<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0129</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Ir-rapport 2024 tal-Kummissjoni dwar l-Istat tad-Dritt</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0100/2025 - Rapporteur: Ana Catarina Mendes)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Ġunju 2025 dwar ir-Rapport 2024 tal-Kummissjoni dwar l-Istat tad-Dritt (2024/2078(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b’mod partikolari l-Artikolu 2, l-Artikolu 3(1), l-Artikolu 3(3), it-tieni subparagrafu, l-Artikolu 4(3) u l-Artikoli 5, 6, 7, 11, 19 u 49 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b’mod partikolari l-artikoli tiegħu rigward ir-rispett u l-protezzjoni u l-promozzjoni tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali fl-Unjoni, inklużi l-Artikoli 70, 258, 259, 260, 263, 265 u 267,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Lulju 2024 bl-isem “Ir-rapport 2024 dwar l-istat tad-dritt – Is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Unjoni Ewropea” (COM(2024)0800), u l-anness tagħha li fih rakkomandazzjonijiet għall-Istati Membri,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ottubru 2024 dwar il-Politika tat-Tkabbir tal-UE (COM(2024)0690) u d-dokumenti tal-persunal li jakkumpanjawha (il-Pakkett tat-Tkabbir),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta’ kundizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433, 22.12.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/2092/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (ir-Regolament dwar il-Kundizzjonalità tal-Istat tad-Dritt),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1060/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (riformulazzjoni) (Regolament Finanzjarju), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(3) tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/692 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 390/2014<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 156, 5.5.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/692/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istrumenti tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali, bħad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR), il-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta’ Diskriminazzjoni Razzjali (CERD), il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Eliminazzjoni ta’ Kull Forma ta’ Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa (CEDAW) u l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRDP), id-Dikjarazzjoni dwar id-Drittijiet tal-Persuni li jagħmlu parti minn Minoranzi Nazzjonali, Etniċi, Reliġjużi u Lingwistiċi u r-Rakkomandazzjonijiet tal-Forum tan-NU dwar il-Kwistjonijiet tal-Minoranzi, u r-rakkomandazzjonijiet u r-rapporti tal-Eżami Perjodiku Universali tan-NU, kif ukoll il-każistika tal-korpi tat-trattati tan-NU u l-proċeduri speċjali tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem;
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, il-Karta Soċjali Ewropea, il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB) u l-Kumitat Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, u l-konvenzjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet, ir-riżoluzzjonijiet, l-opinjonijiet u r-rapporti tal-Assemblea Parlamentari, tal-Kumitat tal-Ministri, tal-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem, tal-Kummissjoni Ewropea kontra r-Razziżmu u l-Intolleranza, tal-Kumitat ta’ Tmexxija dwar il-Ġlieda kontra d-Diskriminazzjoni u dwar id-Diversità u l-Inklużjoni, tal-Kummissjoni ta’ Venezja u ta’ korpi oħra tal-Kunsill tal-Ewropa,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Karta Ewropea għal-Lingwi Reġjonali jew Minoritarji u l-Konvenzjoni Qafas għall-Ħarsien tal-Minoranzi Nazzjonali tal-Kunsill tal-Ewropa,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-memorandum ta’ qbil bejn il-Kunsill tal-Ewropa u l-Unjoni Ewropea tat-23 ta’ Mejju 2007 u l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2024 dwar il-prijoritajiet tal-UE għall-kooperazzjoni mal-Kunsill tal-Ewropa 2025-2026,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta motivata tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Diċembru 2017 għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar id-determinazzjoni ta’ riskju ċar ta’ ksur gravi tal-istat tad-dritt mir-Repubblika tal-Polonja (COM(2017)0835), maħruġa skont l-Artikolu 7(1) tat-TUE,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Ottubru 2016 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 215, 19.6.2018, p. 162.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Frar 2018 dwar il-protezzjoni u n-nondiskriminazzjoni fir-rigward tal-minoranzi fl-Istati Membri tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 463, 21.12.2018, p. 21.</FIELD></FOOTNOTE>;
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta’ Marzu 2018 dwar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex jiġi attivat l-Artikolu 7(1) tat-TUE minħabba s-sitwazzjoni fil-Polonja<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 129, 5.4.2019, p. 13.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ April 2018 dwar il-ħtieġa li jiġi stabbilit Strument għall-Valuri Ewropej biex jiġu appoġġati l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jippromwovu l-valuri fundamentali fl-Unjoni Ewropea fil-livell lokali u nazzjonali<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 390, 18.11.2019, p. 117.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Settembru 2018 dwar proposta li titlob lill-Kunsill jiddetermina, skont l-Artikolu 7(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-eżistenza ta’ riskju ċar ta’ ksur serju mill-Ungerija tal-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 433, 23.12.2019, p. 66.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Novembru 2018 dwar standards minimi għall-minoranzi fl-UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 363, 28.10.2020, p. 13.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar il-ħtieġa ta’ mekkaniżmu komprensiv tal-UE għall-protezzjoni tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 363, 28.10.2020, p. 45.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Ottubru 2020 dwar l-istabbiliment ta’ Mekkaniżmu tal-UE għad-Demokrazija, l-Istat tad-Dritt u d-Drittijiet Fundamentali<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 395, 29.9.2021, p. 2.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Novembru 2020 dwar l-impatt tal-miżuri tal-COVID-19 fuq id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 415, 13.10.2021, p. 36.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Diċembru 2020 dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej “Minority SafePack – miljun firma għad-diversità fl-Ewropa”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 445, 29.10.2021, p. 70.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Ġunju 2021 dwar is-sitwazzjoni tal-Istat tad-Dritt fl-Unjoni Ewropea u l-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 dwar il-Kundizzjonalità<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 67, 8.2.2022, p. 86.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ Ġunju 2021 dwar ir-Rapport tal-2020 tal-Kummissjoni dwar l-Istat tad-Dritt<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 81, 18.2.2022, p. 27.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Lulju 2021 dwar it-tfassil ta’ linji gwida għall-applikazzjoni tar-reġim ġenerali ta’ kundizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 99, 1.3.2022, p. 146.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Settembru 2021 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-identifikazzjoni ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru bħala qasam ġdid ta’ kriminalità elenkat fl-Artikolu 83(1) tat-TFUE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 117, 11.3.2022, p. 88.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Novembru 2021 dwar it-tisħiħ tad-demokrazija u tal-libertà u l-pluraliżmu tal-media fl-UE: l-użu indebitu ta’ azzjonijiet fl-ambitu tad-dritt ċivili u kriminali biex jissikktu l-ġurnalisti, l-NGOs u s-soċjetà ċivili<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 205, 20.5.2022, p. 2.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Diċembru 2021 dwar l-evalwazzjoni tal-miżuri ta’ prevenzjoni biex jiġu evitati l-korruzzjoni, l-infiq irregolari u l-użu ħażin tal-fondi tal-UE u nazzjonali f’każ ta’ fondi ta’ emerġenza u oqsma ta’ nfiq relatati mal-kriżi<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 251, 30.6.2022, p. 48.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Marzu 2022 dwar l-ispazju jiċkien tas-soċjetà ċivili fl-Ewropa<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 347, 9.9.2022, p. 2.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Marzu 2022 dwar l-istat tad-dritt u l-konsegwenzi tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 347, 9.9.2022, p. 168.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Mejju 2022 dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni dwar l-Istat tad-Dritt tal-2021<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 479, 16.12.2022, p. 18.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Ġunju 2022 dwar l-istat tad-dritt u l-approvazzjoni potenzjali tal-Pjan Nazzjonali ta’ Rkupru (RRF) tal-Polonja<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 493, 27.12.2022, p. 108.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Settembru 2022 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea fl-2020 u l-2021<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 125, 5.4.2023, p. 80.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Settembru 2022 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tiddetermina, skont l-Artikolu 7(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-eżistenza ta’ riskju ċar ta’ ksur serju mill-Ungerija tal-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 125, 5.4.2023, p. 463.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ Ottubru 2022 dwar l-Istat tad-Dritt f’Malta, ħames snin wara l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 149, 28.4.2023, p. 15.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ Ottubru 2022 dwar iż-żieda fir-reati ta’ mibegħda kontra persuni LGBTIQ+ fl-Ewropa kollha fid-dawl tal-qtil omofobiku reċenti fis-Slovakkja<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 149, 28.4.2023, p. 22.