<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0105</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Unjoni Bankarja – rapport annwali 2024</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0044/2025 - Rapporteur: Ralf Seekatz)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Mejju 2025 dwar l-Unjoni Bankarja – rapport annwali 2024 (2024/2055(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Jannar 2024 dwar l-Unjoni Bankarja – rapport annwali 2023<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C C/2024/5706, 17.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5706/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-segwitu tal-Kummissjoni għar-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-16 ta’ Jannar 2024 dwar l-Unjoni Bankarja – rapport annwali 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dokument ippubblikat mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) fil-25 ta’ Marzu 2024 bit-titolu “Feedback on the input provided by the European Parliament as part of its resolution on Banking Union 2023” (Feedback dwar il-kontribut ipprovdut mill-Parlament Ewropew bħala parti mir-riżoluzzjoni tiegħu dwar l-Unjoni Bankarja 2023),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport Annwali 2023 tal-BĊE dwar l-attivitajiet superviżorji, ippubblikat f’Marzu 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport Annwali 2023 tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB), ippubblikat fit-28 ta’ Ġunju 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-adozzjoni tad-Direttiva dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus (AMLD)<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2024/1640 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2024 dwar il-mekkaniżmi li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri għall-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda d-Direttiva (UE) 2019/1937, u li temenda u tħassar id-Direttiva (UE) 2015/849 (ĠU L, 2024/1640, 19.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1640/oj).</FIELD></FOOTNOTE> u r-Regolament dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus (AMLR)<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2024/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2024 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L, 2024/1624, 19.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1624/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, kif ukoll l-istabbiliment tal-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus (AMLA)<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2024/1620 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2024 li jistabbilixxi l-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L, 2024/1620, 19.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1620/oj).</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-implimentazzjoni tal-istandards ta’ Basel III, jiġifieri l-adozzjoni ta’ emendi għad-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2024/1619 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2024 li temenda d-Direttiva 2013/36/UE fir-rigward tas-setgħat superviżorji, is-sanzjonijiet, il-fergħat ta’ pajjiżi terzi, u r-riskji ambjentali, soċjali u ta’ governanza (ĠU L, 2024/1619, 19.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1619/oj).</FIELD></FOOTNOTE> u għar-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2024/1623 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2024 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżiti għar-riskju ta’ kreditu, għar-riskju ta’ aġġustament tal-valwazzjoni tal-kreditu, għar-riskju operazzjonali, għar-riskju tas-suq u għall-minimu tal-output (ĠU L, 2024/1623, 19.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1623/oj).</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-adozzjoni tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/2795 tal-24 ta’ Lulju 2024 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-data ta’ applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 2024/2795, 31.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/2795/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari tal-24 ta’ April 2024 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda r-Regolament (UE) Nru 806/2014 fir-rigward ta’ miżuri ta’ intervent bikri, kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni u l-finanzjament ta’ azzjoni ta’ riżoluzzjoni<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2024)0326.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari tal-24 ta’ April 2024 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/59/UE fir-rigward ta’ miżuri ta’ intervent bikri, kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni u l-finanzjament ta’ azzjoni ta’ riżoluzzjoni<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2024)0327.