<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0106</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Oġġezzjoni skont l-Artikolu 115(2) u (3) tar-Regoli ta’ Proċedura: fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87705×MON 87708×MON 89788</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0244/2025)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Mejju 2025 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87705 × MON 87708 × MON 89788, li jikkonsistu minnha jew li huma prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D105678/03 – 2025/2647(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87705 × MON 87708 × MON 89788, li jikkonsistu minnha jew li huma prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D105678/03),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1829/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 19(3) tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-votazzjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf imsemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, tat-28 ta’ Frar 2025, fejn ma ngħatat ebda opinjoni,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/182/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni adottata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fit-2 ta’ April 2020, u ppubblikata fit-18 ta’ Mejju 2020<FOOTNOTE><FIELD> Opinjoni xjentifika tal-Bord tal-EFSA dwar l-Organiżmi Ġenetikament Modifikati dwar il-“Valutazzjoni tal-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87705 × MON 87708 × MON 89788 għall-użi ta’ ikel u għalf, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (l-applikazzjoni EFSA-GMO-NL-2015-126)”, EFSA Journal 2020;18(5):e06111, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2020.6111.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>—</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni ta’ organiżmi ġenetikament modifikati (“OĠM”)<FOOTNOTE><FIELD>––––––––––  Fit-tmien leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta 36 riżoluzzjoni u, fid-disa’ leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta 38 riżoluzzjoni li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni tal-OĠM. Barra minn hekk, fl-għaxar leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta r-riżoluzzjonijiet li ġejjin:Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2024 dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2628 li ġġedded l-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × NK603 u skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2025/1797, 4.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1797/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2024 dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2627 li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat COT102, li jikkonsistu minnu, jew li huma prodotti minnu skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2025/1798, 4.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1798/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2024 dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2629 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × MON 88017 x 59122 u tmien subkombinazzjonijiet tiegħu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2025/1799, 4.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1799/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2024 dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1828 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ għalf li fih il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 u li jikkonsisti minnu, u ta’ prodotti tal-ikel u tal-għalf prodotti minn dak il-qamħirrum ġenetikament modifikat skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1207 (ĠU C, C/2025/1800, 4.