma jnaqqasx il-kompetizzjoni fis-suq intern; itenni li l-għajnuna mill-Istat ma għandhiex tfixkel il-kompetizzjoni ġusta u effettiva;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jenfasizza li s-saħħa u l-importanza globali tas-suq uniku tal-UE jirriżultaw mhux biss mill-kompetittività interna u esterna tiegħu iżda wkoll mill-kapaċità tiegħu li jistabbilixxi standards komuni u jiggarantixxi l-koeżjoni territorjali; jinnota li, fl-istess ħin, dawk li jfasslu l-politika għandhom iqisu kif xieraq l-iżviluppi regolatorji u tas-suq internazzjonali u jistieden lill-Kummissjoni tistinka għal djalogu u kooperazzjoni kontinwi fil-livell internazzjonali, inkluż permezz ta’ ftehimiet ta’ kooperazzjoni tat-tieni ġenerazzjoni li jippermettu skambju ta’ informazzjoni aktar effettiv bejn l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni, u l-iżvilupp ta’ influwenza fuq il-politika tal-kompetizzjoni, fil-livell globali; jenfasizza l-importanza tan-Network Ewropew għall-Kompetizzjoni (NEK) u jistieden lill-Kummissjoni tipprijoritizza djalogu u kooperazzjoni kostruttivi sostnuti, f’dan ir-rigward, fil-livell internazzjonali; jappella biex ikun hemm koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tar-regoli tal-kompetizzjoni u jissottolinja l-ħtieġa li tiżdied il-kollaborazzjoni bejn l-antitrust u regolaturi settorjali oħra;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Unjoni kompetittiva</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jappoġġja l-impenn tal-Kummissjoni li tinvesti fil-kompetittività sostenibbli; jilqa’ l-enfasi tar-rapport Draghi fuq l-innovazzjoni, l-investimenti, l-integrazzjoni tas-suq, id-dekarbonizzazzjoni u r-reżiljenza, u l-enfasi tar-rapport Letta fuq l-integrazzjoni, l-awtonomija u s-solidarjetà; jinkoraġġixxi politiki li jippromwovu l-innovazzjoni, il-kompetittività u t-tkabbir sostenibbli u inklużiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa ta’ politika industrijali koordinata, immirata u tassew Ewropea biex tagħti spinta lill-kompetittività; jinnota li dan ma jridx jirriżulta f’pożizzjoni dominanti fis-suq jew abbuż tiegħu, distorsjoni tal-prezzijiet jew ineffiċjenzi ekonomiċi, u jindika l-ħtieġa għal proċeduri effettivi ta’ kontroll tal-għaqdiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Iqis li kwalunkwe għajnuna mill-Istat mogħtija għandha tkun konsistenti mal-objettivi tal-politika tal-UE; jinnota l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tipprovdi gwida dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat ma’ kunsiderazzjonijiet ta’ innovazzjoni, klima u sigurtà ekonomika, kif ukoll l-azzjonijiet tagħha biex tnaqqas u telimina gradwalment is-sussidji għall-fjuwils fossili skont il-Patt għal Industrija Nadifa, u jħeġġeġ lill-Istati Membri jikkunsidraw l-introduzzjoni ta’ kundizzjonijiet ulterjuri għar-riċeviment ta’ għajnuna mill-Istat; jitlob li l-kumpaniji strutturati permezz ta’ rifuġji fiskali mhux tal-UE jiġu pprojbiti milli jirċievu għajnuna mill-Istat; jistieden lill-Kummissjoni tinvestiga n-nuqqas ta’ armonizzazzjoni tal-mekkaniżmi ta’ rkupru;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jieħu nota tar-rapport tal-Kummissjoni li jiddikjara li l-konċentrazzjoni tas-suq, il-marġnijiet kummerċjali u l-profitti żdiedu matul dawn l-aħħar 25 sena, filwaqt li d-dinamiżmu tal-industrija naqas, minkejja l-infurzar attiv tad-dritt tal-kompetizzjoni; jieħu nota wkoll li din iż-żieda fil-marġnijiet kummerċjali nstabet li kienet xprunata minn riallokazzjoni tas-sehem mis-suq lejn l-akbar ditti; jinnota wkoll li livelli dgħajfa ta’ kompetizzjoni kellhom impatti negattivi sinifikanti fuq il-konsumaturi, fuq il-kapaċità tal-akkwist, u fuq il-kompetittività tad-ditti tal-UE u t-tkabbir ekonomiku ġenerali; ifakkar li