<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0128</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Rapport ta’ implimentazzjoni dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0098/2025 - Rapporteur: Victor Negrescu, Siegfried Mureşan)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Ġunju 2025 dwar ir-rapport ta’ implimentazzjoni dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (2024/2085(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 175 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/241/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (ir-Regolament RRF),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2023/435 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Frar 2023 li jemenda r-Regolament (UE) 2021/241 fir-rigward tal-kapitoli REPowerEU fil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013, (UE) 2021/1060 u (UE) 2021/1755, u d-Direttiva 2003/87/KE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 63, 28.2.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/435/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (ir-Regolament REPowerEU),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/2092/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità tal-Istat tad-Dritt),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2024/765 tad-29 ta’ Frar 2024 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/765, 29.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/765/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (ir-Regolament QFP),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28.</FIELD></FOOTNOTE> (il-FII),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (ir-Regolament Finanzjarju),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/795 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Frar 2024 li jistabbilixxi l-Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa (STEP), u li jemenda d-Direttiva 2003/87/KE u r-Regolamenti (UE) 2021/1058, (UE) 2021/1056, (UE) 2021/1057, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) 2021/1060, (UE) 2021/523, (UE) 2021/695, (UE) 2021/697 u (UE) 2021/241<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/795, 29.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/795/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/1263 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2024 dwar il-koordinazzjoni effettiva tal-politiki ekonomiċi u dwar is-sorveljanza baġitarja multilaterali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1263, 30.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1263/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Ġunju 2022 dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 32, 27.1.2023, p. 42.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-avviż tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Lulju 2024 bit-titolu “Gwida dwar il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/4618, 22.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4618/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Frar 2024 dwar it-tisħiħ tal-UE permezz ta’ riformi u investimenti ambizzjużi (COM(2024)0082),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-tielet rapport annwali tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Ottubru 2024 dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (COM(2024)0474),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri (QEA) tal-10 ta’ Ottubru 2024 dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2023, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport speċjali 13/2024 tal-QEA tat-2 ta’ Settembru 2024 bit-titolu “Assorbiment ta’ fondi mingħand il‑Faċilità għall‑Irkupru u r‑Reżiljenza – Qed isir progress b’xi dewmien u għad hemm riskji fir-rigward tat-twettiq tal-miżuri u, għalhekk, l-ilħuq tal-objettivi tal-RRF”, ir-rapport speċjali 14/2024 tal-QEA tal-11 ta’ Settembru 2024 bit-titolu “Tranżizzjoni ekoloġika – Mhijiex ċara l‑kontribuzzjoni mill‑Faċilità għall‑Irkupru u r‑Reżiljenza”, u r-rapport speċjali 22/2024 tal-QEA tal-21 ta’ Ottubru 2024 bit-titolu “Finanzjament doppju mingħand il‑baġit tal‑UE – Is‑sistemi ta’ kontroll ma għandhomx elementi essenzjali biex jimmitigaw ir‑riskju akbar li jirriżulta mill‑fatt li l‑mudell ta’ finanzjament tal‑RRF mhuwiex marbut mal‑kostijiet”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istudju ta’ Diċembru 2023 li jappoġġja l-Evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-2024 tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) ippubblikat fit-3 ta’ Marzu 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Settembru 2024 ta’ Mario Draghi bit-titolu “The future of European competitiveness” (Il-futur tal-kompetittività Ewropea) (ir-rapport Draghi),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-8 ta’ Ottubru 2024 bit-titolu “Eżami ta’ nofs it-terminu tal-pjan ta’ rkupru Ewropew ta’ wara l-COVID-19 (Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza)”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/7057, 4.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7057/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-informazzjoni ppubblikata fit-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (it-Tabella tal-RRF),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Novembru 2024 bit-titolu “NGEU Green Bonds Allocation and Impact report 2024” (Ir-rapport tal-2024 dwar l-allokazzjoni u l-impatt tal-bonds ekoloġiċi ta’ Next Generation EU) (SWD(2024)0275),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riċerka interna, l-analiżi fil-fond u l-briefings tiegħu relatati mal-implimentazzjoni tal-RRF<FOOTNOTE><FIELD> Il-Parlament Ewropew, Think Tank https://www.europarl.europa.eu/thinktank/mt/research/advanced-search?textualSearch=RRF&startDate=01%2F07%2F2019&endDate=&sort=RELEVANCE.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Jannar 2024 dwar is-sitwazzjoni fl-Ungerija u l-fondi ffriżati tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/5742, 17.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5742/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(e) u l-Anness 3 tad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta’ Diċembru 2002 dwar il-proċedura għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni għat-tfassil ta’ rapporti fuq inizjattiva proprja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Ambjent, il-Klima u s-Sikurezza tal-Ikel u tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji skont l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A10-0098/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF) inħolqot biex tagħmel l-ekonomiji u s-soċjetajiet Ewropej aktar sostenibbli, reżiljenti u mħejjija aħjar fid-dawl tal-kriżijiet bla preċedent fl-2019 u fl-2022, billi tappoġġja lill-Istati Membri fil-finanzjament ta’ investimenti strateġiċi u fl-implimentazzjoni tar-riformi;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi r-riformi u l-investimenti fl-ambitu tal-RRF jgħinu biex l-UE ssir aktar reżiljenti u anqas dipendenti billi jiddiversifikaw il-ktajjen tal-provvista ewlenin u b’hekk isaħħu l-awtonomija strateġika tal-UE; billi r-riformi u l-investimenti fl-ambitu tal-RRF jiġġeneraw ukoll valur miżjud Ewropew;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-RRF, kif ukoll fondi oħra tal-UE, bħall-istrument Ewropew għal appoġġ temporanju biex jittaffew ir-riskji tal-qgħad f’emerġenza, għen biex is-swieq tax-xogħol jiġu protetti mir-riskju ta’ ħsara fit-tul ikkawżata mix-xokk ekonomiku doppju tal-pandemija u l-kriżi tal-enerġija;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi n-nefqa tal-RRF taqa’ barra mil-limiti massimi tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) u billi r-rikavati mis-self jikkostitwixxu dħul assenjat estern; billi l-Parlament jiddispjaċih li dawn ma jiffurmawx parti mill-proċedura baġitarja; billi abbażi tal-prinċipju tat-trasparenza tar-Regolament Finanzjarju, iċ-ċittadini għandhom ikunu jafu kif u għal liema skop jintefqu l-fondi mill-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi, minħabba n-nuqqas ta’ progress fl-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda fl-UE u l-ħtieġa li tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-pjan tal-ħlas lura tal-UE, huwa essenzjali li jkun hemm strateġija ta’ finanzjament fit-tul ċara u affidabbli biex jiġu ssodisfati l-obbligi ta’ ħlas lura mingħajr ma jiġu sfurzati kompromessi diffiċli fil-baġit tal-UE li jistgħu jimminaw l-investimenti u l-prijoritajiet ta’ politika futuri; billi se jkunu meħtieġa diskussjonijiet ulterjuri u soluzzjonijiet finanzjarji konkreti biex tiġi żgurata l-vijabbiltà fit-tul tal-pjan tal-ħlas lura tad-dejn tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-kostijiet tas-self għal Next Generation EU jridu jiġġarrbu mill-baġit tal-UE u billi l-kostijiet reali jaqbżu sew il-projezzjonijiet tal-2020 b’riżultat tar-rati tal-imgħax għoljin; billi l-kostijiet totali għall-ħlas lura tal-kapital u tal-imgħax ta’ Next Generation EU huma pproġettati li jkunu madwar EUR 25 biljun sa EUR 30 biljun fis-sena mill-2028, ekwivalenti għal 15-20 % tal-baġit annwali tal-2025; billi l-Parlament insista li l-kostijiet ta’ rifinanzjament jitqiegħdu lil hinn mil-limiti massimi tal-QFP; billi ġie introdott “mekkaniżmu kaskata” fi tliet stadji li jinkludi strument speċjali ġdid tal-Unjoni Ewropea għall-irkupru matul