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1800/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2024 dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummisssjoni (UE) 2024/1822 li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat DP915635, li jikkonsistu minnu, jew li huma prodotti minnu skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2025/1801, 4.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1801/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2024 dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1826 li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat DP23211, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2025/1802, 4.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1802/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2024 dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2618 dwar l-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat DP202216 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2025/1803, 4.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1803/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2024 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 94804 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2025/1804, 4.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1804/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Frar 2025 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat DP910521 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (P10_TA(2025)0014).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Frar 2025 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat MON 95275 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (P10_TA(2025)0015).</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 115(2) u (3) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, il-Klima u s-Sikurezza tal-Ikel,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, fil-11 ta’ Settembru 2015, Monsanto Europe S.A./N.V., f’isem Monsanto Company, ibbażata fl-Istati Uniti, ressqet applikazzjoni quddiem l-awtorità kompetenti nazzjonali tan-Netherlands (“l-applikazzjoni”), f’konformità mal-Artikolu 5 u mal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, għat-tqegħid fis-suq ta’ ikel, ingredjenti tal-ikel u għalf li fihom, li jikkonsistu jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja modifikata ġenetikament MON 87705 × MON 87708 × MON 89788 (“fażola tas-sojja ĠM”). L-applikazzjoni kopriet ukoll it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom jew li jikkonsistu minn fażola tas-sojja ĠM għal użi oħrajn għajr l-ikel u l-għalf, bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi, fit-2 ta’ April 2020, l-EFSA adottat opinjoni favorevoli dwar il-fażola tas-sojja ĠM, li ġiet ippubblikata fit-18 ta’ Mejju 2020; billi, l-EFSA qieset il-mistoqsijiet u l-kwistjonijiet speċifiċi kollha mqajma mill-Istati Membri fil-kuntest tal-konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali kif stipulat fl-Artikolu 6(4) u l-Artikolu 18(4) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-EFSA, madankollu, ma setgħetx tiffinalizza l-valutazzjoni tar-riskju u tikkonkludi dwar is-sikurezza tal-fażola tas-sojja ĠM minħabba n-nuqqas ta’ studju ta’ 90 jum dwar il-fażola tas-sojja ĠM u n-nuqqas ta’ pjan ta’ monitoraġġ ta’ wara t-tqegħid fis-suq li jqis il-profil tal-aċidu xaħmi mibdul tal-fażola tas-sojja ĠM;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi fit-3 ta’ Ottubru 2024, l-EFSA adottat dikjarazzjoni, li ġiet ippubblikata fit-28 ta’ Ottubru 2024, li tikkomplementa l-opinjoni xjentifika tagħha tat-2 ta’ April 2020, ibbażata fuq id-data addizzjonali pprovduta mill-applikant<FOOTNOTE><FIELD> Bord tal-EFSA dwar l-OĠM, Dikjarazzjoni li tikkomplementa l-Opinjoni Xjentifika tal-EFSA dwar l-applikazzjoni (EFSA-GMO-NL-2015-126) għall-awtorizzazzjoni ta’ ikel u għalf li fihom, li jikkonsistu minn u li huma prodotti mis-sojja ġenetikament modifikata MON 87705 × MON 87708 × MON 89788’, Ġurnal tal-EFSA 2024;22(10):e9061, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2024.9061.