l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-kompetizzjoni għandha tiffoka fuq li tiżgura swieq miftuħin, kompetittivi u ħielsa minn prattiki antikompetittivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jirrimarka li l-għajnuna mill-Istat qed tintuża dejjem aktar sabiex tappoġġja l-objettivi tal-politika industrijali; ifakkar li tali għajnuna, kif permessa skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE, ma tridx taffettwa b’mod negattiv il-kundizzjonijiet tal-kummerċ jew l-interess komuni; jinnota l-abbiltajiet fiskali diverġenti tal-Istati Membri u jwissi li għajnuna mill-Istat frammentata ġġib magħha kundizzjonijiet mhux ekwi; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja dawn l-effetti u tiżgura l-integrità tas-suq uniku, li jista’ jsir permezz ta’ strument ta’ finanzjament komuni għal politika industrijali Ewropea, bħal Fond Ewropew għall-Kompetittività, kif propost mill-President tal-Kummissjoni von der Leyen fil-linji gwida politiċi tagħha; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri ma jinvolvux ruħhom f’kompetizzjoni ta’ sussidji, li taggrava biss id-distorsjonijiet tas-suq, b’mod partikolari meta jiffinanzjaw impriżi li mhumiex effiċjenti; jikkonkludi li l-oqfsa temporanji ta’ għajnuna mill-Istat naqsu milli jipprevjenu aktar frammentazzjoni tas-suq u jinnota li żewġ Stati Membri kienu jirrappreżentaw 77 % tal-għajnuna mill-Istat notifikata; jappella għal monitoraġġ aktar strett tan-notifika tal-għajnuna mill-Istat kif ukoll għal rapportar u trasparenza mtejba tal-għajnuna mill-Istat, f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>	Jissottolinja l-importanza tal-proġetti importanti ta’ interess Ewropew komuni (IPCEIs) għall-finanzjament ta’ proġetti fi ħdan l-UE b’dimensjoni transfruntiera; jisħaq li l-IPCEIs għandu jkollhom valur miżjud ġenwin għall-UE, u dan ifisser li għandu jkollhom impatt pożittiv fuq aktar minn Stat Membru wieħed; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li kwalunkwe tali notifika ta’ għajnuna mill-Istat titlesta sa mhux aktar tard minn sitt xhur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jieħu nota tal-istima tar-rapport ta’ Draghi li huma meħtieġa EUR 800 biljun addizzjonali fis-sena sabiex tiġi protetta l-kompetittività tal-UE tagħna; jirrikonoxxi l-importanza tal-investiment pubbliku u privat f’dan il-kuntest; jissottolinja li l-baġit tal-UE jeħtieġ li jkun mgħammar kif xieraq għal dak l-għan; iqis li t-tlestija tal-Unjoni tat-Tfaddil u tal-Investimenti hija kruċjali għall-mobilizzazzjoni tal-investiment privat, l-indirizzar tal-frammentazzjoni tas-suq intern, u l-appoġġ tal-istrateġija industrijali tal-UE; jirrikonoxxi l-ħtieġa urġenti ta’ riformi flimkien mal-implimentazzjoni effettiva tat-tliet oqsma ta’ azzjoni tar-rapport ta’ Draghi: (i) it-tnaqqis tad-distakk fl-innovazzjoni mal-Istati Uniti u ċ-Ċina; (ii) pjan komuni għad-dekarbonizzazzjoni u għall-kompetittività biex titħaffef it-tranżizzjoni tal-enerġija u jitnaqqsu l-kostijiet tal-enerġija; u (iii) t-tisħiħ tas-sigurtà u t-tnaqqis tad-dipendenzi.
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jilqa’ l-protezzjoni tal-kundizzjonijiet ekwivalenti fis-swieq u fil-kumpaniji Ewropej u tal-ħaddiema tagħhom żgurata permezz ta’ miżuri anti-dumping li jikkoreġu għajnuna mill-Istat barranija distorsiva; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel użu malajr mill-istrumenti kummerċjali disponibbli dwar l-akkwist u s-sussidji barranin sabiex tipprevjeni l-kompetizzjoni inġusta fis-suq intern;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Prijoritajiet ta’ infurzar</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Josserva bidliet fil-prattiki tan-negozju, filwaqt li jenfasizza tnaqqis f’każijiet ta’ kartelli; iwissi, madankollu, kontra