<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0122</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">It-tisħiħ taż-żoni rurali fl-UE permezz tal-politika ta' koeżjoni</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0092/2025 - Rapporteur: Denis Nesci)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2025 dwar it-tisħiħ taż-żoni rurali fl-UE permezz tal-politika ta’ koeżjoni (2024/2105(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Marzu 2024 bit-titolu “Il-viżjoni fit-tul għaż-żoni rurali tal-UE: il-kisbiet ewlenin u t-triq ’il quddiem” (COM(2024)0450),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Settembru 2022 dwar ir-reġjuni tal-fruntieri tal-UE: laboratorji ħajjin tal-integrazzjoni Ewropea<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 125, 5.4.2023, p. 114.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Mejju 2025 dwar id-disa’ rapport dwar il-koeżjoni ekonomika u soċjali<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2025)0098.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni tal-15 ta’ Marzu 2023 dwar “Miri u għodod għal Ewropa rurali intelliġenti”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 188, 30.5.2023, p. 14.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni tal-1 ta’ Diċembru 2022 dwar “Insaħħu l-appoġġ tal-politika ta’ koeżjoni għar-reġjuni bi żvantaġġi ġeografiċi u demografiċi” (l-Artikolu 174 tat-TFUE)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 79, 2.3.2023, p. 36.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 39, 174, 175 u 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/2093/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1119/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/2115/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 435, 6.12.2021, p. 187, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/2116/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1060/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/694 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Diġitali u jħassar id-Deċiżjoni (UE) 2015/2240<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 166, 11.5.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/694/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 240/2014 tas-7 ta’ Jannar 2014 dwar il-kodiċi tal-kondotta Ewropea dwar sħubija fil-qafas tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 74, 14.3.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2014/240/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Prinċipju 20 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali dwar l-aċċess għas-servizzi essenzjali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ April 2017 dwar in-nisa u r-rwol tagħhom fiż-żoni rurali<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 298, 23.8.2018, p. 14.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Marzu 2022 dwar ir-rwol tal-politika ta’ koeżjoni fil-promozzjoni ta’ trasformazzjoni innovattiva u intelliġenti kif ukoll tal-konnettività reġjonali tal-ICT<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 347, 9.9.2022, p. 37.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Diċembru 2022 dwar viżjoni fit-tul għaż-żoni rurali tal-UE – lejn żoni rurali aktar b’saħħithom, konnessi, reżiljenti u prosperi sal-2040<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 177, 17.05.2023, p. 35.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Novembru 2023 dwar l-isfruttar tat-talent fir-reġjuni tal-Ewropa<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/4225, 24.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4225/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Marzu 2024 dwar id-9a Rapport ta’ Koeżjoni (COM(2024)0149),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ġunju 2021 bit-titolu “Viżjoni fit-tul għaż-żoni rurali tal-UE – Lejn żoni u komunitajiet rurali aktar b’saħħithom, konnessi, reżiljenti u prosperużi sal-2040” (COM(2021)0345),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Frar 2025 bit-titolu “Viżjoni għall-Agrikoltura u għall-Ikel – Insawru flimkien settur tal-biedja u tal-ikel attraenti tal-UE għall-ġenerazzjonijiet futuri” (COM(2025)0075),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Mejju 2022 bit-titolu “Inpoġġu lin-nies l-ewwel, niżguraw tkabbir sostenibbli u inklużiv, nilliberaw il-potenzjal taż-żoni ultraperiferiċi tal-UE” (COM(2022)0198),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Marzu 2021 dwar il-pjan ta’ azzjoni għall-iżvilupp tal-produzzjoni organika (COM(2021)0141),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Ġunju 2020 dwar l-impatt tat-tibdil demografiku (COM(2020)0241),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Jannar 2021 dwar it-tixjiħ – Inrawmu solidarjetà u responsabbiltà bejn il-ġenerazzjonijiet (COM(2021)0050),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Mejju 2020 bit-titolu “Strateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent” (COM(2020)0381),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Mejju 2020 bit-titolu “Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 – Inreġġgħu n-natura lura f’ħajjitna” (COM(2020)0380),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Novembru 2021 bit-titolu “Strateġija tal-UE dwar il-ħamrija għall-2030 – Ingawdu l-benefiċċji ta’ ħamrija b’saħħitha għan-nies, l-ikel, in-natura u l-klima” (COM(2021)0699),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tar-Raħħala u ta’ Persuni Oħra li Jaħdmu f’Żoni Rurali, adottata mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem fit-28 ta’ Settembru 2018,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni Ġenerali Nru 34 (2016) tal-Kumitat tan-NU għall-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa dwar id-drittijiet tan-nisa rurali, adottata fis-7 ta’ Marzu 2016,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta’ Mejju 2022 dwar Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għall-Agrikoltura Organika<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 465, 6.12.2022, p. 22.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istudju kkummissjonat mill-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Parlament bit-titolu “The future of the European Farming Model: Socio-economic and territorial implications of the decline in the number of farms and farmers in the EU” (Il-futur tal-Mudell Ewropew tal-Biedja: L-implikazzjonijiet soċjoekonomiċi u territorjali tat-tnaqqis fl-għadd ta’ azjendi agrikoli u bdiewa fl-UE), ippubblikat mid-Dipartiment Tematiku għall-Politiki Strutturali u ta’ Koeżjoni f’April 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ Marzu 2022 dwar il-ħtieġa ta’ pjan ta’ azzjoni urġenti tal-UE biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-ikel kemm fl-UE kif ukoll barra l-UE fid-dawl tal-invażjoni Russa tal-Ukrajna<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 361, 20.9.2022, p. 2.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta’ Ottubru 2018 dwar l-indirizzar tal-ħtiġijiet speċifiċi taż-żoni rurali, muntanjużi u remoti<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 11, 13.1.2020, p. 15.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Ġunju 2021 dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030: Inreġġgħu n-natura lura f’ħajjitna<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 67, 8.2.2022, p. 25.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni ta’ Awwissu 2019 bit-titolu “Evaluation of the impact of the CAP on generational renewal, local development and jobs in rural areas” (Evalwazzjoni tal-impatt tal-PAK fuq it-tiġdid ġenerazzjonali, l-iżvilupp lokali u l-impjiegi fiż-żoni rurali)<FOOTNOTE><FIELD> Kummissjoni Ewropea: Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, ADE s.a, CCRI, OIR, Micha, E. et al., Evaluation of the impact of the CAP on generational renewal, local development and jobs in rural areas – Final report, (Evalwazzjoni tal-impatt tal-PAK fuq it-tiġdid ġenerazzjonali, l-iżvilupp lokali u l-impjiegi fiż-żoni rurali – Rapport finali), Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, 2019, https://data.europa.eu/doi/10.2762/364362.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni tas-26 ta’ Jannar 2022 bit-titolu “Viżjoni fit-tul għaż-żoni rurali tal-UE”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 270, 13.7.2022, p. 18.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tad-19 ta’ Frar 2025 bit-titolu “Kif il-programmazzjoni tal-LEADER u tas-CLLD wara l-2027 tista’ tikkontribwixxi għal implimentazzjoni aħjar tal-viżjoni fit-tul għaż-żoni rurali tal-UE”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/1703, 26.3.