ir-reviżjoni tal-QFP 2024 biex ikopri l-kostijiet żejda sinifikanti li jirriżultaw mis-self ta’ Next Generation EU b’rabta ma’ bidliet kbar fil-kundizzjonijiet tas-suq; billi matul il-proċedura baġitarja tal-2025 intlaħaq ftehim li jiġi segwit valur referenzjali ta’ 50:50 (nofs bin-nofs), jiġifieri li l-kostijiet żejda jiġu ffinanzjati f’ishma ugwali mill-kompartiment ta’ diżimpenn tal-istrument speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-irkupru u mill-Istrument ta’ Flessibbiltà;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-bonds maħruġa biex jiffinanzjaw l-RRF għandhom jitħallsu lura b’mod li jiżgura t-tnaqqis kostanti u prevedibbli tal-obbligazzjonijiet, sa mhux aktar tard mill-2058; billi l-Kunsill għad irid jadotta l-basket aġġustat ta’ riżorsi proprji ġodda propost mill-Kummissjoni, u dan iqajjem tħassib dwar il-vijabbiltà tal-ħlas lura tad-dejn imġarrab fl-ambitu ta’ Next Generation EU;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi d-dimensjoni soċjali hija aspett ewlieni tal-RRF, u tikkontribwixxi għal konverġenza ekonomika u soċjali ’l fuq, tirrestawra u tippromwovi t-tkabbir sostenibbli u trawwem il-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità għolja;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-RRF għandha tikkontribwixxi għal miżuri ta’ finanzjament biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-Istati Membri għad-diżastri klimatiċi, fost affarijiet oħra, u jissaħħaħ l-adattament għat-tibdil fil-klima; billi l-Istati Membri għandhom iwettqu valutazzjonijiet tal-impatt xierqa għall-miżuri u għandhom jikkondividu l-aħjar prattika dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti”;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-RRF għandha rwol importanti fl-appoġġ tal-investimenti u r-riformi fil-mobbiltà sostenibbli, fl-infrastruttura tat-trasport intelliġenti, fil-fjuwils alternattivi u fis-soluzzjonijiet ta’ mobbiltà diġitali, u b’hekk ittejjeb il-konnettività u l-effiċjenza madwar l-UE; billi huwa ta’ dispjaċir li ftit Stati Membri biss għażlu li jużaw l-RRF biex jappoġġjaw investimenti, b’mod partikolari fl-infrastruttura ferrovjarja ta’ veloċità għolja u fl-infrastruttura tal-passaġġi fuq l-ilma, immirati lejn l-iżvilupp ta’ kurituri Ewropej, minkejja l-inkoraġġiment ta’ proġetti transfruntiera u multinazzjonali; billi huwa kruċjali li jiżdiedu l-investimenti fl-infrastruttura tat-trasport, b’mod partikolari f’reġjuni li mhumiex moqdija biżżejjed, biex tittejjeb il-konnettività, tiġi appoġġjata l-koeżjoni reġjonali u jingħata kontribut għat-tranżizzjoni ekoloġika;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi sal-31 ta’ Diċembru 2024, l-Istati Membri kienu ppreżentaw 95 talba għal pagament u l-livell ta’ żborżi tal-RRF inkluż il-prefinanzjament kien ta’ EUR 197,46 biljun f’għotjiet (55 % tal-pakkett totali tal-għotjiet) u EUR 108,68 biljun f’self (37 % tal-pakkett totali tas-self); billi tliet Stati Membri diġà rċevew il-ħames pagament tagħhom, filwaqt li Stat Membru wieħed ma rċieva l-ebda finanzjament tal-RRF; billi l-Istati Membri kollha rrevedew il-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza (NRRPs) tagħhom mill-anqas darba; billi 28 % tal-miri u l-istadji importanti ntlaħqu b’mod sodisfaċenti u l-Kummissjoni għamlet użu mill-possibbiltà li tissospendi parzjalment il-pagamenti meta nstab li xi miri u stadji importanti marbuta ma’ talba għal pagament ma ntlaħqux b’mod sodisfaċenti; billi d-dewmien fl-eżekuzzjoni ta’ riformi u investimenti ppjanati, b’mod partikolari fl-infrastruttura soċjali u s-servizzi pubbliċi, jista’ jwassal għas-sottoutilizzazzjoni tar-riżorsi disponibbli, u b’hekk inaqqas l-impatt mistenni fuq it-tkabbir ekonomiku, l-impjiegi, u l-koeżjoni soċjali;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-QEA żvelat diversi nuqqasijiet tal-RRF, b’mod partikolari fir-rigward tat-tfassil tagħha, tat-trasparenza u tar-rappurtar tagħha, tar-riskju ta’ finanzjament doppju u tal-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ tranżizzjoni doppja;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi, skont il-QEA, il-prestazzjoni hija kejl tal-punt sa fejn azzjoni, proġett jew programm iffinanzjati mill-UE jkunu laħqu l-objettivi tagħhom u jkunu jipprovdu valur għall-flus; billi, barra minn hekk, il-finanzjament mhux marbut mal-kostijiet, fih innifsu, ma jikkostitwix strument imsejjes fuq il-prestazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi sistemi robusti ta’ awditjar u kontroll huma kruċjali biex jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-UE matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-RRF; billi l-istadji importanti komunement magħrufa bħala “stadji importanti ħafna”, b’mod partikolari dawk relatati mal-istat tad-dritt, kellhom jintlaħqu qabel kwalunkwe żborż tal-RRF;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi r-Regolament RRF jirreferi għan-“natura msejsa fuq il-prestazzjoni” tal-RRF iżda ma jagħtix id-definizzjoni ta’ “prestazzjoni”; billi l-prestazzjoni tal-RRF għandha tkun marbuta ma’ prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba u għandha tkejjel kemm azzjoni, proġett jew programm iffinanzjat mill-UE jkun issodisfa b’mod tajjeb l-objettivi tiegħu u kemm ikun ipprovda valur għall-flus;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi l-kontroll demokratiku effettiv u l-iskrutinju parlamentari fuq l-implimentazzjoni tal-RRF jeħtieġu l-involviment sħiħ tal-Parlament u l-kunsiderazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet kollha tiegħu fl-istadji kollha;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-Kummissjoni jeħtieġ li tipprovdi rapport ta’ evalwazzjoni <STRING ITALIC="on">ex post</STRING> indipendenti dwar l-implimentazzjoni tal-RRF sal-31 ta’ Diċembru 2028, li jikkonsisti f’valutazzjoni tal-punt sa fejn ikunu ntlaħqu l-objettivi, tal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u tal-valur miżjud Ewropew, kif ukoll valutazzjoni globali tal-RRF, u li jkun fih informazzjoni dwar l-impatt tagħha fit-tul;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi l-iskop ta’ dan ir-rapport huwa li tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni tal-RRF, skont ir-rwol tal-PE kif stabbilit fir-Regolament RRF, billi jindika l-benefiċċji u n-nuqqasijiet tal-RRF, filwaqt li jislet it-tagħlimiet mill-implimentazzjoni tiegħu;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">It-tisħiħ tar-reżiljenza soċjali u ekonomika tal-Ewropa</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jenfasizza l-fatt li l-RRF hija strument bla preċedent ta’ solidarjetà fid-dawl ta’ żewġ kriżijiet bla preċedent u ġebla tax-xewka tal-istrument Next Generation EU, li jintemm fl-2026; jenfasizza l-importanza li jinsiltu t-tagħlimiet mill-implimentazzjoni tagħha għall-QFP li jmiss, inkluż fir-rigward tat-trasparenza, ir-rappurtar u l-kejl koerenti tar-riżultati tanġibbli; jenfasizza l-effett stabbilizzanti tal-RRF għall-Istati Membri fi żmien ta’ inċertezza ekonomika kbira, peress li timmitiga l-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali negattivi u tappoġġja lill-gvernijiet billi tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, billi tippromwovi l-irkupru ekonomiku u l-kompetittività, filwaqt li tagħti spinta lir-reżiljenza u l-innovazzjoni, u billi tappoġġja t-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jenfasizza r-rwol importanti tal-RRF li tevita l-frammentazzjoni tas-suq intern u l-approfondiment ulterjuri tad-diverġenza makroekonomika, li trawwem koeżjoni soċjali u territorjali billi tipprovdi stabbilizzazzjoni makroekonomika, u li toffri assigurazzjoni lis-swieq finanzjarji billi ttejjeb il-fiduċja tal-investituri fi żminijiet ta’ taqlib, u b’hekk tnaqqas il-firxiet tar-rendiment;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-RRF hija strument ta’ darba li jipprovdi spazju fiskali addizzjonali li kkontribwixxa għall-prevenzjoni ta’ diverġenzi ekonomiċi u soċjali konsiderevoli bejn Stati Membri bi spazju fiskali divers; jenfasizza s-sejba tal-Kummissjoni li l-RRF wasslet għal żieda sostnuta fl-investimenti madwar l-UE u li l-Kummissjoni tistenna li l-RRF ikollha impatt dejjiemi madwar l-UE lil hinn mill-2026, fid-dawl tas-sinerġiji tagħha ma’ fondi oħra tal-UE; jinsab, madankollu, imħasseb minħabba li l-iskadenza tal-RRF fl-2026 toħloq riskju sinifikanti ta’ tnaqqis sostanzjali fl-investiment pubbliku fi prijoritajiet Ewropej komuni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Ifakkar li l-QFP u l-RRF flimkien jammontaw għal kważi EUR 2 triljun għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027, iżda jindika l-fatt li r-rati għoljin ta’ inflazzjoni u ż-żidiet assoċjati fil-kost tal-oġġetti u s-servizzi naqqsu l-valur attwali tal-infiq Ewropew maqbul f’termini nominali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jieħu nota tal-projezzjoni tal-Kummissjoni fl-2024 dwar il-potenzjal tal-impatt ta’ Next Generation EU fuq il-prodott domestiku gross (PDG) reali tal-UE sal-2026, li huwa ferm aktar baxx mis-simulazzjoni tagħha fl-2020 (1,4 % meta mqabbel ma’ 2,3 %), parzjalment minħabba kundizzjonijiet ekonomiċi u ġeopolitiċi negattivi, u tal-istima li Next Generation EU jista’ jwassal għal żieda mdaqqsa u fuq medda qasira ta’ żmien fl-impjiegi tal-UE sa 0,8 %; jinnota li l-benefiċċji fit-tul tal-RRF għall-PDG x’aktarx ikunu minn tlieta sa