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Novembru 2022 dwar il-ġustizzja razzjali, in-nondiskriminazzjoni u l-ġlieda kontra r-razziżmu fl-UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 161, 5.5.2023, p. 10.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ Novembru 2022 dwar il-valutazzjoni tal-konformità tal-Ungerija mal-kundizzjonijiet tal-istat tad-dritt skont ir-Regolament dwar il-Kundizzjonalità u s-sitwazzjoni attwali tal-RRP Ungeriż<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 167, 11.5.2023, p. 74.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-30 ta’ Marzu 2023 dwar ir-Rapport tal-2022 dwar l-Istat tad-Dritt – is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Unjoni Ewropea<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 341, 27.9.2023, p. 2.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ April 2023 dwar ir-relazzjonijiet istituzzjonali bejn l-UE u l-Kunsill tal-Ewropa<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/442, 1.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/442/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta’ Frar 2024 intitolata “Rapport dwar ir-rapport tal-Kummissjoni tal-2023 dwar l-istat tad-dritt”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/6743, 26.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6743/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta’ Frar 2024 dwar l-approfondiment tal-integrazzjoni tal-UE fid-dawl tat-tkabbir futur<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/6746, 26.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6746/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta’ Ġunju 2023 dwar il-ksur tal-Istat tad-Dritt u tad-drittijiet fundamentali fl-Ungerija u l-fondi ffriżati tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/1223, 21.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1223/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat ta’ Inkjesta PEGA tiegħu u r-rakkomandazzjoni tiegħu tal-15 ta’ Ġunju 2023 lill-Kunsill Ewropew u lill-Kummissjoni wara l-investigazzjoni ta’ allegati kontravvenzjonijiet u amministrazzjoni ħażina fl-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fir-rigward tal-użu tal-Pegasus u ta’ software ta’ spjunaġġ għas-sorveljanza ekwivalenti<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/494, 23.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/494/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Lulju 2023 dwar il-liġi elettorali, il-kumitat investigattiv u l-istat tad-dritt fil-Polonja<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/3995, 17.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3995/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Ottubru 2023 dwar l-Istat tad-Dritt f’Malta: 6 snin wara l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia u l-ħtieġa li l-ġurnalisti jiġu protetti<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/2656, 29.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2656/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Diċembru 2023 bit-titolu “Ma hemmx post għall-mibegħda: Ewropa magħquda kontra l-mibegħda” (JOIN(2023)0051),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Jannar 2024 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-UE fl-2022 u l-2023<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/5739, 17.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5739/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Jannar 2024 dwar l-estensjoni tal-lista ta’ reati fl-UE għad-diskors ta’ mibegħda u r-reati ta’ mibegħda<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/5733, 17.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5733/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ April 2024 dwar is-seduti li għadhom għaddejjin skont l-Artikolu 7(1) tat-TUE rigward l-Ungerija biex jissaħħaħ l-istat tad-dritt u l-implikazzjonijiet baġitarji tiegħu<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2024)0367.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjoni tal-proċedura tal-Artikolu 7 tat-TUE fir-rigward tal-Polonja, kif imħabbar mill-Kummissjoni fid-29 ta’ Mejju 2024, wara l-passi meħuda mill-Polonja biex terġa’ tiġi rrispettata l-konformità mal-istandards tal-UE fejn jidħol l-istat tad-dritt,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 2262 (2019) tal-24 ta’ Jannar 2019 tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-promozzjoni tad-drittijiet ta’ persuni li jagħmlu parti minn minoranzi nazzjonali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet u r-rapporti tal-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem, tal-Kummissarju Għoli għall-Minoranzi Nazzjonali, tar-Rappreżentant għal-Libertà tal-Media u ta’ korpi oħra tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE). il-kooperazzjoni bejn l-UE u l-OSKE fir-rigward tad-demokratizzazzjoni, il-bini tal-istituzzjonijiet u d-drittijiet tal-bniedem u r-rapport annwali tal-OSKE dwar ir-reati ta’ mibegħda li fih l-Istati parteċipanti impenjaw ruħhom li jgħaddu leġiżlazzjoni li tipprevedi penali li jqisu l-gravità tar-reati ta’ mibegħda, li jieħdu azzjoni biex jindirizzaw is-sottorappurtar, u li jintroduċu jew ikomplu jiżviluppaw attivitajiet ta’ bini tal-kapaċitajiet biex uffiċjali tal-infurzar tal-liġi, tal-prosekuzzjoni u dawk ġudizzjarji jipprevjenu, jinvestigaw u jressqu quddiem il-ġustizzja reati ta’ mibegħda,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapporti speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri tas-17 ta’ Diċembru 2024 dwar l-Infurzar tad-Dritt tal-UE (28/2024), tat-22 ta’ Frar 2024 dwar l-Istat tad-Dritt fl-UE (03/2024), u tal-10 ta’ Jannar 2022 dwar l-appoġġ tal-UE għall-istat tad-dritt fil-Balkani tal-Punent (01/2022), u r-rieżami tiegħu tat-28 ta’ Frar 2024 dwar ir-rappurtar tal-Kummissjoni dwar l-istat tad-dritt (02/2024), u r-rakkomandazzjonijiet rispettivi tagħhom,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Linji Gwida Politiċi għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss 2024-2029, ippreżentati lill-Parlament fit-18 ta’ Lulju 2024 minn Ursula von der Leyen, kandidat għal President tal-Kummissjoni,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istħarriġiet tal-Ewrobarometru tal-2024 dwar il-korruzzjoni, li juru li l-korruzzjoni għadha ta’ tħassib serju għaċ-ċittadini u għan-negozji fl-UE,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapporti ta’ feedback, ir-rapporti ta’ missjoni, il-mistoqsijiet bil-miktub u t-tweġibiet tal-Grupp ta’ Monitoraġġ tad-Demokrazija, l-Istat tad-Dritt u d-Drittijiet Fundamentali (DRFMG) tiegħu<FOOTNOTE><FIELD> Għall-attivitajiet kollha ta’ monitoraġġ tad-DRFMG, ara: https://www.europarl.europa.eu/committees/mt/libe-democracy-rule-of-law-and-fundament/product-details/20190103CDT02662.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A10-0100/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-Unjoni hija msejsa fuq il-valuri komuni – minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE – tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta’ persuni li jagħmlu parti minn minoranzi – valuri li huma komuni għall-Istati Membri tal-UE u li huma riflessi fil-Karta u inkorporati fit-trattati internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem; billi l-Karta hija parti mil-liġi primarja tal-UE; billi d-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali huma valuri li jsaħħu lil xulxin u li, meta jiġu mminati, huma ta’ theddida sistemika għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni kollha li jgħixu fl-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi jidher ċar mill-Artikolu 49 tat-TUE, li jipprevedi l-possibbiltà li kull Stat Ewropew japplika sabiex isir membru tal-Unjoni Ewropea, li l-Unjoni hija komposta minn Stati li impenjaw ruħhom liberament u volontarjament favur il-valuri komuni msemmija fl-Artikolu 2 tat-TUE, li jirrispettaw dawn il-valuri u jimpenjaw ruħhom li jippromwovuhom; billi d-dritt tal-UE huwa għalhekk ibbażat fuq il-premessa fundamentali li kull Stat Membru jaqsam mal-Istati Membri l-oħra kollha, u jirrikonoxxi li dawk l-Istati Membri jaqsmu miegħu, dawk l-istess valuri; billi dik il-premessa timplika u tiġġustifika l-eżistenza ta’ fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri fir-rikonoxximent ta’ dawn il-valuri u, għaldaqstant, l-osservanza tad-dritt tal-UE li jimplimentahom<FOOTNOTE><FIELD> L-Opinjoni 2/13 tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Diċembru 2014, ECLI:EU:C:2014:2454, il-paragrafu 168.</FIELD></FOOTNOTE><STRING SUPERSCRIPT="on">,</STRING><FOOTNOTE><FIELD> Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Ġunju 2019, <STRING ITALIC="on">Il-Kummissjoni Ewropea v. Ir-Repubblika tal-Polonja</STRING>, C-619/18, ECLI:EU:C:2019:531, paragrafu 42.</FIELD></FOOTNOTE> billi l-Istati Membri huma meħtieġa jiżguraw li tiġi pprevenuta kwalunkwe rigressjoni fil-protezzjoni tal-valuri minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (OSĊ), il-komunità legali, l-assoċjazzjonijiet, il-media indipendenti u l-movimenti ta’ bażi jibqgħu l-pedament tal-istat tad-dritt billi jippromwovu t-trasparenza, l-obbligu ta’ rendikont u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-proċessi demokratiċi; billi dawn l-atturi kienu strumentali biex jissalvagwardjaw l-indipendenza ġudizzjarja, il-libertà tal-espressjoni u valuri kostituzzjonali oħra, filwaqt li ħafna drabi joperaw taħt restrizzjonijiet politiċi u legali dejjem akbar;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-prinċipju tal-kooperazzjoni leali fl-Artikolu 4(3) tat-TUE jistabbilixxi obbligu fuq l-Unjoni u l-Istati Membri biex jassistu lil xulxin fit-twettiq tal-obbligi li jirriżultaw mit-Trattati b’rispett reċiproku sħiħ, u fuq l-Istati Membri biex jieħdu kwalunkwe miżura xierqa, ġenerali jew b’mod partikolari, biex jiżguraw it-twettiq tal-obbligi li jirriżultaw mit-Trattati jew li jirriżultaw mill-atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni; billi l-Istati Membri għandhom joqogħdu lura minn kwalunkwe miżura li tista’ tipperikola l-ilħuq tal-għanijiet tal-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi fi stħarriġ reċenti tal-Ewrobarometru, 74 % tar-rispondenti ħasbu li l-UE għandha rwol importanti fir-rispett tal-istat tad-dritt u 89 % kienu tal-fehma li huwa importanti għall-Istati Membri kollha li jirrispettaw il-valuri fundamentali tal-UE; billi, fil-kuntest ekonomiku u politiku globali attwali, it-tisħiħ tal-fiduċja taċ-ċittadini fl-istat tad-dritt