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1703/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-23 ta’ Marzu 2022 bit-titolu “Viżjoni fit-tul għaż-żoni rurali tal-UE”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 290, 29.7.2022, p. 137.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Ottubru 2023 dwar it-tiġdid ġenerazzjonali fil-farms tal-futur tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/2658, 29.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2658/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Enrico Letta dwar il-futur tas-suq uniku, ippubblikat f’April 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istudju mitlub mill-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali tal-Parlament, bit-titolu “EU Cohesion Policy in non-urban areas” (Il-Politika ta’ Koeżjoni tal-UE fiż-żoni mhux urbani), ippubblikat mid-Dipartiment Tematiku għall-Politiki Strutturali u ta’ Koeżjoni f’Settembru 2020,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni dwar il-futur taż-żoni rurali u l-politika tal-iżvilupp rurali fl-Unjoni Ewropea, adottata mill-Grupp ta’ Koordinazzjoni tal-Patt Rurali fit-12 ta’ Diċembru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A10-0092/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, bħalissa, hemm 137 miljun ċittadin Ewropew – kważi wieħed minn kull tlieta – li qed jgħixu f’żoni rurali, li jirrappreżentaw madwar 83 % tat-territorju tal-UE; billi terz tal-popolazzjoni taż-żoni rurali jgħixu f’reġjun tal-fruntiera; billi 77 % tal-art użata għall-biedja (134 miljun ettaru) u 79 % tal-foresti (148 miljun ettaru) jinsabu f’żoni rurali;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi skont il-Eurostat, l-introjtu medju fiż-żoni rurali huwa 87,5 % tal-introjtu medju fiż-żoni urbani;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi għad hemm disparitajiet fil-finanzjament tal-politika ta’ koeżjoni bejn iż-żoni urbani u dawk rurali, fejn iż-żoni urbani jirċievu tliet darbiet aktar finanzjament ta’ koeżjoni miż-żoni rurali<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, <STRING ITALIC="on">Rapport Annwali tal-UE għall-2024 – L-Istat tar-Reġjuni u l-Bliet fl-Unjoni Ewropea</STRING>, 7 ta’ Ottubru 2024.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi mill-1991 ’il hawn, fiż-żoni rurali, l-metodu LEADER, li sussegwentement ġie kopert mill-istrument tal-politika tal-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità (CLLD) permezz ta’ gruppi ta’ azzjoni lokali (GAL), wera li jista’ jimmobilizza u jagħti s-setgħa lill-atturi lokali fuq il-bażi ta’ strateġiji innovattivi u mfassla apposta;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi ż-żoni rurali huma pedament tal-ekonomija Ewropea, fejn jgħixu ħafna “Champions Ewropej moħbija”, u huma integrali għad-diversità kulturali tal-Ewropa; billi dawn huma essenzjali għall-produzzjoni u s-sigurtà tal-ikel, u jservu ta’ gwardjani tal-pajsaġġi tagħna, tal-wirt rurali ħaj tagħna u tat-tradizzjonijiet soċjali u kulturali tagħna; billi dawn għandhom rwol ewlieni fil-promozzjoni tal-awtonomija strateġika tal-UE permezz tas-settur agrikolu, li jibqa’ prijorità strateġika tal-UE; billi ż-żoni rurali jissimbolizzaw ħafna mill-aspetti li jagħmlu lill-Ewropa attraenti u abitabbli;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-promozzjoni tal-lingwi minoritarji tista’ ssaħħaħ l-għarfien tal-ispeċifiċitajiet lokali, iżżid l-attrazzjoni turistika u trawwem l-attivitajiet ekonomiċi marbutin mal-kultura, mal-edukazzjoni, mal-ħila fis-snajja’ u mal-prodotti tradizzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-pandemija tal-COVID-19 ħarġet fid-dieher bidla fil-perċezzjoni fost il-pubbliku, li rrikonoxxa l-potenzjal taż-żoni rurali bħala soluzzjoni għall-isfidi li jinħolqu mill-kriżijiet billi jipprovdu ambjent ta’ għajxien aktar sikur, sostenibbli u affidabbli;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-fondi tal-politika ta’ koeżjoni waħedhom ma jistgħux iwieġbu għall-ħtiġijiet u l-isfidi li kulma jmur qed jiżdiedu li magħhom iħabbtu wiċċhom iż-żoni rurali fl-UE; billi jridu jiġu żgurati sinerġiji u komplementarjetajiet akbar ma’ politiki oħra tal-UE, b’mod partikolari mal-politika agrikola komuni (PAK), sabiex jiġi massimizzat l-impatt tal-investimenti fiż-żoni rurali, u jiġu avvanzati l-modernizzazzjoni tal-agrikoltura u l-iżvilupp tas-servizzi u l-infrastruttura essenzjali;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi aktar minn 40 % tal-art fiż-żoni rurali tintuża għall-agrikoltura, iżda, sfortunatament, il-kontribut tal-agrikoltura, tal-forestrija u tas-sajd għar-reġjuni rurali naqas, kemm mil-lat ekonomiku kif ukoll dak ta’ impjiegi, għal 12 % tal-impjiegi kollha u għal 4 % tal-valur miżjud gross;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-istudju tal-Parlament dwar il-futur tal-mudell Ewropew tal-biedja, jinnota li l-UE tista’ titlef 6,4 miljun farm sal-2040, li jirrappreżentaw tnaqqis minn 10,3 miljun fl-2016 għal 3,9 miljun;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi, f’konformità mal-Artikoli 174, 175 u 349 tat-TFUE, l-UE għandha l-għan li tnaqqas id-diverġenzi bejn il-livelli ta’ żvilupp tar-reġjuni varji u tikkoordina l-politiki tagħha, inkluż l-użu tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej sabiex tilħaq l-objettivi tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali b’attenzjoni partikolari liż-żoni rurali;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi r-reġjuni kollha jeħtiġilhom jibqgħu eliġibbli għall-finanzjament fil-politika ta’ koeżjoni futura, anke r-reġjuni b’saħħithom li jiffaċċjaw sfidi sinifikanti ta’ trasformazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-atturi reġjonali jifhmu b’mod aktar profond liema proġetti jenħtieġ li jingħataw prijorità għall-appoġġ permezz tal-fondi ta’ koeżjoni, filwaqt li jiżguraw li r-riżorsi jiġu allokati b’mod li jissodisfa bl-aħjar mod il-ħtiġijiet speċifiċi tat-territorji tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-fondi tal-politika ta’ koeżjoni għaż-żoni rurali jenħtieġ li jiġu ssimplifikati aktar bl-objettiv li jitnaqqsu il-piżijiet amministrattivi, mhux biss għall-benefiċjarji finali iżda wkoll għall-awtoritajiet rilevanti, u b’hekk jikkontribwixxu wkoll għal rati ta’ assorbiment akbar;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi ż-żoni rurali b’mod partikolari qed jiffaċċjaw sfidi demografiċi u strutturali, bħat-tixjiħ, it-tnaqqis fil-popolazzjoni, l-eżodu ta’ mħuħ, l-inugwaljanzi dejjem akbar bejn l-irġiel u n-nisa, id-disparitajiet maż-żoni urbani, il-bidliet strutturali fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija, il-konsegwenzi tad-diżastri naturali, iż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija u tat-trasport, in-nuqqas ta’ servizzi u infrastruttura, b’mod partikolari għall-persuni vulnerabbli u għall-persuni b’diżabilità, l-impatt ta’ dawn l-isfidi fuq il-livell tal-introjtu u fuq is-suq tax-xogħol, b’rata ogħla ta’ qgħad konsegwenti, u distakk diġitali persistentement kbir;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi l-isfidi demografiċi huma partikolarment akuti fil-popolazzjoni tal-biedja tal-UE, li fiha l-maġġoranza tal-bdiewa għandhom ’il fuq minn 50 sena;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi t-tisħiħ tal-koeżjoni fiż-żoni rurali jirrikjedi l-adozzjoni ta’ miżuri u inizjattivi mmirati biex jagħtu appoġġ lill-familji, anke billi ż-żgħażagħ u l-ġenituri jiġu megħjuna jibbilanċjaw il-ħajja tal-familja u dik professjonali, u b’hekk jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli ta’ dawk il-komunitajiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi ż-żoni rurali tal-Ewropa u l-bdiewa Ewropej diġà jaqdu rwol kruċjali fit-tranżizzjoni klimatika, peress li huwa huma li huma l-aktar affettwati mit-tibdil fil-klima kemm ekonomikament kif ukoll soċjalment, u billi bis-saħħa tal-isforzi tagħhom, uħud mill-impatti avversi tal-agrikoltura fuq l-ambjent tnaqqsu b’mod sinifikanti matul is-snin; billi s-settur agrikolu tal-UE naqqas b’mod sinifikanti l-emissjonijiet tiegħu ta’ gassijiet serra b’24 % bejn l-1990 u l-2021 u huwa responsabbli għal 72 % tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli u għandu 78 % tal-potenzjal mhux sfruttat;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi t-tibdil demografiku ma jikkonċernax lill-pajjiżi u lir-reġjuni kollha bl-istess mod, iżda għandu impatt akbar fuq ir-reġjuni anqas żviluppati, filwaqt li jaggrava l-inugwaljanzi soċjali u territorjali eżistenti; billi jridu jinstabu soluzzjonijiet għall-iżbilanċi reġjonali u għall-pass mhux indaqs tal-konverġenza bejn ir-reġjuni, li wħud minnhom għadhom maqbuda f’nassa tal-iżvilupp; billi r-reġjuni inqas żviluppati jeħtieġu attenzjoni u appoġġ partikolari, kif inhu l-każ taż-żoni rurali tal-UE u r-reġjuni ultraperiferiċi, minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi l-perċentwal globali tal-popolazzjoni li tgħix fiż-żoni rurali naqas b’mod sinifikanti fuq livell tal-UE matul dawn l-aħħar 50 sena, b’mod partikolari minħabba t-tixjiħ u l-emigrazzjoni; billi ż-żoni rurali għandhom l-ogħla perċentwal ta’ persuni li għandhom aktar minn 65 sena<FOOTNOTE><FIELD> SWD(2023)0021.