forom ġodda ta’ mġiba dannuża bħall-kollużjoni taċita u l-kollużjoni algoritmika, u jenfasizza l-ħtieġa li l-prijoritajiet ta’ infurzar jiġu allinjati ma’ dan ix-xenarju li qed jevolvi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jinnota l-proposta tar-rapport ta’ Draghi għal “għodda ġdida tal-kompetizzjoni” bħala għodda flessibbli ta’ investigazzjoni tas-suq imfassla biex tindirizza l-problemi tal-kompetizzjoni strutturali li mhumiex ir-riżultat ta’ ftehimiet antikompetittivi jew abbuż ta’ dominanza u biex timponi rimedji strutturali jew komportamentali li jħarsu ’l quddiem fis-suq kollu, inkluż billi tnaqqas l-ostakli għad-dħul għall-kompetituri, u dan bl-għan li tiżdied il-kompetittività, tiġi inċentivata l-innovazzjoni u jiġu protetti l-konsumaturi vulnerabbli; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tanalizza kif din l-għodda tikkomplimenta l-qafas eżistenti għall-inkjesti settorjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Ifakkar li skont it-Trattat, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tindirizza abbużi ta’ sfruttament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jirrikonoxxi l-eżistenza ta’ bażi legali għal rimedji strutturali kontra l-abbuż ta’ pożizzjoni dominanti fis-suq; huwa konxju li r-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE jistipulaw li r-rimedji strutturali għandhom jintużaw biss bħala l-aħħar alternattiva jekk ir-rimedji komportamentali ma jkunux effettivi, iżda madankollu jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ rieda tal-Kummissjoni li tindirizza il-pożizzjoni dominanti fis-suq permezz ta’ rimedji strutturali; itenni l-istedina tiegħu biex isir użu aħjar mir-rimedji strutturali u tintemm is-supremazija mogħtija lir-rimedji komportamentali, u jinkoraġġixxi sforzi ulterjuri biex tissaħħaħ l-applikazzjoni tagħhom meta jkun meħtieġ; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel użu aħjar mill-istrument ta’ miżuri interim biex twaqqaf kwalunkwe prattika li tagħmel ħsara serja lill-kompetizzjoni, b’mod partikolari fir-rigward ta’ swieq dinamiċi u li qed jiżviluppaw b’rata mgħaġġla bħas-swieq diġitali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jilqa’ l-prijorità mogħtija lill-akkomodazzjoni mill-Kummissjoni għall-perjodu 2024-2029; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta kif il-prinċipji tal-kompetizzjoni tal-UE jaffettwaw il-provvista ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-pożizzjoni tas-servizzi soċjali ta’ interess ġenerali u l-eżenzjoni tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali għal akkomodazzjoni affordabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza tal-għajnuna mill-Istat bħala għodda biex jitnaqqas id-distakk ekonomiku bejn ir-reġjuni l-aktar żviluppati tal-UE u ż-żoni gżejjer, iż-żoni interni, ir-reġjuni ultraperiferiċi u ż-żoni batuti ekonomikament; ifakkar li l-għoti ta’ għajnuna mill-Istat fil-kuntest ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali jibqa’ essenzjali għas-sopravivenza ta’ dawn iż-żoni, b’mod speċjali fil-kuntest ta’ appoġġ mill-Istat dedikat għall-konnettività u għal fornimenti bażiċi oħra ta’ servizzi għal komunitajiet residenti f’reġjuni iżolati, remoti jew periferali tal-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni tinvestiga l-possibbiltajiet ta’ aktar flessibbiltà fl-għoti ta’ finanzjament lil dawn ir-reġjuni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jieħu nota tas-sentenza reċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dwar is-sejba li wieħed mill-Istati Membri naqas milli jittrasponi d-Direttiva NEK+ fil-leġiżlazzjoni nazzjonali; jissottolinja l-importanza tat-traspożizzjoni sħiħa tad-Direttiva NEK+; jistieden lill-Istati Membri kollha jiżguraw l-implimentazzjoni