<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0114</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Deliberazzjonijiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet fl-2023</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0063/2025 - Rapporteur: Gheorghe Falcă)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Mejju 2025 dwar id-deliberazzjonijiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet fl-2023 (2025/2027(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-riżultat tad-deliberazzjonijiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 10 u 11 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 20, 24 u 227 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) dwar id-dritt taċ-ċittadini u tar-residenti tal-UE li jressqu t-tħassib tagħhom għall-attenzjoni tal-Parlament,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 228 tat-TFUE dwar ir-rwol u l-funzjonijiet tal-Ombudsman Ewropew,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 44 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea dwar id-dritt ta’ petizzjoni quddiem il-Parlament Ewropew,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dispożizzjonijiet tat-TFUE fir-rigward tal-proċedura ta’ ksur u, b’mod partikolari, l-Artikoli 258 u 260 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-osservazzjonijiet konklużivi tal-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà tal-21 ta’ Marzu 2025 dwar it-tieni u t-tielet rapporti perjodiċi kkombinati tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 233(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A10-0063/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi r-rapport annwali dwar ir-riżultat tad-deliberazzjonijiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet għandu l-għan li jippreżenta analiżi tal-petizzjonijiet riċevuti fl-2023 u tar-relazzjonijiet mal-istituzzjonijiet l-oħra, kif ukoll li jippreżenta stampa preċiża tal-objettivi milħuqa fl-2023;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi fl-2023, il-Parlament irċieva 1 452 petizzjoni, li jirrappreżentaw żieda ta’ 16,2 % meta mqabbla mal-1 217-il petizzjoni mressqa fl-2022 u tnaqqis ta’ 4,0 % meta mqabbla mal-1 392 petizzjoni mressqa fl-2021; billi l-ammont totali ta’ petizzjonijiet riċevuti għadu qed ikun anqas b’mod sinifikanti mill-ogħla livell milħuq fl-2013 u fl-2014, meta l-Parlament irċieva 2 891 petizzjoni u 2 715-il petizzjoni rispettivament;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi fl-2023, l-għadd ta’ utenti li appoġġjaw petizzjoni waħda jew aktar fuq il-Portal tal-Petizzjonijiet tal-Parlament kien ta’ 26 331, li jirrappreżenta żieda konsiderevoli meta mqabbel mat-22 441 utent irreġistrati fl-2022 (iż-żewġ numri huma konsiderevolment anqas mill-209 272 persuna li appoġġjaw petizzjonijiet irreġistrati fl-2021); billi l-għadd ta’ klikks b’appoġġ għall-petizzjonijiet żdied ukoll bi ftit fl-2023, biex laħaq total ta’ 29 287 (meta mqabbel ma’ 27 927 fl-2022 u 217 876 fl-2021);
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi, madankollu, l-għadd totali ta’ petizzjonijiet għadu modest meta mqabbel mal-popolazzjoni totali tal-UE, u dan juri li għad iridu jsiru aktar sforzi biex jiżdied l-għarfien taċ-ċittadini dwar id-dritt tagħhom li jressqu petizzjoni, u dwar l-utilità possibbli tal-petizzjonijiet bħala mezz biex jiġbdu l-attenzjoni tal-istituzzjonijiet u tal-Istati Membri għal kwistjonijiet li jaffettwaw u jikkonċernaw liċ-ċittadini direttament; billi, fl-eżerċizzju tad-dritt li titressaq petizzjoni, iċ-ċittadini jistennew li l-istituzzjonijiet tal-UE jipprovdu valur miżjud biex tinstab soluzzjoni għall-problemi tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-kriterji għall-ammissibbiltà tal-petizzjonijiet huma stabbiliti fl-Artikolu 227 tat-TFUE u fl-Artikolu 232(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament, u dawn jirrikjedu li l-petizzjonijiet jitressqu minn ċittadin tal-UE jew minn persuna fiżika jew ġuridika li tkun residenti jew li jkollha uffiċċju reġistrat fi Stat Membru u li tkun affettwata direttament minn kwistjonijiet li jaqgħu taħt l-oqsma tal-attività tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi, mill-1 452 petizzjoni mressqa fl-2023, 429 ġew iddikjarati inammissibbli u 13 ġew irtirati; billi l-perċentwal għoli (29,55 %) ta’ petizzjonijiet inammissibbli fl-2023 jikkonferma li għad hemm nuqqas mifrux ta’ ċarezza dwar l-ambitu tal-oqsma tal-attività tal-UE; billi sabiex jitnaqqas l-għadd ta’ petizzjonijiet inammissibbli, għad iridu jsiru sforzi biex jiġi ċċarat aktar l-ambitu tal-oqsma tal-attività tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-Kumitat għall-Petizzjonijiet (PETI) kellu rwol sinifikanti fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fil-konfront taċ-ċittadini Rumeni u Bulgari matul il-perjodu li fih il-pajjiżi tagħhom kienu għadhom ma ngħaqdux maż-Żona Schengen; billi l-Kumitat PETI għamel kontribut ewlieni għall-promozzjoni tat-trattament ugwali u għall-indirizzar tal-ostakli mhux ġustifikati li jiffaċċjaw dawn iċ-ċittadini; billi dan kollu beda bil-Petizzjoni Nru 0004/2023, imressqa minn Răzvan Eugen Nicolescu f’isem l-“Asociația pentru Energie Curată și Combaterea Schimbărilor Climatice”, kif ukoll bir-riżoluzzjoni sussegwenti, fil-plenarja, dwar l-Adeżjoni maż-żona Schengen adottata skont l-Artikolu 227(2) tar-Regoli ta’ Proċedura<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/3999, 17.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3999/oj.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi d-dritt li titressaq petizzjoni quddiem il-Parlament huwa dritt fundamentali taċ-ċittadini tal-UE, li joffri liċ-ċittadini u lir-residenti mekkaniżmu miftuħ, demokratiku u trasparenti biex jindirizzaw direttament lir-rappreżentanti eletti tagħhom; billi din l-għodda essenzjali tagħti s-setgħa liċ-ċittadini li jipparteċipaw b’mod attiv u effettiv fil-ħajja tal-Unjoni; billi permezz tal-petizzjonijiet, iċ-ċittadini tal-UE jistgħu jilmentaw dwar każijiet ta’ nuqqas ta’ implimentazzjoni tad-dritt tal-UE u jgħinu biex jiġi identifikat ksur tad-dritt tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-Parlament huwa l-unika istituzzjoni tal-UE eletta direttament miċ-ċittadini tal-UE; billi d-dritt li titressaq petizzjoni quddiem il-Parlament Ewropew huwa wieħed mid-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini u tar-residenti tal-UE u jippermettilhom jindirizzaw direttament lir-rappreżentanti eletti tagħhom; billi ħafna persuni b’diżabbiltà ma għandhomx aċċess ugwali għall-informazzjoni u għall-komunikazzjoni minħabba d-disponibbiltà limitata ta’ formati aċċessibbli u minħabba l-fatt li l-lingwi tas-sinjali nazzjonali mhumiex rikonoxxuti bħala parti mill-multilingwiżmu tal-UE; billi l-Parlament ilu minn ta’ quddiem nett fl-iżvilupp tal-proċess tal-petizzjonijiet fuq livell internazzjonali u għandu l-aktar proċess ta’ petizzjonijiet miftuħ, demokratiku u trasparenti fl-Ewropa, li jippermetti lill-petizzjonanti jipparteċipaw b’mod attiv u effettiv fl-attivitajiet tiegħu, billi fl-eżerċizzju tad-dritt li jitressqu l-petizzjonijiet, iċ-ċittadini jistennew li l-istituzzjonijiet tal-UE