</FIELD></FOOTNOTE>; billi, skont l-istimi, fl-2033, il-popolazzjoni taż-żoni rurali tal-Ewropa se tonqos bi 30 miljun persuna meta mqabbla mal-1993;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi n-nuqqas ta’ aċċess jew l-aċċess limitat għall-kura tas-saħħa, is-servizzi tal-ilma, l-akkommodazzjoni affordabbli, it-trasport, l-infrastruttura diġitali, l-edukazzjoni, is-servizzi finanzjarji u l-attivitajiet rikreattivi u kulturali jżidu l-perċezzjoni negattiva tar-reġjuni u, b’mod partikolari, taż-żoni rurali, ta’ mal-fruntieri, interni, transfruntiera, muntanjużi, insulari u ultraperiferiċi, bħala postijiet fejn wieħed jista’ jgħix u jaħdem, speċjalment għan-nisa, għaż-żgħażagħ, għall-popolazzjonijiet li qed jixjieħu u għall-minoranzi; billi ż-żoni transfruntiera huma partikolarment affettwati min-nuqqas ta’ konnettività reġjonali f’dawk li huma infrastruttura tat-trasport u dik diġitali; billi ż-żoni rurali huma affettwati ferm min-nuqqas ta’ opportunitajiet ta’ impjieg stabbli, fatt li jġiegħel liż-żgħażagħ, speċjalment lin-nisa, jemigraw;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi d-disponibbiltà u l-kwalità tal-ilma għandhom rwol kritiku fl-iżgurar ta’ għajxien rurali ekwu, sostenibbli u produttiv;
</CONS><CONS>
<NO.P>W.</NO.P>billi jenħtieġ li ssir enfasi akbar fuq miżuri preventivi biex tissaħħaħ ir-reżiljenza taż-żoni rurali tal-Ewropa għad-diżastri naturali. billi approċċ integrat għall-ġestjoni tar-riżorsi tal-ilma huwa essenzjali kemm għall-prevenzjoni tal-għargħar kif ukoll biex jiġu indirizzati n-nixfiet, b’mod partikolari permezz tal-użu koerenti tal-fondi tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>X.</NO.P>billi ż-żoni rurali, speċjalment fl-Ewropa tal-Lvant, tan-Nofsinhar u tal-Mediterran, huma l-aktar affettwati direttament mill-faqar enerġetiku u jiffaċċjaw sfidi speċifiċi relatati mad-deżertifikazzjoni, in-nirien fil-foresti, it-tibdil fil-klima u r-riskji asimmetriċi assoċjati miegħu, l-iskarsezza tar-riżorsi tal-ilma u l-infrastruttura dgħajfa, li jirrikjedu approċċ immirat fi ħdan il-politika ta’ koeżjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>Y.</NO.P>billi ż-żoni rurali jospitaw il-maġġoranza tal-bijodiversità tal-UE, iżda l-ħabitats u l-ispeċijiet protetti għadhom fi stat ħażin ta’ konżervazzjoni u qed ikomplu jonqsu bħala numru minħabba t-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni tal-kwalità tal-ħamrija u tal-ilma, b’impatt negattiv fuq ir-riżorsi naturali; billi t-telf tal-bijodiversità għandu konsegwenzi ekonomiċi severi għas-settur agrikolu u jaffettwa b’mod negattiv l-attraenza tat-turiżmu rurali;
</CONS><CONS>
<NO.P>Z.</NO.P>billi t-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa, id-diversifikazzjoni tal-ekonomija u l-espansjoni tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli jippreżentaw opportunitajiet sinifikanti għar-reġjuni rurali u inqas żviluppati, li jippermettulhom jisfruttaw ir-riżorsi naturali tagħhom u l-vantaġġi ġeografiċi tagħhom u jisfruttaw il-potenzjal sħiħ tagħhom għall-produzzjoni futura tal-enerġija rinnovabbli;
</CONS><CONS>
<NO.P>AA.</NO.P>billi dawn ir-reġjuni huma l-aktar milquta mid-depopolazzjoni, u li l-iktar li qed jitilqu minn dawn iż-żoni huma ż-żgħażagħ minħabba n-nuqqas ta’ xogħol u prospettivi ta’ karriera, li qed jikkontribwixxi b’mod attiv għall-fenomenu tal-eżodu rurali, u b’hekk qed iwassal għal żieda fl-għadd ta’ anzjani u għal riskju akbar ta’ iżolament soċjali;
</CONS><CONS>
<NO.P>AB.</NO.P>billi ż-żoni rurali għandhom l-akbar sehem (12,6 %) ta’ żgħażagħ bejn il-15 u d-29<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Rapport Annwali tal-UE għall-2024 – L-Istat tar-Reġjuni u l-Bliet fl-Unjoni Ewropea.</FIELD></FOOTNOTE> sena barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEETs);
</CONS><CONS>
<NO.P>AC.</NO.P>billi t-tiġdid ġenerazzjonali huwa wieħed mid-disa’ objettivi ewlenin tal-PAK;
</CONS><CONS>
<NO.P>AD.</NO.P>billi kuljum, fl-Ewropa kollha, qed jagħlqu azjendi agrikoli, tal-ħalib, tal-inbid u taż-żejt u ftit farms bħal dawn huma mmexxija minn bdiewa taħt l-età ta’ 35 sena; billi l-għanijiet ambizzjużi tat-tranżizzjoni ekoloġika jinvolvu opportunitajiet kif ukoll riskji għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, kif ukoll għall-agrikoltura Ewropea;
</CONS><CONS>
<NO.P>AE.</NO.P>billi l-mod li bih nipproduċu l-ikel sawwar ix-xenarji li jiddefinixxu l-Ewropa; billi żoni rurali dinamiċi jrawmu produzzjoni tal-ikel ta’ kwalità li min-naħa tagħha tappoġġja l-ekonomija tagħhom; billi t-tisħiħ mill-ġdid ta’ dawn ir-rabtiet bejn l-ikel u t-territorju u r-rivitalizzazzjoni taż-żoni rurali se jkunu essenzjali għall-futur tal-biedja fl-Ewropa;
</CONS><CONS>
<NO.P>AF.</NO.P>billi politika ta’ koeżjoni robusta hija essenzjali biex tiggarantixxi l-applikazzjoni effettiva tal-prinċipju tad-“dritt li wieħed jibqa’” fiż-żoni rurali, li jirrikjedi azzjoni fuq ħafna livelli, inkluż billi titrawwem l-istabbiltà ekonomika u tiġi pprevenuta d-depopolazzjoni; jisħaq li l-iżgurar tal-aċċess għal sett bażiku ta’ prodotti u ta’ servizzi pubbliċi għaċ-ċittadini kollha, speċjalment għaż-żgħażagħ, irrispettivament minn fejn jgħixu, huwa kruċjali; billi huwa meħtieġ, għal dan il-għan, li jiġi promoss investiment immirat fl-infrastruttura, is-servizzi, l-edukazzjoni u l-innovazzjoni;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jilqa’ r-rapport tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Marzu 2024 bit-titolu “Il-viżjoni fit-tul għaż-żoni rurali tal-UE: il-kisbiet ewlenin u t-triq ’il quddiem” u jaqbel mal-objettivi kumplessivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jieħu nota tal-erba’ oqsma ta’ azzjoni li jirfdu l-viżjoni rurali u tat-30 azzjoni li minnhom huwa magħmul il-pjan ta’ azzjoni rurali tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħtu importanza assoluta lill-implimentazzjoni tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jenfasizza r-rwol kruċjali li ż-żoni rurali għandhom fit-tiswir tal-mudelli ekonomiċi u tal-organizzazzjoni soċjali u territorjali tad-diversi Stati Membri, b’mod partikolari bħala l-benniena tal-produzzjoni agrikola u tal-ikel, iżda anke bħala kustodji ta’ wirt kulturali u tal-pajsaġġ insostitwibbli; jinnota, madankollu, li s-sinifikat tagħhom għadu mhux apprezzat biżżejjed u għadu qed jiġi ffinanzjat b’mod inadegwat; jemmen li huwa d-dmir tal-UE li timbotta biex ikun hemm qawmien mill-ġdid u riġenerazzjoni tassew ta’ dawn iż-żoni, billi tagħmel aktar sforzi biex tipprovdi liż-żoni rurali tagħna l-għodod adegwati biex jegħlbu l-isfidi konsiderevoli fit-tul li qed jiffaċċjaw u li qed ikollhom impatt dejjem ikbar fuq il-kompetittività reġjonali u l-koeżjoni soċjali, sabiex tiġi ppreżervata d-diversità Ewropea u jiġi żgurat li l-progress tal-Unjoni ma jsirx għad-detriment taż-żoni rurali u tal-popolazzjonijiet tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Iqis li huwa importanti li jiġu żviluppati ktajjen tal-provvista qosra u li jiġi promoss l-użu ta’ skemi tat-tikkettar sabiex jiġu rrikonoxxuti l-kwalità u l-varjetà tal-prodotti tradizzjonali miż-żoni rurali; jisħaq li l-canteens pubbliċi, bħall-canteens tal-iskejjel u tal-isptarijiet, jista’ jkollhom rwol sinifikanti fl-iżvilupp ta’ ktajjen tal-provvista agroalimentari qosra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jirrikonoxxi r-rwol ewlieni tal-bliet żgħar u ta’ daqs medju bħala ċentri ta’ żvilupp fir-reġjuni rurali u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu speċifikament il-funzjonijiet ekonomiċi, soċjali u infrastrutturali tagħhom, jagħtu ħajja ġdida liċ-ċentri tal-bliet, jutilizzaw aħjar is-sinerġiji bejn iż-żoni rurali u r-reġjuni metropolitani kbar, u jiżguraw żvilupp territorjali aktar bilanċjat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa urġenti ta’ miżuri sabiex jiġi miġġieled il-faqar fiż-żoni rurali billi jiġu żviluppati strateġiji mmirati biex tittejjeb is-sigurtà soċjali, jinħolqu l-opportunitajiet ekonomiċi, u jiġu appoġġjati l-popolazzjonijiet partikolarment vulnerabbli, sabiex jitkisser iċ-ċiklu tal-faqar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jisħaq li ż-żoni rurali huma atturi ewlenin fil-mitigazzjoni tal-effetti tat-tibdil fil-klima; jenfasizza l-ħtieġa li jsir aktar investiment fir-riċerka u fl-innovazzjoni għaż-żoni rurali, b’mod