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari tal-24 ta’ April 2024 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/49/UE fir-rigward tal-ambitu tal-protezzjoni tad-depożiti, tal-użu tal-fondi ta’ skemi ta’ garanzija tad-depożiti, tal-kooperazzjoni transfruntiera, u tat-trasparenza<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2024)0328.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tiegħu tat-23 ta’ April 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 806/2014 sabiex tiġi stabbilita Skema Ewropea ta’ Assigurazzjoni tad-Depożiti,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Marzu 2018 għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzjanti tal-kreditu, ix-xerrejja tal-kreditu u l-irkupru tal-kollateral (COM(2018)0135),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport tal-Ħames Presidenti tat-22 ta’ Ġunju 2015 bit-titolu “Nikkompletaw l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Enrico Letta tal-10 ta’ April 2024 bit-titolu “Much more than a market – Speed, security, solidarity: empowering the Single Market to deliver a sustainable future and prosperity for all EU Citizens” (Ħafna aktar minn suq – Veloċità, sigurtà, solidarjetà): insaħħu s-Suq Uniku biex iforni futur sostenibbli u prosperità għaċ-Ċittadini kollha tal-UE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Mario Draghi tad-9 ta’ Settembru 2024 bit-titolu “The future of European competitiveness” (Il-futur tal-kompetittività Ewropea),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Grupp tal-Euro tal-11 ta’ Marzu 2024 dwar il-futur tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali, u d-dikjarazzjoni tal-Grupp tal-Euro tas-16 ta’ Ġunju 2022 dwar il-futur tal-Unjoni Bankarja u s-segwitu tagħha mill-Grupp tal-Euro tat-28 ta’ April 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-qafas ta’ divulgazzjoni tal-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja għall-iskoperturi tal-kriptoassi tal-banek u għall-emendi mmirati għall-istandard prudenzjali tiegħu dwar l-iskoperturi tal-banek għall-kriptoassi, it-tnejn ippubblikati fis-17 ta’ Lulju 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-prinċipji fundamentali tal-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja għal superviżjoni bankarja effettiva, ippubblikati fil-25 ta’ April 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rieżami tal-Istabbiltà Finanzjarja tal-BĊE ta’ Mejju 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Occasional Paper Nru 328 tal-BĊE tal-2023 bit-titolu “The Road to Paris: stress testing the transition towards a net-zero economy” (It-triq lejn Pariġi: stress testing tat-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pubblikazzjoni tal-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja tad-9 ta’ Novembru 2015 bit-titolu “Principles on Loss-absorbing and Recapitalisation Capacity of G-SIBs in Resolution” (Prinċipji dwar il-Kapaċità tal-Assorbiment tat-Telf u tar-Rikapitalizzazzjoni tal-Banek Globali Sistemikament Importanti f’Riżoluzzjoni),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja tal-10 ta’ Ottubru 2023 bit-titolu “2023 Bank Failures: Preliminary lessons learnt for resolution” (Fallimenti Bankarji 2023: Tagħlimiet preliminari meħuda għar-riżoluzzjoni),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dokument ta’ Ħidma Nru 24-15 tal-Istitut Peterson għall-Ekonomija Internazzjonali tal-25 ta’ Ġunju 2024 bit-titolu “Europe’s banking union at ten: unfinished yet transformative” (L-unjoni bankarja tal-Ewropa għaxar snin wara: mhux mitmuma iżda trasformattiva)<FOOTNOTE><FIELD> Véron, N., ‘Europe’s banking union at ten: unfinished yet transformative”, Peterson Institute for International Economics Working Paper Nru 24-15, Ġunju 2024.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-prijoritajiet superviżorji tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku għall-2024-2026, ippubblikati f’Diċembru 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra n-nota ta’ rappurtar biannwali tal-SRB lill-Grupp tal-Euro tat-13 ta’ Mejju 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-eżitu tal-eżerċizzju ta’ trasparenza fl-UE kollha tal-2023 tal-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA), ippubblikat fit-28 ta’ Lulju 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali 12/2023 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri tat-12 ta’ Mejju 2023 bit-titolu “Superviżjoni mill-UE tar-riskju ta’ kreditu tal-banek – Il-BĊE żied l-isforzi tiegħu iżda huma meħtieġa aktar sforzi