xierqa ta’ din id-Direttiva;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Għaqdiet u antitrust </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jinnota bi tħassib l-interpretazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tal-Artikolu 22 tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet fil-Kawża C-611/22 P (<STRING ITALIC="on">Illumina vs Il-Kummissjoni</STRING>), li tirrevoka l-approċċ tal-Kummissjoni li taċċetta riferimenti ta’ ftehimiet mhux notifikabbli; jirrikonoxxi li r-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet ma jipprovdix lill-Kummissjoni b’biżżejjed għodod biex tindirizza l-akkwiżizzjonijiet predatorji; jemmen bis-sħiħ li l-impatt tad-deċiżjonijiet dwar l-għaqdiet fuq is-suq intern jiġġustifika l-inklużjoni ta’ bażi legali tas-suq intern fir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet, sabiex il-koleġiżlaturi jiġu involuti bis-sħiħ, b’mod simili għal dak li seħħ fil-każ tal-Att dwar is-Swieq Diġitali; jistieden lill-Kummissjoni tirrikjedi lill-Istati Membri li għandhom jew li jistgħu jinvokaw il-kompetenza rilevanti sabiex jeżaminaw akkwisti potenzjalment predatorji fid-dawl tal-liġijiet nazzjonali tagħhom dwar il-kontroll tal-għaqdiet, u biex ikomplu jirreferu tali ftehimiet f’konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet; jistieden lill-Kummissjoni tesplora l-possibbiltà li tirrieżamina r-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet biex tkun tista’ teżamina l-għaqdiet li jaqgħu taħt il-limiti tal-UE jew dawk nazzjonali, irrispettivament mis-setturi involuti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jinnota li mid-dħul fis-seħħ fl-2004 tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet, 0,7 % tal-għaqdiet notifikati jew ġew imblukkati mill-Kummissjoni jew irtirati wara investigazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jinnota li l-limiti tal-fatturat fir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet biss jistgħu ma jkunux adatti biex jidentifikaw il-każijiet kollha li għandhom jiġu rieżaminati mill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni; jenfasizza l-prattiki użati minn ditti dominanti biex jevitaw investigazzjonijiet formali, bħall-użu dejjem akbar ta’ “sħubijiet” fis-settur tal-IA, li jissuġġerixxi wkoll li huwa meħtieġ rieżami tar-Regolament tal-UE dwar l-Għaqdiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jilqa’ l-proposta tar-rapport ta’ Draghi għal “difiża tal-innovazzjoni” f’każijiet fejn fużjoni żżid il-kapaċità u l-inċentiv għall-innovazzjoni, u jistieden lill-Kummissjoni tanalizza u tkompli tiżviluppa dan il-kunċett; jappella, barra minn hekk, biex jitqiesu kwistjonijiet ta’ interess pubbliku, meta jiġi eżaminat l-impatt ta’ konċentrazzjoni fuq is-suq intern;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jitlob lill-Kummissjoni tidentifika l-ostakli nazzjonali li jistgħu jżommuha milli tikkunsidra s-suq tal-UE bħala dak rilevanti fl-analiżi tal-għaqdiet; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta proposta leġiżlattiva biex tneħħi dawn l-ostakli; jinnota li l-ambjent internazzjonali jeħtieġ li jiġi analizzat bir-reqqa meta tittieħed deċiżjoni dwar id-definizzjoni tas-suq rilevanti f’każijiet ta’ kompetizzjoni u ta’ kontroll tal-għaqdiet; jistieden lill-Kummissjoni tadotta approċċ li jħares ’il quddiem għall-konsolidazzjoni fl-UE meta jkun xieraq, kif propost ukoll mir-rapporti ta’ Draghi u Letta, filwaqt li tqis l-importanza strateġika u l-impatt favur il-kompetizzjoni tal-iskala u l-kundizzjonijiet favorevoli għall-investiment f’ċerti setturi biex jixprunaw l-innovazzjoni u l-kompetizzjoni fit-tul;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jappella biex l-oqfsa ta’ valutazzjoni tal-għaqdiet jiġu aġġornati biex jirriflettu