jipprovdu valur miżjud, filwaqt li jikkooperaw mal-Kummissjoni u mal-awtoritajiet tal-Istati Membri, sabiex isolvu l-problemi tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-informazzjoni mressqa mill-petizzjonanti fil-petizzjonijiet tagħhom u matul il-laqgħat tal-kumitat, flimkien mal-valutazzjonijiet tal-Kummissjoni u t-tweġibiet mill-Istati Membri u minn korpi oħra, jipprovdu wkoll kontribut siewi għall-ħidma ta’ kumitati parlamentari oħra, minħabba li l-petizzjonijiet ammissibbli jintbagħtu lill-kumitat rilevanti għal opinjoni jew għal informazzjoni; billi, għalhekk, il-petizzjonijiet jista’ jkollhom ukoll rwol fil-proċess leġiżlattiv, billi jipprovdu feedback konkret dwar l-impatt tal-politiki tal-UE u jippermettu politiki li jindirizzaw ħtiġijiet emerġenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-attivitajiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet huma bbażati fuq il-kontribut ipprovdut mill-petizzjonanti, li jippermetti lill-Parlament itejjeb ir-risponsività tiegħu għall-ilmenti u għat-tħassib relatati mar-rispett tad-drittijiet fundamentali tal-UE u l-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE fl-Istati Membri; billi l-petizzjonijiet huma għalhekk sors utli ta’ informazzjoni dwar każijiet ta’ applikazzjoni ħażina jew ksur tad-dritt tal-UE, li jippermettu valutazzjoni tal-applikazzjoni tad-dritt tal-UE u l-impatt tiegħu fuq id-drittijiet taċ-ċittadini u tar-residenti tal-UE; billi fl-2023 id-drittijiet fundamentali kienu wieħed mit-tliet preokkupazzjonijiet l-aktar importanti tal-petizzjonanti kollha; billi, fil-kuntest tad-djalogu strutturat mal-Kummissjoni, il-Kumitat għall-Petizzjonijiet stieden lill-Kummissjoni tiġġieled id-diskriminazzjoni fl-Unjoni Ewropea, inkluż permezz ta’ inizjattivi li jiggarantixxu drittijiet ugwali u ssaħħaħ il-miżuri kontra kull forma ta’ diskriminazzjoni, inklużi dawk ibbażati fuq is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, id-diżabbiltà, l-età, ir-reliġjon jew it-twemmin u l-orjentazzjoni sesswali;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi skont l-Artikolu 17 tat-TUE l-Kummissjoni għandha tiżgura l-applikazzjoni korretta tat-Trattati u tal-miżuri adottati skonthom; billi l-approċċ strateġiku tal-Kummissjoni lejn l-indirizzar tal-kwistjonijiet imqajma fil-petizzjonijiet irid ikun konsistenti bis-sħiħ mat-Trattati sabiex tiżgura s-segwitu l-aktar effettiv tal-petizzjonijiet, bl-għan li tiġi ggarantita protezzjoni sħiħa u f’waqtha tad-drittijiet taċ-ċittadini li jirriżultaw mid-dritt tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi kull petizzjoni trid tiġi kkunsidrata u eżaminata bir-reqqa, b’mod effiċjenti, imparzjali, ġust u trasparenti, f’konformità mal-istandards stabbiliti fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea dwar id-Dritt għal amministrazzjoni tajba; billi l-petizzjonanti kollha għandhom id-dritt li jirċievu tweġiba li tinfurmahom bid-deċiżjoni dwar l-ammissibbiltà u l-azzjonijiet ta’ segwitu meħuda mill-kumitat fi żmien raġonevoli, u dan bil-lingwa tagħhom stess jew b’dik użata fil-petizzjoni; billi reazzjonijiet f’waqthom u effettivi mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri għall-kwistjonijiet imqajma fil-petizzjonijiet, flimkien ma’ soluzzjonijiet għal rimedju, meta xieraq, jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-fiduċja li ċ-ċittadini jpoġġu fl-Unjoni u fil-politiki tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-Kumitat għall-Petizzjonijiet jagħti l-akbar importanza lill-eżami u lid-diskussjoni pubblika tal-petizzjonijiet fil-laqgħat tiegħu; billi l-petizzjonanti għandhom id-dritt li jippreżentaw il-petizzjonijiet tagħhom u spiss jitkellmu waqt id-diskussjoni, u b’hekk jikkontribwixxu b’mod attiv għall-ħidma tal-kumitat; billi fl-2023, il-Kumitat għall-Petizzjonijiet organizza 10 laqgħat tal-kumitat, li fihom ġew diskussi 191 petizzjoni fejn 114-il petizzjonant kienu preżenti u pparteċipaw b’mod attiv billi tkellmu fil-laqgħa;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi s-suġġetti ewlenin ta’ tħassib li tqajmu fil-petizzjonijiet imressqa fl-2023 kienu relatati mal-ambjent, mad-drittijiet fundamentali, ma’ kwistjonijiet personali u mal-ġustizzja;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi meta jadotta l-aġenda tal-laqgħat tiegħu, il-Kumitat għall-Petizzjonijiet jagħti attenzjoni lill-petizzjonijiet u lis-suġġetti b’livell għoli ta’ rilevanza għad-diskussjoni fil-livell tal-UE u lill-ħtieġa li tinżamm kopertura ġeografika bbilanċjata tas-suġġetti skont il-petizzjonijiet riċevuti;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi 82,4 % tal-petizzjonijiet riċevuti fl-2023 tressqu permezz tal-Portal tal-Petizzjonijiet tal-Parlament, jiġifieri żieda żgħira meta mqabbla mal-2022 (79,05 %), u b’hekk reġa’ ġie kkonfermat bħala bil-bosta l-aktar mezz użat għaċ-ċittadini biex iressqu l-petizzjonijiet lill-Parlament;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi fi Frar 2023, il-Portal tal-Petizzjonijiet iġġedded u tnieda mill-ġdid biex jiġi allinjat mal-aspettattivi attwali u jagħmilha aktar faċli għar-residenti tal-Istati Membri biex jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jressqu petizzjonijiet quddiem il-Parlament; billi l-Portal tal-Petizzjonijiet 2.0 aġġornat integra mingħajr xkiel mal-għodda tal-Parlament għall-pubblikazzjoni fuq il-web, li tippermetti aġġornamenti aktar veloċi u aktar sempliċi tal-kontenut u elementi ġodda (inklużi seba’ “Gwidi ta’ Bidu Malajr” li jipprovdu struzzjonijiet ċari u pass pass biex jiġu mressqa, traċċati u appoġġjati l-petizzjonijiet); billi magna tat-tiftix ġdida mħaddma minn teknoloġija tat-tiftix elastika tejbet l-esperjenza tal-utenti billi tagħti riżultati aktar preċiżi b’mod effiċjenti, li wassal biex il-portal il-ġdid jagħti prijorità lil approċċ verament iċċentrat fuq iċ-ċittadin; billi matul l-2023, il-petizzjonijiet kollha tħejjew u ġew ippubblikati f’waqthom, fi żmien ftit jiem mill-adozzjoni tagħhom, u t-talbiet interni u esterni kollha biex jingħata appoġġ dwar l-użu u l-kontenut tal-Portal tal-Petizzjonijiet twieġbu b’suċċess, fil-ħin u bil-lingwi kollha;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi fl-2023, il-Kumitat għall-Petizzjonijiet (PETI) organizza erba’ żjarat ta’ tiftix tal-fatti, li matulhom il-membri vvjaġġaw lejn ir-Rumanija biex jeżaminaw il-ġestjoni u l-protezzjoni tal-popolazzjoni tal-ors kannella u l-qtugħ illegali tas-siġar għall-injam, lejn Donegal (l-Irlanda) biex jinvestigaw l-użu ta’ blokok tal-majka difettużi fil-kostruzzjoni fl-Irlanda u lejn il-Katalonja (Spanja) biex jivvalutaw <STRING ITALIC="on">in situ</STRING> l-mudell tal-immersjoni lingwistika fil-Katalonja; billi l-membri tal-Kumitat PETI kienu wkoll parti minn delegazzjoni konġunta mill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-Kumitat PETI, liema delegazzjoni vvjaġġat lejn New York biex tattendi s-16-il sessjoni tal-Konferenza tal-Istati Parti għall-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà (CRPD COSP);