</FIELD></FOOTNOTE>, l-EFSA kkonkludiet li l-fażola tas-sojja ĠM, kif deskritta fl-applikazzjoni, hija sikura daqs il-kontroparti konvenzjonali tagħha u l-varjetajiet ta’ fażola tas-sojja mhux ġenetikament modifikati ttestjati fir-rigward tal-effetti potenzjali tagħha fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u l-ambjent. L-EFSA kkonkludiet ukoll li l-konsum tal-fażola tas-sojja ĠM ma jirrappreżentax tħassib nutrittiv;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-fażola tas-sojja ĠM ġiet modifikata biex tkun tolleranti għall-erbiċidi bbażati fuq il-glifosat u d-dikamba u biex tbiddel il-profil tal-aċidu xaħmi tagħha;
</CONS><CONS>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Nuqqas ta’ valutazzjoni tal-erbiċida komplementari</STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 503/2013<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 503/2013 tat-3 ta’ April 2013 dwar applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta’ ikel u għalf ġenetikament modifikat skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemendaw ir-Regolamenti (KE) Nru 641/2004 u (KE) Nru 1981/2006 (ĠU L 157, 8.6.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/503/oj).</FIELD></FOOTNOTE> jeżiġi valutazzjoni dwar jekk il-prattiki agrikoli mistennija jaffettwawx l-eżitu tal-punti tat-tmiem studjati; billi, skont dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, dan huwa speċjalment rilevanti għal pjanti tolleranti għall-erbiċidi;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-maġġoranza l-kbira tal-għelejjel ĠM ġew ġenetikament modifikati sabiex ikunu tolleranti għal erbiċida “komplementari” wieħed jew aktar li jistgħu jintużaw matul il-perjodu kollu tal-kultivazzjoni tal-għalla ĠM, mingħajr ma l-għalla tinqatel, kif ikun il-każ għal għalla mhux tolleranti għall-erbiċidi; billi hemm għadd ta’ studji li juru li l-għelejjel ĠM tolleranti għall-erbiċidi jwasslu għal użu akbar ta’ erbiċidi komplementari, fil-biċċa l-kbira minħabba li jfeġġ ħaxix ħażin tolleranti għall-erbiċidi<FOOTNOTE><FIELD> Ara, pereżempju, Bonny, S., ‘Genetically Modified Herbicide-Tolerant Crops, Weeds, and Herbicides: Overview and Impact” (Għelejjel Ġenetikament Modifikati Tolleranti għall-Erbiċidi, Ħaxix Ħażin, u Erbiċidi: Ħarsa Ġenerali u Impatt), Environmental Management, Jannar 2016, 57(1), pp. 31-48, https://www.ncbi.nlm.nih.gov/pubmed/26296738, u Benbrook, C.M., “Impacts of genetically engineered crops on pesticide use in the U.S. – the first sixteen years” (L-impatti ta’ għelejjel ġenetikament modifikati fuq l-użu tal-pestiċidi fl-Istati Uniti – l-ewwel sittax-il sena), Environmental Sciences Europe, 28 ta’ Settembru 2012, Vol. 24(1), https://enveurope.springeropen.com/articles/10.1186/2190-4715-24-24.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-għelejjel ĠM li huma tolleranti għall-erbiċidi jżommu lill-bdiewa f’sistema ta’ ġestjoni tal-ħaxix ħażin li hija fil-biċċa l-kbira jew kompletament dipendenti fuq l-erbiċidi; billi dipendenza akbar fuq erbiċidi komplementari fuq azjendi agrikoli li jħawlu l-għelejjel ĠM se tħaffef il-feġġa u t-tixrid ta’ ħaxix ħażin reżistenti għal dawk l-erbiċidi, u b’hekk tiskatta l-ħtieġa ta’ aktar użu ta’ erbiċidi, ċirku vizzjuż magħruf bħala “l-ispirall tal-erbiċidi”;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-impatti negattivi li jirriżultaw mid-dipendenza eċċessiva fuq l-erbiċidi se jwasslu għal deterjorament tas-saħħa tal-ħamrija, il-kwalità tal-ilma, u l-bijodiversità ta’ fuq u ta’ taħt l-art, u se jwasslu wkoll għal żieda fl-esponiment tal-bniedem u tal-annimali, potenzjalment ukoll permezz ta’ żieda fir-residwi tal-erbiċidi