r-realtajiet tal-ekonomija diġitali, fejn is-saħħa tas-suq tista’ tintwera b’modi lil hinn mis-sehem mis-suq tradizzjonali fi swieq delineati b’mod ċar; jappoġġja l-iżvilupp ta’ metodoloġiji avvanzati biex jiġu analizzati pożizzjonijiet dominanti mmexxija mid-data u l-effetti tan-network, filwaqt li jenfasizza r-rwol kritiku tal-għażla tal-konsumatur meta jingħażlu s-servizzi u l-apparati diġitali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni ttejjeb il-mekkaniżmi li jippermettu l-interoperabbiltà bejn is-servizzi u l-apparati, trawwem l-innovazzjoni u l-kompetizzjoni fl-ekosistema diġitali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħmel progress malajr fl-implimentazzjoni tal-obbligi eżistenti tal-interoperabbiltà għas-servizzi ta’ messaġġi skont l-Att dwar is-Swieq Diġitali, l-obbligi eżistenti tal-interoperabbiltà għall-fornituri tal-cloud skont l-Att dwar id-Data u tibda l-ħidma fuq ir-rieżami tal-Att dwar is-Swieq Diġitali għal Mejju 2026; iħeġġeġ lill-Kummissjoni timplimenta l-obbligi eżistenti ta’ interoperabbiltà skont l-Att dwar is-Swieq Diġitali u tinvestiga l-estensjoni tal-interoperabbiltà għas-servizzi ta’ network soċjali online; jappoġġja lill-Kummissjoni biex tqis aktar il-ħsara potenzjali lill-kompetizzjoni meta tivvaluta għaqdiet fejn l-espansjoni fi swieq kontigwi jkollha l-effett li tkompli ssaħħaħ il-pożizzjoni dominanti fis-suq ewlieni tal-kumpanija akkwirenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tindirizza investigazzjonijiet antitrust eċċessivament twal li matulhom il-kumpaniji jkomplu jibbenefikaw mill-prattiki antikompetittivi tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi limiti ta’ żmien xierqa għall-każijiet antitrust u tiżgura segwitu effettiv tad-deċiżjonijiet meħuda; jistieden lill-Kummissjoni tadotta aktar miżuri interim biex titwaqqaf kwalunkwe prattika li tagħmel dannu serju lill-kompetizzjoni, b’mod partikolari fir-rigward ta’ swieq dinamiċi u li jiżviluppaw b’rata mgħaġġla bħas-swieq diġitali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Politiki settorjali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jilqa’ ż-żewġ deċiżjonijiet storiċi f’ Settembru 2024 tal-Qorti tal-Ġustizzja li jikkonfermaw l-affermazzjoni tal-Kummissjoni li l-ftehim dwar it-taxxa li l-Irlanda għandha ma’ Apple jikkostitwixxi għajnuna illegali mill-Istat u li Google abbużat mill-pożizzjoni dominanti tagħha bi ksur tat-Trattati; jirrikonoxxi li l-qafas legali fl-Irlanda minn dak iż-żmien ’l hawn inbidel; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli tipprevjeni l-abbużi tal-għajnuna mill-Istat li jinvolvu l-għoti selettiv ta’ ħelsien mit-taxxa għall-kumpaniji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jinnota l-effett detrimentali tal-kompetizzjoni internazzjonali fil-qasam tat-taxxa; ifakkar fl-appoġġ tiegħu għall-implimentazzjoni tat-Tieni Pilastru tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD); jesprimi dispjaċir kbir għall-Ordni Eżekuttiva presidenzjali tal-Istati Uniti tal-20 ta’ Jannar 2025 li tiddikjara li l-ftehim globali dwar it-taxxa tal-OECD “ma għandu l-ebda forza jew effett fl-Istati Uniti”; jisħaq fuq l-importanza tal-multilateraliżmu biex jiġi żgurat li l-kumpaniji multinazzjonali jħallsu s-sehem ġust tagħhom ta’ tassazzjoni fejn jinħoloq il-valur; huwa tal-fehma li l-UE għandha tappoġġja bis-sħiħ id-Direttiva tal-OECD dwar it-Tieni Pilastru;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jenfasizza l-konċentrazzjonijiet inkwetanti tas-suq f’diversi swieq diġitali, bħal dawk tal-media soċjali, il-magni tat-tiftix, l-intelliġenza artifiċjali, is-servizzi tal-cloud, il-kummerċ elettroniku, il-mikroċippi u r-reklamar online; jissottolinja l-impatt negattiv reali u potenzjali fuq il-kompetittività