u tar-reżiljenza tad-demokraziji fil-livell tal-UE huwa fattur kruċjali;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-adeżjoni mal-UE trid dejjem tkun proċedura bbażata fuq il-mertu li fiha ssir valutazzjoni ta’ jekk applikant jissodisfax il-kriterji ta’ Copenhagen, b’mod partikolari dawk li jiggarantixxu rispett sħiħ għad-drittijiet tal-bniedem, għad-demokrazija u għall-istat tad-dritt, sabiex jiġi żgurat li t-tkabbir tal-UE jsaħħaħ aktar milli jdgħajjef lill-UE u lis-suq uniku tagħha; filwaqt li jfakkar fir-rwol fundamentali tal-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni bħala strument tal-Unjoni maħsub biex jappoġġja l-istat tad-dritt, id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, inkluż it-tisħiħ tal-istituzzjonijiet demokratiċi u tal-OSĊ, kif ukoll il-progress dwar il-governanza tajba u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-promozzjoni u l-protezzjoni tan-nondiskriminazzjoni u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet għall-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Indipendenza tal-ġudikatura</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jissottolinja li ġustizzja ġusta u aċċessibbli hija prinċipju bażiku tal-istat tad-dritt li jirrikjedi ġudikatura indipendenti; itenni li l-aċċess għall-ġustizzja huwa essenzjali għaċ-ċittadini biex jeżerċitaw id-drittijiet, jikkontestaw id-diskriminazzjoni u jżommu lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet responsabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Ifakkar li sistemi legali nazzjonali robusti huma indispensabbli fl-Istati Membri, pajjiżi kandidati potenzjali u pajjiżi kandidati, peress li l-Kummissjoni tibbaża fuq l-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali biex jinfurzaw id-dritt tal-UE, u li huma fundamentali għall-kooperazzjoni ġudizzjarja madwar l-UE u biex titrawwem il-fiduċja reċiproka; jinnota bi tħassib li filwaqt li xi sistemi ġudizzjarji jistgħu teoretikament jidhru robusti, dan mhux dejjem ikun allinjat mar-realtà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa għall-imparzjalità tal-imħallfin; ifakkar li l-ħatra u l-promozzjoni tal-imħallfin għandhom ikunu determinati biss mill-kwalifiki tagħhom u ma jkunux influwenzati minn kunsiderazzjonijiet politiċi jew personali, bħall-imħallfin essenzjali għas-salvagwardja tal-indipendenza ġudizzjarja; ifakkar li l-kriterji għan-nomini u l-ħatriet għal pożizzjonijiet ġudizzjarji ta’ livell għoli jridu jkunu kompletament trasparenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jissottolinja r-rwol importanti tal-kunsilli nazzjonali tal-ġudikatura fis-salvagwardja tal-indipendenza ġudizzjarja; iqis li jeħtieġ li jiġu evalwati r-riformi li huma fil-proċess li jiġu adottati fi Stati Membri differenti u jinkoraġġixxi l-adattament tal-kompożizzjoni u l-funzjonament ta’ dawn il-korpi għall-istandards stabbiliti mill-Kummissjoni u l-Kunsill tal-Ewropa, u li ġew approvati mill-QĠUE; jistieden lill-Kummissjoni, fir-rapporti futuri tagħha dwar l-istat tad-dritt, tqiegħed enfasi partikolari fuq ir-rwoli, l-istrutturi u l-funzjonament tal-kunsilli ġudizzjarji nazzjonali tal-Istati Membri, bħala parti mill-valutazzjoni tagħha tal-indipendenza ġudizzjarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jirrimarka li s-servizz tal-prosekuzzjoni huwa element ewlieni fil-kapaċità ta’ Stat Membru li jiġġieled il-kriminalità u l-korruzzjoni; jesprimi dispjaċir għal kwalunkwe interferenza governattiva jew politika fl-investigazzjonijiet dwar il-korruzzjoni u jfakkar li ħadd mhuwa ’l fuq mil-liġi; jikkundanna l-użu ħażin tas-sistema ġudizzjarja għal skopijiet politiċi, inkluża l-persekuzzjoni tal-avversarji politiċi u l-indħil fl-investigazzjonijiet tal-korruzzjoni; jisħaq li kemm il-prosekuzzjonijiet motivati politikament kif ukoll il-liġijiet ta’ amnestija u l-proċeduri ta’ maħfra mmexxija minn interessi politiċi jimminaw il-fiduċja pubblika fil-prinċipji kostituzzjonali u l-istandards tal-UE; jenfasizza l-importanza li tiġi ggarantita l-awtonomija u l-indipendenza tas-servizz tal-prosekuzzjoni, biex b’hekk tiġi pprevenuta kwalunkwe interferenza politika fil-ħidma tiegħu, speċjalment mill-gvern; jenfasizza r-rwol tal-proċessi ta’ ħatra trasparenti għall-prosekuturi bħala fattur ewlieni biex tinżamm il-fiduċja pubblika fil-ġustizzja kriminali; jenfasizza t-tħassib tiegħu dwar l-attakki ripetuti fuq l-imħallfin u l-prosekuturi li qed iwettqu investigazzjonijiet politiċi ta’ profil għoli marbuta ma’ każijiet ta’ korruzzjoni u ta’ abbuż ta’ poter imwettqa kontra avversarji politiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jitlob li l-proċeduri dixxiplinari għall-imħallfin u l-prosekuturi jiġu ttrattati minn korpi indipendenti ħielsa minn influwenza politika u, fejn meħtieġ, li s-sistema ta’ proċeduri dixxiplinari tiġi riformata biex jiġi prekluż l-użu tagħhom mill-awtoritajiet politiċi biex jikkontrollaw il-ġudikatura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni żżomm sorveljanza kostanti, filwaqt li tiżgura li l-imħallfin u l-prosekuturi jibqgħu indipendenti mill-awtoritajiet responsabbli għall-ħatra jew il-ħatra mill-ġdid tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja b’mod proattiv u tieħu azzjoni malajr għar-riskji tar-rigress tal-istat tad-dritt f’oqsma ta’ indipendenza ġudizzjarja u aċċess għall-ġustizzja, f’konformità mal-prinċipju ta’ nonrigressjoni kif iċċarat fil-każistika reċenti tal-QĠUE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jinnota li l-Kummissjoni sabet li hemm sfidi strutturali fir-rigward tat-titjib tal-effiċjenza, l-aċċessibbiltà u l-kwalità tal-ġudikatura ta’ xi Stati Membri<FOOTNOTE><FIELD> COM(2024)0800, l-Anness bir-rakkomandazzjonijiet, pp. 1, 9, 11, 19 u 24.</FIELD></FOOTNOTE> u ta’ pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali; jinnota li l-Kummissjoni sabet li diversi Stati Membri allokaw riżorsi addizzjonali għat-tisħiħ tar-reżiljenza tas-sistemi ġudizzjarji biex jiżguraw ir-riżoluzzjoni f’waqtha tal-każijiet u jnaqqsu x-xogħol b’lura, filwaqt li fi Stati Membri oħra l-livelli ta’ remunerazzjoni jkomplu joħolqu sfidi, li spiss iwasslu għal nuqqasijiet u postijiet vakanti; jinnota li n-nuqqas ta’ finanzjament u ta’ persunal jista’ jdgħajjef l-aċċessibbiltà u l-effettività tas-sistemi ġudizzjarji, u dan inaqqar il-fiduċja fl-istat tad-dritt; jenfasizza li remunerazzjoni adegwata hija essenzjali biex tattira u żżomm persunal ġudizzjarju kwalifikat; jemmen bis-sħiħ li t-taħriġ huwa element ewlieni li jiggarantixxi l-indipendenza tal-imħallfin, kif ukoll il-kwalità u l-effiċjenza tas-sistema ġudizzjarja; jiddikjara li proċeduri ġudizzjarji mwettqa f’perjodu ta’ żmien raġonevoli huma element importanti tal-istat tad-dritt u ta’ proċedimenti ġusti; jinnota, f’dak il-kuntest, li t-tabella ta’ valutazzjoni tal-ġustizzja tindika diskrepanzi sinifikanti fis-settur legali tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw opportunitajiet ta’ taħriġ għall-imħallfin; jemmen bis-sħiħ li t-taħriġ għandu jkun multidixxiplinari, b’enfasi partikolari fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri; itenni li riżorsi adegwati, inklużi l-finanzjament, l-infrastruttura u l-persunal kwalifikat, huma kruċjali għall-effiċjenza u l-aċċessibbiltà tas-sistema ġudizzjarja; jirrikonoxxi r-rwol tal-persunal tal-qorti, inklużi n-nutara, f’bosta Stati Membri; jistieden lill-Istati Membri kollha jsegwu l-każijiet ta’ korruzzjoni f’terminu raġonevoli sabiex ma jitrawwimx sens ta’ impunità fost iċ-ċittadini tagħhom; jistieden lill-Istati Membri japprofittaw mill-opportunitajiet offruti mid-diġitalizzazzjoni biex jissimplifikaw il-proċeduri u l-proċessi, itejbu l-effiċjenza u l-aċċessibbiltà, jiffrankaw il-ħin u jnaqqsu l-ispejjeż tal-ħżin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza ta’ sistemi ġudizzjarji indipendenti u aċċess għal għajnuna legali b’xejn biex jiġi żgurat aċċess ugwali għall-ġustizzja; itenni li riżorsi adegwati, inklużi l-infrastruttura u l-persunal, huma kruċjali għat-titjib tas-sistemi ġudizzjarji; jirrakkomanda li l-Istati Membri jieħdu passi konkreti biex itejbu l-aċċess għall-ġustizzja għal gruppi marġinalizzati u vulnerabbli, inkluż b’sistemi tal-għajnuna legali finanzjati adegwatament, imtejba u miżuri biex jiġu indirizzati l-ostakoli tal-lingwa u d-distakki diġitali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Ifakkar li r-Rapport 2024 tal-Kummissjoni dwar l-Istat tad-Dritt jiddikjara li fl-Ungerija għad hemm tħassib serju jippersisti fir-rigward tal-indipendenza ġudizzjarja u li l-influwenza politika fuq is-servizz tal-prosekuzzjoni, bir-riskju ta’ interferenza bla bżonn f’każijiet individwali, u li l-libertà tal-espressjoni tal-imħallfin għadha taħt pressjoni u l-kampanji ta’ malafama kontra l-imħallfin għadhom għaddejjin fil-media;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jilqa’ r-rwol ċentrali tal-QĠUE fid-difiża tal-istat tad-dritt madwar l-UE; japprova aktar inizjattivi biex jissaħħu r-riżorsi u l-kapaċitajiet tal-QĠUE ħalli tindirizza b’mod effettiv sfidi ulterjuri għall-istat tad-dritt; itenni li f’konformità mal-Artikolu 19 tat-TUE u mal-Artikolu 267 tat-TFUE, il-qrati nazzjonali ma jistgħux jiġu mfixkla milli jużaw il-possibbiltà ta’ rinviju għal deċiżjoni preliminari quddiem il-QĠUE; jistieden lill-Kummissjoni twettaq verifika sistematika f’dan ir-rigward bħala parti mir-rapport annwali tagħha dwar l-istat tad-dritt, u tibda proċedimenti ta’ ksur f’każijiet fejn l-imħallfin nazzjonali jiffaċċjaw ostakli f’dan ir-rigward;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jiddispjaċih għax-xejra ta’ xi Stati Membri li biha qed japplikaw b’mod selettiv, idewmu jew mhumiex jimplimentaw is-sentenzi tal-QĠUE u tal-QEDB u jitlob li l-implimentazzjoni f’waqtha u b’mod effettiv tagħhom; jenfasizza li l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE jeħtieġ jintegraw u jimplimentaw b’mod sistematiku l-aħħar każistika tal-QĠUE biex iħarsu l-istat tad-dritt u jiżguraw l-applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-UE; jappella għall-adattament malajr tal-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-oqfsa istituzzjonali biex jikkonformaw mad-deċiżjonijiet tal-qrati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Itenni l-appoġġ qawwi tiegħu għall-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja u l-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI) bħala istituzzjonijiet ġuriżdizzjonali essenzjali, indipendenti u imparzjali fi żmien