partikolari fl-oqsma tal-agrikoltura sostenibbli, tal-enerġija rinnovabbli, tat-trasformazzjoni diġitali, u tas-soluzzjonijiet innovattivi għall-mobilità, sabiex jissaħħu l-kompetittività u r-reżiljenza tar-reġjuni rurali u jinħolqu l-awtosuffiċjenza enerġetika u opportunitajiet ġodda ta’ impjieg; jinkoraġġixxi l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u l-prevenzjoni tan-nirien fil-foresti, anke billi jiġi promoss l-użu tal-bijomassa li tinġabar mingħajr ħsara għall-ekosistemi tal-foresti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jappella għall-espansjoni tal-enerġija rinnovabbli fiż-żoni rurali abbażi tal-potenzjal tagħhom li jnaqqsu l-kostijiet tal-enerġija bl-involviment tas-soċjetà ċivili u tal-komunitajiet lokali; jenfasizza l-ħtieġa ta’ inċentivi finanzjarji, miżuri bħall-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli u proċessi amministrattivi simplifikati biex tingħata spinta lill-indipendenza u s-sostenibbiltà tal-enerġija reġjonali filwaqt li jiġu evitati l-impatti negattivi minn fuq il-produzzjoni tal-ikel, id-disponibbiltà u l-prezzijiet tal-art, kif ukoll fuq il-koeżjoni soċjali; jitlob li jkun hemm mekkaniżmu ta’ finanzjament iddedikat għall-installazzjoni ta’ sorsi fotovoltajċi, eoliċi u sorsi oħra ta’ enerġija rinnovabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jappella għal aktar appoġġ għall-preservazzjoni, ir-restawr u l-konverżjoni tal-bini aktar qadim, inkluż bini storiku, knejjes u postijiet oħra ta’ qima, swali sportivi u skejjel fiż-żoni rurali biex jittejbu l-effiċjenza enerġetika, is-sostenibbiltà u s-sikurezza; iħeġġeġ l-investimenti fil-modernizzazzjoni tal-infrastruttura pubblika filwaqt li jiġu ppreservati l-istrutturi storiċi fejn possibbli; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu politiki mmirati li jappoġġjaw ir-rinnovazzjoni u l-modifika retroattiva effiċjenti fl-enerġija tal-akkomodazzjonijiet rurali, inċentivi finanzjarji għal dawk li jixtru dar rurali għall-ewwel darba, b’mod partikolari għaż-żgħażagħ u l-familji, u l-iżvilupp ta’ proġetti ta’ akkomodazzjoni sostenibbli u affordabbli adattati għall-ħtiġijiet tal-komunitajiet lokali li jikkontribwixxu għall-attraenza u r-rivitalizzazzjoni ta’ dawn ir-reġjuni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta u timplimenta bis-sħiħ l-Artikoli 174, 175 u 349 tat-TFUE biex telimina id-distakk fl-iżvilupp fost ir-reġjuni, inkluż fir-rigward tal-infrastruttura, u tara li l-politiki kollha tal-UE mhux biss japplikaw il-prinċipju “la tagħmilx ħsara lill-koeżjoni”, iżda wkoll li jsegwu approċċ aktar assertiv ta’ “ippromwovi l-koeżjoni” kull fejn ikun possibbli, b’mod partikolari fiż-żoni rurali u fiż-żoni partikolarment affettwati mit-tranżizzjoni industrijali, l-isfidi demografiċi u d-depopolazzjoni, u dawk li jinsabu fir-riskju ta’ depopolazzjoni, bħar-reġjuni ultraperiferiċi, il-gżejjer, ir-reġjuni tal-fruntiera, transfruntiera u muntanjużi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa strateġija rurali bil-ħsieb tal-programmazzjoni ta’ wara l-2027; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw l-inkorporazzjoni ta’ dimensjoni rurali fil-politiki rilevanti u jiżguraw li l-istrateġija tippromwovi l-iżvilupp ekonomiku u soċjali taż-żoni rurali u jallokaw riżorsi speċifiċi għall-modernizzazzjoni tal-agrikoltura, jappoġġjaw l-intrapriżi rurali żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) u dawk ġodda u jippromwovu l-ktajjen tal-provvista qosra sabiex iż-żoni rurali jsiru aktar konnessi, kompetittivi, reżiljenti u attraenti għaż-żgħażagħ u għall-investituri, u b’hekk jiġi żgurat żvilupp ibbilanċjat u sostenibbli fit-tul u tittejjeb il-kwalità tal-ħajja; jisħaq, f’dan ir-rigward, fuq l-importanza li jkun hemm mekkaniżmu ta’ verifika rurali li jkun verament effettiv fil-livell tal-UE sabiex jiġi vvalutat il-potenzjali tal-politiki rilevanti kollha u biex jiġi mtaffi kwalunkwe impatt negattiv possibbli li jista’ jkollhom fuq iż-żoni rurali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jenfasizza li sabiex tiġi żgurata l-prosperità fit-tul taż-żoni rurali u jingħata appoġġ lil settur agrikolu b’saħħtu sabiex iżomm din il-prosperità fiż-żoni rurali, huwa essenzjali li jissaħħu s-sinerġiji bejn il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment tal-UE u Orizzont Ewropa, il-programm emblematiku ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni tal-UE, u l-PAK fil-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) li jmiss;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta, sal-2027, rapport dwar l-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ verifika rurali għall-politiki u għall-interventi fil-livell tal-UE, kif ukoll ir-riżultati miksuba;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tagħti prijorità lill-investimenti ffukati u lill-miżuri ta’ politika biex jappoġġjaw it-tranżizzjoni lejn ġenerazzjoni ġdida ta’ bdiewa sabiex l-agrikoltura tal-UE tiġi mmodernizzata u jinħolqu aktar opportunitajiet fiż-żoni rurali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jenfasizza r-rwol kruċjali tal-politika ta’ koeżjoni għall-iżvilupp taż-żoni rurali bħala għodda b’saħħitha u deċentralizzata għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali, li tippermetti lir-reġjuni kollha jindirizzaw b’mod determinat dawn l-isfidi speċifiċi tal-Unjoni; jissottolinja f’dan ir-rigward li l-politika ta’ koeżjoni għandha tkompli tkun pilastru ewlieni tal-QFP wara l-2027, b’allokazzjoni li tinżamm f’livell limitu minimu ekwivalenti għal-livelli attwali tal-QFP 2021–2027, filwaqt li jiġi żgurat ir-rwol fundamentali tagħha fit-tnaqqis tad-disparitajiet reġjonali u fit-tiswir ta’ Ewropa aktar reżiljenti u kompetittiva li ma tħalli lil ħadd barra; jitlob li tiġi esplorata l-għażla li jiġu pprovduti riżorsi adegwati għaż-żoni rurali u muntanjużi fil-qafas tal-politika ta’ koeżjoni li jmiss u li l-PDG fil-livell reġjonali jiġi kkomplementat b’indikaturi oħra; ifakkar li l-prinċipji fundamentali tal-politika ta’ koeżjoni, bħas-sħubija, il-governanza f’diversi livelli, l-approċċ ibbażat fuq il-post u l-ġestjoni kondiviża, iridu jiġu rispettati sabiex jitrawwem l-iżvilupp u jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet u l-isfidi speċifiċi taż-żoni rurali b’enfasi partikolari fuq l-għodod li jappoġġjaw it-tkabbir u l-iżvilupp sostenibbli u l-impjieg taż-żgħażagħ u n-nisa, inkluż fost il-vittmi tal-vjolenza kontra n-nisa, u fuq it-titjib tas-servizzi u l-infrastruttura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jemmen li strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti u ta’ diversifikazzjoni ekonomika jistgħu jippromwovu aktar opportunitajiet f’iż-żoni rurali; jenfasizza, b’mod partikolari, l-importanza ewlenija li l-kunċett tal-irħula intelliġenti jiġi integrat fil-politika ta’ koeżjoni u li l-iżvilupp ta’ rħula intelliġenti jiġi appoġġjat b’mod espliċitu, b’finanzjament flessibbli u approċċ integrat, bħala għodda innovattiva għat-titjib tal-kwalità tal-ħajja u r-rivitalizzazzjoni taż-żoni rurali u s-servizzi permezz tal-innovazzjoni diġitali u soċjali u inizjattivi bħall-promozzjoni tal-ispazji tax-xogħol sabiex jiġu attirati l-ħaddiema, inklużi t-teleħaddiema, u biex jingħata kontribut għar-rivitalizzazzjoni tal-ekonomiji lokali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Iħeġġeġ inizjattivi li jippromwovu s-sostenibbiltà ekonomika u soċjali, inkluż l-appoġġ għall-intraprenditorija rurali, it-turiżmu rurali u mudelli kummerċjali ġodda bbażati fuq l-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li fil-politika ta’ koeżjoni futura titpoġġa enfasi qawwija u olistika fuq l-iżvilupp taż-żoni rurali, b’tali mod li l-inizjattivi ta’ politika kollha jkunu konsistenti mal-għan li jitnaqqsu d-disparitajiet territorjali; iqis li huwa essenzjali li jiġu definiti strateġiji fit-tul li jkunu kapaċi jappoġġjaw iż-żoni rurali, b’enfasi fuq il-prinċipju tal-koeżjoni u tas-sostenibbiltà u li jipprovdu l-istrumenti meħtieġa biex jiġu indirizzati l-isfidi demografiċi, soċjali u ekonomiċi sabiex jiġi żgurat li dawn iż-żoni ma jsirux postijiet abbandunati, iżda jkunu jistgħu jsiru protagonisti tal-futur tal-Ewropa, mingħajr ma jkollhom jiddependu kontinwament minn interventi straordinarji; jistieden, f’dan ir-rigward, lill-Kummissjoni tappoġġja l-iżvilupp sinifikanti taż-żoni rurali fil-politika ta’ koeżjoni futura, u timpenja ruħha li tistabbilixxi punti lokali ta’ informazzjoni u toffri pjattaforma u appoġġ finanzjarju biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jiskambjaw l-informazzjoni u l-aħjar prattika dwar il-possibbiltajiet ta’ finanzjament, bl-għan li l-awtoritajiet lokali jingħataw appoġġ u assistenza effettivi fil-ġestjoni tar-riżorsi u