Ewropea, ir-reżiljenza tal-ktajjen tal-provvista, il-libertà tal-media, il-privatezza u l-protezzjoni tad-data, is-soċjetà u d-demokrazija; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tindirizza kwistjonijiet li huma speċifiċi għas-suq tat-teknoloġija, inklużi s-setgħa infrastrutturali fis-setturi tal-hardware u l-cloud computing, l-amalgamazzjoni vertikali, il-manipulazzjoni algoritmika tal-isfera pubblika diġitali u l-ingranaġġ fis-swieq diġitali, kif muri mill-progress li sar taħt l-Att dwar is-Swieq Diġitali; jappella, barra minn hekk, biex jinfetħu investigazzjonijiet ġodda fis-settur tas-servizzi tal-cloud biex jiġu żgurati aktar il-kompetizzjoni ġusta u l-innovazzjoni, filwaqt li jitqies il-grad ta’ konċentrazzjoni tas-suq f’dan is-settur u prattiki antikompetittivi relatati ma’ termini ta’ liċenzjar kumplessi u mhux trasparenti jew raggruppament furzat; iħeġġeġ, barra minn hekk, lill-Kummissjoni tindirizza l-amalgamazzjoni vertikali dejjem akbar ta’ atturi dominanti fil-katina tal-valur tar-reklamar li tpoġġi lis-settur tar-reklamar online tal-UE f’riskju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jinnota l-iżvilupp b’rata mgħaġġla tas-servizzi tal-IA, li għandu l-potenzjal li jirriżulta f’konċentrazzjoni tas-suq; jistieden lill-Kummissjoni tieħu approċċ ekosistemiku lejn dan is-settur, inkluż billi tiżviluppa u tapplika teoriji ġodda ta’ ħsara biex tindirizza t-tisħiħ ulterjuri tal-operaturi dominanti f’dan is-settur; iqis li l-Att dwar is-Swieq Diġitali fih bosta dispożizzjonijiet li jridu jintużaw biex jipprevjenu lill-gwardjani milli jillimitaw l-iżvuluppaturi emerġenti tal-IA, u jitlob lill-Kummissjoni tieħu azzjoni malajr sabiex tindirizza r-riskju li l-konsumaturi jiġu mġiegħla jużaw servizzi tal-IA determinati minn qabel fuq l-apparati mobbli tagħhom, filwaqt li jiġi żgurat li l-utenti jkunu jistgħu jibqgħu jagħżlu s-sistemi tal-IA u li dawn jibqgħu trasparenti, u b’hekk jiġu ssalvagwardjati l-kompetizzjoni u l-għażla tal-konsumatur; jistieden lill-Kummissjoni tesplora l-possibbiltà li żżid l-IA ġenerattiva bħala servizz ta’ pjattaforma ewlenija ġdid fl-ambitu tal-Att dwar is-Swieq Diġitali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jinnota li l-atturi diġitali kbar jużaw is-setgħa tagħhom fis-suq, is-setgħa tagħhom fuq il-konsumaturi, ir-riżorsi finanzjarji tagħhom u l-konċentrazzjoni tad-data f’suq wieħed biex jiksbu effett ta’ ingranaġġ f’suq ieħor; jisħaq li l-atturi ż-żgħar ma jistgħux jikkompetu mal-fatturi msemmija hawn fuq, li jagħmel liċ-ċittadini Ewropej saħansitra aktar dipendenti fuq l-istess għadd żgħir ta’ kumpaniji mhux mill-UE u jipperikola l-awtonomija strateġika; jappella għal skrutinju akbar tal-ingranaġġ tal-pożizzjonijiet minn atturi dominanti fis-setturi diġitali f’setturi oħra u l-awtonomija strateġika tal-UE, permezz tar-reviżjoni tal-linji gwida għall-għaqdiet biex jiġi żgurat li l-ingranaġġ tas-suq ikun jista’ jiġi skrutinizzat b’mod aktar effettiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jinnota l-importanza tad-data u tal-għodod għall-analitika tad-data bħala wieħed mill-fatturi ta’ deterrent għall-konċentrazzjonijiet u għall-akkwiżizzjonijiet fis-suq diġitali fih innifsu; jappella għal opinjoni tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’każijiet ta’ konċentrazzjonijiet li jinvolvu operatur wieħed jew aktar fis-setturi diġitali dwar ir-rilevanza tas-settijiet tad-data għall-konċentrazzjoni maħsuba, id-data personali li l-akkwiżizzjoni fil-mira tipproċessa u l-impatt potenzjali fuq id-drittijiet għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data li l-konċentrazzjoni maħsuba għandha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar l-użu dejjem jikber ta’ mekkaniżmi dinamiċi tal-ipprezzar madwar l-UE; jistieden