fl-ikel u fl-għalf;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi d-dikamba hija volatili ħafna, li jfisser li ladarba tiġi applikata, hija suxxettibbli li tiċċaqlaq fl-arja u mbagħad tinfirex bir-riħ sakemm tinżel fl-art, filwaqt li tesponi lin-nies u lill-pjanti, id-dwieli, is-siġar u l-arbuxelli mhux fil-mira għal ħsara potenzjali u serja, speċjalment meta l-esponiment iseħħ fuq diversi snin;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi studju tal-2020 minn xjentisti tal-gvern tal-Istati Uniti, ippubblikat fil-ġurnal rivedut bejn il-pari International Journal of Epidemiology, sab li l-użu qawwi tad-dikamba żied ir-riskju li jiġu żviluppati kanċers fil-fwied u fil-kanal biljari intraepatiku fost l-applikaturi;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-istudju tal-2020 jiddikjara li l-approvazzjoni ta’ għelejjel reżistenti għad-dikamba ĠM hija mistennija li twassal għal żieda fl-użu agrikolu tad-dikamba fis-snin li ġejjin<FOOTNOTE><FIELD> Lerro, C.C., Hofmann, J.N., Andreotti, G., Koutros, S., Parks, C.G., Blair, A., Albert, P.S., Lubin, J.H., Sandler, D.P., Beane Freeman, L.E., “Dicamba use and cancer incidence in the agricultural health study: an updated analysis”, International Journal of Epidemiology, Awwissu 2020; 49(4), pp. 1326-1337, https://academic.oup.com/ije/advance-article-abstract/doi/10.1093/ije/dyaa066/5827818?redirectedFrom=fulltext.</FIELD></FOOTNOTE> u s-Sistema ta’ Data dwar l-Użu tal-Pestiċidi tal-Heartland Health Research Alliance tikkonferma li dan huwa l-każ, bid-dikamba tintuża sa 10 darbiet fil-Midwest tal-Istati Uniti meta mqabbla ma’ għaxar snin ilu<FOOTNOTE><FIELD> https://hh-ra.org/projects/measuring-pesticide-use/interactive-herbicide-use-tables/.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi għad hemm dubji dwar il-karċinoġeniċità tal-glifosat; billi l-EFSA kkonkludiet, f’Novembru 2015, li huwa improbabbli li l-glifosat huwa karċinoġeniku u l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi kkonkludiet f’Marzu 2017 li l-ebda klassifikazzjoni ma kienet iġġustifikata; billi, għall-kuntrarju, fl-2015, l-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer, l-aġenzija speċjalizzata fil-kanċer tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, ikklassifikat il-glifosat bħala sustanza probabbilment karċinoġenika għall-bnedmin; billi għadd ta’ studji xjentifiċi riċenti rieżaminati bejn il-pari jikkonfermaw il-potenzjal karċinoġeniku tal-glifosat<FOOTNOTE><FIELD> Ara, pereżempju: https://www.sciencedirect.com/science/article/pii/S1383574218300887, 	https://academic.oup.com/ije/advance-article/doi/10.1093/ije/dyz017/5382278, 	https://journals.plos.org/plosone/article?id=10.1371/journal.pone.0219610 and 	https://www.ncbi.nlm.nih.gov/pmc/articles/PMC6612199/.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi studju ta’ evalwazzjoni bejn il-pari sab li l-glifosat jakkumula fil-fażola tas-sojja ĠM, b’impatt negattiv korrispondenti fuq il-kompożizzjoni nutrittiva meta mqabbla ma’ fażola tas-sojja mhux ġenetikament modifikata<FOOTNOTE><FIELD> https://www.ncbi.nlm.nih.gov/pubmed/24491722.</FIELD></FOOTNOTE>; billi proġett pilota mwettaq fl-Arġentina sab livelli sorprendenti għoljin ta’ residwi tal-glifosat fuq fażola tas-sojja ĠM<FOOTNOTE><FIELD> https://www.testbiotech.org/en/resource/high-levels-residues-spraying-glyphosate-found-soybeans-argentina/</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi fil-pjanti ĠM, tista’ tkun il-ġenetika mmodifikata nnifisha li tiddetermina l-mod kif l-erbiċidi komplementari jiddekomponu skont il-pjanta, kif ukoll il-kompożizzjoni u għalhekk it-tossiċità tal-prodotti ta’ dekompożizzjoni (“metaboliti”)<FOOTNOTE><FIELD> Dan huwa fil-fatt il-każ għall-glifosat, kif iddikjarat fl-EFSA “Review of the existing maximum residue levels for glyphosate according to Article 12 of Regulation (EC) No 396/2005” (Rieżami tal-EFSA tal-livelli massimi ta’ residwi eżistenti għall-glifosat skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005), EFSA Journal 2018;16(5):e05263, p. 12, https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/abs/10.2903/j.efsa.2018.5263.