fl-implimentazzjoni tal-inizjattivi ta’ żvilupp; jenfasizza, barra minn hekk, li l-parteċipazzjoni effettiva tal-awtoritajiet reġjonali, lokali u rurali u kapaċità amministrattiva b’saħħitha huma kruċjali biex jitnaqqsu l-piż amministrattiv eċċessiv u r-rekwiżiti kumplessi għar-riċevituri u għall-eżekuzzjoni effettiva tal-fondi tal-politika ta’ koeżjoni; jenfasizza li l-finanzjament multiplu għadu jidher diffiċli f’xi pajjiżi u jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-komplementarjetajiet bejn il-FAEŻR u l-fondi tal-politika ta’ koeżjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ strateġija Ewropea integrata għall-għoti ta’ ħajja ġdida liż-żoni rurali, inkluż permezz tal-iżvilupp ta’ biodistretti, filwaqt li tirrikonoxxi l-potenzjal tagħhom li jiddiversifikaw l-ekonomija rurali billi timmira lejn miżuri fiskali, ekonomiċi u soċjali biex tibqa’ tinżamm il-popolazzjoni attiva; jenfasizza wkoll il-valur tal-introduzzjoni ta’ inċentivi għar-rilokazzjoni ta’ professjonisti fl-oqsma tas-saħħa, tal-edukazzjoni u tal-amministrazzjoni pubblika, kif ukoll l-importanza tas-sħubijiet bejn l-awtoritajiet lokali u s-settur privat għall-ħolqien ta’ impjiegi ġodda;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jissottolinja li l-espansjoni tal-pjanijiet ta’ investiment territorjali integrat (ITI) u l-isfruttar tal-potenzjal sħiħ tagħhom jistgħu jagħmluhom fundamentali għall-iżvilupp reġjonali, lokali u rurali integrat; jenfasizza li t-tisħiħ tar-rwol tal-ITIs fiż-żoni rurali huwa essenzjali biex titrawwem il-koeżjoni territorjali, titjieb il-konnettività, u jiġi xprunat it-tkabbir ekonomiku inklużiv billi jiġu appoġġjati setturi ewlenin bħall-agrikoltura, l-SMEs rurali, it-turiżmu, u l-enerġija rinnovabbli; jappella, barra minn hekk, għal flessibbiltà akbar fl-implimentazzjoni tal-ITI u għal aktar allokazzjonijiet finanzjarji u sinerġiji msaħħa ma’ mekkaniżmi oħra ta’ finanzjament tal-UE, inklużi l-programm LEADER u s-CLLD, l-istrumenti ewlenin għat-trawwim ta’ żvilupp rurali parteċipattiv minn isfel għal fuq u għaż-żamma u r-restawr ta’ ekonomiji rurali lokali ħajjin u b’saħħithom, biex jiġi massimizzat l-impatt u jiġu involuti b’mod attiv l-awtoritajiet lokali u reġjonali u s-soċjetà ċivili f’konformità mal-prinċipju tas-sħubija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jissuġġerixxi li d-Direttorati Ġenerali rilevanti kollha tal-Kummissjoni jwettqu valutazzjoni tal-impatt territorjali tal-politiki rispettivi tagħhom mill-anqas darbtejn kull perjodu ta’ programmazzjoni; jemmen li dawn l-evalwazzjonijiet jistabbilixxu linja bażi aktar preċiża u jidentifikaw modi kif il-karatteristiċi taż-żoni rurali jiġu integrati fil-politiki Ewropej b’mod aktar effettiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jagħmlu użu sħiħ mill-miżuri kollha li jappoġġjaw ir-reġjuni rurali, interni, muntanjużi, insulari u ultraperiferiċi, kif ukoll ir-reġjuni transfruntiera u l-fruntieri esterni tal-UE, inklużi dawk bi fruntieri mar-Russja, il-Belarussja u l-Ukrajna li huma l-aktar affettwati mill-gwerra, biex itaffu t-tfixkil ekonomiku u jiżguraw il-futur u l-prosperità tagħhom; jilqa’ r-Regolament il-ġdid BRIDGEforEU u jitlob lill-Istati Membri jimplimentawh, filwaqt li jsaħħu l-kooperazzjoni bejn ir-reġjuni transfruntiera biex jippermettu ekonomiji ta’ skala meta jipprovdu servizzi u infrastruttura bażiċi fiż-żoni rurali affettwati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jisħaq fuq id-diversità taż-żoni rurali tal-UE, li l-viżjoni fit-tul tagħhom titlob soluzzjonijiet imfassla apposta għall-ħtiġijiet u għar-riżorsi taż-żoni rurali, filwaqt li jissaħħu l-istrateġiji fit-tul għat-tkabbir sostenibbli; jissottolinja, f’dan ir-rigward, il-ħtieġa li l-awtoritajiet reġjonali u lokali jiġu involuti bis-sħiħ, peress li huma fl-aħjar post biex jidentifikaw l-isfidi u l-ħtiġijiet attwali fil-livelli reġjonali u lokali; jenfasizza l-importanza li jinżamm mudell deċentralizzat għall-programmazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni bbażat fuq il-prinċipju tas-sħubija u tal-governanza f’diversi livelli u fuq approċċ minn isfel għal fuq u bbażat fuq il-post; jappella, għalhekk, biex l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu involuti b’mod qawwi biex jiġi żgurat aktar aċċess dirett għall-fondi tal-politika ta’ koeżjoni għall-awtoritajiet lokali u reġjonali, filwaqt li titnaqqas il-kumplessità burokratika u jitnaqqas iż-żmien biex jingħataw il-fondi, permezz ta’ proċeduri aktar simplifikati, pjattaformi diġitali intuwittivi u appoġġ tekniku akbar għall-benefiċjarji lokali; jipproponi l-inkoraġġiment tal-użu ta’ skemi ta’ prefinanzjament u ta’ pagament antiċipat għal proġetti żgħar f’żoni rurali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jisħaq li ċ-ċentralizzazzjoni tista’ twassal għal ineffiċjenzi burokratiċi u għal dewmien fl-assorbiment tal-fondi, li fl-aħħar mill-aħħar inaqqsu l-effettività tal-investimenti tal-UE fl-iżvilupp rurali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jenfasizza li, fl-implimentazzjoni tiegħu, l-approċċ maniġerjali għall-politiki tal-iżvilupp taż-żoni rurali jeħtieġ li jkun ikkoordinat, integrat u multisettorjali u li t-tisħiħ ta’ approċċ fuq diversi livelli f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà huwa essenzjali biex jiġi żgurat is-suċċess tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jenfasizza li r-reżiljenza hija essenzjali biex l-awtoritajiet fil-livelli lokali u reġjonali jkunu jistgħu jtaffu l-isfidi li jiġu għal għarrieda, jadattaw għalihom, u jirkupraw minnhom, filwaqt li jiżguraw il-benesseri tal-komunità, is-sigurtà u s-sostenibbiltà fit-tul;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jappella biex sehem adegwat mill-finanzjament tal-politika ta’ koeżjoni jiġi allokat għar-reġjuni tal-fruntiera u f’dan ir-rigward, jappella biex ir-raggruppamenti Ewropej ta’ kooperazzjoni territorjali (REKT) jingħataw livell ogħla ta’ awtonomija fl-għażla tal-proġetti u fl-użu tal-fondi, b’mod partikolari billi jinnominaw ir-REKT bħala awtoritajiet ta’ ġestjoni għall-programmi Interreg, u jsaħħu l-kapaċità istituzzjonali u finanzjarja tagħhom; jirrakkomanda, barra minn hekk, li r-REKT jingħataw rwol aktar sinifikanti fl-ilħuq tal-objettiv ta’ politika 5, jiġifieri li jqarrbu lill-Ewropa lejn iċ-ċittadini tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa li tissaħħaħ il-parteċipazzjoni demokratika u politika fiż-żoni rurali billi jiġu promossi l-impenn ċiviku attiv u l-għodod diġitali; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja inizjattivi li jrawmu proċessi demokratiċi lokali biex titjieb il-koeżjoni bejn ir-reġjuni urbani u rurali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li ż-żoni rurali jkunu jistgħu jipprovdu servizzi ta’ interess ġenerali essenzjali u ta’ kwalità għolja liċ-ċittadini biex jitjieb l-għajxien tagħhom u biex jivvalorizzaw il-punti b’saħħithom tagħhom sabiex jinkiseb żvilupp sostenibbli, li għalih għandhom jirċievu appoġġ finanzjarju adegwat; jissottolinja, għal dak l-għan, il-ħtieġa li jingħata aċċess ugwali, b’mod partikolari għall-persuni vulnerabbli u l-persuni b’diżabbiltà, għas-servizzi kollha tal-kura tas-saħħa, is-servizzi tat-trasport u tal-konnettività, inklużi s-soluzzjonijiet innovattivi għall-mobbiltà, il-pjanijiet speċifiċi għall-akkomodazzjoni affordabbli, is-servizzi tal-ilma, is-servizzi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, l-infrastruttura diġitali, u servizzi bażiċi oħra bħas-servizzi postali u bankarji, filwaqt li jiġu żgurati l-aċċessibbiltà u l-affordabbiltà tagħhom sabiex jiġu garantiti l-kundizzjonijiet xierqa tal-għajxien; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiffaċilitaw l-aċċess għal finanzjament u għal miżuri ta’ appoġġ imfassla apposta għal inizjattivi tal-ekonomija soċjali li jindirizzaw il-ħtiġijiet lokali u jikkontribwixxu għall-iżvilupp reġjonali u, fl-istess ħin, isaħħu l-appoġġ finanzjarju offrut lill-SMEs rurali, b’mod partikolari billi jiffaċilitaw l-aċċess għar-riżorsi finanzjarji, il-kooperattivi u l-ktajjen tal-valur lokali li jrawru d-diversifikazzjoni ekonomika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza strateġika tar-riżorsi tal-ilma għaż-żoni rurali u jenfasizza l-ħtieġa li jingħataw riżorsi speċifiċi, fl-ambitu tal-politika ta’ koeżjoni u l-programmi ta’ żvilupp rurali, għall-manutenzjoni u l-modernizzazzjoni tan-network tal-ilma; jirrakkomanda, b’mod partikolari, li jiġu inklużi miżuri biex jiġi miġġieled it-telf tal-ilma, titjieb l-effiċjenza tas-sistemi tal-provvista u jiġi promoss l-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-ilma fiż-żoni rurali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Iqis li huwa essenzjali li niffukaw