sitt darbiet ogħla mill-impenji baġitarji meħuda, u dan jiddependi mill-effetti tal-produttività tal-investiment tal-RRF u mill-implimentazzjoni diliġenti tar-riformi u l-investimenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jenfasizza d-diffikultà biex jiġi kkwantifikat l-impatt soċjali u ekonomiku preċiż tal-RRF, peress li jeħtieġ iż-żmien biex l-impatt tar-riformi u l-investimenti jsir evidenti; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ aktar evalwazzjonijiet indipendenti biex jiġi vvalutat l-impatt effettiv tar-riformi u l-investimenti u ta’ aktar titjib tal-metodoloġija sottostanti; jinnota s-sejba tal-Kummissjoni li madwar nofs iż-żieda mistennija fl-investiment pubbliku bejn l-2019 u l-2025 hija relatata ma’ investiment iffinanzjat mill-baġit tal-UE, b’mod partikolari mill-RRF, iżda jinnota li xi investimenti għadhom ma ħallewx impatt li jista’ jitkejjel;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jinnota li l-RRF inċentivat l-implimentazzjoni ta’ xi riformi inklużi fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż magħmula fil-kuntest tas-Semestru Ewropew permezz tal-inklużjoni ta’ tali riformi fl-NRRPs; jissottolinja li kien hemm qabża kwalitattiva ’l quddiem f’termini ta’ monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-RRF; ifakkar li t-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF tintuża biex jiġi mmonitorjat il-progress li jkun sar lejn l-ilħuq tal-miri u l-istadji importanti, kif ukoll il-konformità mal-prinċipji orizzontali, u b’mod partikolari s-sitt pilastri, jiġifieri t-tranżizzjoni ekoloġika, it-trasformazzjoni diġitali, it-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv (inklużi l-koeżjoni ekonomika, l-impjiegi, il-produttività, il-kompetittività, ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni, u suq intern li jiffunzjona tajjeb b’intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) b’saħħithom), il-koeżjoni soċjali u territorjali, is-saħħa, u r-reżiljenza ekonomika, soċjali u istituzzjonali bil-għan li, fost l-oħrajn, jiżdiedu t-tħejjija għall-kriżijiet u l-kapaċità ta’ rispons għall-kriżijiet, u l-politiki għall-ġenerazzjoni li jmiss, it-tfal u ż-żgħażagħ, bħall-edukazzjoni u l-ħiliet; jenfasizza li l-adozzjoni ġenerali tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż magħmula fil-kuntest tas-Semestru Ewropew għadha baxxa u saħansitra naqset;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jenfasizza li fil-kuntest tal-qafas il-ġdid ta’ governanza ekonomika, is-sett ta’ riformi u investimenti li jirfdu estensjoni tal-perjodu ta’ aġġustament għandu jkun konsistenti mal-impenji inklużi fl-NRRPs approvati matul il-perjodu ta’ operazzjoni tal-RRF u l-Ftehim ta’ Sħubija fl-ambitu tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1060/oj).</FIELD></FOOTNOTE>; josserva li l-ħames Stati Membri li talbu estensjoni tal-perjodu ta’ aġġustament sal-31 ta’ Diċembru 2024 iddependew parzjalment fuq ir-riformi u l-investimenti diġà approvati fl-ambitu tal-RRF biex jiġġustifikaw l-estensjoni; jieħu nota tal-fatt li l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri inkludew informazzjoni dwar jekk ir-riformi u l-investimenti elenkati fil-pjanijiet fiskali-strutturali fuq terminu medju humiex marbuta mal-RRF;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-RRF tipprovdi appoġġ kemm għar-riformi kif ukoll għall-investimenti fl-Istati Membri, iżda jinnota bi tħassib li l-perjodu qasir għall-implimentazzjoni pendenti tal-RRF joħloq sfidi għall-ikkompletar ta’ riformi ewlenin u investimenti fuq skala kbira li għandhom jiġu ffinalizzati lejn tmiem l-RRF u għall-ilħuq f’waqtu tas-70 % tal-miri u l-istadji importanti li għadhom pendenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Ifakkar li n-nefqa tal-RRF ma għandhiex tissostitwixxi n-nefqa baġitarja nazzjonali rikorrenti, sakemm dan ma jkunx debitament ġustifikat, u għandha tirrispetta l-prinċipju tal-addizzjonalità tal-finanzjament tal-UE; jinsisti li l-implimentazzjoni soda, sostenibbli u verifikabbli tan-nonrikorrenza, flimkien mal-immirar ta’ objettivi Ewropej definiti b’mod ċar tar-riformi u l-investimenti, hija kruċjali biex tiġi żgurata l-addizzjonalità u l-effett dejjiemi tal-fondi Ewropej addizzjonali; ifakkar fil-ħtieġa li jiġi rrispettat dan il-prinċipju u jappella kontra l-esklużjoni jew is-sostituzzjoni tal-politika ta’ koeżjoni bl-RRF jew bi strumenti temporanji oħra, peress li l-politika ta’ koeżjoni tibqa’ essenzjali għal konverġenza u koeżjoni territorjali sostenibbli u fit-tul;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jenfasizza li l-prijoritizzazzjoni tal-implimentazzjoni tal-RRF, in-nuqqas ta’ kapaċità amministrattiva f’ħafna Stati Membri u l-isfidi ppreżentati mill-ktajjen tal-provvista globali kkontribwew għad-dewmien fl-implimentazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni; jistieden lill-Kummissjoni, f’dan il-kuntest, tipprovdi valutazzjoni komprensiva tal-impatt tal-RRF fuq strumenti finanzjarji u investimenti pubbliċi oħra, tal-appoġġ tekniku, u tal-kapaċitajiet amministrattivi u ta’ assorbiment tal-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Ifakkar li, b’reazzjoni għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, ir-reviżjoni ta’ REPowerEU tikkontribwixxi għas-sigurtà tal-enerġija tal-Ewropa billi tnaqqas id-dipendenza tagħha fuq il-fjuwils fossili, tiddiversifika l-provvisti tal-enerġija tagħha, tinvesti f’infrastruttura u riżorsi Ewropej, tindirizza l-faqar enerġetiku u tinvesti fl-effiċjenza u l-iffrankar tal-enerġija fis-setturi kollha, inkluż dak tat-trasport; jenfasizza li permezz ta’ REPowerEU, saru disponibbli EUR 20 biljun addizzjonali f’għotjiet fl-2023, inklużi EUR 8 biljun iġġenerati mill-frontloading tal-kwoti tas-Sistema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet u EUR 12-il biljun mill-Fond għall-Innovazzjoni; jenfasizza s-suċċessi tal-Parlament fin-negozjati, b’mod partikolari dwar id-dispożizzjonijiet dwar ir-rikostituzzjoni tal-Fond għall-Innovazzjoni, il-mira ta’ finanzjament ta’ 30 % għall-proġetti transfruntiera, l-enfasi tal-investimenti fuq l-indirizzar tal-faqar enerġetiku għall-unitajiet domestiċi vulnerabbli, l-SMEs u l-mikrointrapriżi, u l-użu flessibbli tal-fondi ta’ koeżjoni mhux minfuqa mill-QFP 2014-2020 u tal-allokazzjonijiet nazzjonali, sa 7,5 %, fl-ambitu tal-QFP 2021-2027;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Ifakkar fit-talba tiegħu biex l-interventi tal-RRF jiġu ffukati fuq miżuri b’valur miżjud Ewropew u għalhekk jiddispjaċih għan-nuqqas ta’ miżuri transfruntiera jew multinazzjonali vijabbli, inklużi proġetti ta’ infrastruttura ferrovjarja ta’ veloċità għolja u ta’ mobbiltà sostenibbli għal użu doppju li huma essenzjali għall-ikkompletar tan-network TEN-T, u r-riskju relatat ta’ rinazzjonalizzazzjoni tal-finanzjament; jinnota li l-kamp ta’ applikazzjoni wiesa’ tal-objettivi tal-RRF ikkontribwixxa għal dan billi ppermetta li varjetà wiesgħa ta’ proġetti ta’ natura nazzjonali jaqgħu taħt il-mandat tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jenfasizza l-modifika tal-Artikolu 27 tar-Regolament RRF permezz ta’ REPowerEU, peress li dan saħħaħ b’mod sinifikanti d-dimensjonijiet transfruntiera u multinazzjonali tal-RRF billi ħeġġeġ lill-Istati Membri jemendaw l-NRRPs tagħhom biex iżidu l-kapitoli RepowerEU, inkluża mira ta’ nfiq ta’ mill-anqas 30 % għal tali miżuri sabiex tiġi ggarantita l-awtonomija enerġetika tal-UE; jinsab imħasseb dwar l-interpretazzjoni wiesgħa ħafna adottata mill-Kummissjoni, li tippermetti li kwalunkwe tnaqqis fid-domanda (nazzjonali) għall-enerġija jintuża bħala ġustifikazzjoni għal dimensjoni transfruntiera u multinazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jilqa’ l-possibbiltà li l-finanzjament tal-RRF jintuża biex isir kontribut għall-objettivi tal-Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa (STEP) billi jiġu appoġġjati investimenti f’teknoloġiji kritiċi fl-UE sabiex tingħata spinta lill-kompetittività industrijali tagħha; jinnota li l-ebda Stat Membru ma għamel użu mill-possibbiltà li jinkludi fl-NRRP tiegħu kontribuzzjoni addizzjonali fi flus kontanti għall-objettivi STEP permezz tal-kompartiment tal-Istati Membri ta’ InvestEU; ifakkar li l-Istati Membri għad għandhom il-possibbiltà li jemendaw il-pjanijiet nazzjonali tagħhom f’dan ir-rigward; jistenna li l-proċessi ta’ reviżjoni jkunu effiċjenti, simplifikati u sempliċi, speċjalment meta wieħed iqis l-iskadenza finali tal-2026, il-kuntest ġeopolitiku attwali u l-ħtieġa li jsir investiment fil-kapaċitajiet ta’ difiża Ewropej;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Ifakkar fl-applikazzjoni tal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” għar-riformi u l-investimenti kollha appoġġjati mill-RRF, b’deroga mmirata fl-ambitu ta’ REPowerEU għall-infrastrutturi u l-faċilitajiet tal-enerġija meħtieġa biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet immedjati tas-sigurtà tal-provvista; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tivvaluta l-fattibbiltà ta’ interpretazzjoni aktar uniformi tal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” bejn l-RRF u t-tassonomija tal-UE għal attivitajiet sostenibbli, filwaqt li tqis l-ispeċifiċitajiet tal-RRF bħala programm ta’ nefqa pubblika;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-aspetti ta’ finanzjament