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi skont ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament, il-Kumitat għall-Petizzjonijiet huwa responsabbli wkoll għar-relazzjonijiet mal-Ombudsman Ewropew, li tinvestiga l-ilmenti dwar amministrazzjoni ħażina fl-istituzzjonijiet u fil-korpi tal-UE; billi l-Ombudsman Ewropew preċedenti, Emily O’Reilly, ippreżentat ir-rapport annwali tagħha għall-2022 lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet fil-laqgħa tiegħu tas-27 ta’ Ġunju 2023;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi l-Kumitat għall-Petizzjonijiet huwa membru tan-Network Ewropew tal-Ombudsmen, li jinkludi wkoll lill-Ombudsman Ewropew, lill-ombudsmen nazzjonali u reġjonali u korpi simili fl-Istati Membri, lill-pajjiżi kandidati u lil pajjiżi oħra taż-Żona Ekonomika Ewropea, u li għandu l-għan li jippromwovi l-iskambju ta’ informazzjoni dwar id-dritt u l-politika tal-UE, u li jikkondividi l-aħjar prattika;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jenfasizza r-rwol fundamentali tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet fil-protezzjoni u fil-promozzjoni tad-drittijiet taċ-ċittadini u tar-residenti tal-UE billi jiżgura li t-tħassib u l-ilmenti tal-petizzjonanti jiġu eżaminati f’waqthom, b’mod effettiv u xieraq u li l-petizzjonanti jiġu infurmati dwar l-azzjonijiet meħuda u l-progress li jkun sar fir-rigward tal-petizzjonijiet tagħhom; ifakkar li l-petizzjonijiet kollha jiġu trattati permezz ta’ proċess ta’ petizzjoni miftuħ, demokratiku u trasparenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Ifaħħar il-ħidma essenzjali li saret mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet dwar il-petizzjonijiet li jikkonċernaw il-Peniżola ta’ Akamas, l-aktar żona bijodiversa f’Ċipru, li għal għexieren ta’ snin esperjenzat ksur sistemiku ripetut tad-Direttiva dwar il-Ħabitats<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1992/43/oj).</FIELD></FOOTNOTE> u tad-Direttiva dwar l-Għasafar<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/147/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, f’kuntest ġenerali ta’ nuqqas ta’ miżuri effettivi u legalment vinkolanti biex din iż-żona tiġi protetta u fid-dawl ta’ pjanijiet reċenti mressqa mill-awtoritajiet kompetenti Ċiprijotti, b’effetti devastanti fuq l-ekosistemi naturali fraġli ħafna taż-żona, bi ksur tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE; jissottolinja li, wara l-ħidma tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet fuq din il-kwistjoni, fit-13 ta’ Marzu 2024 il-Kummissjoni ddeċidiet li tressaq lil Ċipru quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) talli l-awtoritajiet Ċiprijotti naqsu milli jikkonformaw mad-Direttiva dwar il-Ħabitats; jiddispjaċih li fiż-żmien li għadda minn meta ttieħdet dik id-deċiżjoni – aktar minn sena – il-Kummissjoni ma ressqet l-ebda fajl quddiem il-QĠUE, u b’hekk naqset milli tibda proċediment legali b’mod uffiċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jissottolinja l-ħidma essenzjali mwettqa mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet fuq il-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema kontra d-diskriminazzjoni u l-abbuż tal-kuntratti ta’ impjieg għal terminu fiss fis-settur pubbliku fl-Italja; japprezza li l-Kummissjoni qieset kif xieraq id-dokumenti legali sodi ħafna provduti mill-petizzjonanti, li ġew ivvalutati bir-reqqa f’diversi laqgħat tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, meta ddeċidiet li tressaq lill-Italja quddiem il-QĠUE talli naqset milli ttemm l-użu abbużiv tal-kuntratti ta’ impjieg għal terminu fiss u l-kundizzjonijiet ta’ impjieg diskriminatorji, bi ksur tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Ifaħħar lill-Kumitat PETI talli qies il-Petizzjoni Nru 1168/2023, imressqa minn Mihai Igna f’isem l-Assoċjazzjoni “Flimkien inkattru l-prosperità”, li titlob biex jiġu restitwiti t-teżor nazzjonali u l-arkivji storiċi Rumeni li bħalissa huma miżmuma mir-Russja; jenfasizza s-sinifikat storiku profond ta’ dan id-dibattitu għall-Istati Membri kollha li storikament ġew affettwati mill-atti ta’ sakkeġġ tar-Russja, b’mod partikolari fil-kuntest tal-gwerra li tinsab għaddejja fl-Ukrajna, peress li jenfasizza l-isfidi usa’ relatati mal-preservazzjoni kulturali u s-salvagwardja tal-wirt nazzjonali matul żminijiet ta’ kunflitt ġeopolitiku; jisħaq li l-involviment tal-Kumitat PETI f’din il-kwistjoni juri l-impenn tiegħu li jħares id-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE u tal-Istati Membri, u li jipproteġi l-legat storiku tar-Rumanija u li jappoġġja t-talbiet leġittimi tagħha fix-xena internazzjonali; ifakkar fir-riżoluzzjoni sussegwenti, fil-plenarja, dwar ir-restituzzjoni tat-teżor nazzjonali Rumen approprjat illegalment mir-Russja<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/6559, 12.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6559/oj.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Itenni l-importanza ta’ dibattitu pubbliku kontinwu dwar l-oqsma tal-attività tal-UE sabiex jiġi żgurat li ċ-ċittadini jiġu infurmati kif xieraq dwar l-ambitu tal-kompetenzi tal-Unjoni u l-livelli differenti ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet; jappella għal kampanja strutturata ta’ informazzjoni u komunikazzjoni msaħħa madwar l-UE kollha li titwettaq mingħajr kost addizzjonali (jiġifieri billi jintużaw ir-riżorsi attwali tal-Uffiċċji ta’ Kollegament tal-Parlament Ewropew) bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE b’kollaborazzjoni mal-ombudsmen nazzjonali u reġjonali, mal-NGOs u mal-istituzzjonijiet edukattivi biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar id-drittijiet ta’ petizzjoni taċ-ċittadini mill-Istati Membri kollha, filwaqt li b’mod partikolari jiġu indirizzati l-komunitajiet rurali u żvantaġġati u l-gruppi emarġinati, kif ukoll il-gżejjer u r-reġjuni remoti; jipproponi espansjoni tal-isforzi ta’ ħidma biex jintlaħqu n-nies li hija ħielsa minn kostijiet addizzjonali permezz tal-media soċjali u ta’ eventi tal-komunità lokali; jenfasizza l-ħtieġa ta’ sensibilizzazzjoni tal-pubbliku u ta’ kampanji ta’ sensibilizazzjoni usa, permezz tal-involviment attiv tas-servizzi tal-komunikazzjoni, biex jgħinu ħalli jiżdied l-għarfien taċ-ċittadini dwar id-dritt tagħhom li jressqu petizzjoni, kif ukoll l-ambitu tar-responsabbiltajiet tal-UE u l-kompetenzi tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, bil-għan li jitnaqqas l-għadd ta’ petizzjonijiet inammissibbli u jissaħħaħ l-involviment taċ-ċittadini fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet; jirrakkomanda li tittejjeb l-aċċessibbiltà diġitali tal-Portal tal-Petizzjonijiet, inkluż permezz ta’ adattamenti għall-persuni b’diżabbiltà u traduzzjonijiet ta’ kwalità ogħla fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE; jirrakkomanda li jiġi esplorat il-potenzjal tal-għodod tal-IT eżistenti sabiex jiżdied l-appoġġ taċ-ċittadini fuq il-portal, inkluż permezz ta’ għażliet li jiġu ridiretti lejn mekkaniżmi tal-ilmenti rilevanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Ifakkar fid-dimensjoni Ewropea tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, li tista’ tiġi indirizzata miċ-ċittadini mis-27 Stat Membru kollha dwar kwistjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattati tal-UE u tad-dritt tal-UE; jemmen