biex jiżdied l-aċċertament li r-riskju ta’ kreditu jiġi mmaniġġjat u kopert b’mod xieraq”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet ta’ Claudia Buch, President tal-Bord Superviżorju tal-BĊE, fis-seduti ta’ smigħ imwettqa mill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament fil-21 ta’ Marzu 2024 u fit-2 ta’ Settembru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet ta’ Dominique Laboureix, President tal-SRB, fis-seduti ta’ smigħ li twettqu mill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament fil-21 ta’ Marzu 2024 u fit-23 ta’ Settembru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapporti ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-Awtorità Bankarja Ewropea ta’ Lulju 2024 u Diċembru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Marzu 2019 dwar il-bilanċ bejn is-sessi fin-nomini fis-settur tal-affarijiet ekonomiċi u monetarji tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 23, 21.1.2021, p. 105.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Marzu 2021 dwar it-tisħiħ tar-rwol internazzjonali tal-euro<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 494, 8.12.2021, p. 118.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A10-0044/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-Unjoni Bankarja tinkludi l-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku, il-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni, kif ukoll skema Ewropea tal-assigurazzjoni tad-depożiti li għad trid tinħoloq;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-objettiv ewlieni tal-Unjoni Bankarja huwa li tissalvagwardja l-istabbiltà tas-settur bankarju fl-Ewropa u tipprevjeni l-ħtieġa li l-banek f’riskju ta’ falliment jiġu salvati bil-flus tal-kontribwenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi Unjoni Bankarja kompluta tkun avvanz pożittiv għaċ-ċittadini u għall-ekonomija tal-UE, peress li ttejjeb il-kompetittività u l-istabbiltà tas-settur bankarju, tnaqqas ir-riskju sistemiku, ittejjeb l-offerta u l-għażla tal-konsumatur u toffri aktar opportunitajiet ta’ servizzi bankarji transfruntiera li jżidu l-aċċess għall-finanzjament għall-unitajiet domestiċi u għan-negozji, biex b’hekk jitnaqqsu l-ispejjeż għall-klijenti bankarji, filwaqt li jiġi żgurat li l-fondi pubbliċi ma jiġux użati biex isalvaw lis-settur bankarju; billi r-riskju tal-“kbar wisq biex ifallu” għadu ma ġiex indirizzat bis-sħiħ;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-konklużjoni tar-riforma tal-oqfsa tal-UE għall-ġestjoni tal-kriżijiet bankarji u l-assigurazzjoni tad-depożiti, li tiffoka b’mod partikolari fuq il-banek żgħar u ta’ daqs medju, hija fundamentali sabiex is-settur bankarju tal-Ewropa jingħata sigurtà, stabbiltà u reżiljenza; billi Unjoni Bankarja kompluta bi skema Ewropea ta’ assigurazzjoni tad-depożiti reali hija kundizzjoni bażika biex jiġi żgurat li ċ-ċittadini jafdaw lill-banek Ewropej;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-frammentazzjoni u n-nuqqas ta’ konsolidazzjoni transfruntiera tas-settur bankarju tal-UE qed jaffettwaw il-kompetittività globali tiegħu; billi d-diskrepanza fil-profittabbiltà bejn il-banek tal-UE u dawk tal-Istati Uniti kibret;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi settur bankarju b’saħħtu u diversifikat huwa fundamentali biex iseħħ it-tkabbir ekonomiku, tiżdied il-possibbiltà tas-sjieda tad-djar, jitrawwem l-investiment u l-ħolqien tal-impjiegi, jiġu ffinanzjati l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) u n-negozji ġodda u tiġi żgurata t-tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika u diġitali;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi madwar 80 % tal-finanzjament estern tal-impriżi Ewropej jiġi mill-banek, filwaqt li 20 % biss jiġi mis-swieq kapitali; billi 30 % biss tal-kreditu lill-impriżi fl-Istati Uniti jiġi mill-banek, filwaqt li 70 % jiġi finanzjat permezz tas-swieq kapitali, bħall-ħruġ ta’ bonds minn kumpaniji jew ishma;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-ammont ta’ EUR 356,1 biljun f’self li ma jrendix irreġistrat fil-110 istituzzjoni superviżata fl-2024, meta mqabbel mad-EUR 988,9 biljun f’self improduttiv irreġistrat fil-102 istituzzjonijiet superviżati fit-tieni trimestru tal-2015, jirrifletti trajettorja sinifikanti ’l isfel, bir-riżultat li l-istokk ta’ self totali li ma jrendix huwa 36 % tal-livell li kien fih fl-2015; billi jinħtieġu aktar sforzi;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi f’April 2024, adotta l-pożizzjoni tiegħu dwar ir-rieżami tal-qafas tal-ġestjoni tal-kriżijiet u tal-assigurazzjoni tad-depożiti;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi f’April 