tal-RRF</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jisħaq li l-RRF hija l-ewwel strument ewlieni msejjes fuq il-prestazzjoni fil-livell tal-UE li huwa bbażat esklużivament fuq finanzjament mhux marbut mal-kostijiet; ifakkar li l-Artikolu 8 tar-Regolament RRF jistipula li l-RRF trid tiġi implimentata mill-Kummissjoni b’ġestjoni diretta f’konformità mar-regoli rilevanti adottati skont l-Artikolu 322 tat-TFUE, b’mod partikolari r-Regolament Finanzjarju u r-Regolament dwar il-Kondizzjonalità tal-Istat tad-Dritt; jiddispjaċih li l-Kunsill ma qabilx li jdaħħal regoli speċifiċi fir-Regolament Finanzjarju biex jindirizza r-riskji ta’ dan il-mudell ta’ implimentazzjoni, bħal pereżempju l-finanzjament doppju; iqis li r-regoli tar-Regolament Finanzjarju għandhom ikunu applikabbli bis-sħiħ għal strumenti futuri bbażati fuq il-finanzjament mhux marbut mal-kostijiet, inkluż fir-rigward ta’ multi, penali u sanzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jinnota li 13-il Stat Membru biss talbu self u li EUR 92 biljun mit-EUR 385,8 biljun disponibbli se jibqgħu ma jintużawx peress li dan l-ammont ma ġiex impenjat sal-iskadenza tal-31 ta’ Diċembru 2023; jieħu nota tal-fatt li s-self kien attraenti għall-Istati Membri li kienu qed jiffaċċjaw kostijiet tas-self ogħla fis-swieq finanzjarji jew li xtaqu jikkumpensaw għal tnaqqis fl-għotjiet tal-RRF; jirrimarka li xi Stati Membri għamlu użu limitat mis-self tal-RRF, jew minħabba pożizzjonijiet fiskali b’saħħithom jew minħabba kunsiderazzjonijiet amministrattivi; jistieden lill-Kummissjoni tanalizza r-raġunijiet għall-adozzjoni baxxa f’xi Stati Membri u tqis dawn is-sejbiet meta tfassal strumenti finanzjarji futuri tal-UE; jinnota bi tħassib li l-istrumenti finanzjarji nazzjonali għall-implimentazzjoni tal-NRRPs ma ġewx ippubbliċizzati biżżejjed, u dan wassal għal sensibilizzazzjoni u adozzjoni limitati min-naħa tal-benefiċjarji potenzjali; iqis li hija meħtieġa diskussjoni politika dwar l-użu tal-fondi mhux minfuqa fid-dawl tal-baġits pubbliċi stretti u l-prijoritajiet strateġiċi urġenti tal-UE; jitlob valutazzjoni ta’ kif u skont liema kundizzjonijiet il-fondi tal-RRF mhux użati jistgħu jiġu diretti mill-ġdid biex jagħtu spinta lill-kompetittività, ir-reżiljenza, id-difiża, u l-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali tal-Ewropa, b’mod partikolari permezz ta’ investimenti f’teknoloġiji diġitali u ekoloġiċi allinjati mal-iskop oriġinali tal-RRF;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Ifakkar fl-obbligu legali li jiġi żgurat il-ħlas lura sħiħ tan-nefqa ta’ Next Generation EU sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2058; ifakkar lill-Kunsill u lill-Kummissjoni fl-impenn legali tagħhom skont il-ftehim interistituzzjonali konkluż fl-2020 li jiżguraw perkors vijabbli għar-rifinanzjament tad-dejn ta’ Next Generation EU, inkluż permezz ta’ rikavati suffiċjenti minn riżorsi proprji ġodda introdotti wara l-2021 mingħajr ebda tnaqqis mhux dovut fin-nefqa marbuta mal-programmi jew fl-istrumenti ta’ investiment fl-ambitu tal-QFP; jiddeplora n-nuqqas ta’ progress li sar f’dan ir-rigward, peress li dan iqajjem tħassib dwar il-vijabbiltà tal-ħlas lura tad-dejn imġarrab fl-ambitu ta’ Next Generation EU, u jħeġġeġ lill-Kunsill jadotta riżorsi proprji ġodda mingħajr dewmien u bħala kwistjoni ta’ urġenza; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, barra minn hekk, tkompli bl-isforzi biex tidentifika riżorsi proprji ġodda ġenwini addizzjonali lil hinn mill-FII u marbuta mal-politiki tal-UE, sabiex jiġu koperti l-ħtiġijiet ta’ nfiq għoli assoċjati mal-finanzjament ta’ prijoritajiet ġodda u l-ħlas lura tad-dejn ta’ Next Generation EU;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jinnota bi tħassib l-istima tal-Kummissjoni li l-kostijiet totali għall-ħlas lura tal-kapital u tal-imgħax ta’ Next Generation EU huma projettati li jkunu madwar EUR 25 biljun sa EUR 30 biljun fis-sena mill-2028, ekwivalenti għal 15-20 % tal-baġit annwali tal-2025; ifakkar li fl-aħħar tliet proċeduri baġitarji kellu jsir rikors għal strumenti speċjali biex jiġu koperti l-kostijiet tal-istrument tal-Unjoni Ewropea għall-irkupru; jenfasizza li ż-żieda sinifikanti fil-kostijiet ta’ finanzjament tpoġġi pressjoni fuq il-baġit futur tal-UE u tillimita l-kapaċità ta’ rispons għall-isfidi futuri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jieħu nota tal-mira tal-Kummissjoni li tiffinanzja sa 30 % tal-kostijiet ta’ Next Generation EU billi toħroġ bonds ekoloġiċi; jinnota li sal-31 ta’ Diċembru 2024, il-Kummissjoni kienet ħarġet bonds ekoloġiċi Ewropej li jammontaw għal EUR 68,2 biljun;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">It-tfassil u l-implimentazzjoni tal-NRRPs</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jinnota li sal-31 ta’ Diċembru 2024 kienu ġew żborżati 47 % tal-fondi disponibbli tal-RRF, b’għotjiet li laħqu 55 % u self 37 %, u dan irriżulta fi proporzjon għoli ta’ miżuri li għad iridu jiġu kkompletati fl-2025 u fl-2026; jinsab imħasseb, madankollu, dwar is-sejba tal-QEA li sa Ottubru 2023, fi 15 minn 22 Stat Membru, 50 % biss tal-fondi żborżati kienu waslu għand il-benefiċjarji finali; jistieden lill-Kummissjoni tqis kif xieraq ir-rakkomandazzjonijiet tal-QEA sabiex ittejjeb il-funzjonament ta’ kwalunkwe strument futur imsejjes fuq il-prestazzjoni simili għall-RRF, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ QFP aktar immirat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-Istati Membri kollha qabżu l-miri għat-tranżizzjoni doppja ekoloġika (37 %) u diġitali (20 %), b’nefqa medja favur l-objettivi klimatiċi u diġitali tal-RRF fl-intier tagħha ta’ 42 % u 26 % rispettivament; jinnota li l-QEA xeħtet dubju fuq kif l-implimentazzjoni tal-miżuri tal-RRF ikkontribwiet għat-tranżizzjoni ekoloġika u rrakkomandat titjib fil-metodoloġiji użati biex jiġi stmat l-impatt tal-miżuri relatati mal-klima; jenfasizza l-fatt li l-istess nuqqasijiet metodoloġiċi jeżistu fil-pilastri kollha tal-RRF;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jinnota l-impatt tanġibbli li l-RRF jista’ jkollha fuq l-objettivi soċjali, meta l-Istati Membri qed jippjanaw li jonfqu madwar EUR 163 biljun; jissottolinja li tali nfiq irid ikun orjentat lejn ir-riżultati, filwaqt li jiżgura benefiċċji ekonomiċi u/jew soċjali li jistgħu jitkejlu; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu aċċellerati l-investimenti fl-iżvilupp taż-żoni rurali, periferiċi u ultraperiferiċi, iżolati u remoti, u fl-oqsma tal-akkomodazzjoni affordabbli, il-protezzjoni soċjali u l-integrazzjoni tal-gruppi vulnerabbli, u l-impjiegi taż-żgħażagħ, meta n-nefqa tkun għadha lura; jappella għal evalwazzjoni fil-fond mill-Kummissjoni, fl-ambitu tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF, tal-proġetti u r-riformi relatati mal-edukazzjoni u ż-żgħażagħ implimentati mill-Istati Membri fl-ambitu tal-RRF; jiddispjaċih dwar id-dewmien fl-implimentazzjoni tal-objettivi tas-saħħa osservat f’ċerti Stati Membri, peress li l-istrument għandu jtejjeb ukoll l-aċċessibbiltà u l-kapaċità tas-sistemi tas-saħħa, u tal-investimenti ewlenin fl-infrastruttura soċjali, inklużi l-faċilitajiet għall-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal; jisħaq li dan id-dewmien, f’xi każijiet marbut ma’ bidliet fil-prijoritajiet baġitarji u skedi ta’ żmien ta’ implimentazzjoni nazzjonali riveduti, jissogra li jimmina l-kisba tal-objettivi ta’ koeżjoni soċjali tal-RRF;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Itenni l-pożizzjoni ta’ negozjar tiegħu li jiġu inklużi miri għall-edukazzjoni (10 %) u għall-attivitajiet kulturali (2 %); iħeġġeġ l-isforz tal-Kummissjoni biex tevalwa dawn il-miri bħala punt ta’ riferiment fil-valutazzjoni tagħha tal-politika tal-edukazzjoni fl-NRRPs, permezz tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Josserva li maġġoranza kbira tal-NRRPs jinkludu taqsima speċifika li tispjega kif il-pjan jindirizza t-tħassib u l-isfidi relatati mal-ġeneru; jinsab imħasseb, madankollu, li xi NRRPs ma jinkludux spjegazzjoni ta’ kif il-miżuri fl-NRRP mistennija jikkontribwixxu għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-opportunitajiet indaqs għal kulħadd u jistieden lill-Istati Membri kkonċernati jżidu tali spjegazzjonijiet mingħajr dewmien;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza ta’ riformi li jiffukaw fuq il-frammentazzjoni tas-suq tax-xogħol, it-trawwim ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ kwalità, l-indirizzar tal-inugwaljanzi fil-livell tal-pagi, l-iżgurar ta’ kundizzjonijiet tal-għajxien deċenti, u t-tisħiħ tad-djalogu soċjali, il-protezzjoni soċjali u l-ekonomija soċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jinnota l-impatt tanġibbli li l-RRF jista’ jkollha fuq l-objettiv tat-trasformazzjoni diġitali, b’EUR 166 biljun allokati għal pjanijiet korrispondenti; jilqa’ l-kontributi li saru fl-ambitu tal-pilastru tat-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, b’mod partikolari għall-kompetittività u l-appoġġ għall-SMEs; jinnota l-ħtieġa ta’ aċċellerazzjoni tal-investimenti fil-kooperazzjoni tranżnazzjonali, appoġġ għal intrapriżi kompetittivi li jmexxu proġetti ta’ innovazzjoni, u bidliet regolatorji favur it-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, li għadhom lura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jisħaq fuq il-fatt li s-suċċess tal-investimenti