li l-Kumitat għandu responsabbiltà speċjali li jirrispetta din id-dimensjoni Ewropea u li juri l-valur miżjud tal-għaqda u tal-integrazzjoni Ewropej għaċ-ċittadini; jissottolinja li d-dimensjoni Ewropea trid tkun ibbażata fuq is-solidarjetà, il-promozzjoni tad-drittijiet soċjali u ekonomiċi, il-protezzjoni tal-lingwi u tal-kulturi ta’ minoranza, u l-ġlieda attiva kontra t-tibdil fil-klima;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jirrimarka li l-petizzjonijiet jikkostitwixxu opportunità unika għall-Parlament u għal istituzzjonijiet oħra tal-UE biex jingħaqdu b’mod dirett maċ-ċittadini tal-UE u jżommu djalogu regolari magħhom, b’mod partikolari f’każijiet fejn ikunu affettwati mill-applikazzjoni ħażina jew mill-ksur tad-dritt tal-UE; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ kooperazzjoni mtejba bejn l-istituzzjonijiet tal-UE u l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali dwar l-inkjesti li jirrigwardaw l-implimentazzjoni tad-dritt tal-UE u l-konformità miegħu; jemmen li tali kooperazzjoni hija kruċjali biex jiġi indirizzat u solvut it-tħassib taċ-ċittadini dwar l-applikazzjoni tad-dritt tal-UE u li hija tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-leġittimità demokratika u tal-obbligu ta’ rendikont tal-Unjoni; jappella, għalhekk, għall-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti tal-Istati Membri fil-laqgħat tal-kumitat u tweġibiet aktar f’waqthom u dettaljati għal talbiet biex tingħata kjarifika jew informazzjoni mibgħuta mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet lill-awtoritajiet nazzjonali; jinnota ż-żieda fl-għadd ta’ petizzjonijiet riċevuti fl-2023 li jindirizzaw id-disparitajiet strutturali, inkluż fir-remunerazzjoni u fl-introjtu tal-irtirar fost il-gruppi ta’ popolazzjoni; jitlob li dan it-tħassib jiġi analizzat u indirizzat b’mod sistematiku permezz ta’ azzjoni koordinata mal-kumitati rilevanti u mal-Kummissjoni; jappella wkoll għal protezzjoni u appoġġ imsaħħa għall-individwi esposti għal abbuż jew għal esklużjoni li jiffaċċjaw ostakli fl-aċċess għal mekkaniżmi ta’ appoġġ u ġustizzja xierqa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Ifakkar li l-petizzjonijiet jikkontribwixxu b’mod konsiderevoli għall-eżerċizzju tar-rwol tal-Kummissjoni bħala gwardjan tat-Trattati billi jipprovdu liċ-ċittadini għodda addizzjonali biex jirrapportaw l-allegat ksur tad-dritt tal-UE; jisħaq li l-kooperazzjoni kostruttiva bejn il-Kumitat għall-Petizzjonijiet u l-Kummissjoni permezz ta’ tweġibiet f’waqthom u dettaljati mill-Kummissjoni, li jkunu bbażati fuq eżami bir-reqqa tal-kwistjonijiet imqajma fil-petizzjonijiet, hija essenzjali biex jiġi żgurat it-trattament b’suċċess tal-petizzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tipprovdi kjarifiki legali dwar il-kriterji ewlenin li jirfdu l-approċċ strateġiku tagħha lejn l-infurzar tad-dritt tal-UE u biex taġġorna regolarment lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet dwar l-iżviluppi fil-proċedimenti ta’ ksur u biex tiżgura li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet jingħata aċċess għad-dokumenti rilevanti kollha dwar l-EU Pilot u l-proċeduri ta’ ksur u l-inizjattivi leġiżlattivi li tnedew abbażi tal-petizzjonijiet riċevuti; huwa tal-fehma li trasparenza akbar u rispons regolari fir-rigward tat-trattament mill-Kummissjoni tal-proċeduri ta’ ksur li jinsabu għaddejjin ikunu ta’ benefiċċju għas-segwitu min-naħa tal-Kumitat tal-petizzjonijiet miftuħa; jilqa’ l-inizjattiva reċenti tal-Kummissjoni li tinkludi petizzjonijiet fis-sistema tat-tiftix tar-reġistru ta’ ksur tal-Kummissjoni; jisħaq li huwa importanti li l-Kummissjoni twettaq investigazzjonijiet f’waqthom rigward il-petizzjonijiet, filwaqt li tenfasizza l-ksur tad-drittijiet li jaffettwa għadd kbir ta’ ċittadini u residenti fl-UE u tikkonsulta, meta xieraq, lill-ombudsmen nazzjonali rilevanti; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-mod kif il-Kummissjoni qed tittratta xi proċeduri ta’ ksur varati kontra l-Istati Membri, inklużi dawk relatati ma’ kwistjonijiet imqajma f’ħafna petizzjonijiet; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tistabbilixxi l-miżuri kollha meħtieġa biex ittejjeb it-trasparenza u l-effettività tal-ġestjoni tagħha tal-proċeduri ta’ ksur, li jistgħu jiġu perċepiti bħala mhux ċari miċ-ċittadini;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta jekk l-awtoritajiet nazzjonali humiex qed jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jirrispondu għat-tħassib taċ-ċittadini, kif espress fil-petizzjonijiet tagħhom, meta jseħħu każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mad-dritt tal-UE, u biex tniedi proċeduri ta’ ksur meta jkun meħtieġ; jenfasizza li azzjoni f’waqtha u proattiva mill-Kummissjoni f’każijiet ta’ ksur tad-dritt tal-UE hija kruċjali biex jiġi evitat li tali ksur li jista’ jikkomprometti l-fiduċja taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet Ewropej isir sistemiku fin-natura tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Ifakkar li l-libertà tal-espressjoni hija pilastru fundamentali tad-demokrazija Ewropea; jikkundanna kwalunkwe tentattiv ta’ ċensura, marġinalizzazzjoni jew intimidazzjoni taċ-ċittadini jew tar-rappreżentanti eletti tagħhom abbażi tal-opinjonijiet politiċi tagħhom; jisħaq ukoll li r-rispett għar-riżultati tal-elezzjonijiet, fil-livell nazzjonali u Ewropew, huwa essenzjali biex tinżamm il-fiduċja taċ-ċittadini fil-proċess demokratiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa għal kooperazzjoni msaħħa u aktar attiva bejn l-Istati Membri u l-Kumitat għall-Petizzjonijiet sabiex jiġu żblokkati dawk il-petizzjonijiet li jirrikjedu risponsi u reazzjonijiet fil-pront mill-awtoritajiet nazzjonali; ifakkar li meta l-Istati Membri jdumu ma jwieġbu, dan jista’ jħalli impatt fuq ir-riżoluzzjoni f’waqtha ta’ kwistjonijiet imqajma miċ-ċittadini u konsegwenzi negattivi għas-soluzzjoni ta’ ksur tad-dritt tal-Unjoni; jinnota li l-Istati Membri għandhom jiggarantixxu tweġibiet għall-petizzjonijiet fi żmien l-iskadenza mitluba ta’ tliet xhur; jisħaq li koordinazzjoni u djalogu mtejba jiffaċilitaw it-trattament aktar effiċjenti tat-tħassib taċ-ċittadini, jipprevjenu d-dewmien bla bżonn u jsaħħu l-effettività tal-proċess ta’ petizzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jinnota bi tħassib li r-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet fir-rapport tiegħu tad-19 ta’ Marzu 2024, wara l-missjoni tiegħu fil-Katalonja, għadhom ma ġewx implimentati bis-sħiħ mill-awtoritajiet edukattivi rilevanti, b’mod partikolari dawk li jikkonċernaw il-protezzjoni tad-drittijiet lingwistiċi għall-istudenti u għall-familji tagħhom kollha; jesprimi dispjaċir kbir fir-rigward tat-tensjonijiet li ltaqgħu magħhom membri tal-Kumitat matul iż-żjara tagħhom f’Barċellona mit-18 sal-20 ta’ Diċembru 2023, u jappella għal djalogu u kooperazzjoni rispettużi fost il-partijiet ikkonċernati kollha biex jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet demokratiċi jkunu jistgħu jwettqu l-mandati tagħhom fi klima ta’ rispett u fehim reċiproċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>	Jikkundanna bil-qawwa l-fastidju u l-intimidazzjoni li