2024, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tiegħu adotta rapport dwar il-proposta tal-Kummissjoni biex tiġi stabbilita skema Ewropea ta’ assigurazzjoni tad-depożiti;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-istituzzjonijiet finanzjarji qed jibbażaw dejjem aktar fuq l-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT); billi d-diġitalizzazzjoni tal-finanzi tipprovdi opportunitajiet fundamentali għas-settur bankarju u ġabet magħha avvanzi teknoloġiċi sinifikanti fis-settur bankarju tal-UE permezz ta’ effiċjenza akbar fil-forniment tas-servizzi bankarji u interess akbar fl-innovazzjoni; billi dan joħloq ukoll sfidi, inkluż fir-rigward tal-protezzjoni tad-data, ir-riskji għar-reputazzjoni, il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, u t-tħassib dwar il-protezzjoni tal-konsumatur; billi s-settur bankarju tal-UE jrid iżid ir-reżiljenza ċibernetika tiegħu biex jiżgura li s-sistemi tal-ICT jkunu jifilħu għal diversi tipi ta’ theddid għaċ-ċibersigurtà; billi l-BĊE bħalissa qed jistudja l-istabbiliment ta’ euro diġitali;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-banek tal-UE rreżistew l-impatt tal-aggressjoni Russa; billi huma għandhom rwol ċentrali fl-iżgurar tal-implimentazzjoni li għaddejja tas-sanzjonijiet kontra r-Russja imposti mill-UE b’reazzjoni għall-invażjoni, u tal-konformità magħhom; billi tinħtieġ aktar koordinazzjoni biex tiġi evitata ċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi t-tibdil fil-klima, id-degradazzjoni ambjentali u t-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju huma fatturi li għandhom jitqiesu fil-valutazzjoni tar-riskji fuq il-karti bilanċjali tal-banek, bħala sors ta’ riskji li potenzjalment jistgħu jaffettwaw l-investimenti fir-reġjuni u fis-setturi kollha;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kunsiderazzjonijiet ġenerali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jirrikonoxxi l-progress li sar matul l-aħħar 10 snin permezz tal-istabbiliment tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU) u l-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRM); jinnota li l-Unjoni Bankarja mhux se titlesta mingħajr l-istabbiliment tat-tielet pilastru tagħha, l-iskema Ewropea ta’ assigurazzjoni tad-depożiti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li t-tlestija tal-Unjoni Bankarja u tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali tibqa’ prijorità fundamentali; jenfasizza li dawn il-proġetti joffru lill-unitajiet domestiċi u lill-SMEs aċċess għal finanzjament usa’, inaqqsu d-dipendenza qawwija fuq il-kreditu bankarju biex jitkattru l-investiment u l-ħolqien tal-impjiegi, iżidu l-istabbiltà finanzjarja, inaqqsu l-impatt tar-reċessjonijiet ekonomiċi, jappoġġjaw il-kompetittività, jipprovdu opportunitajiet ta’ investiment addizzjonali, jiffinanzjaw it-tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika u diġitali u jisfruttaw il-potenzjal tat-tkabbir tal-UE; jinnota li l-Kummissjoni hija mitluba tqis l-ispeċifiċitajiet tal-mudelli bankarji differenti, filwaqt li tippreserva kundizzjonijiet ekwi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota li l-ħtieġa li jkun hemm tħejjija għal episodji ta’ stress bankarju li potenzjalment jistgħu jwasslu għal assalti bankarji bħal dawk li ġew osservati f’xi ġuriżdizzjonijiet barra l-UE f’Marzu 2023, u l-ħtieġa li tiġi żgurata l-istabbiltà tad-depożiti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>	Jirrimarka li r-reżiljenza ċibernetika hija element ewlieni għall-kompetittività tas-settur bankarju tal-UE, b’mod partikolari meta titqies is-sitwazzjoni ġeopolitika u l-ħtieġa li tiġi ppreservata l-istabbiltà finanzjarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jinnota li UB aktar integrata tgħin biex tagħmel is-settur bankarju tal-UE aktar reżiljenti, ittejjeb l-aċċess għall-kreditu u tnaqqas l-ispejjeż; jinnota li integrazzjoni transfruntiera aħjar tan-negozju bankarju żżid il-potenzjal għall-kondiviżjoni tar-riskju privat u tiżgura diversifikazzjoni fis-suq bankarju tal-UE; jirrimarka li BU aktar integrata mhux neċessarjament hija l-istess bħal suq bankarju aktar konsolidat u li hemm benefiċċji għall-kompetizzjoni f’suq bankarju diversifikat; jenfasizza li Unjoni Bankarja żviluppata b’mod sħiħ tippermetti li l-banek Ewropej jikbru u jkollhom pożizzjoni aħjar biex ikunu jistgħu jikkompetu fuq livell internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-kapaċità tal-banek tal-UE li jiffinanzjaw investimenti kbar hija ristretta minn profittabbiltà aktar baxxa li mhijiex biżżejjed biex tiżgura l-kompetittività tagħhom; jinnota li d-diskrepanza fil-profittabbiltà meta mqabbla ma’ ġuriżdizzjonijiet oħra hija dovuta kemm għal fatturi