partikolarment diffiċli għall-ġustizzja internazzjonali; ifakkar fil-ħtieġa li jiġu implimentati bis-sħiħ l-ordnijiet tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja, li huma legalment vinkolanti; jitlob lill-Unjoni, lill-Istati Membri tagħha u lill-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali jkomplu jappoġġjaw lill-QKI;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, bħala l-gwardjan tat-Trattati, tissodisfa r-responsabbiltà tagħha għall-infurzar tal-valuri bażiċi tal-Unjoni, inklużi dawk stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-TUE u tal-liġi primarja tal-UE, u ma tibbażax fuq li ċ-ċittadini jmorru minn jeddhom il-Qorti biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dritt tal-UE; jisħaq li n-nuqqas ta’ implimentazzjoni ta’ sentenzi domestiċi u internazzjonali qed jikser l-istat tad-dritt u jirriskja li jħalli lin-nies mingħajr rimedju u jista’ joħloq perċezzjoni fost il-pubbliku li s-sentenzi jistgħu jiġu injorati, u dan jimmina l-fiduċja ġenerali li ssir aġġudikazzjoni ġusta; jissottolinja r-rwol fundamentali tal-QĠUE u tal-QEDB li jiżguraw ir-rispett għal-liġi u jiggarantixxu l-uniformità fl-applikazzjoni tagħha; jipproponi li jiġu stabbiliti skadenzi ċari għall-implimentazzjoni tas-sentenzi tal-qorti, kif ukoll pjan ta’ monitoraġġ dettaljat għall-implimentazzjoni tas-sentenzi pendenti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tniedi proċeduri ta’ ksur jekk ikun meħtieġ, flimkien ma’ mozzjonijiet għal miżuri interim; jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw fil-pront is-sentenzi pendenti tal-QĠUE u tal-QEDB u jissuġġerixxi l-istabbiliment ta’ unità ta’ monitoraġġ biex timmonitorja l-implimentazzjoni tas-sentenzi tal-QĠUE u tal-QEDB relatati mad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali fil-pajjiżi tal-UE, u jintegraw bis-sħiħ is-sejbiet tal-unità ta’ monitoraġġ fir-rapport annwali dwar l-istat tad-dritt; jirrakkomanda lill-Kummissjoni, b’mod partikolari, biex tieħu azzjoni rigward in-nuqqasijiet ta’ implimentazzjoni tas-sentenzi tal-QĠUE skont l-Artikolu 260(2) tat-TFUE u tapplika r-Regolament dwar il-Kundizzjonalità tal-Istat tad-Dritt f’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mas-sentenzi tal-QĠUE u tal-QEDB fejn il-ksur identifikat jaffettwa jew jirriskja li jaffettwa serjament il-baġit jew l-interessi finanzjarji tal-Unjoni; jisħaq li n-nuqqas ta’ konformità sistematiku mad-dritt tal-UE għandu jwassal għal penali finanzjarji tanġibbli biex tiġi żgurata deterrenza ġenwina; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta jekk id-dewmien jew in-nuqqas ta’ konformità ma’ tali deċiżjonijiet jiġġustifikax proċeduri quddiem in-nuqqas ta’ azzjoni skont l-Artikolu 258 tat-TFUE; jistieden lill-Kummissjoni tanalizza b’mod sistematiku d-data dwar in-nuqqas ta’ konformità mal-fehmiet tal-Korpi tat-Trattat tan-NU speċifiċi għall-pajjiżi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jilqa’ r-reviżjoni tad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Vittmi<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 57, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2012/29/oj).</FIELD></FOOTNOTE> biex jingħalqu l-lakuni legali, filwaqt li jiġi żgurat li l-vittmi jistgħu jiksbu aċċess għall-ġustizzja u jirċievu appoġġ; jistieden lill-Kunsill jinkludi kemm jista’ jkun mill-mandat tal-Parlament, inklużi dispożizzjonijiet li jiżguraw id-dritt tal-vittmi li jagħmlu reviżjoni tad-deċiżjonijiet fil-proċedimenti kriminali, dwar l-aċċess għal rimedji legali u kumpens ġust, u dwar servizzi ta’ appoġġ komprensivi, b’mod partikolari għal dawk f’sitwazzjonijiet vulnerabbli; jisħaq fuq l-importanza tal-ġbir effettiv tad-data, it-tisħiħ tal-allokazzjoni tar-riżorsi għall-assistenza għall-vittmi u tas-salvagwardja tal-privatezza u tad-data personali tal-vittmi biex tiġi prevenuta l-vittimizzazzjoni sekondarja u jiġi żgurat li l-vittmi, inklużi l-migranti mingħajr dokumenti u l-persuni li jfittxu l-ażil, ikunu jistgħu jirrapportaw ir-reati b’mod sikur; jistenna li l-koleġiżlaturi jadottaw soluzzjonijiet li huma ċċentrati fuq il-vittmi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jirrikonoxxi r-rwol essenzjali tal-infurzar tal-liġi fir-rispett tal-istat tad-dritt u l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw finanzjament, taħriġ u riżorsi adegwati għall-pulizija u l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi; jistieden lill-Istati Membri jqisu l-Kodiċi tal-Etika tal-Pulizija tal-Kunsill tal-Ewropa f’dan ir-rigward; jenfasizza li kwalunkwe użu tal-forza jrid ikun strettament meħtieġ, proporzjonat u soġġett għal salvagwardji ċari; jistieden lill-Istati Membri jintroduċu linji gwida għall-għażla, l-ittestjar u l-prova trasparenti, indipendenti u konsistenti tal-armi użati mill-aġenti tal-infurzar tal-liġi, abbażi tal-istandards, ir-rakkomandazzjonijiet u l-prinċipji gwida tan-NU; jinnota li din il-valutazzjoni għandha tiddetermina li tali armi jkunu konformi mad-dritt u l-istandards internazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem qabel l-għażla u l-użu tagħhom; jistieden lill-Istati Membri jinvestigaw bir-reqqa kwalunkwe każ ta’ użu eċċessiv tal-forza u trattament diskriminatorju mill-aġenziji tal-infurzar tal-liġi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi, bħala kwistjoni ta’ tħassib fir-rigward tal-istat tad-dritt, il-kundizzjonijiet fil-ħabsijiet f’rapporti futuri dwar l-istat tad-dritt, minħabba t-tħassib serju u dejjem jikber fl-Ewropa dwar iffullar, kundizzjonijiet tal-għajxien inadegwati u r-rati allarmanti ta’ suwiċidji fil-ħabsijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni speċjali lill-analiżi tal-ġustizzja proċedurali bl-għan li jiġu identifikati l-punti b’saħħithom, il-lakuni, id-diskrepanzi u l-aħjar prattika sabiex jiġu żgurati t-trasparenza, l-effiċjenza u t-trattament ġust fit-tisħiħ tal-ġustizzja amministrattiva madwar l-UE, bħala mezz biex jiġi żgurat l-obbligu ta’ rendikont tal-awtoritajiet pubbliċi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Qafas kontra l-korruzzjoni </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jenfasizza li l-istat tad-dritt jirrikjedi li l-persuni li jokkupaw kariga pubblika ma jistgħux jaġixxu b’mod arbitrarju jew jabbużaw mis-setgħa tagħhom għall-gwadann personali; jissottolinja li l-gvernijiet għandhom jadottaw liġijiet fl-interess tal-pubbliku ġenerali u mhux fl-interess ta’ individwi speċifiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Itenni li l-korruzzjoni hija theddida serja għad-demokrazija, id-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt fl-Istati Membri, il-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali; jissottolinja li l-korruzzjoni tnaqqar il-fiduċja taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet pubbliċi; jiddeplora l-fatt li l-Ewrobarometru tal-2024 dwar il-korruzzjoni juri li l-korruzzjoni għadha kwistjoni ta’ tħassib serju għaċ-ċittadini u n-negozji tal-UE, u li 68 % tal-Ewropej jikkunsidraw li l-korruzzjoni hija mifruxa f’pajjiżhom, 65 % jemmnu li l-każijiet ta’ korruzzjoni f’livell għoli mhumiex segwiti biżżejjed u 41 % jemmnu li l-livell ta’ korruzzjoni żdied; iqis dan bħal sejħa għall-UE biex iżżid l-isforzi tagħha biex tiġġieled il-korruzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tiffinalizza minnufih in-negozjati dwar is-sħubija tal-UE fil-Grupp ta’ Stati kontra l-Korruzzjoni (GRECO) tal-Kunsill tal-Ewropa; jinnota li tali sħubija se tiżgura trasparenza, akkontabbiltà u effiċjenza akbar fil-ġestjoni tal-fondi tal-UE, il-proċess leġiżlattiv u l-ħidma tal-istituzzjonijiet tal-UE, u jitlob li r-rapport annwali dwar l-istat tad-dritt ikopri l-istituzzjonijiet tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Itenni l-appell tiegħu lill-Istati Membri kollha biex jadottaw kodiċi ta’ kondotta għall-imħallfin li jsegwi r-rakkomandazzjonijiet tal-GRECO, u li jqis il-kodiċijiet applikabbli fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea; jistieden lill-Istati Membri joħolqu mekkaniżmi indipendenti biex jinvestigaw l-allegat ksur tal-kodiċi ta’ kondotta u liġijiet oħra, itejbu l-iżvelar u t-trasparenza fir-rigward tal-kunflitti ta’ interess u r-rigali riċevuti mill-ġudikatura, u jindirizzaw il-kwistjoni tar-revolving doors;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri, il-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali u l-istituzzjonijiet tal-UE jsaħħu t-trasparenza u l-akkontabbiltà fl-istituzzjonijiet pubbliċi billi jsaħħu l-oqfsa legali u l-proċessi ta’ rappurtar kontra l-korruzzjoni u l-kunflitt ta’ kompetenza legali biex jiżguraw l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni effettivi ta’ każijiet ta’ korruzzjoni, inklużi każijiet ta’ korruzzjoni f’livell għoli (fost l-oħrajn dawk marbuta ma’ proċeduri tal-akkwist pubbliku u dawk relatati ma’ żoni b’livell għoli ta’ riskju, bħall-portijiet jew il-fruntieri tal-art), isaħħu l-mekkaniżmi u l-korpi ta’ sorveljanza u l-indipendenza u l-funzjonament xieraq tal-aġenziji eżistenti, irawmu l-protezzjoni għall-informaturi, itejbu l-oqfsa ta’ integrità u jagħmlu lobbying għal leġiżlazzjoni; jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ progress rilevanti magħmul u jenfasizza li huma meħtieġa kundanni finali u pieni deterrenti biex jintwera impenn ġenwin li tiġi indirizzata l-korruzzjoni; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw it-trasparenza u l-kontabbiltà tal-attivitajiet ta’ lobbjar, inkluż l-istabbiliment jew it-titjib ta’ reġistri obbligatorji tal-lobbjar u mekkaniżmi ta’ “impronta leġiżlattiva” għall-insegwiment tal-influwenza tal-attivitajiet ta’ lobbjar fuq il-proċessi tat-tfassil tal-liġijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jirrikonoxxi r-rwol importanti tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) fis-salvagwardja tal-istat tad-dritt u fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni fi ħdan l-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib il-livell ta’ kooperazzjoni tal-Istati Membri mal-UPPE; japprova r-rinforz tas-setgħat ta’ monitoraġġ u koordinazzjoni tal-UPPE bl-għan li tissaħħaħ il-ħila tiegħu li jiġġieled il-korruzzjoni fl-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi, skont l-Artikolu 86(4) tat-TFUE, espansjoni tal-mandat tal-UPPE biex jiġu evitati l-evażjoni tal-miżuri restrittivi tal-UE u r-reati ambjentali transfruntiera, u biex tħaffef ir-reviżjoni tar-Regolament tal-UPPE<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/1939/oj).