aktar fuq miżuri preventivi biex tiżdied ir-reżiljenza taż-żoni rurali tal-Ewropa f’każijiet ta’ diżastri naturali; jemmen li approċċ integrat għall-ġestjoni tar-riżorsi tal-ilma huwa importanti ħafna sabiex jiġi evitat l-għargħar u fl-istess ħin tiġi indirizzata n-nixfa, żewġ theddidiet dejjem akbar f’ħafna reġjuni rurali, kemm fis-settur agrikolu u dak tal-ikel; jirrikonoxxi li, skont il-kuntest, il-bini ta’ digi u ġibjuni jew il-modernizzazzjoni tal-faċilitajiet eżistenti huma ta’ prijorità, filwaqt li jkun hemm bilanċ bejn l-infrastruttura mibnija u l-miżuri mhux vinkolanti b’kost relattivament baxx, b’mod partikolari minħabba li huma sors nadif ta’ enerġija; jinnota li għalkemm il-politika ta’ koeżjoni diġà tappoġġja inizjattivi f’dan il-qasam, huma meħtieġa proġetti addizzjonali u aktar investimenti, f’konformità mal-istrateġiji nazzjonali u reġjonali għall-ġestjoni tar-riskju, biex jiġi żgurat li ż-żoni rurali jkunu aktar ippreparati u kapaċi jifilħu għal avvenimenti ta’ temp estrem relatati mal-klima;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jisħaq fuq it-theddida dejjem akbar tar-riskji klimatiċi bħad-diżastri naturali, id-deżertifikazzjoni u l-iskarsezza tal-ilma għal ħafna żoni rurali fl-Ewropa, b’mod partikolari fin-Nofsinhar tal-Ewropa u fil-baċir tal-Mediterran; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi strateġija ta’ adattament li tħares ’il quddiem fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali, inklużi l-ġestjoni tal-ilma, l-infrastruttura reżiljenti u t-tħejjija għad-diżastri, u jappella għal investimenti fl-infrastruttura tal-ilma innovattiva, bħall-użu mill-ġdid tal-ilma tad-drenaġġ ittrattat, is-sistemi ta’ tisqija intelliġenti, u l-kostruzzjoni ta’ ġibjuni għall-ħżin tal-ilma tax-xita;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jinnota li ż-żoni rurali jbatu minn aċċess limitat għal servizzi essenzjali tal-kura tas-saħħa, b’nuqqas ta’ faċilitajiet u ta’ persunal mediku, u għalhekk jappella għal aċċess imtejjeb għall-kura tas-saħħa ta’ kwalità, inklużi s-servizzi tas-saħħa mentali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali jissalvagwardjaw is-servizzi essenzjali li huma vitali għall-iżvilupp taż-żoni rurali billi jżommu lura milli jimponu restrizzjonijiet ekonomiċi fuq il-kura tas-saħħa f’żoni rurali, peress li dan iwassal għall-għeluq, jew it-tnaqqis fl-għadd ta’ faċilitajiet tal-ewwel għajnuna jew faċilitajiet tal-isptar bażiċi li għandhom ikunu msaħħa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw pjan għall-unitajiet mediċi mobbli u t-telemediċina, għat-tisħiħ tal-faċilitajiet mediċi inklużi s-servizzi ta’ spas mediċi, l-infermiera tas-saħħa tal-komunità u s-soluzzjonijiet tas-saħħa diġitali, u l-inċentivi għat-tobba li jaħdmu f’żoni rurali u remoti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tinkorpora miżuri speċifiċi għaż-żoni identifikati bħala rurali fl-istrateġija tagħha dwar l-“e-Saħħa”, sabiex tipprovdi appoġġ prattiku lill-unitajiet tal-kura tas-saħħa lokali għat-titjib teknoloġiku u tippromwovi s-servizzi li tali unitajiet joffru; jisħaq li l-Istati Membri għandhom jiġu offruti programm ta’ skrinjar maħsub għaż-żoni rurali u li għandu wkoll jiġi stabbilit appoġġ amministrattiv biex jgħin fit-tfassil tal-pjanijiet u tar-reġistri ta’ prevenzjoni; jistieden lill-Istati Membri jqisu l-karatteristiċi partikolari ta’ dawn iż-żoni u jinkoraġġixxu l-ħolqien ta’ spiżeriji rurali, sabiex in-networks tal-ispiżeriji jiġu adattati speċifikament għal żona rurali b’arranġamenti ta’ koordinazzjoni għall-provvista ta’ mediċini u apparati mediċi, bil-għan li l-ħtiġijiet tal-unitajiet tal-kura tas-saħħa jiġu integrati f’żona waħda u adattati għaliha; jistieden lill-Istati Membri jtejbu l-provvista tal-kura tas-saħħa primarja u s-servizzi ta’ appoġġ fost dawn l-ispiżeriji, definiti bħala “rurali”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jenfasizza r-rwol ewlieni li l-iżvilupp infrastrutturali għandu fuq it-tkabbir ekonomiku u soċjali taż-żoni rurali, abbażi tal-ħtieġa għal sistemi tat-trasport, b’mod partikolari dawk pubbliċi, b’kapaċità li jtejbu l-konnettività u l-aċċess għal servizzi essenzjali, għal networks tal-enerġija, inklużi dawk rinnovabbli, u għal infrastruttura adegwata għall-konnettività diġitali; jinnota, b’mod partikolari, li l-kwalità tat-trasport u tal-konnettività diġitali jeħtieġ li titjieb sabiex in-nies ikollhom aċċess faċli għax-xogħol, l-iskejjel, l-isptarijiet, is-servizzi pubbliċi u l-opportunitajiet ta’ xogħol; jissottolinja li l-links tat-trasport bit-triq, bil-ferrovija u bil-baħar jeħtieġ li jiġu żviluppati jew imsaħħa permezz ta’ programmi kofinanzjati mill-UE biex jitnaqqas l-iżolament taż-żoni rurali, b’mod partikolari ċ-ċentri urbani, u b’hekk jitnaqqas id-distakk eżistenti u tiġi ffaċilitata l-mobbiltà tal-persuni u tal-merkanzija; jappella għal strateġija komprensiva biex titjieb il-mobbiltà fiż-żoni rurali, b’enfasi qawwija fuq is-sostenibbiltà, fuq l-espansjoni tal-infrastruttura tal-irriċarġjar, u fuq il-promozzjoni tal-elettromobbiltà; jenfasizza l-ħtieġa għal investimenti mmirati fit-trasport pubbliku, soluzzjonijiet ta’ mobbiltà kondiviża, u mudelli tat-trasport alternattiv biex jiġu żgurati l-aċċessibbiltà u l-konnettività għall-popolazzjonijiet rurali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jisħaq li d-distakk diġitali bejn iż-żoni rurali u urbani għadu sinifikanti, u dan ixekkel l-opportunitajiet ugwali għar-residenti kollha; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaċċelleraw l-investimenti fil-konnettività tal-broadband, inkluż il-5G, f’kopertura mobbli aħjar, fin-networks tal-internet b’veloċità għolja, fis-soluzzjonijiet għal biedja diġitali u fiċ-ċentri rurali ta’ innovazzjoni, filwaqt li jiġi żgurat li t-tranżizzjoni diġitali tkun ta’ benefiċċju għall-komunitajiet rurali u li tingħata attenzjoni speċjali lir-reġjuni anqas ippreparati għal din it-trasformazzjoni, inklużi żoni remoti u reġjuni ultraperiferiċi; jisħaq li dawn l-investimenti huma kruċjali biex tissaħħaħ il-produttività, tiġi appoġġjata l-intraprenditorija tal-farms żgħar, jiġi ffaċilitat ix-xogħol mill-bogħod u l-aċċess għas-servizzi elettroniċi u t-tagħlim online u jiġi żgurat li ż-żoni rurali jibqgħu kompetittivi fl-era diġitali; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ inizjattivi dwar il-litteriżmu diġitali u t-taħriġ vokazzjonali biex tiġi appoġġjata l-integrazzjoni tat-teknoloġiji diġitali fl-ekonomija rurali u jitnaqqsu d-distakki teknoloġiċi u ekonomiċi eżistenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza u l-interkonnettività tal-mobbiltà militari, l-iżvilupp tal-infrastruttura rurali u s-sigurtà reġjonali; jissottolinja l-koinċidenza bejn in-network tal-mobbiltà militari tal-UE u n-network trans-Ewropew tat-trasport;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jappella għal strateġiji biex jindirizzaw bini vojt u jippromwovu kunċetti alternattivi ta’ akkomodazzjoni f’żoni rurali, inklużi akkomodazzjoni affordabbli, proġetti ta’ rinnovazzjoni u għajxien interġenerazzjonali; jenfasizza l-ħtieġa għal inċentivi biex jerġgħu jintużaw propjetajiet vojta, jiġu appoġġjati inizjattivi ta’ akkomodazzjoni mmexxija mill-komunità, u jiġu żgurati spazji tal-għajxien sostenibbli u inklużivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li jiġu promossi politiki prijoritarji li jappoġġjaw liż-żgħażagħ, bħala atturi ewlenin tal-eżodu rurali, u jistieden lill-Kummissjoni tiżguralhom l-applikazzjoni effettiva tad-“dritt li jibqgħu”, permezz ta’ miżuri mmirati maħsuba biex jiġġieldu t-tnaqqis demografiku fiż-żoni rurali u biex jinkoraġġixxu lill-persuni b’talent jibqgħu hemmhekk; jemmen li l-individwi li jixtiequ jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-komunitajiet lokali tagħhom għandhom jingħataw ħafna opportunitajiet, u li għalhekk hemm urġenza li jitneħħew l-ostakli u d-differenzi sinifikanti bejn iż-żgħażagħ fiż-żoni urbani u rurali f’termini ta’ aċċess għall-edukazzjoni, l-awtonomija ekonomika, l-attivazzjoni soċjali u politika, u l-interazzjonijiet soċjali interġenerazzjonali ta’ kwalità għolja; jappella għal miżuri konkreti u programmi ta’ finanzjament immirati, inkluż pjan ta’ azzjoni dwar l-eżodu ta’ mħuħ mill-Kummissjoni, biex jappoġġjaw liż-żgħażagħ u lill-intraprendituri żgħażagħ billi jingħataw l-għodod u r-riżorsi kollha meħtieġa biex jgħinuhom jaċċessaw ir-raba’, l-impjiegi u l-opportunitajiet ta’ negozju; jinnota li tali miżuri għandhom jinkludu aċċess imtejjeb għas-servizzi pubbliċi, faċilitajiet edukattivi u kulturali, aċċess għall-akkomodazzjoni, self b’imgħax baxx, filwaqt li jitqies kif xieraq il-prinċipju tas-sussidjarjetà fi kwistjoni fiskali, inċentivi relatati mat-taxxi li jgħinu liż-żgħażagħ jibnu futur stabbli f’konformità mal-aspirazzjonijiet tagħhom, mingħajr il-bżonn li jabbunaw il-post tal-oriġini tagħhom u filwaqt li joħolqu inċentivi biex jistabbilixxu ruħhom fiż-żoni rurali jew jirritornaw fihom; iqis li huwa meħtieġ, għalhekk, li jiġu promossi miżuri li jiddiversifikaw l-ekonomija rurali billi jiġi sfruttat il-potenzjal lokali, inkluż f’oqsma lil hinn mill-agrikoltura u t-turiżmu, u li jinħolqu impjiegi ta’ kwalità,