tal-UE jiddependi fuq swieq kapitali li jiffunzjonaw tajjeb; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw żborż aktar effettiv u f’waqtu tal-fondi, b’mod partikolari għall-SMEs u għall-intraprendituri żgħażagħ, biex jissimplifikaw il-proċeduri ta’ applikazzjoni bil-ħsieb li jtejbu l-aċċessibbiltà u jimplimentaw miżuri speċifiċi biex jipprovdu appoġġ immirat bil-għan li jgħinuhom ikollhom rwol aktar prominenti fil-proċess ta’ tkabbir intelliġenti u inklużiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Huwa mħasseb dwar il-fatt li l-kisba tal-miri u l-istadji importanti għadha lura meta mqabbla mal-iskeda ta’ żmien indikattiva pprovduta fl-NRRPs, u li l-pass tal-progress mhuwiex uniformi madwar l-Istati Membri; jesprimi dispjaċir minħabba l-intervall latenti bejn l-ilħuq tal-miri u l-istadji importanti u l-implimentazzjoni tal-proġetti; jenfasizza li l-RRF se tikseb il-potenzjal b’terminu twil u qasir tagħha biss jekk il-komponenti tar-riforma u tal-investiment, rispettivament, ikunu implimentati kif suppost; jilqa’ l-fatt li, wara bidu kajman, l-implimentazzjoni tal-RRF żdiedet fir-ritmu mit-tieni nofs tal-2023, iżda dewmien sinifikanti li qed jaffettwa riformi u investimenti ewlenin għadu jippersisti u ġie attribwit lil diversi fatturi, inklużi r-reviżjonijiet marbuta mal-inklużjoni ta’ REPowerEU, mal-inflazzjoni li qed tiżdied, mal-kapaċità amministrattiva insuffiċjenti tal-Istati Membri, b’mod partikolari tal-Istati Membri iżgħar, mal-inċertezzi rigward regoli ta’ implimentazzjoni speċifiċi tal-RRF, mal-kostijiet għoljin tal-enerġija, man-nuqqas ta’ provvista u ma’ sottovalutazzjoni taż-żmien meħtieġ biex jiġu implimentati l-miżuri; jinnota li l-posponiment għall-2026 ta’ skadenzi ewlenin għall-implimentazzjoni minn xi gvernijiet iqajjem tħassib dwar il-kapaċità ta’ wħud mill-Istati Membri li jassorbu bis-sħiħ il-fondi allokati fil-perjodu ta’ żmien stabbilit tal-RRF; jisħaq fuq l-importanza li tinżamm skeda ta’ implimentazzjoni realistika u effettiva biex jiġi pprevenut ir-riskju ta’ proġetti mhux kompluti u opportunitajiet mitlufa għat-titjib strutturali; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-konġestjonijiet amministrattivi jiġu indirizzati b’mod urġenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Ifakkar fil-modifika tar-Regolament RRF permezz tal-inklużjoni tal-kapitolu REPowerEU; jisħaq fuq l-importanza tal-kapitoli REPowerEU fl-NRRPs u jistieden lill-Istati Membri jagħtu prijorità lil proġetti maturi u jimplimentaw l-NRRPs tagħhom aktar malajr, f’termini kemm ta’ riformi kif ukoll ta’ investimenti, u, meta jkun meħtieġ, jaġġustaw l-NRRPs f’konformità mal-objettivi tal-RRF, mingħajr ma jimminaw il-bilanċ ġenerali u l-livell ta’ ambizzjoni tal-NRRPs, sabiex jirreaġixxu għall-isfidi li jirriżultaw minn avvenimenti ġeopolitiċi u jindirizzaw ir-realtajiet attwali fil-prattika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jenfasizza l-fatt li l-RRF setgħet għenet biex ittaffi l-effetti tal-kriżi tal-akkomodazzjoni attwali fl-UE kollha; jesprimi dispjaċir għall-fatt li xi Stati Membri ma għamlux użu minn din l-opportunità u jisħaq fuq l-importanza li l-Istati Membri jaċċelleraw l-investimenti fid-disponibbiltà u fl-affordabbiltà tal-akkomodazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jenfasizza r-rwol tal-“istadji importanti ħafna” biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-UE kontra n-nuqqasijiet fil-qasam tal-Istat tad-dritt u biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni sħiħa tar-rekwiżiti skont l-Artikolu 22 tar-Regolament RRF; jilqa’ l-fatt li l-Istati Membri kollha ħlief wieħed laħqu b’mod sodisfaċenti l-“istadji importanti ħafna” tagħhom; ifakkar li l-Kummissjoni jeħtiġilha tirkupra kwalunkwe prefinanzjament li ma jkunx ġie nnettjat kontra talbiet għal pagament regolari sa tmiem l-RRF;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jinnota l-piż amministrattiv għoli u l-kumplessità miġjuba mill-RRF; jisħaq fuq l-isforzi konsiderevoli meħtieġa fil-livell nazzjonali biex l-RRF tiġi implimentata b’mod parallel mal-fondi strutturali; jinnota li bejn l-2021 u l-2024 l-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku mmexxi mid-domanda appoġġja aktar minn 500 riforma relatati mal-RRF fl-Istati Membri, marbuta direttament jew indirettament mat-tħejjija, mal-emenda, mar-reviżjoni u mal-implimentazzjoni tal-NRRPs; jieħu nota tal-gwida tal-Kummissjoni ta’ Lulju 2024 b’simplifikazzjonijiet u kjarifiki biex tiġi ssimplifikata l-implimentazzjoni tal-RRF iżda jistenna li l-Kummissjoni taġixxi malajr fuq il-wegħda tagħha li tnaqqas il-piż amministrattiv b’25 %; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħti appoġġ tekniku ċar u mmirat lill-Istati Membri, biex tippermettilhom jiżviluppaw kapaċità amministrattiva effiċjenti bil-għan li jimplimentaw il-miri u l-istadji importanti; jistieden lill-Kummissjoni tnaqqas il-livell ta’ kumplessità tar-regoli tal-UE dwar l-akkwist pubbliku li japplikaw għal kuntratti ta’ valur ogħla;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar il-kumplessità tal-proċeduri tal-applikazzjoni għall-finanzjament mill-RRF, b’mod partikolari għall-SMEs u għall-organizzazzjonijiet nongovernattivi, li jeħtieġu servizzi ta’ konsulenza esterna anke għal għotjiet żgħar; jenfasizza li tali ostakli burokratiċi jikkontradixxu l-objettivi oriġinali tal-RRF, liema objettivi kellhom l-għan li jipprovdu appoġġ finanzjarju rapidu u dirett; jappella għal simplifikazzjoni urġenti tar-rekwiżiti tal-applikazzjoni u tar-rappurtar, b’mod partikolari għal benefiċjarji iżgħar, biex jiġu massimizzati l-assorbiment u l-impatt tal-fondi u biex jiġu assistiti fil-kontribut tagħhom favur it-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jemmen li d-dewmien fl-implimentazzjoni jissottolinja r-riskju li miżuri li għalihom ikun tħallas il-finanzjament mill-RRF mhux se jitlestew sal-iskadenza għall-pagamenti tal-2026; jilqa’ d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni fid-Djalogu dwar l-Irkupru u r-Reżiljenza (RRD) tas-16 ta’ Settembru 2024 li mhux se tirrimborża l-proġetti mhux implimentati; iqis li huwa nuqqas li l-fondi tal-RRF imħallsa għall-miri u l-istadji importanti vvalutati bħala milħuqa ma jistgħux jiġu rkuprati jekk il-miżuri relatati eventwalment ma jiġux ikkompletati; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tqis ir-rakkomandazzjonijiet tal-QEA relatati ma’ dan u tivvaluta, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, l-miżuri li huma l-aktar f’riskju li ma jiġux ikkompletati sal-31 ta’ Awwissu 2026; jisħaq fuq l-importanza li jiġu mmonitorjati dawn il-miżuri, li jiġi ffaċilitat segwitu f’waqtu, u li ssir ħidma favur soluzzjonijiet biex jingħeleb id-dewmien;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jinnota bi tħassib li l-perjodu ta’ żmien ta’ implimentazzjoni li fadal tal-RRF huwa qasir wisq għall-implimentazzjoni ta’ ħafna proġetti innovattivi; jinnota wkoll li proġetti innovattivi, min-natura tagħhom, huma aktar diffiċli biex jiġu ppjanati u huma aktar probabbli li jiffaċċjaw ostakli matul l-implimentazzjoni tagħhom, u dan jagħmilhom mhux adattati għall-iskadenzi stretti tal-RRF; iħeġġeġ lill-Kummissjoni toħloq programmi futuri li jkunu flessibbli biżżejjed li jagħtu risposti xierqa f’ċirkostanzi li jinbidlu u li fl-istess ħin jiggarantixxu ċertu grad ta’ prevedibbiltà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jinnota li xi miri u stadji importanti jaf ma jkunux għadhom jistgħu jintlaħqu minħabba ċirkostanzi oġġettivi; jisħaq li kwalunkwe reviżjoni tal-NRRPs għandha ssir f’konformità mar-Regolament RRF, inklużi l-iskadenzi applikabbli, u ma għandhiex tinvolvi rigress tar-riformi jew tal-impenji, jew proġetti ta’ kwalità aktar baxxa, iżda għandha tinżamm l-ambizzjoni ġenerali u l-effiċjenza tal-infiq pubbliku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jinsab imħasseb dwar il-valutazzjoni mhux uniformi tal-NRRPs mill-Kummissjoni, peress li dan wassal għal standards doppji fl-applikazzjoni tar-Regolament; jinsab imħasseb ukoll dwar id-definizzjoni mhux uniformi u differenti tal-miri u l-istadji importanti bejn NRRP wieħed u ieħor, kif ġie rrappurtat b’mod konsistenti mill-QEA;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jenfasizza li t-tul ta’ żmien tal-valutazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni tat-talbiet għal pagament mill-Istati Membri jvarja b’mod konsiderevoli fost l-Istati Membri u jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ aktar trasparenza mill-Kummissjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni taċċellera l-valutazzjonijiet tagħha u tiżgura t-trattament ugwali tal-Istati Membri; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fl-UE kollha għall-miżuri u l-indikaturi li jintużaw biex jivvalutaw il-proġetti kollha tal-RRF;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom biex jindirizzaw il-konġestjonijiet amministrattivi u jipprovdu kapaċità amministrattiva suffiċjenti biex jaċċelleraw l-implimentazzjoni tal-RRF fid-dawl tal-iskadenza tal-2026 u jevitaw li jikkonċentraw proġetti tal-RRF f’reġjuni u fi bliet kapitali aktar żviluppati billi jippermettu li l-fondi tal-RRF jgħaddu għal proġetti fir-reġjuni l-aktar vulnerabbli, u b’hekk jaqdu l-objettiv tal-RRF li tissaħħaħ il-koeżjoni soċjali, territorjali u ekonomika tal-UE; jenfasizza l-importanza ta’ distribuzzjoni