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi l-valutazzjoni tar-residwi ta’ erbiċidi u l-metaboliti misjuba fi pjanti ĠM hija kkunsidrata li ma taqax taħt il-kompetenza tal-Bord tal-EFSA dwar OĠM u għalhekk ma titwettaqx bħala parti mill-proċess ta’ awtorizzazzjoni għall-OĠM;
</CONS><CONS>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-iżgurar ta’ kundizzjonijiet ekwi globali u r-rispett tal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni</STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-kultivazzjoni tal-fażola tas-sojja ĠM mhijiex permessa fl-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi l-konklużjonijiet tad-Djalogu Strateġiku dwar il-Futur tal-Agrikoltura<FOOTNOTE><FIELD> “Strategic Dialogue on the Future of EU Agriculture - A shared prospect for farming and food in Europe” (Djalogu Strateġiku dwar il-Futur tal-Agrikoltura tal-UE - Prospett kondiviż għall-biedja u għall-ikel fl-Ewropa), Settembru 2024, https://agriculture.ec.europa.eu/document/download/171329ff-0f50-4fa5-946f-aea11032172e_en?filename=strategic-dialogue-report-2024_en.pdf.</FIELD></FOOTNOTE> fl-UE jistiednu lill-Kummissjoni tivvaluta mill-ġdid l-approċċ tagħha stess għall-aċċess għas-suq għall-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet agroalimentari, minħabba l-isfida tal-istandards diverġenti tal-Unjoni u tas-sħab kummerċjali tagħha; billi r-relazzjonijiet kummerċjali aktar ġusti li huma konsistenti mal-miri għal ikel tajjeb għas-saħħa u ambjent li jibża’ għas-saħħa, globalment, kienu waħda mit-talbiet ewlenin tal-bdiewa matul id-dimostrazzjonijiet tal-2023 u tal-2024;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi rapport tal-2017 mir-Rapporteur Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) dwar id-dritt għall-ikel sab li, b’mod partikolari fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, il-pestiċidi perikolużi għandhom impatti katastrofiċi fuq is-saħħa<FOOTNOTE><FIELD> A/HRC/34/48: Rapport tar-Rapporteur Speċjali dwar id-dritt għall-ikel https://www.ohchr.org/en/documents/thematic-reports/ahrc3448-report-special-rapporteur-right-food.</FIELD></FOOTNOTE>; billi l-Mira 3.9 tal-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli (“SDG tan-NU”) tan-NU għandha l-għan li sal-2030 tnaqqas b’mod sostanzjali l-għadd ta’ mwiet u mard ikkawżat minn sustanzi kimiċi perikolużi u mit-tniġġis u mill-kontaminazzjoni tal-arja, tal-ilma u tal-ħamrija<FOOTNOTE><FIELD> https://indicators.report/targets/3-9/.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi l-Qafas Globali tal-Bijodiversità ta’ Kunming-Montreal (“Qafas ta’ Kunming-Montreal”), miftiehem fil-COP15 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Diversità Bijoloġika (KDB tan-NU) ta’ Diċembru 2022, jinkludi mira globali biex sal-2030 ir-riskju tal-pestiċidi jitnaqqas b’mill-inqas 50 %<FOOTNOTE><FIELD> ara: https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/ip_22_7834.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 jiddikjara li l-ikel jew l-għalf ĠM ma jridx ikollu effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent, u jeżiġi li l-Kummissjoni tqis kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti fid-dritt tal-Unjoni u fatturi leġittimi oħra rilevanti għall-kwistjoni taħt kunsiderazzjoni meta tkun qed tabbozza d-deċiżjoni tagħha; billi tali fatturi leġittimi għandhom jinkludu l-obbligi tal-Unjoni skont l-SDGs tan-NU u l-KDB tan-NU;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni tal-fażola tas-sojja ĠM ma tkunx konsistenti mal-impenji internazzjonali dwar it-tnaqqis tal-pestiċidi<FOOTNOTE><FIELD> F’Diċembru 2022, intlaħaq qbil dwar qafas globali dwar il-bijodiversità fil-COP15 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Diversità Bijoloġika, li jinkludi mira globali għat-tnaqqis tar-riskju tal-pestiċidi b’mill-inqas 50 % sal-2030 (ara: https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/ip_22_7834).