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jenfasizza l-importanza li l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali jingħataw spinta, filwaqt li jiġu mħeġġa wkoll inizjattivi mmexxija miż-żgħażagħ u tagħlim mhux formali għaż-żgħażagħ biex jiżviluppaw ħiliet speċifiċi relatati mal-ekonomija taż-żoni rurali, bħala għodda għall-koeżjoni soċjali u x-xogħol ta’ kwalità, bil-ħsieb li tiġi miġġielda d-depopolazzjoni f’dawn iż-żoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jenfasizza r-rwol ewlieni tal-kampanji ta’ sensibilizzazzjoni u ta’ kondiviżjoni tal-għarfien fil-promozzjoni ta’ diversi programmi u kampanji edukattivi, u l-importanza li dawn isiru parti integrali mill-kurrikuli tal-iskejjel; jisħaq fuq id-data dejjem aktar inkwetanti dwar it-tluq bikri mill-iskola, u għal dak l-għan, jistieden lill-awtoritajiet nazzjonali u lokali jorganizzaw mill-ġdid is-sistemi edukattivi tagħhom biex jiggarantixxu d-dritt għall-edukazzjoni fit-territorji tagħhom, filwaqt li jqisu d-diffikultajiet serji u objettivi li jistgħu jiffaċċjaw; jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali ma jgħaqqdux flimkien l-istrutturi eżistenti tal-ġestjoni tal-iskejjel f’dawn iż-żoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprovdu strumenti ġodda ta’ kreditu sussidjat li jistgħu jappoġġjaw lill-intraprendituri żgħażagħ u lill-nisa fl-attivitajiet tagħhom, inklużi forom ta’ garanziji alternattivi għall-aċċess għall-kreditu; jappella għal appoġġ finanzjarju biex jagħti s-setgħa lill-bdiewa żgħażagħ, filwaqt li jiġi żgurat it-tkabbir fl-ekonomiji rurali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jilqa’ l-pakkett il-ġdid ta’ finanzjament ta’ self bl-ammont ta’ EUR 3 biljun għall-agrikoltura, il-forestrija u s-sajd madwar l-Ewropa mill-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) bħala inizjattiva konkreta biex jitnaqqsu l-lakuni ta’ finanzjament għall-SMEs fl-oqsma tal-agrikoltura u l-bijoekonomija u jiġi ffaċilitat il-finanzjament għall-bdiewa żgħażagħ u n-nisa; jistieden lill-Grupp tal-BEI jesplora forom ġodda ta’ appoġġ biex tiġi pprovduta l-likwidità lill-atturi fil-ktajjen tal-valur agrikoli u rurali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu start-ups lokali u programmi ta’ inċentivi għar-ritorn taż-żgħażagħ u għax-xiri u r-rinnovazzjoni ta’ akkomodazzjoni miż-żgħażagħ f’żoni rurali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi Fond Ewropew għall-intraprenditorija taż-żgħażagħ fiż-żoni rurali, b’enfasi speċjali fuq ir-reġjuni milquta minn qgħad għoli fost iż-żgħażagħ u mill-eżodu ta’ mħuħ; jinnota li dan il-fond għandu jappoġġja l-istart-ups rurali, l-agrikoltura innovattiva, it-turiżmu sostenibbli, u d-diġitalizzazzjoni permezz ta’ strumenti finanzjarji u inċentivi fiskali ddedikati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa ta’ aċċess ugwali universali għall-miżuri li jippermettu lil kull persuna tiżviluppa ħiliet ta’ kwalità għolja li teħtieġ biex tilħaq l-għanijiet professjonali tagħha, kif ukoll għat-taħriġ vokazzjonali u edukattiv; jiddeplora l-fatt li fiż-żona rurali, f’ħafna oqsma, ix-xogħol tan-nisa bħalissa ma jgawdix opportunitajiet u kundizzjonijiet ugwali, peress li spiss jiffaċċjaw sfidi addizzjonali, inklużi aċċess limitat għall-opportunitajiet ta’ xogħol, nuqqas ta’ miżuri adegwati għall-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u nuqqas ta’ faċilitajiet għall-indukrar tat-tfal; jenfasizza l-ħtieġa li jitrawwem ambjent favorevoli għall-impjieg tan-nisa, b’appoġġ għall-familji kollha, filwaqt li jiġu żgurati sistemi tal-edukazzjoni u tal-kura bikrija tat-tfal ta’ kwalità għolja kif ukoll appoġġ għall-ġenituri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jappella għal appoġġ akbar għan-nisa fiż-żoni rurali, b’mod partikolari permezz ta’ miżuri sabiex jitjieb l-aċċess għall-impjiegi, għall-edukazzjoni, għall-kura tas-saħħa u għall-infrastruttura soċjali, kif ukoll il-protezzjoni mill-vjolenza u l-prevenzjoni tal-vjolenza, sabiex tiġi promossa l-parteċipazzjoni ekonomika u soċjali tagħhom; jenfasizza li għandhom jinħolqu programmi mmirati biex jappoġġjaw lill-intraprendituri nisa fir-reġjuni rurali sabiex tissaħħaħ l-indipendenza ekonomika tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jisħaq li l-appoġġ għan-nisa fiż-żoni rurali huwa kruċjali għal diversi raġunijiet, inklużi l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, it-trawwim tat-tkabbir ekonomiku, il-promozzjoni tal-iżvilupp tal-komunità, it-tnaqqis tal-faqar, u l-garanzija tas-sostenibbiltà ambjentali; jenfasizza li n-nisa għandhom rwol f’diversi livelli fl-iżvilupp rurali, bħala ħaddiema, bdiewa u sidien ta’ negozji, u jisħaq li l-importanza tagħhom fiż-żoni rurali u fl-ekonomiji lokali hija spiss injorata; jisħaq li għandha tingħata attenzjoni speċjali lin-nisa fiż-żoni rurali meta jitfasslu l-programmi strutturali ta’ appoġġ soċjali u ta’ żvilupp reġjonali; jenfasizza li huwa kruċjali li dawn l-ostakli jiġu indirizzati biex in-nisa jingħataw is-setgħa u jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tagħhom fil-komunitajiet rurali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jżidu l-għarfien dwar il-possibilitajiet eżistenti u futuri ta’ finanzjament tal-UE għall-intraprendituri nisa fiż-żoni rurali u sabiex jagħmluhielhom aktar faċli biex jaċċessaw l-appoġġ finanzjarju; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali jagħmlu użu mill-fondi strutturali u ta’ investiment tal-UE eżistenti biex jippromwovu lill-intraprendituri nisa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jappella għal politiki favur l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-qasam tal-impjiegi u għal miżuri mmirati biex jippromwovu bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata fiż-żoni rurali, inklużi mudelli tax-xogħol flessibbli, opportunitajiet tax-xogħol diġitali, offerti mtejba ta’ divertiment u ta’ edukazzjoni, u l-promozzjoni tal-istrutturi ta’ kura u appoġġ ibbażati fil-komunità għall-familji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tadotta miżuri biex tipproteġi l-mudell tal-biedja mill-familja li jirfed it-territorju rurali, huwa aktar ekoloġiku u jiggarantixxi s-sigurtà tal-ikel fl-UE; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ sistema ta’ inċentivi tal-UE biex tillimita l-akkumulazzjoni tar-raba’ f’fondi ta’ investiment privati u ż-żieda konsegwenti fil-prezzijiet tal-art; jinsisti fuq il-protezzjoni tal-farms żgħar u ta’ daqs medju billi jissaħħaħ ir-rwol tal-kooperattivi u tal-bdiewa professjonali fil-politiki tal-UE; barra minn hekk, jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jimplimentaw miżuri konkreti biex jappoġġjaw dawn l-farms billi jissimplifikaw l-aċċess għall-kreditu, jimmodernizzaw l-infrastruttura rurali u jagħtu spinta lill-kooperattivi agrikoli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jisħaq fuq ir-rwol ewlieni li l-agrikoltura u s-settur agroalimentari għandhom fil-produzzjoni tal-ikel, filwaqt li jiġu żgurati s-sigurtà tal-ikel fl-UE u l-ħolqien tal-impjiegi – rwol li għandu jiġi valorizzat peress li huwa pilastru fundamentali għall-ekonomiji lokali u element ewlieni biex tiġi żgurata l-ġestjoni sostenibbli tat-territorju, u jservi wkoll bħala mutur għall-iżvilupp u t-tkabbir taż-żoni interni u rurali, ħafna drabi rappreżentati minn prodotti tipiċi ta’ eċċellenza fil-livell internazzjonali; jinnota li huwa meħtieġ li l-bdiewa jiġu mgħejuna fit-triq tal-innovazzjoni u tad-diversifikazzjoni, filwaqt li fl-istess ħin titrawwem il-kompetittività tal-farms; jemmen li t-tranżizzjoni lejn mudell aktar sostenibbli jirrikjedi approċċ ibbilanċjat, li jqis l-ispeċifiċitajiet lokali u l-ħtiġijiet ekonomiċi tal-komunitajiet rurali, mingħajr ma jimponi bidliet li jirriskjaw li jimminaw l-iżvilupp fit-tul tagħhom; jistieden, f’dan ir-rigward, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu azzjoni b’saħħitha u mmirata billi jnaqqsu l-piżijiet regolatorji eċċessivi u jiżguraw kundizzjonijiet tas-suq ġusti, biex itaffu t-tnaqqis fl-għadd ta’ farms u jinkoraġġixxu tiġdid ġenerazzjonali; jappella għal appoġġ adegwat biex jiġu promossi l-awtosuffiċjenza fl-ikel u d-diversifikazzjoni tal-għelejjel; jenfasizza, b’mod partikolari, l-isfidi strutturali speċifiċi