</FIELD></FOOTNOTE> u d-Direttiva dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-UE permezz tal-liġi kriminali<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2017/1371/oj).</FIELD></FOOTNOTE> sabiex tissalvagwardja u tiċċara l-kompetenza primarja tal-UPPE fir-rigward ta’ reati ta’ korruzzjoni li jolqtu l-interessi finanzjarji tal-UE jew li jitwettqu minn uffiċjali tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha li għadhom ma għamlux dan biex jingħaqdu mal-UPPE sabiex tissaħħaħ l-effettività tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-protezzjoni tal-fondi tal-UE; jistieden lill-pajjiżi kandidati u lill-pajjiżi kandidati potenzjali kollha jistabbilixxu qafas għal kooperazzjoni effettiva mal-UPPE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jistieden lill-korpi Ewropej bħall-Europol, l-Eurojust, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, l-UPPE u l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) itejbu l-kooperazzjoni tagħhom fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-frodi li jolqtu l-finanzi tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ it-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont fil-komunikazzjonijiet, iż-żjarat u l-laqgħat kollha tagħha, speċjalment ma’ atturi nazzjonali ta’ livell għoli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tarmonizza d-definizzjoni ta’ reati ta’ korruzzjoni fis-settur pubbliku u privat u l-pieni korrispondenti; jilqa’ l-inklużjoni ta’ miżuri ta’ prevenzjoni, inkluż dwar il-finanzjament politiku illeċitu u taħriġ, fid-direttiva dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, bħal regoli effettivi għall-iżvelar u l-ġestjoni ta’ kunflitti ta’ interess, l-aċċess miftuħ għall-informazzjoni u regoli effettivi li jirregolaw l-interazzjoni bejn is-settur privat u dak pubbliku; jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu wkoll regoli effettivi biex jindirizzaw ir-revolving doors, jistabbilixxu kodiċi ta’ kondotta għall-uffiċjali pubbliċi, jistabbilixxu impronta leġiżlattiva pubblika, u jiżguraw it-trasparenza fil-finanzjament tal-kandidaturi għall-uffiċjali pubbliċi eletti u l-partiti politiċi; japprezza li kważi l-Istati Membri kollha issa għandhom stabbiliti strateġiji kontra l-korruzzjoni; jesprimi dispjaċir, fl-istess ħin, dwar il-fatt li l-implimentazzjoni u l-effettività jvarjaw; jistieden lill-Istati Membri li għadhom ma għamlux dan biex jiżviluppaw u jimplimentaw strateġiji robusti u effettivi kontra l-korruzzjoni bl-involviment tas-soċjetà ċivili; jissottolinja l-importanza tal-identifikazzjoni, in-notifika, ir-rappreżentanza u l-koordinazzjoni tal-vittmi tal-korruzzjoni; jistieden lill-Istati Membri jipproteġu lill-vittmi tal-korruzzjoni u jippermettulhom li jkollhom il-fehmiet u t-tħassib tagħhom ippreżentati u kkunsidrati fl-istadji xierqa matul il-proċedimenti kriminali; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-vittmi tal-korruzzjoni jkollhom id-dritt għal kumpens adegwat u proporzjonat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jistieden lill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi kollha tal-UE jsaħħu l-miżuri tagħhom ta’ kontra l-korruzzjoni fir-rigward tal-iżvelar u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess, l-aċċess miftuħ għall-informazzjoni, ir-regoli li jirregolaw l-interazzjoni tal-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi tal-UE mas-settur privat, ir-revolving doors u l-kodiċi ta’ kondotta għall-uffiċjali pubbliċi; iqis li matul il-mandat tagħhom, il-Membri tal-Parlament Ewropew ma għandhomx jinvolvu ruħhom f’attivitajiet sekondarji mħallsa ma’ organizzazzjonijiet bi skop ta’ lukru jew negozji li jfittxu li jinfluwenzaw it-tfassil tal-politika tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jirrikonoxxi r-rwol kruċjali li għandhom l-informaturi biex jikxfu l-korruzzjoni u jippromwovu t-trasparenza kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f’dak privat; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-informaturi jiġu protetti mir-ritaljazzjoni u l-fastidju; jitlob li l-awtoritajiet indipendenti u awtonomi għall-protezzjoni tal-informaturi jiġu msaħħa aktar u integrati aktar f’oqfsa nazzjonali usa’ kontra l-korruzzjoni, filwaqt li jiġi żgurat approċċ unifikat u robust għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-Istati Membri kollha;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-pluraliżmu u l-libertà tal-media</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jilqa’ inizjattivi għall-promozzjoni ta’ media ħielsa, indipendenti u pluralistika u ambjent sikur u abilitanti għall-ġurnalisti, bħall-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media (EMFA)<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2024/1083 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 li jistabbilixxi qafas komuni għas-servizzi tal-media fis-suq intern u li jemenda d-Direttiva 2010/13/UE (l-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media) (ĠU L, 2024/1083, 17.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1083/oj).</FIELD></FOOTNOTE> u jitlob li dan jiġi implimentat malajr; jistieden lill-Istati Membri u lill-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali jtejbu t-trasparenza fl-allokazzjoni tar-reklamar mill-Istat online u offline u jsegwu r-rakkomandazzjonijiet inklużi fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1534 tas-16 ta’ Settembru 2021 dwar l-iżgurar tal-protezzjoni, tas-sikurezza u tat-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-ġurnalisti u ta’ professjonisti oħra fil-media fl-Unjoni Ewropea; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi lill-Istati Membri l-assistenza meħtieġa għat-traspożizzjoni tal-EMFA fid-dritt nazzjonali, u timmonitorja l-implimentazzjoni tagħha, b’mod speċjali f’ċerti Stati Membri li ma jikklassifikawx tajjeb fl-indiċijiet tal-libertà; jissottolinja li l-EMFA huwa pass kruċjali fis-salvagwardja tal-indipendenza, il-pluraliżmu u l-integrità tax-xenarju tal-media fl-Unjoni kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar iż-żieda fl-attakki kontra l-ġurnalisti u l-pubblikaturi, b’impatt sproporzjonat fuq in-nisa; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri u lill-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali jiżguraw is-sikurezza u l-protezzjoni tal-ġurnalisti, inklużi l-ġurnalisti investigattivi u l-verifikaturi tal-fatti li huma partikolarment esposti; jenfasizza l-fatt li l-aktar forom komuni ta’ theddid jinkludu l-attakki verbali, il-fastidju online, l-intimidazzjoni permezz tal-media soċjali u l-posta elettronika, u t-theddid legali, inklużi l-kawżi koperti mid-Direttiva Anti-SLAPP (“Kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika”)<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2024/1069 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jinvolvu ruħhom f’parteċipazzjoni pubblika minn talbiet manifestament infondati jew proċedimenti tal-qorti abbużivi (“Kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika”) (ĠU L, 2024/1069, 16.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1069/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, kif ukoll każijiet ta’ stalking u fastidju personali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ id-Direttiva kontra s-SLAPP u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/758 tas-27 ta’ April 2022 dwar il-protezzjoni tal-ġurnalisti u tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jinvolvu ruħhom fil-parteċipazzjoni pubblika minn proċedimenti tal-qorti manifestament bla bażi jew abbużivi<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 138, 17.5.2022, p. 30, ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2022/758/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u jadottaw miżuri anti-SLAPP domestiċi komprensivi biex jipproteġu lill-ġurnalisti u jipprovdu appoġġ għal dawk li jiffaċċaw intimidazzjoni, malafama u limitazzjonijiet fil-ħila li jeżerċitaw il-professjoni tagħhom; jirrakkomanda li meta jittrasponu d-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jestendu l-applikazzjoni tagħha biex jinkludu wkoll każijiet nazzjonali, peress li l-maġġoranza tal-każijiet ta’ SLAPP iseħħu fil-livell nazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposti biex jiġu indirizzati l-każijiet ta’ SLAPP mhux koperti fl-ambitu tad-Direttiva attwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jitlob l-introduzzjoni ta’ ċirkostanzi aggravanti speċifiċi fid-dritt kriminali għal reati mwettqa kontra l-ġurnalisti meta tali atti jkunu mmotivati mill-attivitajiet professjonali tagħhom jew marbuta magħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali jipproteġu u jippromwovu l-libertà u l-pluraliżmu tal-media, jiżguraw allokazzjoni trasparenti tal-fondi pubbliċi, jipprevjenu l-konċentrazzjoni tas-sjieda tal-media, jipproteġu l-indipendenza editorjali u jiġġieldu d-diżinformazzjoni, b’mod partikolari permezz ta’ liġijiet robusti, inkluż dispożizzjonijiet speċifiċi dwar it-trasparenza tas-sjieda tal-media, u regolaturi indipendenti; jissottolinja r-rwol importanti tal-media tas-servizz pubbliku; jilqa’ l-inizjattivi fil-livell nazzjonali biex jinħoloq reġistru tal-media li jkun fih informazzjoni pubblika dwar is-sjieda u l-investiment fir-reklamar sabiex jiġu żgurati t-trasparenza, l-imparzjalità u l-verifikabbiltà; jistieden, barra minn hekk, lill-Istati Membri jiżguraw finanzjament adegwat, sostenibbli u prevedibbli u stabbiltà baġitarja bbażati fuq kriterji trasparenti u oġġettivi għall-media tas-servizz pubbliku; jirrakkomanda l-ħolqien ta’ fond dedikat tal-UE għal-libertà tal-media li jappoġġja l-ġurnaliżmu indipendenti u l-istrumenti tal-media lokali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jikkundanna t-tixrid ta’ diskors ta’ mibegħda, inkluż fil-media mainstream u l-media soċjali, peress li dan joħloq theddida serja għad-demokrazija u l-istat tad-dritt; jappella għal infurzar aktar b’saħħtu tar-regolamenti dwar il-media biex jiġi miġġieled id-diskors ta’ mibegħda u jiġi ssalvagwardjat xenarju tal-media varjat u inklużiv, f’konformità mar-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Jannar 2024 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea; jissottolinja l-fatt li l-politiċi u l-figuri pubbliċi prominenti għandhom imexxu bl-eżempju u jeħtieġ li jiżguraw dibattitu rispettuż; ifakkar li l-libertà tal-espressjoni hija valur fundamentali tas-soċjetajiet demokratiċi u m’għandhiex tkun ristretta b’mod mhux ġustifikat; ifakkar ukoll li kwalunkwe leġiżlazzjoni dwar id-diskors ta’ mibegħda u r-reati ta’ mibegħda għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji tal-ħtieġa u tal-proporzjonalità; jissottolinja li l-libertà tal-espressjoni trid tiġi eżerċitata skont il-liġi u f’konformità mal-Artikolu 11 tal-Karta u m’għandhiex tiġi sfruttata bħala tarka għad-diskors ta’ mibegħda u r-reati ta’ mibegħda;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jirrikonoxxi li ċ-ċittadini jipperċepixxu sinjali ta’ tnaqqir tad-demokrazija mkebbes mill-miżinformazzjoni u mid-diżinformazzjoni, u li t-tixrid ta’ informazzjoni falza permezz tal-media soċjali jista’ jwassal biex jitnaqqar ir-rispett ġenerali tal-istat tad-dritt; jistieden lill-pjattaformi diġitali jieħdu azzjoni immedjata billi jiżguraw il-konformità mal-istandards komunitarji tagħhom u mal-liġijiet Ewropej, inkluż l-Att dwar is-Servizzi Diġitali (DSA)<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-19 ta’ Ottubru 2022 dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) (ĠU L 277, 27.10.