għalihom ġew soġġetti l-membri uffiċjali tad-Delegazzjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet matul iż-żjara tagħhom ta’ tiftix tal-fatti f’Barċellona mit-18 sal-20 ta’ Diċembru 2023, bl-għan li jivvalutaw <STRING ITALIC="on">in situ</STRING> l-mudell ta’ immersjoni lingwistika fil-Katalonja, l-effetti tiegħu fuq il-familji li jiċċaqilqu lejn il-Komunità Awtonoma u li jirrisjedu fiha, kif ukoll fuq il-multilingwiżmu u n-nondiskriminazzjoni u l-prinċipju tal-istat tad-dritt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jiddispjaċih li l-awtoritajiet edukattivi kompetenti fir-reġjun ma implimentawx ir-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet fir-rapport tiegħu tad-19 ta’ Marzu 2024 wara l-missjoni, li kellhom l-għan li jipproteġu d-drittijiet lingwistiċi tal-istudenti u tal-familji tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Ifakkar li l-bażi tad-data e-Petizzjoni hija għodda interna essenzjali li tippermetti lill-membri tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet jaċċessaw l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex isegwu s-sitwazzjoni attwali ta’ kull petizzjoni u jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar it-trattament tal-petizzjonijiet; jinnota li l-bażi tad-data e-Petizzjoni għandha wkoll rwol importanti fil-komunikazzjoni mal-petizzjonanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Ifakkar fl-impenn tal-Kummissjoni li toħloq għodda tal-IT interistituzzjonali, flimkien mal-Parlament, li permezz tagħha jiġu kondiviżi l-informazzjoni u d-dokumenti dwar l-azzjonijiet kollha ta’ segwitu meħuda rigward il-petizzjonijiet, bħal proċeduri ta’ ksur, proposti leġiżlattivi jew tweġibiet mill-awtoritajiet nazzjonali, u b’hekk tissaħħaħ it-trasparenza u l-effiċjenza tat-trattament tal-petizzjonijiet, li, f’kuntest usa’, tali tisħiħ jikkontribwixxi biex tiżdied il-fiduċja taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet tal-UE u fil-proġett Ewropew;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Ifakkar li l-kooperazzjoni mal-kumitati l-oħra fil-Parlament hija essenzjali biex il-petizzjonijiet jiġu ttrattati b’mod komprensiv, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lill-petizzjonijiet dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, id-diversità tal-familji, il-ġustizzja ambjentali u d-drittijiet lingwistiċi ta’ minoranzi; jinnota li fl-2023, intbagħtu 34 talba għal opinjoni (li jikkorrispondu għal 31 petizzjoni) u 223 talba għal informazzjoni lil kumitati oħra; jinnota li, sa tmiem l-2023, mill-34 opinjoni mitluba, ġew riċevuti biss 25 tweġiba (f’14-il każ ġiet ipprovduta opinjoni filwaqt li f’10 każijiet il-kumitat iddeċieda li ma jabbozzax opinjoni u f’erba’ okkażjonijiet ma ġiet ikkomunikata l-ebda deċiżjoni uffiċjali); ifakkar li l-petizzjonanti jiġu infurmati meta jkun hemm deċiżjoni li tintalab opinjoni minn kumitati oħra biex jiġu ttrattati l-petizzjonijiet tagħhom; jissottolinja li l-kumitati parlamentari għandhom iżidu l-isforzi tagħhom biex jikkontribwixxu b’mod attiv għall-eżami tal-petizzjonijiet billi jagħtu prova tal-għarfien espert tagħhom biex b’hekk il-Parlament ikun jista’ jwieġeb aktar malajr u b’mod aktar komprensiv għat-tħassib taċ-ċittadini;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jemmen li n-network tal-petizzjonijiet huwa għodda utli biex jiġi ffaċilitat is-segwitu għall-petizzjonijiet fil-ħidma parlamentari u leġiżlattiva; jinsab ċert li laqgħat regolari tan-network tal-petizzjonijiet huma kruċjali sabiex tiġi żgurata aktar viżibbiltà għall-attivitajiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet u fehim aħjar tal-ħidma u tal-missjoni tiegħu, kif ukoll biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni mal-kumitati parlamentari l-oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jissottolinja li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet esprima l-pożizzjoni tiegħu dwar kwistjonijiet importanti mqajma fil-petizzjonijiet billi adotta r-rapport tiegħu dwar ir-riżultat tad-deliberazzjonijiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet matul l-2022<FOOTNOTE><FIELD> Adottat mill-Parlament bħala r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Novembru 2023 dwar ir-riżultat tad-deliberazzjonijiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet matul is-sena 2022, ĠU C, C/2024/4220, 24.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4220/oj.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jenfasizza tnaqqis żgħir fl-għadd ta’ petizzjonijiet imressqa dwar kwistjonijiet ta’ relazzjonijiet esterni meta mqabbla mal-2022; jinnota li dan jista’ jiġi spjegat mill-kuntest ġeopolitiku l-ġdid fl-2023 u b’mod partikolari tnaqqis fl-għadd ta’ petizzjonijiet dwar il-gwerra fl-Ukrajna u żieda sinifikanti fil-petizzjonijiet li jittrattaw il-kunflitti l-ġodda fil-Lvant Nofsani; jinnota li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet qies it-tħassib taċ-ċittadini dwar is-sanzjonijiet, is-sigurtà, ir-riżoluzzjoni tal-kunflitti, il-politika dwar il-viżi, il-progress tal-pajjiżi kandidati tal-UE, fost kwistjonijiet oħra, billi inkluda fl-aġenda tiegħu għadd ta’ petizzjonijiet li jittrattaw b’mod partikolari kwistjonijiet relatati mas-sitwazzjoni tar-rifuġjati, b’mod partikolari tat-tfal u dwar is-sitwazzjoni tar-rifuġjati Venezwelani fl-UE; jirrikonoxxi l-isforzi tal-kumitati li diġà jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet b’mod attiv u jenfasizza li l-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern għandhom jieħdu nota ta’ dawn il-petizzjonijiet fid-deliberazzjonijiet tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jinnota li s-saħħa, li kienet waħda mill-oqsma ewlenin ta’ tħassib għall-petizzjonanti fl-2022, deher li baqa’ jkollha rwol importanti fl-2023; jinnota, b’mod partikolari, li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet eżamina u ddiskuta petizzjonijiet dwar il-projbizzjoni ta’ sustanzi kimiċi u metalli tqal fil-ġugarelli tat-tfal, dwar l-appoġġ għal sistemi tal-ikel u stili ta’ ħajja tajbin għas-saħħa u ekoloġiċi u dwar l-implimentazzjoni tar-regolamenti tal-UE dwar iz-zokkor miżjud f’ikel maħsub għat-trabi u għat-tfal żgħar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jiġbed l-attenzjoni għall-għadd sinifikanti ta’ petizzjonijiet li tressqu u ġew diskussi b’rabta mat-tħassib taċ-ċittadini dwar l-introduzzjoni mill-ġdid tal-verifiki fil-fruntieri bejn xi Stati Membri li jqajmu l-aspett problematiku tal-limitazzjoni tal-moviment liberu tal-persuni fl-UE u aspetti oħra bħall-punti b’saħħithom u d-dgħufijiet tal-estensjoni taż-żona Schengen; ifakkar li l-Istati Membri jistgħu jintroduċu mill-ġdid il-kontrolli fuq il-fruntieri interni<FOOTNOTE><FIELD> L-Artikoli 25 sa 30 tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/399/oj).