lill-Kummissjoni tesplora miżuri regolatorji kontra metodi ta’ pprezzar adattivi ħafna u opaki;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tinforza b’mod vigoruż ir-regoli kollha tal-kompetizzjoni, inkluż ir-Regolament dwar is-Sussidji Barranin u l-Att dwar is-Swieq Diġitali, biex jiġu indirizzati l-prattiki tal-gwardjani u jitrawmu swieq kontestabbli u kompetizzjoni ġusta; jisħaq li l-Kummissjoni jrid ikollha biżżejjed persunal għall-infurzar, filwaqt li jinnota li għodod ġodda, kif ukoll xjenzati u ekonomisti ġminn dixxiplini diverġenti, jistgħu jaħdmu biex itejbu l-infurzar tal-liġi tal-kompetizzjoni; jissottolinja b’mod partikolari li l-Att dwar is-Swieq Diġitali għandu jiġi applikat b’mod rigoruż u indipendenti, mingħajr ma jiġu mminati minn pressjonijiet esterni; jisħaq li l-Att dwar is-Swieq Diġitali u l-multi potenzjali ma jridux jintużaw bħala mezz ta’ negozjar fir-rigward tad-diskussjonijiet dwar it-tariffi, iżda bħala pedament tal-isforzi tal-UE biex tiżgura swieq diġitali ġusti u kompetittivi; jinnota s-sitt proċeduri ta’ nuqqas ta’ konformità li nbdew kontra xi gwardjani ddeżinjati; huwa mħasseb ħafna dwar id-dewmien potenzjali f’investigazzjonijiet kruċjali u l-kapaċità tal-Kummissjoni li tirrispetta l-obbligi tal-“aħjar sforz” tagħhom u li tieħu deċiżjoni dwar il-proċeduri ta’ nuqqas ta’ konformità mingħajr dewmien żejjed;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jinnota bi tħassib il-frammentazzjoni f’bosta swieq tal-konsumaturi, inklużi dawk tas-servizzi finanzjarji, it-telekomunikazzjoni u l-enerġija tal-unitajiet domestiċi, u jappella kemm għal integrazzjoni akbar u aktar mgħaġġla tas-suq fejn hemm benefiċċji għall-konsumaturi kif ukoll għal rikonoxximent li tali integrazzjoni tas-suq tista’ tixpruna l-investiment u l-innovazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Huwa mħasseb dwar il-konċentrazzjoni għolja fis-settur tal-bejgħ bl-imnut, is-settur tal-agrikoltura u s-settur tal-karozzi fit-territorji ekstra-Ewropej fejn il-prezzijiet eċċessivi stabbiliti minn impriżi dominanti fuq prodotti u servizzi essenzjali jamplifikaw l-inugwaljanzi, il-prekarjetà u d-disparitajiet territorjali; jistieden lill-Kummissjoni tniedi investigazzjoni dwar abbużi potenzjali tal-pożizzjoni dominanti fl-ambitu tal-Artikolu 102 tat-TFUE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jinnota bi tħassib il-livell għoli ta’ konċentrazzjoni tas-suq fis-settur finanzjarju Ewropew, kif ukoll id-dipendenza żejda sostnuta tiegħu fuq għadd limitat ta’ fornituri ta’ servizzi li mhumiex fl-UE; jinnota li l-akbar tliet aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għad għandhom sehem mis-suq ta’ aktar minn 90 %; jesprimi tħassib dwar il-konċentrazzjoni għolja kontinwa fis-suq tal-awditjar tal-entitajiet ta’ interess pubbliku, b’erba’ ditti li għandhom il-maġġoranza l-kbira tad-dħul tal-UE għall-awditi ta’ dawn l-entitajiet, li jillimitaw l-għażla u jirriskjaw li jsirulhom kontrolli mill-awtoritajiet ta’ sorveljanza; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta valutazzjoni tal-impatt dwar possibiltajiet biex tindirizza dan it-tħassib; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tivvaluta bir-reqqa l-offerti pubbliċi għall-għarfien espert mill-parteċipanti fis-suq tal-awditjar sabiex jiġu evitati kunflitti ta’ interess potenzjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar il-kriżi tal-prezzijiet tal-ikel u jinnota, f’dan ir-rigward, il-livelli għoljin ta’ konċentrazzjoni tas-suq fil-ktajjen tal-provvista tal-ikel; itenni l-appell tiegħu għall-Kummissjoni biex twettaq b’urġenza analiżi fil-fond tal-firxa u l-effett tal-alleanzi tax-xiri, u b’hekk tiddedika attenzjoni speċjali biex tiggarantixxi kompetizzjoni ġusta u trasparenza akbar fil-prattiki