strutturali kif ukoll regolatorji u jitlob li jsir rieżami biex jiġi ssimplifikat il-qafas regolatorju; jinnota li l-karattru speċifiku tas-sistema bankarja tal-UE, bl-għadd kbir ta’ banek iżgħar tagħha, jitlob soluzzjonijiet proporzjonati li jqisu dan u li jkunu mfassla għall-karatteristiċi tagħha, mingħajr ma jipperikolaw l-istabbiltà finanzjarja; jibqa’ konxju mir-riskju tal-“kbar wisq biex ifallu”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa l-ħtieġa li tiżviluppa oqfsa mmirati fl-Unjoni Bankarja biex jissaħħaħ l-aċċess għall-finanzjament mill-SMEs u min-negozji ġodda, filwaqt li r-rwol tagħhom jiġi rikonoxxut bħala s-sinsla tal-ekonomija tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-attività transfruntiera tal-banek tal-UE għadha pjuttost limitata, b’mod partikolari fir-rigward tal-għoti ta’ self; huwa għalhekk tal-fehma li huwa importanti li l-Unjoni Bankarja titlesta sabiex jinżamm il-moviment liberu tal-kapital f’suq intern kompletament integrat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jistieden lill-banek tal-UE li għadhom joperaw fir-Russja jitilqu mis-suq Russu mill-aktar fis possibbli; jistieden lill-istituzzjonijiet superviżorji jiżguraw li dawk il-banek jipprogressaw malajr bil-ħruġ tagħhom mis-suq Russu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tesplora aktar jekk il-ħolqien ta’ ġurisdizzjoni separata għall-banek tal-UE b’operazzjonijiet transfruntiera<FOOTNOTE><FIELD> Ir-rapport Draghi, p. 61.</FIELD></FOOTNOTE> sostanzjali jistax jgħin biex titlesta l-Unjoni Bankarja jew jekk dan iżidx il-frammentazzjoni tas-settur bankarju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jinnota li jista’ jiġi esplorat li jsir rieżami tal-qafas ta’ titolizzazzjoni biex jissaħħu s-swieq Ewropej, kif ukoll l-introduzzjoni ta’ Noti Garantiti Ewropej bħala strument ta’ finanzjament ta’ rikors doppju għall-SMEs għall-finanzjament fit-tul, filwaqt li jitqiesu r-riskji għall-istabbiltà finanzjarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jissottolinja li l-litteriżmu finanzjarju huwa essenzjali fl-ekonomiji moderni, billi jikkontribwixxi għar-reżiljenza tas-sistemi bankarji fl-Istati Membri u jħeġġeġ l-attività finanzjarja transfruntiera;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jissottolinja li livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur se jwassal biex l-Unjoni Bankarja tkun aktar reżiljenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Huwa tal-fehma li l-Kummissjoni għandha tiffoka fuq aspetti li jikkontribwixxu għall-kisba tal-għanijiet ta’ diġitalizzazzjoni, modernizzazzjoni, simplifikazzjoni, razzjonalizzazzjoni u żieda fil-kompetittività; isostni li ċ-ċertezza legali, is-sigurtà, il-prevedibbiltà u l-istabbiltà huma essenzjali biex il-banek tal-UE jkunu jistgħu joperaw f’kundizzjonijiet favorevoli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jinnota li, minbarra s-self tradizzjonali, sorsi varji ta’ finanzjament jistgħu jkunu ta’ benefiċċju għat-tkabbir tal-UE u l-kompetittività tal-UE, u jirrikonoxxi n-natura ta’ riskju baxx tas-soluzzjonijiet ta’ finanzjament garantiti b’assi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>	Jinnota l-progress tal-BĊE dwar l-euro diġitali u d-djalogu parlamentari li qed isir mal-BĊE dwar is-suġġett; jifhem ir-riżervi eżistenti, bħal fir-rigward tal-funzjonalità offline tagħha, peress li t-tranżazzjonijiet offline inaqqsu l-viżibbiltà u jfixklu l-prevenzjoni tal-kriminalità finanzjarja; ifakkar li l-euro diġitali għandu jikkomplementa, u mhux jissostitwixxi, il-flus kontanti; iqis li d-deċiżjoni dwar jekk għandux jiġi introdott euro diġitali hija fl-aħħar mill-aħħar deċiżjoni politika li trid tittieħed mill-koleġiżlaturi tal-UE, minħabba l-impatt potenzjali profond ta’ din id-deċiżjoni fuq firxa wiesgħa ta’ oqsma tal-UE, inklużi l-privatezza, il-protezzjoni tal-konsumatur, l-istabbiltà finanzjarja, il-politika finanzjarja u oqsma oħra li jmorru lil hinn mill-mandat strett tal-politika monetarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jesprimi dispjaċir li xi istituzzjonijiet finanzjarji ma rnexxilhomx jiżguraw bilanċ bejn il-ġeneri, speċjalment fil-korpi maniġerjali tagħhom; jisħaq li l-bilanċ bejn il-ġeneri fil-bordijiet u fil-forza tax-xogħol huwa pożittiv kemm għas-soċjetà kif ukoll għall-ekonomija; jistieden lill-istituzzjonijiet finanzjarji jaġġornaw fuq bażi regolari l-politiki tagħhom dwar id-diversità u l-inklużjoni u jgħinu fit-trawwim ta’ kulturi tax-xogħol sani li jagħtu prijorità lill-inklużività; jistieden lill-entitajiet privati u pubbliċi jindirizzaw in-nuqqas ta’ diversità u ta’ bilanċ bejn il-ġeneri fil-korpi maniġerjali tal-istituzzjonijiet