reġjonali ġusta fi ħdan l-NRRPs, filwaqt li jiġi żgurat li l-fondi tal-RRF jiġu allokati abbażi tal-impatt ekonomiku u soċjali, tal-fattibbiltà u tal-benefiċċji fit-tul;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jitlob estensjoni ta’ 18-il xahar ta’ proġetti maturi tal-RRF permezz ta’ emenda tar-Regolament RRF bil-kodeċiżjoni, jekk dan ikun meħtieġ; jenfasizza li l-estensjoni prevista tal-proġetti se titwettaq mill-Kummissjoni abbażi ta’ parametri referenzjarji oġġettivi, ċari u ġusti; jilqa’ l-possibbiltà li tiġi stabbilita sistema ta’ prijoritizzazzjoni u trasferiment immirata u msejsa fuq il-prestazzjoni wara l-iskadenza tal-2026 sabiex il-proġetti li jkunu għadhom għaddejjin ikunu jistgħu jiġu ffinalizzati permezz ta’ skemi oħra ta’ finanzjament, inklużi l-Fond Ewropew tal-Investiment u possibbilment fond Ewropew għall-kompetittività ġdid; iħeġġeġ għalhekk lill-Kummissjoni tippreżenta strateġija biex tindirizzata d-domanda enormi għal investiment pubbliku lil hinn mill-2026 mingħajr ma jiġu kompromessi riżorsi baġitarji f’oqsma kritiċi oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jitlob evalwazzjoni ta’ kif dan il-qafas jista’ jippermetti investimenti mmirati fl-innovazzjoni fid-difiża, fir-riżervi strateġiċi u fil-ktajjen tal-provvista tad-difiża tal-UE, filwaqt li jiġi żgurat l-allinjament ma’ objettivi tas-sigurtà Ewropej aktar wiesgħa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jinsab imħasseb peress li xi Stati Membri jistgħu jagħżlu li jirrinunzjaw partijiet mill-ammonti jew ammonti sħaħ assoċjati mal-aħħar talba għal pagament tagħhom, u b’hekk jevitaw l-ilħuq tal-aħħar miri u stadji importanti;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">It-trasparenza, il-monitoraġġ u l-kontroll</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jieħu nota tal-fatt li l-Kummissjoni kienet ippjanat li twettaq 112-il awditu tal-RRF fl-Istati Membri kollha fl-2024; ifakkar lill-Kummissjoni fl-obbligu tagħha, f’konformità mal-Artikolu 24(9) tar-Regolament RRF, li tirkupra l-finanzjament f’każ ta’ żborżi mhux korretti jew kanċellazzjoni ta’ miżuri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jinnota li l-Kummissjoni tiddependi fuq il-metodoloġiji tagħha stess meta tikkalkula l-pagamenti parzjali u s-sospensjonijiet tal-fondi; jiddispjaċih li dawn il-metodoloġiji ġew żviluppati biss sentejn wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-RRF u mingħajr il-konsultazzjoni tal-Parlament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jilqa’ l-ħidma estensiva tal-QEA fir-rigward tal-RRF u jqis li huwa importanti li jiġu vvalutati bir-reqqa s-sejbiet tagħha, b’mod partikolari s-sejbiet tagħha li l-miri u l-istadji importanti spiss ikunu pjuttost vagi u orjentati lejn l-output u għalhekk mhumiex adattati biex ikejlu r-riżultati u l-impatti, u s-sejbiet tagħha rigward ir-riskji ta’ finanzjament doppju li jirriżultaw minn duplikazzjonijiet ma’ politiki oħra; jinnota li l-Kummissjoni aċċettat ħafna mir-rakkomandazzjonijiet tal-QEA iżda mhux kollha; jisħaq li d-dgħufijiet fil-kontrolli finanzjarji, kif enfasizzat mill-QEA, iridu jiġu indirizzati b’urġenza biex jiġu pprevenuti l-finanzjament doppju, l-ineffiċjenzi tal-kostijiet, u l-ġestjoni ħażina tal-fondi tal-UE; jitlob trasparenza msaħħa u kunsiderazzjoni sħiħa tar-rakkomandazzjonijiet tal-QEA mingħajr ma jiżdied piż amministrattiv bla bżonn;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jinnota li l-QEA tqis li l-RRF tiffoka fuq il-progress fl-implimentazzjoni aktar milli fuq il-prestazzjoni, b’mod partikolari minħabba li l-miżuri ffinanzjati mill-RRF jiffokaw fuq l-outputs aktar milli fuq ir-riżultati, ivarjaw fl-ambizzjoni, xi drabi mhumiex ċari u mhux dejjem ikopru l-istadji ewlenin ta’ implimentazzjoni ta’ miżura, inkluż l-ikkompletar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jinnota li l-awditi tal-QEA żvelaw diversi każijiet fejn il-finanzjament kien ġie żborżat iżda r-rekwiżiti relatati mal-ilħuq tal-miri u l-istadji importanti korrispondenti ma kinux intlaħqu b’mod adegwat; jinnota wkoll li l-qafas tal-Kummissjoni biex tevalwa l-“ilħuq sodisfaċenti” tal-miri u l-istadji importanti rilevanti fih elementi diskrezzjonali, bħal “devjazzjoni minima minn rekwiżit” jew “dewmien proporzjonali”, u li l-metodoloġija għad-determinazzjoni ta’ pagamenti parzjali ma tipprovdix spjegazzjoni għall-valuri magħżula bħala koeffiċjenti, u għalhekk tħalli lok għall-interpretazzjoni; jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi lill-Parlament aktar kjarifiki;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jinsisti li, bħala regola, il-miżuri diġà inklużi fi pjanijiet nazzjonali oħra li jibbenefikaw minn finanzjament tal-UE (eż. il-koeżjoni, l-agrikoltura, eċċ.) ma għandhomx jiġu inklużi fl-NRRPs, anke jekk dawn ma jġorru l-ebda kost; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tibqa’ viġilanti u proattiva fl-identifikazzjoni ta’ kwalunkwe sitwazzjoni potenzjali ta’ finanzjament doppju b’mod partikolari fir-rigward tal-mudelli ta’ implimentazzjoni differenti tal-RRF u ta’ strumenti oħra ta’ finanzjament tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ rendikont xieraq tal-entrati tal-RRF u n-nuqqas persistenti ta’ trasparenza minkejja r-rekwiżit ta’ rappurtar biannwali mill-Istati Membri dwar l-akbar mitt riċevitur finali, liema rekwiżit ġie introdott f’REPowerEU fuq talba tal-Parlament; jiddispjaċih dwar id-dewmien fir-rappurtar minn xi Stati Membri u l-valur informattiv limitat tal-informazzjoni pprovduta, peress li dan fl-aħħar mill-aħħar jipprevjeni l-kontrolli tal-konformità mill-Kummissjoni jew mill-QEA; itenni t-talba tiegħu li l-listi tal-akbar riċevituri finali għal kull Stat Membru jiġu aġġornati u ppubblikati regolarment fit-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF u li tiġi inkluża informazzjoni dwar l-operaturi ekonomiċi involuti, inklużi l-kuntratturi u s-sottokuntratturi, u s-sidien benefiċjarji tagħhom, u mhux sempliċement il-ministeri jew kumpaniji tal-istat jew korpi governattivi oħra; jesprimi dispjaċir ukoll għall-fatt li d-definizzjoni attwali ta’ “riċevitur finali” tagħti lok għal interpretazzjoni, u dan jirriżulta f’benefiċjarji finali differenti għal miżuri simili fost l-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni, f’dan il-kuntest, tiżgura fehim komuni ta’ x’jikkostitwixxi “riċevitur finali” sabiex dan ikun jista’ jiġi applikat b’mod konsistenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jinsab imħasseb dwar dgħufijiet persistenti fil-mekkaniżmi nazzjonali ta’ rappurtar u ta’ kontroll, parzjalment minħabba l-pressjoni tal-assorbiment li taffettwa l-kapaċità li jiġi identifikat l-infiq ineliġibbli u minħabba l-kumplessità tal-proċeduri tal-awditu u ta’ kontrolli, u dan ħoloq inċertezza fl-Istati Membri u ammont żejjed ta’ proċeduri amministrattivi; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi aċċertament dwar jekk is-sistemi ta’ kontroll tal-Istati Membri jiffunzjonawx b’mod adegwat u tikkontrolla l-konformità tal-proġetti ta’ investiment iffinanzjati mill-RRF mar-regoli tal-UE u dawk nazzjonali; jappella biex il-pagamenti jitnaqqsu u, meta jkun xieraq, l-ammonti jiġu rkuprati f’konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament RRF, jekk jippersistu dgħufijiet fis-sistemi ta’ kontroll nazzjonali; jiddispjaċih dwar id-dipendenza fuq l-awtodikjarazzjonijiet u l-kontroverifiki manwali mir-riċevituri tal-fondi tal-UE fin-nuqqas ta’ għodod tal-IT interoperabbli u standards armonizzati, minkejja li jeżistu għodod bħas-Sistema ta’ Identifikazzjoni Bikrija u ta’ Esklużjoni u ARACHNE, li l-użu tagħhom bħalissa mhuwiex obbligatorju, u għalhekk dan jinvolvi r-riskju li nefqa tiġi ddikjarata darbtejn; ifakkar, f’dan ir-rigward, fin-nuqqas ta’ rieda min-naħa tal-Istati Membri li jagħmlu progress fl-iżvilupp tal-għodod rilevanti tal-IT fi żmien xieraq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jikkondividi l-fehma tal-QEA li l-mudell ta’ finanzjament mhux marbut mal-kostijiet ma jipprekludix ir-rappurtar dwar il-kostijiet reali; jinnota li meta jkun hemm informazzjoni intuwittiva ċara fir-rigward tal-kostijiet dan jiffaċilita wkoll il-ħidma tal-korpi ta’ kontroll u ta’ sorveljanza, kif ukoll l-UPPE u l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), u jippermetti skrutinju pubbliku mtejjeb;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Itenni r-rwol tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF biex tingħata informazzjoni liċ-ċittadini dwar il-progress ġenerali fl-implimentazzjoni tal-NRRPs; jissottolinja l-importanza tat-Tabella ta’ Valutazzjoni fit-tisħiħ tat-trasparenza, u jistieden lill-Kummissjoni żżid il-livell tat-trasparenza u tal-viżwalizzazzjoni tad-data fit-Tabella ta’ Valutazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Ifakkar li r-rappurtar dwar il-progress tal-implimentazzjoni fit-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF huwa bbażat fuq informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri fuq bażi biannwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jenfasizza r-rwol importanti tal-UPPE u tal-OLAF fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE; jilqa’ l-fatt li l-investigazzjonijiet tal-UPPE dwar każijiet ta’ frodi u ta’ korruzzjoni relatati mal-RRF wasslu għal diversi arresti, akkużi u sekwestri ta’ fondi tal-RRF; ifakkar li