</FIELD></FOOTNOTE> f’każ ta’ theddida serja għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna, jew f’ċirkostanzi eċċezzjonali li jheddu l-funzjonament ġenerali taż-żona Schengen; japprezza r-rwol sinifikanti li għandu l-Kumitat għall-Petizzjonijiet, b’mod partikolari l-għadd kbir ta’ attivitajiet li wettaq, l-adozzjoni fil-kumitat ta’ mozzjoni qasira għal riżoluzzjoni dwar l-adeżjoni maż-żona Schengen fis-27 ta’ Ġunju 2023 u r-riżoluzzjoni relatata tal-Parlament, biex jingħata appoġġ qawwi għat-tkabbir taż-żona Schengen biex tinkludi lir-Rumanija u lill-Bulgarija fl-organizzazzjoni tas-smigħ pubbliku dwar il-Fruntieri ta’ Schengen fit-18 ta’ Lulju 2023 flimkien mal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern; jilqa’ d-deċiżjoni unanima tal-Kunsill għas-sħubija sħiħa taż-żewġ pajjiżi fiż-żona Schengen mill-1 ta’ Jannar 2025 li tippermetti l-eżerċizzju sħiħ tal-libertajiet fundamentali tas-Suq Uniku tal-UE; jenfasizza li d-deċiżjoni li Stati Membri ma tħallewx jingħaqdu maż-żona Schengen minkejja li kienu jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha neċessarji kienet waħda diskriminatorja li ma kellhiex ġustifikazzjoni legali u affettwat b’mod sever ħafna liċ-ċittadini tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>	Jieħu nota taż-żieda f’daqqa fil-petizzjonijiet ta’ oriġini Spanjola fit-tieni nofs tal-2023 dwar ir-riskji għall-istat tad-dritt fi Spanja bħala riżultat tal-intenzjoni tal-Gvern Spanjol li jadotta Liġi dwar l-Amnestija li tmur kontra d-dritt kostituzzjonali u dak Ewropew; jiddeplora l-attakki fuq l-istat tad-dritt u s-separazzjoni tas-setgħat imwettqa mill-Gvern Spanjol;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jissottolinja l-ħidma tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet b’rabta mal-petizzjonijiet relatati ma’ regoli komuni dwar standard uniku għad-dimensjonijiet tal-bagalji tal-idejn, filwaqt li jenfasizza t-tħassib taċ-ċittadini dwar l-inkonvenjent u l-iskumdità kkawżati minn regoli inkonsistenti dwar il-bagalji tal-kabina tal-linji tal-ajru u l-kostijiet moħbija li jirriżultaw; jenfasizza l-appell tiegħu għal konformità ma’ deċiżjoni rilevanti tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fil-kuntest tar-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-servizzi tal-ajru; jirrimarka, f’dan ir-rigward, fuq il-mozzjoni qasira għal riżoluzzjoni dwar id-dimensjonijiet standardizzati għall-bagalji tal-kabina adottata mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet fl-20 ta’ Settembru 2023 segwita mill-adozzjoni ta’ riżoluzzjoni b’vot uniku tal-Parlament Ewropew fl-4 ta’ Ottubru 2023; jilqa’ l-fatt li f’Novembru 2023, il-Kummissjoni ressqet rieżami tal-qafas tad-drittijiet tal-passiġġieri u sensiela ta’ proposti mfassla biex itejbu l-esperjenza tal-passiġġieri u tal-vjaġġaturi, inkluż ir-rekwiżit ta’ għadd limitat ta’ daqsijiet u ta’ piżijiet komuni biex titnaqqas il-konfużjoni; jinnota b’dispjaċir li l-passiġġieri b’diżabbiltà għadhom qed jiffaċċjaw wisq ostakli waqt l-ivvjaġġar, speċjalment fil-każ ta’ vjaġġi multimodali; jiddispjaċih dwar il-fatt li s-sistemi tat-trasport pubbliku ta’ ħafna Stati Membri ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà (UNCRPD);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jinnota li l-kwistjonijiet ambjentali baqgħu qasam ta’ tħassib serju għall-petizzjonanti fl-2023, b’aktar minn 21 % tal-petizzjonijiet iddedikati għal kwistjonijiet ambjentali; jesprimi dispjaċir għall-fatt li xi wħud minn dawn il-petizzjonijiet allegaw implimentazzjoni skorretta tal-leġiżlazzjoni tal-UE mill-Istati Membri, u xi Stati Membri diġà qed jiffaċċjaw proċeduri ta’ ksur għall-ksur tal-liġijiet ambjentali tal-UE; jinnota li ħafna petizzjonijiet jiddeskrivu lmenti dwar il-kwalità tal-arja, it-tniġġis akustiku, il-ġestjoni/it-trattament tal-iskart, id-deterjorament tal-ekosistemi naturali u l-ksur tad-Direttiva dwar il-Ħabitats fi Stati Membri differenti; jenfasizza s-seduta ta’ smigħ pubbliku dwar l-istat tal-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Ħabitats organizzata fl-24 ta’ Mejju 2023; jinnota l-ħidma li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet kompla jwettaq fl-2023 dwar l-impatt tat-tibdil fil-klima f’oqsma differenti, mhux biss fil-qasam ambjentali, iżda wkoll fl-użu tal-art, billi inkluda għadd ta’ petizzjonijiet riċevuti dwar dawn is-suġġetti fl-aġenda; jirrimarka rigward il-workshop dwar l-impatt tat-tibdil fil-klima fuq is-sigurtà soċjali u l-aktar gruppi vulnerabbli organizzat fit-22 ta’ Marzu 2023 kif ukoll il-preżentazzjoni tal-istudju dwar il-kumpens għall-vittmi tad-diżastri relatati mat-tibdil fil-klima fit-18 ta’ Lulju 2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jiġbed l-attenzjoni għall-workshop organizzat mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet fil-25 ta’ Jannar 2023 dwar it-trasparenza tal-ipprezzar u r-rimborż tal-prodotti mediċinali, li ddiskuta t-trasparenza mill-perspettivi tal-pazjenti u tal-konsumaturi, il-produtturi tal-prodotti mediċinali u r-riċerka akkademika; jinnota li d-diskussjonijiet iffukaw fuq il-kostijiet tar-riċerka u l-iżvilupp tal-kumpaniji u fuq l-informazzjoni disponibbli dwar il-prezzijiet imħallsa għall-mediċini, filwaqt li ssottolinjaw l-importanza tat-trasparenza dwar dawn il-kwistjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li jiġu ssodisfati l-aspettattivi taċ-ċittadini tal-UE rigward il-protezzjoni tal-ambjent, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, flimkien mal-Istati Membri, tiżgura l-implimentazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni tal-UE fil-qasam ambjentali, b’mod partikolari fil-qasam tal-qtugħ illegali tas-siġar għall-injam; jiġbed l-attenzjoni għall-petizzjonijiet dwar kwistjonijiet ambjentali, li jirriflettu tħassib pubbliku dejjem jikber dwar l-implikazzjonijiet tat-tibdil fil-klima, li jirrikjedu infurzar konsistenti tal-leġiżlazzjoni ambjentali eżistenti tal-UE kemm mill-Kummissjoni kif ukoll mill-Istati Membri; jisħaq li l-indirizzar tal-aspettattivi taċ-ċittadini tal-UE rigward il-protezzjoni tal-ambjent għandu jitqies importanti daqs meta jittieħed kont tar-realtajiet ekonomiċi ta’ kull Stat Membru; jissottolinja li regolamenti eċċessivi jkollhom impatt negattiv fuq l-ekonomiji emerġenti; jenfasizza, għalhekk, li kull Stat Membru għandu jitħalla jieħu deċiżjonijiet dwar il-proċess ta’ tranżizzjoni tiegħu u li l-leġiżlazzjoni ambjentali ma għandhiex tfixkel il-kompetittività ekonomika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>	Jirrikonoxxi l-effetti pożittivi taż-żjara ta’ tiftix tal-fatti fir-Rumanija mill-15 sat-18 ta’ Mejju 2023 dwar il-ġestjoni u l-protezzjoni tal-popolazzjoni tal-ors kannella; jinnota b’dispjaċir, madankollu, li għad hemm wisq aċċidenti fatali kkawżati minn orsijiet kannella b’rabta mal-bnedmin u mal-bhejjem, li jagħmlu meħtieġa aktar monitoraġġ u kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali; jissottolinja li l-protezzjoni tal-ħajja umana u s-sigurtà għandhom dejjem ikunu l-prijorità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>	Wara ż-żjara ta’ tiftix tal-fatti fir-Rumanija, jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ bilanċ bejn il-protezzjoni tal-organiżmi selvaġġi u s-sikurezza taċ-ċittadini; jissottolinja li kull Stat Membru għandu jitħalla jieħu miżuri, inkluż il-kontroll tal-popolazzjoni tal-ispeċijiet, sabiex jipprevjeni t-theddid għall-ħajja u għall-proprjetà taċ-ċittadini tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jisħaq fuq l-impenn tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet li jipproteġi d-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà; ifakkar fil-workshop annwali organizzat mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet fid-29 ta’ Novembru 2023 dwar id-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà; ifakkar li l-ewwel parti tiegħu ffukat fuq kif il-persuni b’diżabbiltà ffaċċjaw il-kriżijiet reċenti (il-kostijiet tal-enerġija, il-gwerra, l-inflazzjoni għolja, eċċ.) u kif il-miżuri tal-UE għenu biex jingħelbu dawn l-ostakli filwaqt li t-tieni parti indirizzat il-kwistjoni ta’ kif l-istituzzjonijiet Ewropej bnew komunikazzjoni inklużiva maċ-ċittadini b’diżabbiltà; jenfasizza wkoll, f’dan il-kuntest, il-fatt li l-Kumitat adotta opinjoni fil-forma ta’ ittra dwar l-istabbiliment tal-Kard Ewropea tad-Diżabbiltà u tal-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabbiltà fid-29 ta’ Novembru 2023; jisħaq li l-aċċess għall-benefiċċji tas-sigurtà soċjali għall-persuni b’diżabbiltà jaqa’ taħt ir-responsabbiltà nazzjonali u taħt l-iskemi ta’ koordinazzjoni soċjali, u li t-tilwim għandu jiġi indirizzat ukoll permezz tal-mekkaniżmi ġudizzjarji fis-seħħ u rrispettat minnhom u l-kompetenzi tagħhom permezz tal-obbligu tal-eżawriment tar-rimedji legali, aktar milli permezz tal-intervent dirett mill-Kummissjoni, fir-rigward tal-prinċipju tas-sussidjarjetà; jissottolinja wkoll f’dan il-kuntest il-ħtieġa imperattiva għal traspożizzjoni sħiħa u konsistenti tal-Att Ewropew dwar l-Aċċessibbiltà u jistieden lill-Istati Membri jevitaw aktar dewmien li jxekkel id-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà; ifakkar li l-Att Ewropew dwar l-Aċċessibbiltà għandu l-għan li jtejjeb il-ħajja ta’ mill-anqas 87 miljun persuna b’diżabbiltà, filwaqt li jiffaċilita l-aċċess tagħhom, fost affarijiet oħra, għat-trasport pubbliku, għas-servizzi bankarji, għall-kompjuters, għat-televiżjoni, għall-kotba elettroniċi u għall-ħwienet online;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jisħaq fuq il-kontribut importanti li sar mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet favur il-protezzjoni tad-drittijiet ta’ persuni b’diżabbiltà, kif muri mit-trattament tiegħu ta’ għadd ta’ petizzjonijiet dwar dan is-suġġett sensittiv; jirrikonoxxi, f’dan il-kuntest, l-isforzi tas-servizzi tal-Parlament u jinnota li mhux biss trid tinstab l-aħjar soluzzjoni teknika iżda s-soluzzjoni l-aktar aċċessibbli għaċ-ċittadini torox sabiex jikkomunikaw magħhom bil-lingwa materna tagħhom stess, bil-lingwi tas-sinjali nazzjonali; jitlob il-modifika tar-Regoli ta’ Proċedura f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (AFCO) sabiex tiġi eliminata l-komunikazzjoni esklużivament bil-miktub obbligatorja maċ-ċittadini li huma utenti tal-lingwa tas-sinjali, torox jew neqsin mis-smigħ sabiex, fuq talba tagħhom, ikunu jistgħu jużaw il-lingwa tas-sinjali tagħhom matul il-proċedura; jenfasizza wkoll, f’dan il-kuntest, il-fatt li l-Kumitat adotta opinjoni fil-forma ta’ ittra dwar l-istabbiliment tal-Kard Ewropea tad-Diżabbiltà u tal-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabbiltà fid-29 ta’ Novembru 2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jissottolinja, barra minn hekk, ir-rwol speċifiku ta’ protezzjoni li għandu l-Kumitat għall-Petizzjonijiet fi ħdan l-UE, fil-qafas tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà, fil-kapaċità tiegħu li jisma’ l-petizzjonijiet, u jenfasizza l-ħidma importanti li għaddejja bħalissa tal-kumitat fuq petizzjonijiet li jikkonċernaw kwistjonijiet relatati mad-diżabbiltà; filwaqt li jinnota tnaqqis żgħir ħafna fl-għadd ta’ petizzjonijiet dwar id-diżabbiltà fl-2023 meta mqabbel mal-2022, jisħaq li l-għadd kważi rdoppja meta mqabbel mal-2021; jirrimarka wkoll li d-diskriminazzjoni u l-aċċess għat-trasport pubbliku u għall-impjiegi, għadhom sfidi kbar li l-persuni b’diżabbiltà jiffaċċjaw u jenfasizza l-attenzjoni speċjali tal-Kumitat għat-talba biex l-Istatut Ewropew tad-Diżabbiltà jirrikonoxxi d-drittijiet tal-persuni bl-awtiżmu; jilqa’ l-adozzjoni ta’ mozzjoni qasira għal riżoluzzjoni dwar l-armonizzazzjoni tad-drittijiet tal-persuni bl-awtiżmu, filwaqt li jenfasizza l-ħtieġa li jittejjeb l-aċċess għad-dijanjożi, il-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni, l-impjiegi, l-aċċessibbiltà u l-forniment ta’ akkomodazzjoni raġonevoli, il-kapaċità legali, u l-appoġġ komunitarju tul il-ħajja inkluż fir-rigward tal-kultura u l-isport; jiġbed l-attenzjoni, barra minn hekk, għar-rwol partikolari tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet fis-salvagwardja tad-drittijiet tat-tfal u tal-ġenituri tagħhom, filwaqt li jirrikonoxxi għadd kbir ta’ petizzjonijiet riċevuti dwar id-drittijiet tat-tfal, li jeħtieġu attenzjoni u azzjoni speċjali; ifakkar, f’dan il-kuntest, fid-dispożizzjonijiet tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, b’mod partikolari l-Artikolu 24 tagħha dwar id-drittijiet tat-tfal, biex kull tifel u tifla jkunu jistgħu jżommu relazzjoni personali u kuntatt dirett maż-żewġ ġenituri tagħhom, sakemm dan ma jmurx kontra l-interessi tat-tfal; itenni wkoll ir-riskju li l-familji bi tfal awtistiċi jkunu fil-mira ta’ offerti ta’ terapiji u interventi mhux ippruvati, potenzjalment ta’ ħsara u illegali li jistgħu jirriżultaw f’abbuż fiżiku serju tat-tfal;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Ifakkar fil-fatt li r-relazzjonijiet mal-Ombudsman Ewropew jirrappreżentaw waħda mir-responsabbiltajiet ikkonferiti lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet mir-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament; jilqa’ l-kooperazzjoni kostruttiva tal-Parlament mal-Ombudsman Ewropew, li magħha l-Kumitat għall-Petizzjonijiet jikkondividi l-objettivi li jiġu żgurati t-trasparenza, il-professjonaliżmu u l-integrità tal-istituzzjonijiet tal-UE fil-konfront taċ-ċittadini Ewropej, kif ukoll l-involviment tiegħu fin-Network Ewropew tal-Ombudsmen; jisħaq fuq il-ħtieġa li tiżdied il-kooperazzjoni mal-Ombudsman Ewropew sabiex jiġi żgurat rispons rapidu, imparzjali u trasparenti għall-ilmenti taċ-ċittadini dwar kwalunkwe funzjonament amministrattiv ħażin fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>	Jissottolinja l-ħidma ewlenija mwettqa mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema; jissottolinja li diversi petizzjonijiet riċevuti f’dan il-qasam ġew segwiti b’azzjonijiet ulterjuri, bħad-dibattitu dwar l-użu ta’ kuntratti b’terminu fiss, kif ukoll dik dwar l-inizjattiva, li saret petizzjoni, taċ-Ċittadini Ewropej “Ħwejjeġ Tajbin, Ħlas Ġust” li tiffoka fuq is-sitwazzjoni ta’ ħsara tal-ħaddiema fl-industrija globali tal-ħwejjeġ u taż-żraben, jew il-Mistoqsija Parlamentari għal Tweġiba Orali dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-għalliema fl-Unjoni Ewropea, li għandha wkoll bħala l-bażi tagħha petizzjoni riċevuta dwar dan is-suġġett; itenni l-importanza li jiġu żgurati kundizzjonijiet tax-xogħol ekwi u protezzjoni akbar għall-ħaddiema fl-UE, filwaqt li jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jindirizzaw b’mod effettiv it-tħassib imqajjem fil-petizzjonijiet relatati mad-drittijiet tal-ħaddiema u mat-trade unions;<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"> </STRING></STRING>