finanzjarji;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Superviżjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jilqa’ l-adozzjoni mill-koleġiżlaturi tal-pakkett bankarju l-ġdid li jimplimenta l-istandards ta’ Basel III fl-UE; jinnota n-nuqqas attwali ta’ ċarezza dwar l-implimentazzjoni tal-istandards ta’ Basel III f’xi ġuriżdizzjonijiet oħra u r-riskju potenzjali għall-kundizzjonijiet ekwivalenti fil-livell internazzjonali; jisħaq li l-Kummissjoni għandha tevalwa jekk bidliet immirati jistgħux jgħinu biex tinżamm il-kompetittività internazzjonali tal-banek tal-UE mingħajr ma tiddgħajjef ir-reżiljenza tagħhom; ifakkar li l-att delegat dwar id-data tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq ippospona d-data tal-applikazzjoni tal-qafas il-ġdid tar-riskju tas-suq b’sena, għall-1 ta’ Jannar 2026; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta jekk id-deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza meħuda mal-ġurisdizzjonijiet li ma jimplimentawx l-istandards ta’ Basel III jeħtiġux li jiġu rieżaminati sabiex tiġi ppreservata l-istabbiltà finanzjarja tas-settur finanzjarju tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jirrikonoxxi l-fenomenu dejjem jikber tal-għeluq tal-fergħat tal-banek, li jikkontribwixxi għar-riskju ta’ “deżertifikazzjoni tal-banek” f’ċerti reġjuni, b’impatt partikolarment negattiv fuq iċ-ċittadini vulnerabbli li m’għandhomx aċċess diġitali; jenfasizza r-rwol kritiku li għandhom il-banek iżgħar biex jiżguraw l-aċċess għal servizzi bankarji essenzjali, speċjalment fiż-żoni rurali u remoti, u b’hekk jappoġġjaw lill-unitajiet domestiċi, lill-SMEs u lill-ekonomiji lokali; jinnota li l-ispejjeż superviżorji għoljin u l-piżijiet regolatorji jistgħu joħolqu sfidi sinifikanti għall-banek iżgħar; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi applikat il-prinċipju tal-proporzjonalità fis-superviżjoni bankarja, filwaqt li jiġi żgurat li l-intensità tar-regolamentazzjoni tkun adattata għad-daqs, il-profil tar-riskju u l-mudell tan-negozju tal-istituzzjonijiet, filwaqt li jitqiesu r-rwol territorjali essenzjali tal-banek iżgħar u l-karatteristiċi speċifiċi tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Ifakkar li l-Pakkett Bankarju fih għadd kbir ta’ mandati għall-Awtorità Bankarja Ewropea; jistieden lill-Awtorità Bankarja Ewropea tirrispetta dawn il-mandati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jinnota li, anke fil-qafas regolatorju eżistenti, is-settur bankarju wera r-reżiljenza tiegħu waqt l-avvenimenti tas-suq ta’ dawn l-aħħar snin, u li l-proporzjon medju tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni baqa’ f’livelli għoljin, u laħaq il-15,81 %;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jinnota li l-proporzjon tas-self li ma jrendix baqa’ stabbli fil-livell ta’ 2,30 % u l-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità kien ta’ 159,39 %;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jinnota l-livelli differenti ta’ skopertura għal self li ma jrendix u jfakkar li hemm Stati Membri li għandhom livelli ta’ skopertura ta’ madwar 1 % jew saħansitra aktar baxxi, filwaqt li Stati Membri oħra għandhom livelli ta’ skopertura li jaqbżu l-4 %; iqis li l-isforzi biex titnaqqas l-iskopertura tal-banek Ewropej għal dan it-tip ta’ self għandhom ikomplu bħala prattika tajba ta’ ġestjoni tar-riskju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jenfasizza l-fatt li kundizzjonijiet makroekonomiċi negattivi, diffikultajiet ġeopolitiċi u l-iżvilupp rapidu ta’ servizzi ta’ pagament differit jistgħu jwasslu għal deterjorament fil-kwalità tal-assi u jaffettwaw il-livell ta’ self improduttiv fil-futur; jenfasizza, għalhekk, l-importanza ta’ ġestjoni tar-riskju prudenti u ta’ proviżjonament xieraq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jinnota li l-livelli attwali ta’ profittabbiltà tas-settur bankarju jistgħu jipprovdu opportunità għal żieda fir-riżervi makroprudenzjali u jgħinu biex tiġi ppreżervata r-reżiljenza tas-settur bankarju; jistieden lill-Kummissjoni tesplora aktar din l-għażla u tevalwa bir-reqqa kif tirrevedi l-qafas makroprudenzjali, filwaqt li tqis l-impatt potenzjali fuq ir-rekwiżiti kapitali u żżomm f’moħħha l-kundizzjonijiet ekwi ma’ ġurisdizzjonijiet oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>	Jinnota li s-settur bankarju għandu rwol fl-appoġġ għat-tranżizzjoni lejn ekonomija diġitalizzata u newtrali f’termini ta’ emissjonijiet tal-karbonju, fid-direzzjonar tal-fondi lejn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u fl-appoġġ għall-ilħuq tal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku tal-UE u tal-Liġi tal-UE dwar il-Klima;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jinnota