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2065/oj).</FIELD></FOOTNOTE> u r-regoli tal-kompetizzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta tali konformità b’mod regolari u tieħu miżuri fejn ikun meħtieġ; jirrakkomanda li l-Istati Membri u l-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali jiżviluppaw strateġiji komprensivi biex jiġġieldu d-diżinformazzjoni u l-indħil barrani fil-proċessi demokratiċi, filwaqt li jissalvagwardjaw il-libertà ta’ espressjoni u l-pluraliżmu tal-media;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-kontroll mill-Istat u l-interferenza politika fl-operazzjonijiet tal-media; jenfasizza l-fatt li r-regolaturi tal-media jridu jkunu protetti b’mod adegwat minn salvagwardji legali biex jiġu żgurati l-indipendenza u l-libertà tagħhom minn pressjoni politika, b’riżorsi baġitarji suffiċjenti għad-dispożizzjoni tagħhom; jissottolinja l-importanza demokratika tar-regolaturi indipendenti tal-media;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jesprimi tħassib profond dwar l-abbuż tas-software ta’ spjunaġġ u n-nuqqas ta’ salvagwardji suffiċjenti kontra s-sorveljanza illegali tal-ġurnalisti; jistieden lill-Kummissjoni timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat ta’ Inkjesta PEGA tal-Parlament dwar il-projbizzjoni tas-sorveljanza b’motivazzjoni politika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw li t-traspożizzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/343<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2016/343 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar it-tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali (ĠU L 65, 11.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2016/343/oj).</FIELD></FOOTNOTE> dwar il-preżunzjoni tal-innoċenza ma tintroduċix restrizzjonijiet fuq id-dritt li wieħed jirrapporta u jinforma lill-pubbliku dwar kwistjonijiet ta’ interess pubbliku, inklużi investigazzjonijiet ġudizzjarji, li mhumiex previsti mid-Direttiva; jistieden lill-Istati Membri jirrieżaminaw u, jekk meħtieġ, jimmodifikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali eżistenti li jistgħu jillimitaw il-libertajiet ġurnalistiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-koordinaturi nazzjonali stabbiliti fl-ambitu tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali jingħataw is-setgħa sħiħa li jwettqu r-rwol tagħhom fl-iffaċilitar tal-iskambju ta’ informazzjoni u l-kooperazzjoni fil-livell Ewropew;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (OSĊ)</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inklużi dawk li jippromwovu l-istat tad-dritt u d-demokrazija, il-protezzjoni tal-gruppi emarġinati, il-protezzjoni ambjentali u l-ġustizzja soċjali, u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem huma essenzjali għall-kontrokontrolli u għall-protezzjoni tal-valuri fundamentali u d-dritt tal-Unjoni li huma ġebla tax-xewka tal-UE; japprezza l-fatt li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-assoċjazzjonijiet professjonali li jirrappreżentaw gruppi bħal imħallfin, prosekuturi jew ġurnalisti, jappoġġjaw l-istat tad-dritt; jissottolinja, b’mod partikolari, l-importanza ta’ soċjetajiet ċivili lokali vibranti fil-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, li għandhom rwol kostruttiv fil-proċessi tal-adeżjoni mal-UE; jirrikonoxxi r-rwol tagħhom bħala gwardjani kontra l-ksur tal-istat tad-dritt u l-kontribut tagħhom għall-promozzjoni u s-salvagwardja tal-prinċipji demokratiċi; ifakkar fil-ħtieġa ta’ ambjent sikur, ta’ appoġġ u abilitanti għax-xogħol tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jenfasizza r-rwol tas-soċjetà ċivili u tal-korpi ta’ sorveljanza indipendenti biex jimmonitorjaw, jivverifikaw u jappoġġjaw l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tar-Rapport dwar l-Istat tad-Dritt 2024; jappella għal qafas strutturat ta’ djalogu ċivili biex il-kontributi tas-soċjetà ċivili jiġu integrati fiċ-ċiklu annwali tal-istat tad-dritt, kif jirrakkomandaw il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE)<FOOTNOTE><FIELD> L-opinjoni tal-KESE tal-14 ta’ Frar 2024 bit-titolu “It-tisħiħ tad-djalogu ċivili u d-demokrazija parteċipattiva fl-UE: it-triq ’il quddiem”.</FIELD></FOOTNOTE> u n-networks tas-soċjetà ċivili<FOOTNOTE><FIELD> Civil Society Europe, “Joint Civil Society Contribution on Civic Space to the 2024 Annual Rule of Law Report” (Kontribut Konġunt tas-Soċjetà Ċivili dwar l-Ispazju Ċiviku għar-Rapport Annwali tal-2024 dwar l-Istat tad-Dritt), Ġunju 2024.</FIELD></FOOTNOTE>; itenni l-importanza ta’ konsultazzjoni wiesgħa waqt l-abbozzar tar-rapport; jappoġġja l-pjan tal-Kummissjoni li tabbozza strateġija dwar l-ispazju għas-soċjetà ċivili u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-protezzjoni tagħhom; jirrakkomanda li l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem jiġu implimentati għalkollox; jistieden lill-Kummissjoni biex kulmeta jkun possibbli twettaq żjarat fuq il-post fl-Istati Membri, aktar milli żjarat virtwali, peress li ż-żjarat fuq il-post jistgħu jagħtu stampa aktar sħiħa u aktar kuntestwali tas-sitwazzjoni lokali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jinsab imħasseb dwar ix-xejra dejjem tikber ta’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u ta’ drittijiet tal-bniedem li qed jiffaċċjaw aktar restrizzjonijiet legali, nuqqas ta’ finanzjament, u attakki, li jdgħajfu l-libertà ta’ assoċjazzjoni, il-libertà ta’ għaqda u l-libertà ta’ espressjoni; jinnota bi tħassib li diversi Stati Membri u pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali imponew miżuri sproporzjonati, inkluż l-użu eċċessiv tal-forza u d-detenzjoni ta’ dimostranti biex jipprevjenu lin-nies milli jipparteċipaw fil-protesti f’xi Stati Membri, kif ukoll projbizzjonijiet preventivi fuq laqgħat pubbliċi għal raġunijiet ta’ sigurtà vagi; jenfasizza li l-qrati annullaw tali projbizzjonijiet f’diversi każijiet; jikkundanna bil-qawwa l-użu ta’ “liġijiet dwar l-aġenti barranin”, li joħonqu d-dissens, jagħtu fastidju lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u jirrestrinġu l-operazzjonijiet tagħhom, b’mod li joħloq effett dissważiv fuq is-soċjetà ċivili u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; jesprimi dispjaċir dwar il-fatt li r-restrizzjonijiet fuq il-libertà ta’ għaqda, ta’ espressjoni u ta’ assoċjazzjoni u l-użu ta’ forza eċċessiva sikwit jolqtu b’mod sproporzjonat lil kawżi jew gruppi speċifiċi<FOOTNOTE><FIELD> Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, <STRING ITALIC="on">Addressing racism in policing</STRING>, Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2024.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jenfasizza li l-għaqda paċifika, il-libertà ta’ assoċjazzjoni u ta’ espressjoni, u l-libertà tal-arti u x-xjenzi huma drittijiet fundamentali protetti mid-dritt internazzjonali u huma essenzjali għad-demokrazija; jikkundanna ż-żieda fil-pressjoni fuq dawn id-drittijiet, fejn ikun hemm prova ta’ dan, u jinnota t-tendenza li dawn jiġu ristretti; jikkundanna wkoll, f’dan il-kuntest, l-episodji ta’ vjolenza kontra l-forzi tal-pulizija; jistieden lill-Kummissjoni tirrifletti dawn il-libertajiet fir-rapport annwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar l-ispazju ċiviku li qed jiċkien u ż-żieda fil-persekuzzjoni tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fl-UE, b’mod partikolari dawk li jaħdmu fuq il-ġlieda kontra r-razziżmu, il-ġustizzja klimatika, id-drittijiet tal-persuni LGBTIQ, id-drittijiet tan-nisa u l-appoġġ tal-migranti; jinnota li dawn il-gruppi jiffaċċjaw firxa ta’ theddid, inklużi restrizzjonijiet legali u finanzjarji, sospensjonijiet tal-finanzjament, kampanji ta’ malafama, intimidazzjoni u kriminalizzazzjoni; jikkundanna, b’mod partikolari, iż-żieda fit-trażżin tal-attiviżmu klimatiku f’diversi Stati Membri, inkluż l-użu ħażin tal-liġijiet kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata u l-klassifikazzjoni ta’ attivisti klimatiċi paċifiċi bħala membri ta’ “organizzazzjonijiet kriminali”; jistieden lill-Istati Membri joqogħdu lura minn azzjoni legali sproporzjonata kontra tali attivisti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni timmonitorja b’mod sistematiku s-sitwazzjoni ta’ dawn l-organizzazzjonijiet fir-rapporti tagħha dwar l-istat tad-dritt u tespandi l-finanzjament iddedikat tal-UE għall-atturi tas-soċjetà ċivili li jiġġieldu r-razziżmu u jaħdmu fuq drittijiet fundamentali oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tindirizza tali ksur f’pilastru ddedikat tar-rapporti annwali dwar l-istat tad-dritt; jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-protezzjoni tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, billi tistabbilixxi mekkaniżmi ta’ twissija bikrija, iżżid it-trasparenza tal-finanzjament għall-atturi kollha fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Reġistru ta’ Trasparenza tal-UE u tespandi l-finanzjament biex tappoġġja lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex ikunu jistgħu joperaw liberament u b’mod indipendenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri joħolqu ambjent abilitanti għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, jadottaw id-Direttiva kontra s-SLAPP, u jimplimentaw ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/758 biex jipproteġu lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili mill-fastidju legali; jappella għal indipendenza