tar-reġjuni ultraperiferiċi u ż-żoni rurali tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-ekwivalenza stretta tal-istandards tal-produzzjoni għall-prodotti agrikoli fl-UE sabiex tissaħħaħ is-sigurtà tal-ikel u jiġi żgurat li l-bdiewa Ewropej ma jiffaċċjawx kompetizzjoni inġusta minn prodotti li ma jissodisfawx l-istess standards ambjentali, tal-benesseri tal-annimali u tas-sigurtà tal-ikel u, f’dan ir-rigward, jistieden lill-UE tiżgura li l-ftehimiet kummerċjali jirrispettaw l-istandards agrikoli Ewropej u jiżguraw kundizzjonijiet ekwi għall-bdiewa tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-għanijiet ambizzjużi tat-tranżizzjoni ekoloġika jinvolvu kemm opportunitajiet kif ukoll riskji għall-agrikoltura tal-UE; jenfasizza li l-għadd ta’ farms fl-UE naqas b’madwar 37 % bejn l-2005 u l-2020 u, f’dan ir-rigward, jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu azzjoni biex itaffu t-tnaqqis fl-għadd ta’ farms u jappoġġjaw id-dħul u l-kompetittività tagħhom, sabiex jiġġieldu l-fatt li dawn it-territorji qed jiġu abbandunati u jinkoraġġixxu t-tiġdid ġenerazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jirrimarka l-ħtieġa li jiġu ssimplifikati l-proċeduri amministrattivi għall-aċċess għall-fondi tal-UE billi titnaqqas il-burokrazija żejda għall-bdiewa u għan-negozji żgħar rurali u titjieb il-koordinazzjoni bejn il-livelli istituzzjonali involuti fil-ġestjoni tal-fondi, sabiex jiġi żgurat li r-riżorsi jingħataw b’mod aktar effiċjenti u f’waqtu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jirrimarka wkoll il-ħtieġa li dawn iż-żoni, kif ukoll in-negozji u d-detenturi ta’ żoni agrikoli u forestali, jingħataw appoġġ finanzjarju adegwat, inkluż appoġġ għax-xiri u għall-manutenzjoni tat-tagħmir, bil-ħsieb li jkun hemm kompetittività Ewropea akbar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Huwa konxju bis-sħiħ li ż-żoni rurali għandhom rwol ewlieni fit-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali; jissottolinja li t-tranżizzjonijiet għandhom jiġu implimentati gradwalment, abbażi tal-għanijiet li jistgħu jintlaħqu; jappella, f’dan ir-rigward, biex il-finanzjament tal-UE jkun marbut aħjar mas-sostenibbiltà ambjentali u mal-protezzjoni tal-bijodiversità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu appoġġjati l-komunitajiet rurali fir-reġjuni Ewropej li ntlaqtu bl-agħar mod mill-kummerċ jew mill-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli Ukreni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jirrimarka l-importanza ta’ miżuri ta’ kumpens għall-bdiewa u għan-negozji rurali biex jiġi żgurat li t-tranżizzjoni ekoloġika tkun ġusta u prattika u ma twassalx għal disparitajiet soċjoekonomiċi ġodda; jenfasizza li, biex din it-tranżizzjoni tkun ta’ suċċess, se jkunu essenzjali l-involviment u l-kollaborazzjoni sħaħ tal-partijiet ikkonċernati kollha, b’mod partikolari l-bdiewa u l-forestiera;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jenfasizza li l-promozzjoni tal-agrikoltura hija komponent meħtieġ ta’ kwalunkwe strateġija għall-iżvilupp rurali iżda li din weħidha mhijiex suffiċjenti, peress li mhux in-nies kollha fiż-żoni rurali huma impjegati fis-settur agrikolu jew jgħixu fi strutturi agrikoli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jirrikonoxxi li t-turiżmu spiss huwa sors ewlieni ta’ introjtu għaż-żoni rurali, muntanjużi, insulari u ultraperiferiċi, kif ukoll fir-reġjun tal-Mediterran, u li għandu potenzjal li jinkoraġġixxi l-ħolqien tal-impjiegi u l-intraprenditorija u joffri esperjenzi uniċi marbuta man-natura, it-tradizzjonijiet u l-wirt kulturali, li jattiraw għadd dejjem akbar ta’ viżitaturi; jemmen, għal din ir-raġuni, li t-turiżmu għandu jkun appoġġjat permezz ta’ investiment fl-ekonomija rurali, f’sinerġija mas-setturi agrikoli, tas-sajd, tal-ikel u kulturali, u li l-UE għandha tippromwovi l-koeżistenza u l-iżvilupp ulterjuri ta’ dawn is-setturi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Jenfasizza li t-turiżmu rurali u l-agrituriżmu jistgħu jkunu attività komplementari għall-agrikoltura, u joffru opportunitajiet għad-diversifikazzjoni tal-introjti tal-farms u jkunu ta’ benefiċċju għall-iżvilupp taż-żoni rurali, u li għalhekk għandhom jiġu allokati riżorsi għall-iżvilupp tat-turiżmu u l-attivitajiet tal-HoReCa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa li jiġi promoss turiżmu rurali b’mod sostenibbli; jenfasizza l-importanza li jiġu ottimizzati l-benefiċċji ekonomiċi tat-turiżmu għaż-żoni rurali filwaqt li jiġu minimizzati l-impatti negattivi potenzjali fuq il-komunitajiet lokali u l-ekosistemi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Jenfasizza l-importanza li jiġu protetti u promossi l-minoranzi lingwistiċi fiż-żoni rurali tal-UE, filwaqt li jiġu rikonoxxuti bħala parti integrali mill-wirt kulturali tal-Ewropa u bħala mutur tal-iżvilupp reġjonali; għalhekk, jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jallokaw riżorsi tal-politika ta’ koeżjoni biex jappoġġjaw proġetti għall-promozzjoni lingwistika, għat-taħriġ, għat-turiżmu kulturali, u għall-intraprenditorija lokali konnessi mat-tradizzjonijiet lingwistiċi u kulturali tar-reġjuni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħtu spinta lit-turiżmu fiż-żoni rurali u dawk depopolati, jew f’żoni li jinsabu f’riskju ta’ depopolazzjoni, billi jiffinanzjaw inizjattivi li jsaħħu l-villaġġi storiċi u l-prodotti lokali tradizzjonali u joħolqu kurituri ħodor ġodda u mogħdijiet oħra fin-natura, kif ukoll billi jiġu rikonoxxuti ambjenti eċċellenti għat-turiżmu rurali u tan-natura, simili għall-“bandiera blu” li tingħata lill-bajjiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Jinnota li f’xi Stati Membri, il-muniċipalitajiet għandhom rwol kruċjali bħala muturi tal-iżvilupp ekonomiku reġjonali, u b’hekk jibbenefikaw minn dħul sostanzjali mit-taxxa ġġenerat mill-ekonomiji lokali tagħhom; jenfasizza li dan id-dħul jista’ jimmotiva lill-muniċipalitajiet biex jinvestu fondi ta’ koeżjoni tal-UE sabiex iżidu l-bażi tat-taxxa futura tagħhom, jippromwovu tkabbir ekonomiku lokali fit-tul, u jiżguraw dħul mit-taxxa fit-tul; għal dan l-għan, jistieden lill-Kummissjoni, filwaqt li tqis il-prinċipju tas-sussidjarjetà fi kwistjonijiet fiskali, tibda djalogu dwar il-benefiċċji potenzjali tal-kondiviżjoni tat-taxxi fuq l-attivitajiet ekonomiċi mal-muniċipalitajiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>69.</NO.P>Jinsisti li l-burokrazija eċċessiva ma għandhiex tipprevjeni lill-bdiewa milli jiffokaw fuq il-produzzjoni tal-ikel sostenibbli u fuq l-iżvilupp ekonomiku rurali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinkludu dimensjoni rurali b’saħħitha fir-regolamenti futuri tal-politika ta’ koeżjoni u jippromwovu, bħala kwistjoni ta’ prijorità, regolamentazzjoni aħjar sabiex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi u jittieħdu passi biex tiġi żgurata l-kompetittività tan-negozji rurali, b’mod partikolari l-SMEs, il-kooperattivi u l-komunitajiet immexxija miċ-ċittadini, u jippromwovu aċċess aktar faċli u aktar effiċjenti għall-fondi, tnaqqis tal-kostijiet u simplifikazzjoni tal-proċess ta’ applikazzjoni u ta’ evalwazzjoni tal-finanzjament tal-UE, speċjalment għall-benefiċjarji żgħar; jafferma mill-ġdid li l-ottimizzazzjoni tal-proċeduri, it-tnaqqis tal-burokrazija u t-titjib tat-trasparenza huma vitali biex jitjieb l-aċċess għar-riżorsi disponibbli; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, tipprovdi servizzi ta’ konsulenza u assistenza teknika adegwati lill-awtoritajiet ta’ ġestjoni, u b’hekk tikkontribwixxi wkoll għal rati ta’ assorbiment ogħla;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>70.</NO.P>Jappella għal approċċ aktar integrat bejn il-politiki industrijali u ta’ koeżjoni tal-UE, filwaqt li jiġi żgurat li l-istrateġiji ta’ żvilupp reġjonali jkunu allinjati mal-isforzi ta’ tranżizzjoni industrijali, b’mod partikolari fiż-żoni tat-Tramuntana li huma skarsament popolati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>71.</NO.P>Jenfasizza l-importanza tal-SMEs fis-setturi teknoloġiċi għad-diġitalizzazzjoni rurali u għar-reżiljenza ekonomika; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-miżuri pubbliċi jappoġġjaw lin-negozji lokali u jrawmu ekonomiji bbażati fuq il-qrubija, filwaqt li tevita kriterji li jistgħu jkunu ta’ żvantaġġ għall-intrapriżi iżgħar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>72.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa għal allinjament aħjar bejn l-istrumenti eżistenti għall-iżvilupp territorjali u l-Fondi Strutturali, inklużi inizjattivi bħall-Isfruttar tat-Talent u l-Patt tas-Sindki;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>73.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>