li l-BĊE jqis ir-riskji finanzjarji relatati mal-klima u man-natura fil-prattiki superviżorji tiegħu u jimmonitorja mill-qrib ir-riskji fiżiċi u ta’ tranżizzjoni li qed jikbru;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jilqa’ l-idea li jiżdied il-kapital ta’ riskju u li jinfetaħ il-kapital għall-finanzjament ta’ kumpaniji li qed jikbru malajr fl-UE; jinnota l-impenn tal-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen li tippreżenta miżuri ta’ assorbiment tar-riskju ħalli jkun aktar faċli għall-banek kummerċjali, għall-investituri u għall-kapital ta’ riskju li jiffinanzjaw il-kumpaniji li jkunu qed jikbru malajr<FOOTNOTE><FIELD> Von der Leyen, Ursula, <STRING ITALIC="on">L-Għażla Quddiem l-Ewropa: Linji Gwida Politiċi għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss 2024-2029</STRING>, p. 11.</FIELD></FOOTNOTE>; jinnota li dan irid isir b’mod li ma joħloqx riskju sistemiku jew periklu morali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jilqa’ l-ħolqien ta’ Awtorità ġdida għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu, li se tippermetti modi aktar effettivi ta’ kif jiġu miġġielda l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu permezz ta’ superviżjoni diretta ta’ ċerti entitajiet finanzjarji u kooperazzjoni aħjar, fluss imtejjeb ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali u koordinazzjoni aħjar fost l-awtoritajiet responsabbli mill-infurzar tas-sanzjonijiet fl-Istati Membri biex ikunu jistgħu jingħalqu l-lakuni fl-implimentazzjoni ta’ sanzjonijiet immirati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-intermedjarji finanzjarji mhux bankarji, inkluż billi jitfasslu għodod regolatorji u superviżorji speċifiċi; jirrimarka li tali miżuri jridu jiggarantixxu s-sigurtà tas-sistema finanzjarja u jkunu fl-aħjar interess tal-klijent; jilqa’ l-konsultazzjoni tal-Kummissjoni dwar politiki makroprudenzjali għal intermedjarji finanzjarji mhux bankarji; jappoġġja r-rakkomandazzjoni tal-Eurosistema li jiġu introdotti testijiet tal-istress għas-sistema kollha biex jiġu identifikati u kwantifikati r-riskji għar-reżiljenza tas-swieq ewlenin; jistieden lill-Kummissjoni tinvestiga jekk hemmx xi diskrepanza fis-sett ta’ għodod superviżorji, inkluż fir-rigward tal-potenzjal ta’ kriżijiet ta’ likwidità u l-implikazzjonijiet għar-riskju sistemiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jinnota li l-kriptoassi joħolqu sfidi u opportunitajiet ġodda għas-sistema finanzjarja iżda joħolqulha wkoll riskji, u li dawn jeħtieġu attenzjoni mis-superviżuri nazzjonali, il-MSU u l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Riżoluzzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Ifakkar li l-pożizzjoni adottata mill-Parlament f’April 2024 dwar il-qafas tal-ġestjoni tal-kriżijiet u tal-assigurazzjoni tad-depożiti tiżgura approċċ aktar konsistenti fl-Istati Membri kollha għall-applikazzjoni tal-għodod ta’ riżoluzzjoni u għall-protezzjoni tad-depożiti sabiex jissaħħu l-istabbiltà finanzjarja, il-protezzjoni tal-kontribwenti u l-fiduċja tad-depożitanti; jinnota li l-banek iż-żgħar għandhom xi speċifiċitajiet li jistgħu jiġġustifikaw approċċ proporzjonat; jenfasizza li l-awtoritajiet kompetenti Ewropej u nazzjonali għandu jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom għodod xierqa u suffiċjenti biex jirrispondu b’mod effettiv għall-fallimenti tal-banek u jissalvagwardjaw l-istabbiltà finanzjarja, u li l-banek jeħtieġ li joperaw f’ambjent regolatorju effettiv li jrawwem l-iżvilupp tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jenfasizza l-importanza li tiġi ppreżervata r-responsabbiltà primarja tal-azzjonisti u tal-kredituri li jġarrbu telf f’każ ta’ falliment ta’ bank; jisħaq li jrid jiġi evitat li wieħed jirrikorri għall-użu tal-flus tal-kontribwenti, u li din għadha tagħlima fundamentali meħuda mill-kriżi finanzjarja globali; jisħaq li r-rikapitalizzazzjoni interna tal-azzjonisti u tal-kredituri trid tibqa’ s-sors ewlieni għall-finanzjament tar-riżoluzzjoni qabel ma jsir kwalunkwe rikors għal sorsi ffinanzjati mill-industrija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Ifakkar li rekwiżit minimu suffiċjenti għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli (MREL) huwa kruċjali għal qafas ta’ riżoluzzjoni kredibbli u biex jiġi żgurat li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkollhom biżżejjed flessibbiltà biex japplikaw b’mod effettiv l-istrateġiji ta’ riżoluzzjoni meħtieġa f’sitwazzjoni ta’ kriżi speċifika; jissottolinja li dan ir-rekwiżit minimu għandu jkun biżżejjed biex jimplimenta b’mod effettiv kwalunkwe waħda mill-istrateġiji ta’ riżoluzzjoni inklużi fi pjan ta’ riżoluzzjoni