<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0120</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Drittijiet elettorali taċ-ċittadini mobbli tal-Unjoni fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0090/2025 - Rapporteur: Sven Simon)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2025 dwar l-abbozz għal direttiva tal-Kunsill li tistipula arranġamenti dettaljati għall-eżerċizzju tad-dritt tal-vot u tal-kandidatura fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew għaċ-ċittadini tal-Unjoni li joqogħdu fi Stat Membru li tiegħu ma jkunux ċittadini (riformulazzjoni) (09789/2024 – C10-0001/2024– 2021/0372(CNS))</STRING></TI><NOTE>(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni mill-ġdid – riformulazzjoni)</NOTE><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (09789/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2021)0732),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tal-14 ta' Frar 2023<FOOTNOTE><FIELD>ĠU C 283, 11.8.2023, p. 76.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 22(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta mill-ġdid lill-Parlament (C10-0001/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta’ Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta’ kitba mill-ġdid tal-atti legali<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ittra tat-8 ta’ Novembru 2022 tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali skont l-Artikolu 113(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 113, 84 u 86 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A10-0090/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta tal-Kummissjoni ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f’dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma’ dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Japprova l-abbozz tal-Kunsill kif adattat għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jesprimi dispjaċir kbir għall-fatt li l-Kunsill, filwaqt li formalment kien f’konformità mal-Artikolu 22(2) tat-TFUE, ma kien involut bl-ebda mod sinifikanti fis-sustanza tal-opinjoni tal-Parlament; jirrimarka li din il-prattika tindika xejra usa’ f’dawn l-aħħar snin, li l-Kunsill u l-Kunsill Ewropew jirrifjutaw li jikkooperaw b’mod kostruttiv u <STRING ITALIC="on">in bona fide</STRING> f’għadd ta’ proċeduri leġiżlattivi speċjali pendenti; ifakkar fir-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fir-rapport tiegħu tat-13 ta’ Diċembru 2023, u jtenni l-appelli tiegħu lill-Kunsill u lill-Kunsill Ewropew biex jikkollaboraw b’mod kostruttiv ħalli jinstabu soluzzjonijiet ta’ politika li jaħdmu fl-interess taċ-ċittadini Ewropej;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jitlob lill-Kunsill jerġa’ jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-abbozz tiegħu b’mod sustanzjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>