</FIELD></FOOTNOTE>, minħabba ż-żieda fl-esponiment tal-bniedem u dak ambjentali għall-erbiċidi f’pajjiżi li jkabbru għelejjel ĠM tolleranti għall-erbiċidi, flimkien mar-riżultati fil-qasam tas-saħħa potenzjalment serji assoċjati;
</CONS><CONS>
<NO.P>W.</NO.P>billi d-deforestazzjoni hija kawża ewlenija tat-tnaqqis tal-bijodiversità; billi l-emissjonijiet mill-użu tal-art u mit-tibdil fl-użu tal-art, l-aktar minħabba d-deforestazzjoni, huma t-tieni l-akbar kawża tat-tibdil fil-klima wara l-ħruq tal-fjuwils fossili<FOOTNOTE><FIELD> Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Lulju 2019, “Stepping up EU action to Protect and Restore the World’s forests” (It-Tisħiħ tal-Azzjoni tal-UE għall-Protezzjoni u għar-Restawr tal- Foresti tad-Dinja), COM(2019)0352, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>; billi l-Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Klima u l-Pjan Strateġiku għall-Bijodiversità 2011-2020 adottat fi ħdan il-KDB tan-NU u l-Miri tal-Bijodiversità ta’ Aichi jippromwovu l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, l-isforzi ta’ protezzjoni u ta’ restawr<FOOTNOTE><FIELD> Idem, paġna 2.</FIELD></FOOTNOTE>; billi l-SDG 15 tan-NU jinkludi l-mira li titwaqqaf id-deforestazzjoni sal-2020<FOOTNOTE><FIELD> Ara l-mira 15.2: https://www.un.org/sustainabledevelopment/biodiversity/.</FIELD></FOOTNOTE>; billi l-foresti għandhom rwol multifunzjonali li jappoġġjaw l-ilħuq tal-biċċa l-kbira tal-SDGs tan-NU<FOOTNOTE><FIELD> Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Lulju 2019, “Stepping up EU action to Protect and Restore the World’s forests” (It-Tisħiħ tal-Azzjoni tal-UE għall-Protezzjoni u għar-Restawr tal-Foresti tad-Dinja), COM(2019)0352, p. 2.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>X.</NO.P>billi n-nirien fil-foresti fl-Amażonja huma xprunati minn livelli għoljin ta’ deforestazzjoni; billi f’Komunikazzjoni tal-2019, il-Kummissjoni sostniet l-ambizzjoni tagħha li tipproteġi u treġġa’ lura l-foresti tad-dinja<FOOTNOTE><FIELD> Komunikazzjoni tal-UE dwar It-Tisħiħ tal-Azzjoni tal-UE għall-Protezzjoni u għar-Restawr tal-Foresti tad-Dinja, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:52019DC0352&from=MT.</FIELD></FOOTNOTE>; billi l-protezzjoni globali tal-bijodiversità, inklużi l-foresti, hija objettiv ewlieni tal-Istrateġija tal-UE għall-bijodiversità<FOOTNOTE><FIELD> Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: “Strateġija tal-UE għall-bijodiversità għall-2030: Inreġġgħu n-natura lura f’ħajjitna”, COM(2020)0380.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>Y.</NO.P>billi l-produzzjoni tas-sojja hija xprunatur ewlieni tad-deforestazzjoni tal-foresti fl-Amażonja, f’Cerrado u fi Gran Chaco fl-Amerka t’Isfel; billi 97 % tas-sojja kkultivata fil-Brażil u 100 % tas-sojja kkultivata fl-Arġentina hija sojja ĠM<FOOTNOTE><FIELD> Servizz Internazzjonali għall-akkwist ta’ applikazzjonijiet agrobijotekniċi, “Global status of commercialized biotech/GM crops in 2017: Biotech Crop Adoption Surges as Economic Benefits Accumulate in 22 Year”, ISAAA Brief Nru. 53 (2017), pp. 16 u 21, http://www.isaaa.org/resources/publications/briefs/53/download/isaaa-brief-53-2017.pdf.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>Z.