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>	Ifakkar fl-istudju tal-Parlament Ewropew dwar il-Kundizzjoni ta’ Persuni Mingħajr Dar fl-UE li ġie kkummissjonat mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet u ppreżentat fil-laqgħa tiegħu f’Novembru 2023; jinnota li dan l-istudju għamel kontribut importanti dwar din l-isfida soċjali u ekonomika urġenti, li tirrappreżenta waħda mill-aktar forom severi ta’ esklużjoni soċjetali, filwaqt li enfasizza l-ħtieġa ta’ bidla fil-politika pubblika lejn il-prevenzjoni tal-kundizzjoni ta’ persuni mingħajr dar, fost l-oħrajn billi tiġi pprovduta akkomodazzjoni sigura u affordabbli; ifakkar li l-okkupazzjoni illegali ta’ post ma tistax titqies bħala soluzzjoni għall-problema tal-kundizzjoni ta’ persuni mingħajr dar, peress li d-dritt għall-proprjetà huwa minqux fl-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE; jissottolinja li l-Istati Membri għandhom ifittxu soluzzjonijiet reali aktar milli jippromwovu l-okkupazzjoni illegali ta’ post, peress li l-politika tad-djar taqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jirrikonoxxi l-kontributi regolari tal-Ombudsman Ewropew għall-ħidma tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet matul is-sena; jemmen bis-sħiħ li l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni jeħtiġilhom jiżguraw segwitu konsistenti u effikaċi għar-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jisħaq li l-inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej (IĊE) jirrappreżentaw strument importanti għaċ-ċittadinanza attiva u għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku; jilqa’ d-diskussjoni f’xi laqgħat ta’ IĊE li ma rnexxewx<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">,</STRING></STRING> u li xi drabi ġew sussegwentement irriformulati bħala petizzjonijiet, li jagħtu liċ-ċittadini l-opportunità li jippreżentaw l-ideat tagħhom u li jorganizzaw dibattitu kostruttiv, filwaqt li jikkontribwixxu għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-proċessi demokratiċi tal-UE; jieħu nota tal-għadd sinifikanti ta’ IĊE ġodda reġistrati mill-Kummissjoni fl-2023, li juri li ċ-ċittadini qed jaħtfu l-opportunità li jużaw strumenti parteċipattivi biex isemmgħu leħinhom fil-proċessi ta’ tfassil ta’ politika u tal-liġijiet; jistieden lill-Kummissjoni tinvolvi ruħha aħjar maċ-ċittadini u tagħti segwitu adegwat lil IĊE li rnexxew; jilqa’ l-isforz importanti stabbilit biex jiġu organizzati, flimkien ma’ kumitati oħra, erba’ seduti ta’ smigħ pubbliku dwar IĊE li rnexxew, li ppermettew lill-organizzaturi jippreżentaw l-objettivi tal-inizjattiva u jikkollaboraw mal-Membri tal-Parlament Ewropew u mar-rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea; jissottolinja li l-impenn tal-Kummissjoni li twieġeb għall-IĊE validi huwa essenzjali biex tinżamm il-fiduċja taċ-ċittadini fl-IĊE bħala l-aktar strument sinifikanti għad-demokrazija parteċipattiva;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>	Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tqis kif xieraq ir-riżoluzzjonijiet parlamentari adottati dwar l-IĊE u ssaħħaħ l-involviment tagħha maċ-ċittadini, b’mod partikolari billi tiżgura segwitu xieraq u effettiv għal inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej ta’ suċċess, u b’hekk issaħħaħ il-proċess demokratiku u tiżgura li l-ilħna taċ-ċittadini jiġu riflessi b’mod adegwat fit-tfassil tal-politika tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jissottolinja li l-Portal tal-Petizzjonijiet huwa għodda essenzjali biex jiġi żgurat proċess tal-petizzjonijiet bla xkiel, effiċjenti u trasparenti; jilqa’, f’dan ir-rigward, it-titjib fir-rigward tal-protezzjoni tad-data u l-elementi tas-sigurtà li għamlu l-portal aktar faċli biex jintuża u sigur għaċ-ċittadini; jisħaq li jridu jitkomplew l-isforzi biex il-portal isir aktar aċċessibbli, inkluż li dan isir aktar aċċessibbli għall-utenti tal-lingwa tas-sinjali u għall-persuni b’diżabbiltà; jinnota li l-Portal tal-Petizzjonijiet kien wieħed mill-aktar siti web tal-Parlament Ewropew li żaruh nies, u b’hekk serva bħala l-ewwel punt ta’ kuntatt mal-Parlament għal ħafna ċittadini tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>	Ifakkar fid-dimensjoni Ewropea tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, li jista’ jiġi indirizzat miċ-ċittadini mis-27 Stat Membru kollha dwar kwistjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet tal-Unjoni; jemmen li l-Kumitat għandu responsabbiltà speċjali li jiddefendi din id-dimensjoni Ewropea u li juri l-valur miżjud tal-għaqda u tal-integrazzjoni Ewropea għaċ-ċittadini u jkompli jindirizza kwistjonijiet relatati mal-ksur tad-dritt tal-UE, kif ukoll il-lakuni u n-nuqqasijiet fid-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-UE eżistenti; jemmen li l-evitar f’waqtu ta’ petizzjonijiet b’kompetenzi nazzjonali ċari flimkien ma’ spjegazzjonijiet u struzzjonijiet komprensivi dwar modalitajiet ta’ azzjoni alternattivi, fejn ikun xieraq, jistgħu jikkontribwixxu għal approċċ kostruttiv u involviment akbar taċ-ċittadini; iqis, f’dan il-kuntest, li l-Parlament Ewropew għandu jżid l-isforzi tiegħu biex jippromwovi r-rwol u l-ħidma tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet tiegħu u jqajjem kuxjenza fost iċ-ċittadini kollha tal-UE dwar il-possibbiltà li tiġi indirizzata petizzjoni lill-Parlament Ewropew; ifakkar li minħabba ż-żmien limitat allokat għal-laqgħat tal-kumitat, il-biċċa l-kbira tal-petizzjonijiet jiġu ttrattati permezz ta’ proċedura bil-miktub; ifakkar, f’dan il-kuntest, li l-petizzjonijiet kollha riċevuti, inklużi dawk fil-qasam tal-affarijiet internazzjonali, għandhom jiġu ttrattati bit-trasparenza u l-imparzjalità meħtieġa; huwa tal-fehma li l-għażla tal-petizzjonijiet għal diskussjoni fil-kumitat għandha tirrifletti bilanċ ġeografiku u politiku tas-sottomissjonijiet riċevuti; jemmen, barra minn hekk, li għandu jinstab bilanċ ġeografiku anke meta jiġu organizzati ż-żjarat ta’ tiftix tal-fatti tal-kumitat, kull sena u matul kull mandat leġiżlattiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jilqa’ l-adozzjoni tal-mozzjoni qasira għal riżoluzzjoni dwar il-ħolqien ta’ Kapitali Ewropea tal-Kummerċ Lokali<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 214, 16.6.2023, p. 2.</FIELD></FOOTNOTE> fis-sessjoni plenarja ta’ Jannar 2023; jissottolinja li din il-kisba hija riżultat eċċellenti għall-Kumitat għall-Petizzjonijiet, filwaqt li jinnota li dan il-proġett ġie inkluż b’suċċess bħala azzjoni preparatorja fil-baġit tal-2024, b’baġit totali ta’ EUR 3 miljun; ifakkar li l-proġett biex tinħoloq Kapitali Ewropea tan-Negozji ż-Żgħar tal-Bejgħ bl-Imnut (ECSR) ġie ppreżentat uffiċjalment mill-Kummissjoni f’Barċellona f’Diċembru 2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni u r-rapport tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Ombudsman Ewropew, lill-gvernijiet tal-Istati Membri kif ukoll lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-kumitati għall-petizzjonijiet tagħhom u lill-ombudsmen nazzjonali tagħhom jew lil entitajiet simili kompetenti.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>