msaħħa tal-korpi nazzjonali ta’ sorveljanza, b’riżorsi u salvagwardji adegwati kontra l-interferenza politika; iħeġġeġ l-appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-iżvilupp u t-tixrid ta’ inizjattivi edukattivi biex jiżguraw ħidma biex jintlaħqu n-nies u aċċessibbiltà wiesa’;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Iqis li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom itejbu l-mekkaniżmi ta’ finanzjament għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-inizjattivi li jsaħħu l-ġudikatura u jiddefendu l-indipendenza tal-qrati, permezz tal-programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri u l-programm dwar il-Ġustizzja; jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni qed tippjana li tabbozza strateġija għall-protezzjoni tas-soċjetà ċivili, ifakkar, fl-istess ħin, li għandu jkun hemm enfasi speċjali fuq id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi mekkaniżmu ta’ rispons rapidu biex jiġu appoġġjati l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem mhedda fl-Unjoni, bl-użu tal-mekkaniżmu “Protect Defenders” iffinanzjat mill-UE, li bħalissa jiffoka biss fuq pajjiżi barra mill-UE, bħala mudell; jenfasizza li dan il-mekkaniżmu jista’ jipprovdi riżorsi għal kampanji ta’ promozzjoni, għajnuna legali u sensibilizzazzjoni filwaqt li jiżgura li dawn l-organizzazzjonijiet jistgħu joperaw mingħajr fastidju jew restrizzjonijiet indebiti; jitlob li l-linji gwida tal-Unjoni dwar id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem jiġu applikati b’mod sħiħ u konsistenti fil-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali; jinsab imħasseb, madankollu, dwar ix-xejra dejjem tikber f’xi Stati Membri tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li qed jiffaċċjaw sfidi, b’restrizzjonijiet legali ġodda, nuqqas ta’ finanzjament, u attakki fiżiċi jew verbali, u bl-aċċettazzjoni deplorevoli ta’ tali prattiki u l-effett dissważiv tagħhom, inkluż fuq il-libertà tal-kelma tagħhom fl-Istati Membri<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenzi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, <STRING ITALIC="on">Drozd vs il-Polonja</STRING>, 15158/19 tas-6 ta’ April 2023, u <STRING ITALIC="on">Mándli et vs l-Ungerija</STRING>, 63164/16 tas-26 ta’ Mejju 2020.</FIELD></FOOTNOTE> u l-istituzzjonijiet tal-UE; iqis li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem għandhom rwol essenzjali ta’ appoġġ biex jimmonitorjaw il-konformità tal-Istati Membri mal-valuri minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni quddiem il-liġi</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Ifakkar li l-oqfsa legali tal-Istati Membri jridu jistabbilixxu trattament legali ugwali u jippromwovu l-ugwaljanza u d-dritt tal-individwi li ma jiġux diskriminati fi proċedimenti ġudizzjarji; jenfasizza li l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali huma interkonnessi u li l-ksur tal-istat tad-dritt għandu impatt immedjat fuq id-drittijiet fundamentali u jaffettwa b’mod sproporzjonat lin-nisa, lill-minoranzi u lill-gruppi vulnerabbli; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja l-effett ta’ kwalunkwe ksur tal-istat tad-dritt fuq id-drittijiet fundamentali u tiżgura li l-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni quddiem il-liġi għall-persuni kollha jkunu protetti permezz tal-użu tal-istrumenti rilevanti kollha, inklużi l-proċeduri ta’ ksur, fejn xieraq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu miġġielda t-tipi kollha ta’ diskriminazzjoni quddiem il-liġi; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar in-nuqqas ta’ progress fl-implimentazzjoni tal-liġijiet dwar l-ugwaljanza u kontra d-diskriminazzjoni f’xi Stati Membri; jesprimi dispjaċir għall-fatt li, minkejja l-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE bħad-Direttiva 2000/78/KE<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16, http://data.europa.eu/eli/dir/2000/78/oj).</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-ugwaljanza fit-trattament, għad hemm lakuni fil-qafas legali u fl-implimentazzjoni li jħallu lill-vittmi mingħajr rikors legali xieraq; ifakkar li l-oqfsa legali tal-Istati Membri jridu jħaddnu t-trattament legali ugwali u jippromwovu l-ugwaljanza u d-dritt tal-individwi li ma jiġux diskriminati fir-rimedju legali; jistieden lill-Kummissjoni taġixxi f’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ dawn il-prinċipji; jiddeplora l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tirtira l-proposta għal direttiva orizzontali għall-ugwaljanza fit-trattament<FOOTNOTE><FIELD> Il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali (COM(2008)0426).</FIELD></FOOTNOTE> u jħeġġeġ lill-Kunsill jadotta d-direttiva mingħajr aktar dewmien;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jinsab mħasseb li r-Rapport dwar l-Istat tad-Dritt 2024 tal-Kummissjoni osserva li xi Stati Membri jonqsu milli jipproċessaw ir-reati ta’ mibegħda b’mod effettiv jew milli jipprovdu biżżejjed appoġġ lill-vittmi tar-reati ta’ mibegħda, u dan idgħajjef il-fiduċja fis-sistemi ġudizzjarji u jipperpetwa l-inugwaljanza quddiem il-liġi; jistieden lill-Kunsill jestendi l-lista attwali ta’ “reati tal-UE” fl-Artikolu 83(1) tat-TFUE biex tinkludi r-reati ta’ mibegħda u d-diskors ta’ mibegħda u jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposta leġiżlattiva dwar ir-reati ta’ mibegħda u d-diskors ta’ mibegħda; jitlob lill-Kummissjoni tiffoka fuq ir-reati ta’ mibegħda fir-rapporti tagħha dwar l-istat tad-dritt u, f’dan ir-rigward, timmonitorja mill-qrib u tirreġistra r-reati ta’ mibegħda;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jissottolinja li l-vjolenza abbażi tal-ġeneru, kemm online kif ukoll offline, hija reat maġġur u pervażiv, kif ukoll ksur radikali tad-drittijiet fundamentali, u jikser il-prinċipju tal-ugwaljanza quddiem il-liġi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu azzjoni kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru, kemm online kif ukoll offline, inkluża l-vjolenza mwettqa bl-użu tal-pjattaformi diġitali; jitlob li l-vjolenza abbażi tal-ġeneru tiżdied mal-lista ta’ reati tal-UE u li ssir proposta leġiżlattiva tal-UE dwar il-ġlieda kontra l-istupru abbażi tan-nuqqas ta’ kunsens, anke fil-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Ifakkar fil-ħtieġa ta’ aċċess għad-drittijiet u s-saħħa sesswali u riproduttivi u jitlob li l-aċċess għal abort sikur u legali jiġi minqux fil-Karta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri kollha jipproteġu d-drittijiet tal-LGBTIQ f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, il-Karta, u l-każistika tal-QĠUE u tal-QEDB, ifakkar li l-ostakli legali għar-rikonoxximent tas-sħubijiet jew tal-istat ta’ ġenitur bejn persuni tal-istess sess bejn il-fruntieri jippersistu f’diversi Stati Membri; iwissi li tali prattiki mhux biss ifixklu l-moviment liberu tal-familji LGBTIQ fl-UE, iżda anke jiksru l-prinċipju tal-istat tad-dritt ta’ nondiskriminazzjoni quddiem il-liġi, u jenfasizzaw in-nuqqas ta’ protezzjoni uniformi għall-individwi LGBTIQ fl-Istati Membri; jistieden lill-Istati Membri li għadhom m’għamlux dan biex jintroduċu r-rikonoxximent legali tal-unjonijiet omosesswali; jistieden lill-Kummissjoni tirriformula d-Direttiva 2004/38/KE<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2004/38/oj).</FIELD></FOOTNOTE> biex tinkludi rikonoxximent transfruntier espliċitu tad-drittijiet tal-ħajja privata u tal-familja, inkluż l-istat ta’ ġenitur għal ġenituri tal-istess sess, fid-dawl tal-aħħar sentenzi<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta’ Ġunju 2018, <STRING ITALIC="on">Relu Adrian Coman et al. vs Inspectoratul General pentru Imigrări u Ministerul Afacerilor Interne</STRING>, C‑673/16, ECLI:EU:C:2018:385.</FIELD></FOOTNOTE> tal-QĠUE; jenfasizza li t-tfal kollha huma ugwali quddiem il-liġi u li l-Istati Membri jeħtiġilhom jaġixxu fl-aħjar interessi tat-tfal, iżidu ċ-ċertezza legali u jnaqqsu d-diskriminazzjoni kontra t-tfal ta’ ġenituri tal-istess sess; ifakkar fil-pożizzjoni tal-Parlament li tappoġġja r-rikonoxximent tal-istat ta’ ġenitur madwar l-UE kollha, irrispettivament minn kif jiġi konċeput jew jitwieled wild, jew it-tip ta’ familja li jkollu; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta strateġija mġedda dwar l-LGBTIQ li tindirizza bis-sħiħ l-isfidi fl-Ewropa kollha; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jagħmlu d-drittijiet tal-persuni LGBTIQ prijorità trażversali fl-oqsma kollha ta’ politika; jistieden lill-Kummissjoni tressaq miżuri leġiżlattivi xierqa biex tiżgura r-rispett ta’ dawn il-prinċipji, kif ukoll biex tiddependi fuq proċeduri ta’ ksur kontra l-Istati Membri; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta proposti leġiżlattivi biex tiġġieled ir-reati ta’ mibegħda u d-diskors ta’ mibegħda abbażi tal-identità tal-ġeneru, il-karatteristiċi sesswali u l-orjentazzjoni sesswali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jinsab imħasseb ħafna dwar il-miżuri diskriminatorji introdotti f’xi Stati Membri bl-iskuża tal-ġlieda kontra l-“propaganda LGBTIQ” u l-“ideoloġija tal-ġeneru” li qed jikkontribwixxu għal żieda allarmanti fir-reati ta’ mibegħda u d-diskors ta’ mibegħda mmirati lejn individwi LGBTIQ f’diversi Stati Membri u li għandhom impatt negattiv fuq it-tfal, il-familji u l-ħaddiema; jilqa’ l-opinjoni tal-QĠUE tal-5 ta’ Ġunju 2025 li tiddikjara li tqis li l-Ungerija qed tikser il-liġi tal-UE meta tipprojbixxi jew tirrestrinġi l-aċċess għal kontenut LGBTIQ+; jenfasizza l-impatt negattiv ta’ tali miżuri fuq il-libertà tal-espressjoni u tal-għaqda għall-gruppi LGBTIQ u lil hinn minnhom; jenfasizza li dawn l-azzjonijiet iħeġġu d-diskriminazzjoni kontra l-individwi LGBTIQ u jiksru l-liġi tal-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta proposta għal projbizzjoni vinkolanti tal-UE fuq il-prattiki ta’ konverżjoni fl-Istati Membri kollha; jinnota li fl-2024, kemm il-Kummissjoni kif ukoll l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) innotaw żieda allarmanti fir-reati ta’ mibegħda u d-diskors ta’ mibegħda mmirati lejn individwi LGBTIQ u minoranzi oħra f’diversi Stati Membri, jisħaq fuq l-importanza tad-dritt għall-awtodeterminazzjoni tal-persuni LGBTIQ u jfakkar lill-Istati Membri li, f’konformità mal-każistika, id-dritt għall-awtodeterminazzjoni huwa dritt fundamentali; għalhekk iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha li għadhom ma għamlux dan biex jiżguraw li l-individwi LGBTIQ ikollhom