l-UPPE kien qed jittratta 307 każijiet attivi relatati mal-RRF fl-2024, u dawn jikkorrispondu għal madwar 17 % tal-investigazzjonijiet kollha dwar frodi fin-nefqa u jikkawżaw ħsara stmata għall-interessi finanzjarji tal-UE ta’ EUR 2,8 biljun; jistenna li l-għadd ta’ investigazzjonijiet jikber hekk kif l-implimentazzjoni tal-RRF tavvanza; jistieden lill-Kummissjoni teżamina d-dikjarazzjonijiet ta’ ġestjoni tal-Istati Membri f’termini tar-rappurtar tagħhom ta’ każijiet ta’ frodi identifikati u l-miżuri ta’ rimedju meħuda;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ir-rwol tal-Parlament Ewropew</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Itenni l-importanza tar-rwol tal-Parlament li jiskrutinizza u jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-RRF u li jżomm lill-Kummissjoni responsabbli; jenfasizza l-kontribut tal-Parlament ipprovdut permezz ta’ diversi mezzi, b’mod partikolari permezz ta’ diversi dibattiti plenarji, riżoluzzjonijiet parlamentari, laqgħat ta’ kull xahrejn tal-RRD u mal-Kummissarji responsabbli, aktar minn 30 laqgħa tal-grupp ta’ ħidma permanenti dwar l-iskrutinju tal-RRF, bosta mistoqsijiet parlamentari, il-proċedura ta’ kwittanza annwali tal-Kummissjoni u l-fluss regolari ta’ informazzjoni u talbiet <STRING ITALIC="on">ad hoc</STRING> għal informazzjoni mill-Kummissjoni; jiddispjaċih li l-mudell li jikkonsisti fl-użu tal-miri u l-istadji importanti biex jiskatta l-iżborż ma kienx akkumpanjat b’mekkaniżmi adegwati ta’ kontroll baġitarju, u dan wassal għal rwol imnaqqas għall-Parlament meta mqabbel mal-iskrutinju tiegħu tal-infiq tal-QFP;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Ifakkar fid-drittijiet tal-Parlament kif stabbiliti fl-Artikolu 25 tar-Regolament RRF, b’mod partikolari d-dritt li jirċievi simultanjament mill-Kummissjoni l-informazzjoni li din tibgħat lill-Kunsill jew lil xi wieħed mill-korpi preparatorji tagħha fil-kuntest tar-Regolament RRF jew tal-implimentazzjoni tiegħu, kif ukoll ħarsa ġenerali lejn is-sejbiet preliminari tagħha dwar l-ilħuq sodisfaċenti tal-miri u tal-istadji importanti rilevanti inklużi fl-NRRPs; iħeġġeġ il-kondiviżjoni tal-eżiti rilevanti tad-diskussjonijiet li jsiru fil-korpi preparatorji tal-Kunsill mal-kumitati parlamentari kompetenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Ifakkar ukoll fid-dritt tal-kumitati kompetenti tal-Parlament li jistiednu lill-Kummissjoni tagħti informazzjoni dwar is-sitwazzjoni attwali tal-valutazzjoni tal-NRRPs fil-kuntest tal-laqgħat tal-RRD;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jiddispjaċih għall-fatt li l-Parlament ma għandu l-ebda rwol fit-tfassil tal-NRRPs u ma jiġix ikkonsultat dwar it-talbiet għal pagament; jikkritika barra minn hekk il-fatt li l-Parlament ma ngħatax ħarsa ġenerali ċara u traċċabbli tal-istatus tal-implimentazzjoni tal-proġetti u tal-pagamenti; jistenna li jiġi infurmat dwar il-kuntest tar-reviżjonijiet tal-NRRPs sabiex jagħmel il-valutazzjoni tiegħu stess tar-reviżjonijiet u li jkollu rwol imsaħħaħ fi strumenti li jista’ jkun hemm fil-futur abbażi tal-esperjenza tal-RRF;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-involviment tal-partijiet ikkonċernati</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jiddispjaċih li kien hemm involviment insuffiċjenti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, tas-sħab soċjali, tal-parlamenti nazzjonali u ta’ partijiet ikkonċernati rilevanti oħra fit-tfassil, fir-reviżjoni jew fl-implimentazzjoni tal-NRRPs li wassal għal eżiti politiċi agħar, kif ukoll għal sjieda limitata; jiddispjaċih li fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-NRRPs, xi Stati Membri ffavorixxew b’mod ċar lil xi awtoritajiet lokali u reġjonali għad-detriment ta’ oħrajn; ifakkar li l-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, tal-awtoritajiet nazzjonali u ta’ dawk responsabbli għall-iżvilupp ta’ dawn il-politiki hija kruċjali għas-suċċess tal-RRF, kif iddikjarat fl-Artikolu 28 tar-Regolament RRF; ifakkar li l-Parlament appoġġja dispożizzjoni vinkolanti fl-RRF biex jiġi stabbilit djalogu f’diversi livelli bil-għan li jiġu involuti l-partijiet ikkonċernati rilevanti u jiġu diskussi magħhom it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-NRRPs, b’perjodu ta’ konsultazzjoni ċar; jitlob, għalhekk, l-involviment massimu possibbli tal-partijiet ikkonċernati fl-implimentazzjoni tal-NRRPs, f’konformità mal-qafas legali nazzjonali u abbażi ta’ prinċipji ċari u trasparenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Itenni l-ħtieġa ta’ interazzjoni regolari bejn l-awtoritajiet ta’ koordinazzjoni nazzjonali u l-partijiet ikkonċernati nazzjonali involuti fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-NRRPs, f’konformità mal-prinċipju tat-trasparenza u tal-obbligu ta’ rendikont; jisħaq li komunikazzjoni aktar regolari u pubblika mill-awtoritajiet ta’ koordinazzjoni nazzjonali hija meħtieġa biex tiżgura li jkun hemm disponibbli informazzjoni aġġornata dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-NRRPs tkun disponibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jisħaq li d-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu fil-livell li jkun l-aktar xieraq; huwa konvint li l-applikazzjoni tal-prinċipju tas-sħubija u l-involviment aktar b’saħħtu tal-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jagħmlu l-implimentazzjoni tal-proġetti aktar effiċjenti, inaqqsu d-disparitajiet fi ħdan l-Istati Membri u jirriżultaw f’aktar miżuri li jkunu ta’ kwalità aħjar b’dimensjoni transfruntiera u multinazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Jemmen li jistgħu jinsiltu tagħlimiet siewja mill-RRF biex jiġu riflessi fit-tfassil ta’ strumenti msejsa fuq il-prestazzjoni fil-QFP li jmiss, b’mod partikolari fid-dawl tal-aġendi tal-UE dwar il-kompetittività u s-simplifikazzjoni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">It-tagħlimiet għall-futur</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Jemmen li l-kombinazzjoni ta’ riformi u investimenti wriet li kienet ta’ suċċess iżda li hija meħtieġa rabta aktar ċara bejn it-tnejn; jenfasizza l-importanza li kwalunkwe finanzjament jiġi allinjat mal-objettivi tal-istrument u jiġi żborżat f’konformità mal-progress li jkun sar fil-konfront tagħhom; jinsisti li l-livell ta’ ambizzjoni tal-NRRPs m’għandux jitnaqqas iżda għandu jkun proporzjonat mal-iskeda ta’ żmien tal-RRF sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni b’suċċess tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Jinsab konvint, kif enfasizzat mir-rapport Draghi, li t-tisħiħ tal-kompetittività tal-UE, id-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija tal-UE u li din issir aktar ċirkolari u effiċjenti fir-riżorsi, kif ukoll it-tnaqqis tad-diskrepanza fil-ħiliet, il-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità u t-tisħiħ tal-kapaċità tal-innovazzjoni tal-UE, se jkunu prijoritajiet ċentrali lil hinn mill-2026; jinsab imħasseb li se tinħoloq diskrepanza mdaqqsa fil-finanzjament wara li l-RRF ma tibqax topera fi tmiem l-2026, b’mod partikolari għall-investiment pubbliku fi prijoritajiet Ewropej komuni, peress li r-riżorsi finanzjarji mill-baġits nazzjonali jvarjaw b’mod sinifikanti fost l-Istati Membri; jenfasizza l-ħtieġa li jsir użu mit-tagħlimiet meħuda mill-RRF biex l-investimenti pubbliċi u privati jintużaw b’mod strateġiku bil-ħsieb li jiġi indirizzat id-distakk finanzjarju fl-objettivi u fit-tranżizzjonijiet Ewropej, li r-rapport Draghi jistma li jaqbeż EUR 800 biljun fis-sena, filwaqt li tiġi żgurata l-kontinwità bla xkiel tal-investimenti fil-beni komuni Ewropej;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Jilqa’ l-użu mtejjeb tal-istrumenti finanzjarji li kien possibbli permezz tal-għażla li l-fondi tal-RRF jiġu ddireġuti lejn il-kompartiment tal-Istati Membri tal-Programm InvestEU;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tapplika t-tagħlimiet meħuda u l-osservazzjonijiet tal-QEA, u tiżgura li l-istrumenti futuri msejsa fuq il-prestazzjoni jkunu mmirati tajjeb, u allinjati mal-għan li jiġu ffinanzjati l-beni pubbliċi Ewropej u li tingħata prijorità biex jiġu indirizzati l-isfidi strateġiċi definiti b’mod ċar, is-sostenibbiltà ekonomika u l-kompetittività; jappella biex jiġi żgurat li l-istrumenti futuri kollha jkunu mfassla biex ikejlu mhux biss l-inputs jew l-outputs u l-progress fuq terminu qasir iżda wkoll ir-riżultati f’termini ta’ impatti fit-tul appoġġjati mill-eżiti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>69.</NO.P>Jinnota li, skont il-QEA, huwa essenzjali li l-istrumenti futuri msejsa fuq il-prestazzjoni ma jkunux imfassla u implimentati b’mod li jkun ta’ detriment għall-obbligu ta’ rendikont u, b’mod partikolari, li jkun hemm fis-seħħ sistemi ta’ kontroll xierqa fl-Istati Membri u li jiġu vverifikati mill-Kummissjoni qabel ma tibda l-implimentazzjoni; jinnota li dan ikun jinvolvi l-istabbiliment ta’ rekwiżiti minimi għall-kontrolli mwettqa mill-Istati Membri u għall-verifiki mwettqa mill-Kummissjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>70.