</NO.P>billi analiżi mill-Kummissjoni sabet li s-sojja storikament kienet il-kontributur ewlieni tal-Unjoni għad-deforestazzjoni globali u l-emissjonijiet relatati, u tirrappreżenta kważi nofs id-deforestazzjoni inkorporata fl-importazzjonijiet kollha tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> Rapport tekniku tal-Kummissjoni Ewropea 2013 - 063 intitolat “The impact of EU consumption on deforestation: Comprehensive analysis of the impact of EU consumption on deforestation” (L-impatt tal-konsum tal-UE fuq id-deforestazzjoni: Analiżi komprensiva tal-impatt tal-konsum tal-UE fuq id-deforestazzjoni), https://op.europa.eu/en/publication-detail/-/publication/c1d3ef3e-d07e-4229-91e5-41001b47dba8/language-en, pp. 23-24: Bejn l-1990 u l-2008, l-Unjoni importat għelejjel u prodotti mill-bhejjem li jinkorporaw 90 000 km<STRING SUPERSCRIPT="on">2</STRING> ta’ deforestazzjoni. Il-prodotti tal-għelejjel ammontaw għal 74 000 km<STRING SUPERSCRIPT="on">2</STRING> (82 %) minn dawn, u l-għelejjel taż-żejt għandhom l-akbar sehem (52 000 km<STRING SUPERSCRIPT="on">2</STRING>). Il-fażola tas-sojja u l-espellent tas-sojja ammontaw għal 82 % ta’ dan (42 600 km<STRING SUPERSCRIPT="on">2</STRING>), ekwivalenti għal 47 % tal-importazzjoni totali tal-Unjoni ta’ deforestazzjoni inkorporata.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">It-tnaqqis tad-dipendenza fuq l-għalf importat</STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>AA.</NO.P>billi waħda mit-tagħlimiet mill-kriżi tal-COVID-19 u l-gwerra li għadha għaddejja fl-Ukrajna hija l-ħtieġa li l-Unjoni ttemm id-dipendenzi fuq xi materjali kritiċi; billi fl-ittra ta’ missjoni tagħha lill-Kummissarju Christophe Hansen, il-President tal-Kummissjoni, Ursula von der Leyen, titolbu jfittex modi kif jitnaqqsu l-importazzjonijiet ta’ komoditajiet kritiċi<FOOTNOTE><FIELD> https://commission.europa.eu/document/2c64e540-c07a-4376-a1da-368d289f4afe_en.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>AB.</NO.P>billi l-ftehimiet kummerċjali jinċentivaw l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni ta’ ikel u għalf tal-annimali li fihom, li jikkonsistu minn jew li huma prodotti minn OĠM; billi l-Brażil u l-Arġentina huma fost l-akbar produtturi tal-OĠM u utenti tal-pestiċidi fid-dinja, inklużi l-OĠM u l-pestiċidi pprojbiti fl-Unjoni għal raġunijiet ambjentali jew ta’ saħħa;
</CONS><CONS>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Proċess deċiżjonali mhux demokratiku</STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>AC.</NO.P>billi, fit-tmien leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta total ta’ 36 riżoluzzjoni li joġġezzjonaw għall-introduzzjoni fis-suq ta’ OĠM għall-ikel u għall-għalf (33 riżoluzzjoni) u għall-kultivazzjoni ta’ OĠM fl-Unjoni (tliet riżoluzzjonijiet); billi, fid-disa’ leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta 38 oġġezzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ OĠM u fl-għaxar leġiżlatura attwali diġà adotta 10 riżoluzzjonijiet oħra li joġġezzjonaw għall-introduzzjoni fis-suq ta’ OĠM;
</CONS><CONS>
<NO.P>AD.</NO.P>billi minkejja r-rikonoxximent tagħha stess tan-nuqqasijiet demokratiċi, in-nuqqas ta’ appoġġ mill-Istati Membri u l-oġġezzjonijiet tal-Parlament, il-Kummissjoni qed tkompli tawtorizza l-OĠM;
</CONS><CONS>
<NO.P>AE.</NO.P>billi mhija meħtieġa ebda bidla fil-liġi biex il-Kummissjoni tkun tista’ ma tawtorizzax l-OĠM meta ma jkunx hemm maġġoranza kwalifikata ta’ Stati Membri favur fil-Kumitat ta’ Appell<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni “tista’”, u mhux “għandha”, tmexxi bl-awtorizzazzjoni jekk ma jkun hemm l-ebda maġġoranza kwalifikata ta’ Stati Membri favur fil-Kumitat ta’ Appell, skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>AF.