ta’ bank; ifakkar li l-qafas ta’ riżoluzzjoni għandu jevita li jkun hemm żidiet bla bżonn fil-kalibrazzjoni tal-MREL u kontribuzzjonijiet sproporzjonati għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jisħaq li, jekk jinħarġu obbligazzjonijiet eliġibbli ta’ bank lil investituri mhux tal-UE, it-tniżżil fil-valur jew il-konverżjoni ta’ dawn l-obbligazzjonijiet għandha tkun infurzabbli b’ċertezza sħiħa, sabiex tiġi ssalvagwardjata l-applikazzjoni effettiva tal-għodod ta’ riżoluzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jinnota li kwalunkwe dipendenza fuq il-flus tal-kontribwenti għar-riżoluzzjoni tal-banek, inkluż għall-appoġġ tal-likwidità, għandha tiġi evitata, fir-rispett tar-responsabbiltà fiskali u soċjali u d-dixxiplina tas-suq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Ifakkar li l-banek jeħtieġ li jkomplu jissodisfaw l-obbligi tagħhom u jwettqu l-funzjonijiet ewlenin tagħhom wara li tiġi implimentata deċiżjoni ta’ riżoluzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Ifakkar fl-importanza li jiġi ċċarat ir-rwol tal-BĊE bħala fornitur tal-likwidità fir-riżoluzzjoni, filwaqt li tingħata attenzjoni xierqa lill-garanziji xierqa u l-mandat tal-BĊE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jissottolinja t-tħabbira tal-SRB li se jżid il-kapaċitajiet tiegħu għat-tnedija ta’ azzjoni ta’ infurzar ħalli jitneħħew l-impedimenti sostantivi għar-riżolvibbiltà; jappella għall-pubblikazzjoni fi tmiem kull ċiklu ta’ ppjanar ta’ riżoluzzjoni, ta’ lista anonomizzata ta’ impedimenti identifikati għar-riżolvibbiltà u l-azzjonijiet adottati biex jindirizzawhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jilqa’ r-rieżami strateġiku tal-“Viżjoni 2028 tal-SRM” mibdi mill-SRB biex jistabbilixxi l-għanijiet fit-tul tiegħu, jindirizza sfidi ġodda u jkompli jsaħħaħ il-kollaborazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni u partijiet ikkonċernati oħra; jinnota, b’mod partikolari, l-intenzjoni tal-SRB li jidentifika oqsma fejn is-sostenibbiltà tista’ tiġi integrata aktar fl-operazzjonijiet ta’ kuljum u fin-negozju ewlieni tiegħu; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żgurati l-effiċjenza u l-kosteffettività fl-implimentazzjoni tal-istrateġija l-ġdida;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jilqa’ l-pjan tal-SRB li jissimplifika ċ-ċiklu annwali ta’ ppjanar ta’ riżoluzzjoni biex jiżgura li dan ikun dejjem aktar effiċjenti u jkollu enfasi akbar fuq l-ittestjar tar-riżolvibbiltà tal-banek u l-operazzjonalizzazzjoni tal-istrateġiji ta’ riżoluzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni issa nħoloq; jitlob li l-Istati Membri kollha jirratifikaw bis-sħiħ il-Ftehim Emendatorju għat-Trattat dwar il-MES, inkluż l-istabbiliment ta’ garanzija ta’ kontinġenza komuni għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa ta’ sforzi addizzjonali biex tiġi żgurata riżolvibbiltà sħiħa għall-banek kollha li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-riżoluzzjoni; ifakkar li l-kisba tar-riżolvibbiltà ma tistax titqies bħala “mira mobbli” u għalhekk jappella għal aktar standardizzazzjoni u armonizzazzjoni meta tiġi vvalutata r-riżolvibbiltà; ifakkar, madankollu, fir-rwol importanti li għandhom l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni nazzjonali fil-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Assigurazzjoni tad-depożiti</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jissottolinja l-fatt li l-proposta tal-Kummissjoni li tistabbilixxi skema Ewropea ta’ assigurazzjoni tad-depożiti ilha li ġiet ippubblikata mill-2015, u li x-xenarju nbidel b’mod sinifikanti minn dak iż-żmien ’l hawn;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Ifakkar li l-pożizzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tiegħu dwar skema Ewropea ta’ assigurazzjoni tad-depożiti ġiet adottata f’April 2024; jinnota li dik il-pożizzjoni tiddevja mill-proposta tal-Kummissjoni tal-2015 u tadotta approċċ ġdid; qed jistenna, u jħeġġeġ lill-Kunsill jmexxi ’l quddiem, in-negozjati dwar skema Ewropea ta’ assigurazzjoni tad-depożiti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jinnota li l-iskemi nazzjonali ta’ garanzija tad-depożiti ġew introdotti b’suċċess u wrew il-funzjonalità tagħhom f’għadd ta’ każijiet; jissottolinja l-ħtieġa li jitqiesu karatteristiċi nazzjonali speċifiċi u li jiġu ppreżervati s-sistemi li jiffunzjonaw tajjeb għal banek iżgħar li diġà huma fis-seħħ f’xi Stati Membri, bħall-iskemi ta’ protezzjoni istituzzjonali, b’mod li jiżgura kundizzjonijiet ekwi fl-Unjoni Bankarja;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni u lill-Awtorità Bankarja Ewropea.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>