kummerċjali tal-ktajjen tal-hypermarkets u tas-supermarkets, b’mod partikolari fejn tali prattiki jaffettwaw il-valur tad-ditta u l-għażla tal-prodott jew jillimitaw l-innovazzjoni jew il-komparabbiltà tal-prezzijiet; ifakkar, f’dan id-dawl, fil-konċentrazzjoni tas-suq fil-kummerċ tal-komoditajiet agrikoli fejn erba’ kumpaniji jirrappreżentaw il-maġġoranza l-kbira tal-kummerċ globali tal-għelejjel; jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-Kummissjoni xorta waħda approvat b’mod kondizzjonali l-għaqda bejn Bunge u Vittera (M.11204) fl-2024 minkejja tħassib dwar il-kompetizzjoni; jitlob lill-Kummissjoni tindirizza l-akkumulazzjoni eċċessiva ta’ setgħa f’idejn ftit parteċipanti kbar f’dan is-suq biex issaħħaħ il-pożizzjoni ta’ negozjar kemm tal-bdiewa kif ukoll tal-konsumaturi; jenfasizza l-implimentazzjoni tal-Għodda l-Ġdida tal-Kompetizzjoni f’dan il-kuntest;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jinnota l-profitti netti għoljin tal-banek tal-UE matul dan il-perjodu inflazzjonarju, xprunati l-aktar mid-dewmien tat-trasferiment tal-politika monetarja rapida għall-issikkar tar-rati ta’ depożitu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jinnota bi tħassib partikolari l-pożizzjoni dominanti ta’ żewġ skemi internazzjonali tal-kards fis-suq tal-pagamenti tal-UE u l-involviment tagħhom fi prattiki li jsaħħu u jestendu l-pożizzjoni dominanti tagħhom f’dan is-suq, u dan potenzjalment iwassal għal aktar ostakli għad-dħul u jxekkel l-innovazzjoni fit-tul<FOOTNOTE><FIELD> Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, Rapport Speċjali: “Pagamenti diġitali fl-UE – Progress biex dawn isiru aktar siguri, aktar rapidi, u inqas għaljin, minkejja l-lakuni li fadal”, 9 ta’ Jannar 2025, https://www.eca.europa.eu/ECAPublications/SR-2025-01/SR-2025-01_MT.pdf.</FIELD></FOOTNOTE>, kif ukoll iwassal għal spejjeż ogħla għan-negozji tal-UE u fl-aħħar mill-aħħar għall-konsumaturi; jistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjonijiet deċiżivi, filwaqt li jenfasizza l-ħtieġa ta’ rieżami tar-Regolament dwar it-Tariffi tal-Interkambju (ir-Regolament (UE) 2015/751) biex tiġi indirizzata ż-żieda sinifikanti fit-tariffi tal-iskemi tal-kards mitluba minn skemi internazzjonali tal-kards u jiġi żgurat ambjent tas-suq ġust, kompetittiv u trasparenti;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Involviment parlamentari </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jisħaq li l-Parlament għandu jkun involut b’mod suffiċjenti fit-tfassil tal-politika tal-kompetizzjoni; iwissi kontra d-dipendenza żejda fuq strumenti ta’ liġi mhux vinkolanti, bħal gwida u oqfsa temporanji, li fihom l-involviment tal-Parlament huwa limitat; jistieden lill-Kummissjoni tidħol f’negozjati għal ftehim interistituzzjonali dwar il-politika tal-kompetizzjoni biex tifformalizza l-prijoritajiet ta’ infurzar tagħha lill-Parlament; jistieden lill-Kunsill Ewropew jadotta deċiżjoni skont l-Artikolu 48(7) tat-TUE li tippermetti l-adozzjoni ta’ atti leġiżlattivi fil-qasam tal-politika tal-kompetizzjoni f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja; jisħaq li l-Parlament għandu jkun involut aktar fl-attività tal-gruppi ta’ ħidma u tal-gruppi ta’ esperti fin-Network Internazzjonali dwar il-Kompetizzjoni u fl-OECD bħala osservatur iżda wkoll fil-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli dwar l-Att dwar is-Swieq Diġitali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jistieden lill-Viċi President Eżekuttiv responsabbli, li hija wkoll il-Kummissarju responsabbli inkarigata mill-politika tal-kompetizzjoni biex tibqa’ f’kuntatt mill-qrib mal-Kumitat kompetenti tal-Parlament u mal-grupp ta’ ħidma tiegħu dwar kwistjonijiet ta’ kompetizzjoni;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>