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni indipendenti u tirrapporta dwar l-impatt tal-RRF fuq l-investimenti privati fil-livell aggregat tal-UE, b’mod partikolari dwar l-effett ta’ esklużjoni potenzjali tagħha fuq l-investimenti privati u l-fatturi determinanti tagħha; jitlob ukoll analiżi oġġettiva u ċara mill-Kummissjoni dwar kif l-implimentazzjoni tar-riformi u tal-investimenti fi ħdan l-NRRPs jaffettwaw l-ekonomiji tal-Istati Membri individwali, b’kunsiderazzjoni speċjali għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tqis it-tagħlimiet meħuda minn dawn l-analiżijiet u mill-osservazzjonijiet tal-QEA dwar l-implimentazzjoni tal-RRF meta tiġi biex tfassal il-proposti tagħha għall-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>71.</NO.P>Jissottolinja li l-investimenti u r-riformi kollha ffinanzjati mill-UE għandhom ikunu kkoordinati u koerenti mal-ippjanar strateġiku fil-livell nazzjonali, u għandhom jiffukaw fuq proġetti b’valur miżjud Ewropew ċar; jissottolinja l-ħtieġa ta’ mira ta’ nfiq għall-investimenti transfruntiera u multinazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa metodoloġija kredibbli biex tivvaluta d-dimensjonijiet transfruntiera u multinazzjonali ta’ proġetti ffinanzjati mill-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>72.</NO.P>Jenfasizza li djalogi soċjali u territorjali sinifikanti b’livell għoli ta’ involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, tas-sħab soċjali, tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tal-parlamenti nazzjonali fi ħdan il-qafas legali nazzjonali huma essenzjali għas-sjieda nazzjonali, għall-implimentazzjoni b’suċċess u għar-responsabbiltà demokratika; jesprimi tħassib dwar l-involviment insuffiċjenti tal-partijiet ikkonċernati kollha fl-implimentazzjoni u s-sorveljanza tal-inizjattivi ffinanzjati mill-RRF; jenfasizza b’mod partikolari li r-reġjuni u l-kunsilli tal-bliet ma jistgħux ikunu sempliċiment riċevituri ta’ deċiżjonijiet, mingħajr ma jingħataw l-opportunità li jsemmgħu leħinhom dwar ir-riformi u l-investimenti li verament jittrasformaw it-territorji tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>73.</NO.P>Jemmen li huwa essenzjali li jiġu adottati strateġiji differenzjati li jirrikonoxxu d-diversità kulturali tad-diversi reġjuni u jsaħħu l-koeżjoni ekonomika u soċjali tagħhom minflok ma jiġi applikat approċċ omoġenju jew approċċ “kulħadd f’keffa waħda” li jista’ jkun ta’ detriment għar-reġjuni anqas żviluppati; jitlob, għalhekk, li tali djalogi mal-partijiet ikkonċernati jissaħħu u jintużaw b’mod aktar diliġenti peress li jistgħu jispiraw inizjattivi u mekkaniżmi futuri fl-UE u fl-Istati Membri tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>74.</NO.P>Jissottolinja r-rekwiżit tar-Regolament RRF li l-informazzjoni dwar l-oriġini tal-finanzjament għal proġetti ffinanzjati mill-UE tiġi ppubblikata biex jiġi żgurat l-appoġġ taċ-ċittadini Ewropej;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>75.</NO.P>Jenfasizza li l-laqgħat tal-RRD kienu għodda importanti biex tittejjeb it-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont, u dan huwa kruċjali għall-implimentazzjoni ottima tal-RRF;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>76.</NO.P>Itenni li huma meħtieġa aktar sforzi biex jittejbu t-trasparenza u t-traċċabbiltà tal-użu tal-fondi tal-UE; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat li d-data li tkun rilevanti għall-kejl tal-prestazzjoni tkun disponibbli u li l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tiġi ppreżentata b’mod aħjar u aktar trasparenti; jisħaq li l-mekkaniżmu ta’ feedback bejn l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni u t-tfassil jew l-aġġustament tal-programm għandu jissaħħaħ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>77.</NO.P>Iqis li taħriġ u bini tal-kapaċitajiet aħjar fir-reġjuni u fl-awtoritajiet kollha involuti, b’mod partikolari fil-livell nazzjonali, setgħu jaċċelleraw l-implimentazzjoni tal-RRF u setgħu jippermettu lill- l-awtoritajiet ta’ implimentazzjoni jadattaw aħjar għan-natura msejsa fuq il-prestazzjoni tal-RRF; iqis li l-Kummissjoni setgħet assistiet aktar lill-Istati Membri fl-istadju tal-ippjanar u pprovdiet gwida dwar l-implimentazzjoni aktar bikrija, b’mod partikolari bil-ħsieb li jissaħħu s-sistemi ta’ awditu u kontroll tagħhom u d-dimensjoni transfruntiera tal-RRF;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>78.</NO.P>Jenfasizza l-importanza li jiġi mmitigat ir-riskju ta’ finanzjament doppju; jissuġġerixxi l-użu ta’ sistema integrata u interoperabbli tal-IT u tal-estrazzjoni tad-data u l-iżvilupp ta’ standards ċari għas-settijiet tad-data li għandhom jiġu applikati fl-Istati Membri kollha, bil-ħsieb li jingħata lok għal traċċar komprensiv u awtomatizzat tan-nefqa; jappella għal mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni mtejba li jiddefinixxu responsabbiltajiet ċari fost il-korpi involuti fl-implimentazzjoni tad-diversi programmi tal-UE u dawk nazzjonali, filwaqt li tiġi evitata kumplessità burokratika mhux meħtieġa u tiġi żgurata l-allokazzjoni effiċjenti tal-fondi; iħeġġeġ l-integrazzjoni ta’ analitika tad-data u għodod tal-IA avvanzati biex jittejbu r-rappurtar, l-evalwazzjoni u t-traċċar tal-prestazzjoni biex jittaffa l-volum tax-xogħol manwali u jiġu ssimplifikati l-proċessi ta’ rappurtar; jissottolinja li tali progress jista’ jseħħ biss jekk ikun hemm ukoll appoġġ operattiv biex l-amministrazzjonijiet jiġu diġitalizzati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>79.</NO.P>Iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li kwalunkwe tip ta’ finanzjament mhux marbut mal-kostijiet (FNLC) jew finanzjament tal-UE msejjes fuq il-prestazzjoni jikkonforma mar-regoli tal-UE u ma’ dawk nazzjonali, biex fl-aħħar mill-aħħar jitħarsu l-interessi finanzjarju tal-UE; itenni l-obbligu ta’ rendikont u r-responsabbiltà tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri biex jiżguraw il-legalità u r-regolarità tal-finanzjament tal-UE kif ukoll ir-rispett tal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>80.</NO.P>Iqis li r-rwol tal-Parlament fil-monitoraġġ tal-RRF għandu jissaħħaħ aktar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>81.</NO.P>Jappella biex l-istrumenti futuri msejsa fuq il-prestazzjoni jkollhom rendikont uniku tal-entrati biex jiġu traċċati l-kontribuzzjonijiet tal-baġit għall-proġetti ffinanzjati; jissottolinja l-ħtieġa li jitwettaq awditjar fil-livell tal-proġetti biex jiġu mmitigati r-riskji għar-reputazzjoni f’għajnejn il-pubbliku ġenerali u li jiġi ffaċilitat l-irkupru tal-fondi f’każ li l-miżuri jiġu kkanċellati; jissottolinja l-ħtieġa li jitnaqqsu l-konġestjonijiet u l-piżijiet amministrattivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>82.</NO.P>Jesiġi li kwalunkwe programm futur li jista’ jkun hemm imsejjes fuq il-prestazzjoni jagħmel rabtiet aktar ċari bejn il-miri u l-istadji importanti u l-proġett proprja li jkun qed jiġi implimentat; jisħaq li għandu jkun hemm anqas dewmien bejn l-ilħuq tal-istadji importanti u l-implimentazzjoni tal-proġetti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>83.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu għal pjattaforma miftuħa li jkun fiha data dwar ir-riċevituri finali u l-proġetti kollha, u dwar id-distribuzzjoni reġjonali tal-finanzjament, biex b’hekk jiġu ffaċilitati l-awditjar u s-sorveljanza demokratika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>84.</NO.P>Jisħaq li kwalunkwe deċiżjoni baġitarja futura possibbli dwar is-self tal-UE għandha tirrispetta l-unità tal-baġit u r-rwol tal-Parlament bħala parti mill-awtorità baġitarja; jenfasizza r-riskji ta’ qbiż tal-kostijiet għall-ħlas lura tad-dejn, li jirriżultaw fost l-oħrajn minn rati tal-imgħax volatili; iqis li huwa importanti li jiġi żgurat mill-bidu nett li jkun hemm finanzjament suffiċjenti disponibbli biex jiġu koperti dawn il-kostijiet mingħajr preġudizzju għal programmi jew prijoritajiet politiċi oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>85.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jivvalutaw mill-qrib u jitgħallmu minn strumenti u għodod bħall-RRF, sabiex jimmassimizzaw l-effiċjenza u l-impatt tal-finanzjament, l-investimenti u r-riformi tal-UE, jissimplifikaw l-objettivi tal-politika, itejbu l-kollaborazzjoni tal-istituzzjonijiet u l-partijiet ikkonċernati fil-livell nazzjonali u dak Ewropew, u jżidu s-sjieda nazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>86.</NO.P>Jinnota l-intenzjoni ddikjarata tal-Kummissjoni li tibbaża fuq l-esperjenza miksuba mill-RRF meta tfassal il-proposti tagħha għall-programmi ta’ finanzjament tal-UE għal wara l-2027, li mistennija jiġu ppreżentati aktar tard din is-sena; jirrikonoxxi li l-evalwazzjoni <STRING ITALIC="on">ex post</STRING> indipendenti se tasal tard wisq biex tikkontribwixxi għall-proċess li jwassal għall-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss, iżda jistenna li l-Kummissjoni u l-koleġiżlaturi jqisu kif xieraq it-tagħlimiet meħuda mill-RRF u r-rakkomandazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati rilevanti, b’mod partikolari l-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u s-sħab soċjali; jemmen li, billi l-UE qed tippjana reżiljenza ekonomika futura, hemm ukoll il-ħtieġa li jiġi mobilizzat aktar l-investiment privat, li jissaħħu s-swieq kapitali, u li jiġi żgurat li l-infiq pubbliku jibqa’ responsabbli mil-lat fiskali u strateġikament immirat biex jagħmel lill-UE aktar reżiljenti u sovrana f’kuntest ġeopolitiku dejjem aktar kunflittwali;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>87.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>