</NO.P>billi l-votazzjoni fit-28 ta’ Frar 2025 tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf imsemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 ma tat l-ebda opinjoni, li jfisser li l-awtorizzazzjoni ma kinitx appoġġjata minn maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Iqis li l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni jisboq is-setgħat ta’ implimentazzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Iqis li l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni mhuwiex konsistenti mad-dritt tal-Unjoni, billi mhuwiex kompatibbli mal-għan tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 li, f’konformità mal-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/178/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, huwa li jipprovdi l-bażi biex, fir-rigward tal-ikel u l-għalf ĠM, jiżgura livell għoli ta’ protezzjoni għall-ħajja u s-saħħa umana, is-saħħa u l-benesseri tal-annimali, u l-interessi tal-ambjent u tal-konsumaturi, filwaqt li jiżgura l-funzjonament effettiv tas-suq intern;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tagħha u tippreżenta abbozz ġdid lill-kumitat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, f’konformità mal-approċċ “Saħħa Waħda”, biex ma tawtorizzax għelejjel ĠM tolleranti għall-erbiċidi, peress li dan iwassal għal aktar użu ta’ erbiċidi komplementari u għalhekk aktar riskji għall-bijodiversità, is-sikurezza tal-ikel u s-saħħa tal-ħaddiema;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jenfasizza, f’dan ir-rigward, li l-awtorizzazzjoni tal-importazzjoni għall-użi tal-ikel jew tal-għalf ta’ kwalunkwe pjanta ĠM li tkun saret tolleranti għall-erbiċidi mhijiex konsistenti mal-impenji internazzjonali tal-Unjoni skont, fost l-oħrajn, l-SDGs tan-NU u l-KDB tan-NU, inkluż il-Qafas ta’ Kunming-Montreal adottat reċentement<FOOTNOTE><FIELD> F’Diċembru 2022, intlaħaq qbil dwar qafas globali dwar il-bijodiversità fil-COP15 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Diversità Bijoloġika li jinkludi mira globali għat-tnaqqis tar-riskju tal-pestiċidi b’mill-inqas 50 % sal-2030 (ara: https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/ip_22_7834).</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jistenna li l-Kummissjoni, bħala kwistjoni ta’ urġenza, twettaq l-impenn tagħha li tressaq proposta biex tiżgura li sustanzi kimiċi perikolużi pprojbiti fl-Unjoni ma jiġux prodotti għall-esportazzjoni, u dwar l-impenn tagħha li tiżgura r-reċiproċità billi tallinja aħjar l-istandards tal-produzzjoni domestika tagħna ma’ dawk applikati għall-importazzjonijiet, b’mod partikolari għall-pestiċidi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-konverġenza tal-istandards bejn l-Unjoni u s-sħab tagħha fin-negozjati dwar il-ftehim ta’ kummerċ ħieles, sabiex jintlaħqu l-istandards tas-sikurezza tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni fl-aħħar irrikonoxxiet, f’ittra tal-11 ta’ Settembru 2020 lill-Membri, il-ħtieġa li tqis is-sostenibbiltà fir-rigward ta’ deċiżjonijiet ta’ awtorizzazzjoni dwar OĠM<FOOTNOTE><FIELD> https://tillymetz.lu/wp-content/uploads/2020/09/Co-signed-letter-MEP-Metz.pdf.</FIELD></FOOTNOTE>; jesprimi d-diżappunt kbir tiegħu, madankollu, li, minn dak iż-żmien ’l hawn il-Kummissjoni kompliet tawtorizza OĠM għall-importazzjoni fl-Unjoni, minkejja l-oġġezzjonijiet kontinwi mill-Parlament u mill-maġġoranza tal-Istati Membri li jivvutaw kontra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, għal darba oħra, tqis l-obbligi tal-Unjoni fl-ambitu tal-ftehimiet internazzjonali, bħall-Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Klima, il-KDB tan-NU u l-SDGs tan-NU; itenni l-appell tiegħu li l-abbozzi ta’ atti ta’ implimentazzjoni jkunu akkumpanjati minn memorandum ta’ spjegazzjoni li jispjega kif dawn jirrispettaw il-prinċipju ta’ “la tagħmilx ħsara”<FOOTNOTE><FIELD> Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Jannar 2020 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (ĠU C 270, 7.7.2021, p. 2), il-paragrafu 102.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>