<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0124</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Ebda oġġezzjoni għal att delegat: Il-perjodu ta’ żmien għall-preżentazzjoni ta’ talbiet għal emendi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0276/2025)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-regolament delegat tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Mejju 2025 li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/370 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-perjodu ta’ żmien għall-preżentazzjoni ta’ talbiet għal emendi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK (C(2025)03151 – 2025/2728(DEA))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-regolament delegat tal-Kummissjoni (C(2025)03151),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tat-21 ta’ Mejju 2025 li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-regolament delegat,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, bid-data 4 ta’ Ġunju 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (KE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/2115/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 122, il-punt (a) tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 114(6) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra li l-ebda oġġezzjoni ma saret fil-perjodu stabbilit fit-tielet u r-raba’ inċiżi tal-Artikolu 114(6) tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu, li skada fis-17 ta’ Ġunju 2025,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, fil-kuntest attwali tal-instabbiltà li għaddejja bħalissa fis-settur agrikolu madwar l-Unjoni, diversi Stati Membri diġà qed jesperjenzaw diffikultajiet biex jiddeċiedu fix-xhur bikrin tal-2025 dwar il-ħtieġa li jeżaminaw mill-ġdid id-deċiżjonijiet ta’ trasferiment tagħhom meħuda fl-2022 skont l-Artikolu 17(5), l-Artikolu 88(7) u l-Artikolu 103 tar-Regolament (UE) 2021/2115, u għalhekk jitqies li huwa meħtieġ li l-Istati Membri jingħataw aktar ħin biex jippjanaw dawn it-trasferimenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-limitu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/370<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/370 tat-13 ta’ Diċembru 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ proċeduri, limiti ta’ żmien għall-preżentazzjoni mill-Istati Membri ta’ talbiet għal emendi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, u każijiet oħra li għalihom ma japplikax l-għadd massimu ta’ emendi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK (ĠU L 51, 20.2.2023, p. 25, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/370/oj).</FIELD></FOOTNOTE> skada fil-31 ta’ Mejju 2025, huwa għalhekk ta’ importanza kbira li jiġi stabbilit limitu ta’ żmien ġdid tal-31 ta’ Awwissu 2025 għall-preżentazzjoni ta’ talbiet għal emenda malajr kemm jista’ jkun, sabiex ikun jista’ jsir ippjanar u konsiderazzjoni xierqa mill-Istati Membri;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi r-Regolament Delegat (UE) 2023/370 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-regolament delegat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST></SDOCTA>