aċċess għar-rikonoxximent legali tal-ġeneru;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jinsab imħasseb ħafna dwar iż-żieda fil-livelli ta’ anti-Semitiżmu fl-UE kollha u jikkundannah bil-qawwa; jinsab ukoll imħasseb ħafna u jikkundanna bil-qawwa ż-żieda fil-livelli tal-Iżlamofobija u l-forom l-oħra kollha ta’ diskriminazzjoni fl-UE kollha, inklużi atti ta’ vjolenza, intimidazzjoni, diskors ta’ mibegħda u l-wiri ta’ simboli ta’ mibegħda fl-ispazji pubbliċi; jappella lill-Istati Membri u lill-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali jiżguraw li l-membri tal-minoranzi kollha jkunu ugwali quddiem il-liġi; jistieden lill-Istati Membri jirrieżaminaw il-liġijiet u l-politiki biex jiżguraw li ma jiddiskriminawx kontra l-minoranzi, direttament jew indirettament, u jagħmlu rieżami ta’ kwalunkwe dispożizzjoni u regolament legali diskriminatorji; jappella għal sforzi sostnuti kemm fil-livell tal-UE kif ukoll dak nazzjonali biex jiġu mmonitorjati, ipprevenuti u mressqa quddiem il-qrati r-reati ta’ mibegħda relatati u biex jipproteġu lill-komunitajiet Lhud u Musulmani mill-fastidju u l-vjolenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jenfasizza li nuqqas ta’ akkontabbiltà jolqot b’mod sproporzjonat ir-rappreżentanza politika ġusta u l-opportunitajiet ekonomiċi tal-komunitajiet tal-minoranzi; jappella għal trasparenza akbar fil-proċessi pubbliċi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet biex tiġi żgurata governanza inklużiva u ekwa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw għalkollox id-Direttiva (UE) 2024/1500<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2024/1500 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024 dwar standards għall-korpi tal-ugwaljanza fil-qasam tat-trattament ugwali u l-opportunitajiet indaqs bejn in-nisa u l-irġiel fi kwistjonijiet ta’ impjieg u xogħol, u li temenda d-Direttivi 2006/54/KE u 2010/41/UE (ĠU L, 2024/1500, 29.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1500/oj).</FIELD></FOOTNOTE> u d-Direttiva (UE) 2024/1499<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2024/1499 tas-7 ta’ Mejju 2024 dwar standards għall-korpi tal-ugwaljanza fil-qasam tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini razzjali jew etnika tagħhom, it-trattament ugwali fi kwistjonijiet ta’ impjieg u xogħol bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali tagħhom, it-trattament ugwali bejn in-nisa u l-irġiel fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali u fl-aċċess għal prodotti u servizzi u l-provvista tagħhom, u li temenda d-Direttivi 2000/43/KE u 2004/113/KE (ĠU L, 2024/1499, 29.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1499/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, li jistabbilixxu standards minimi għall-korpi tal-ugwaljanza; jappella għal miżuri konkreti biex tiġi ggarantita l-indipendenza tagħhom u tiġi żgurata l-effettività tagħhom fil-promozzjoni tal-ugwaljanza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jissottolinja li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu legalment fl-UE, irrispettivament min-nazzjonalità jew il-post tat-twelid tagħhom, jeħtiġilhom jiġu ttrattati b’mod nondiskriminatorju u jgawdu minn trattament ġust u ugwali fl-oqsma speċifikati mil-leġiżlazzjoni eżistenti; jirrimarka li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi, irrispettivament min-nazzjonalità, il-post tat-twelid jew l-istatus ta’ residenza tagħhom, għandhom id-dritt li japplikaw għal protezzjoni internazzjonali f’konformità mad-dritt internazzjonali u tal-UE, li l-prinċipju ta’ non-refoulement huwa parti integrali minnu; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja lill-Istati Membri fir-rispett tal-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali minqux fil-Karta u fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni adottata mill-koleġiżlaturi; jisħaq fuq in-natura vinkolanti tas-sentenzi tal-QĠUE u tal-QEDB;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li l-moviment liberu tal-persuni fl-UE, id-dritt ta’ residenza libera u r-riunifikazzjoni tal-familja jiġu rispettati bis-sħiħ fit-territorju tal-UE u li ċ-ċittadini kollha jkunu jistgħu jgawdu drittijiet ugwali u jeżerċitaw bis-sħiħ id-drittijiet tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni żżid il-fokus fir-rapport annwali dwar l-istat tad-dritt fuq it-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-forom kollha ta’ diskriminazzjoni fl-aċċess għall-ġustizzja; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiġġieldu d-diskriminazzjoni abbażi tal-oriġini razzjali u etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, in-nazzjonalità, l-opinjoni politika, il-lingwa, id-diżabbiltà, l-età, il-ġeneru, inklużi l-identità tal-ġeneru u l-espressjoni tal-ġeneru, u l-orjentazzjoni sesswali; iħeġġeġ lill-Kunsill jilħaq ftehim dwar id-Direttiva 2008/0140(CNS)<FOOTNOTE><FIELD> Proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali (COM(2008)0426).</FIELD></FOOTNOTE>; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tintroduċi pilastri ġodda fir-rapport annwali dwar l-istat tad-dritt li jiffukaw fuq il-ġlieda kontra l-forom kollha ta’ mibegħda u diskriminazzjoni kif minqux fl-Artikolu 21 tal-Karta, jiġifieri fir-rigward ta’ reati li għandhom fil-mira gruppi minoritarji u membri ta’ minoranzi nazzjonali, etniċi, lingwistiċi u reliġjużi, kif ukoll il-kundizzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-Istati Membri; Jistieden lill-Kummissjoni tirrikjedi lill-Istati Membri jiġbru data diżaggregata komparabbli u robusta dwar l-ugwaljanza biex jiġi vvalutat bis-sħiħ l-impatt tad-diskriminazzjoni strutturali fuq l-istat tad-dritt; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra mill-ġdid il-pożizzjoni tagħha dwar l-Inizjattiva "Minority SafePack" u tressaq inizjattivi leġiżlattivi biex tissalvagwardja l-promozzjoni tad-drittijiet tal-minoranzi u d-drittijiet lingwistiċi; itenni l-appell tiegħu lill-UE biex taderixxi mal-Konvenzjoni Qafas għall-Ħarsien tal-Minoranzi Nazzjonali u l-Karta Ewropea għal-Lingwi Reġjonali jew Minoritarji; jitlob li jkun hemm rabtiet aktar mill-qrib bejn l-UE u l-Kunsill tal-Ewropa dwar id-drittijiet tal-minoranzi, inkluż fid-dawl tal-proċess ta’ tkabbir;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li l-Istati Membri jindirizzaw id-differenza bejn il-ġeneri fil-ġudikatura u f’istituzzjonijiet demokratiċi ewlenin oħra; jirrakkomanda l-implimentazzjoni ta’ miżuri mmirati biex tiżdied ir-rappreżentanza tan-nisa f’pożizzjonijiet għolja fil-kamp ġudizzjarju u fl-amministrazzjoni pubblika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu istituzzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, f’konformità mal-Prinċipji ta’ Pariġi tan-NU, jiggarantixxu l-indipendenza tagħhom u jiżguraw li għandhom il-kapaċità jwettqu l-kompiti tagħhom b’mod effettiv;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Is-suq uniku u l-istat tad-dritt</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Jenfasizza l-importanza li għandu l-istat tad-dritt biex jiżgura l-funzjonament bla xkiel u effiċjenti tas-suq uniku u jafferma mill-ġdid li sistemi ġudizzjarji indipendenti li jiffunzjonaw tajjeb, oqfsa effettivi kontra l-korruzzjoni u protezzjoni b’saħħitha tal-libertà tal-media huma kruċjali għaż-żamma tal-kompetizzjoni ġusta, ir-rispett taċ-ċertezza legali u t-trawwim tal-fiduċja fost l-operaturi ekonomiċi; jissottolinja li n-nuqqas ta’ konformità u ċ-ċirkonvenzjoni tar-regolamenti Ewropej iwasslu għal tfixkil kbir tal-kompetizzjoni fis-suq intern; jenfasizza li strutturi tal-istat tad-dritt affidabbli u stabbli huma pilastri ewlenin għall-investiment u l-kummerċ, li huma essenzjali għall-kompetittività u, għalhekk, għall-kapaċità tas-sistema ta’ protezzjoni soċjali u tas-suq tax-xogħol fl-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Jenfasizza li l-funzjonament xieraq tas-suq uniku jiddependi fuq l-applikazzjoni effettiva tal-prinċipju ta’ fiduċja u rikonoxximent reċiproċi kemm fil-kooperazzjoni ġudizzjarja kif ukoll f’dik amministrattiva; ifakkar li tali fiduċja tista’ tiġi sostnuta biss meta l-istat tad-dritt – kif irrakkomandat ukoll mill-Kummissjoni ta’ Venezja fil-lista ta’ kontroll tal-istat tad-dritt tagħha – jiġi rispettat bis-sħiħ; jindika li l-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku għandu jiġi sospiż f’każijiet ta’ ksur sistemiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Jissottolinja l-impatt ekonomiku negattiv li għandhom il-korruzzjoni u s-sistemi ġudizzjarji dgħajfa fuq il-fiduċja tal-investitur u l-kooperazzjoni transfruntiera; jinsab imħasseb li l-gvernijiet u l-istituzzjonijiet nazzjonali li ma jirnexxilhomx jirrispettaw l-istat tad-dritt jistgħu jippermettu li tiffjorixxi mġiba antikompetittiva, jew saħansitra jistgħu jinkoraġġuha b’mod attiv għal gwadann politiku jew ekonomiku, u b’hekk potenzjalment jagħmlu ħsara lill-ekonomija tal-UE u jimminaw l-ekwità tas-suq intern tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>69.</NO.P>Ifakkar li, fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattati, kwalunkwe diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità hija pprojbita f’konformità mal-Karta, u li l-libertà tal-istabbiliment, il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u l-moviment liberu tal-kapital huma libertajiet fundamentali tas-suq uniku; jissottolinja li r-regoli dwar l-ugwaljanza fit-trattament jipprojbixxu d-diskriminazzjoni ċara u moħbija minħabba n-nazzjonalità jew, fil-każ ta’ kumpanija, is-sede tagħha; ifakkar fil-kundanna tiegħu tal-prattiki sistemiċi diskriminatorji, mhux trasparenti u inġusti rrappurtati kontra kumpaniji f’xi Stati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>70.</NO.P>Jikkundanna l-prattiki diskriminatorji sistemiċi fl-Ungerija, inkluż l-użu ħażin tal-fondi tal-UE għall-benefiċċju ta’ alleati politiċi, il-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE, u l-konċentrazzjoni tan-negozji f’idejn oligarki b’rabtiet mal-gvern; jiddeplora r-rilaxx tal-fondi tal-UE lill-Gvern Ungeriż minkejja n-nuqqasijiet attwali fl-indipendenza ġudizzjarja u fl-oqfsa kontra l-korruzzjoni; jirrakkomanda s-sospensjoni tal-iżborżi sakemm jintlaħqu l-parametri referenzjarji kollha tal-istat tad-dritt; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li l-fondi tal-UE jaslu għand il-popolazzjoni Ungeriża, inkluż permezz ta’ mekkaniżmi ta’ finanzjament dirett u indirett għall-benefiċjarji indipendenti mill-Gvern Ungeriż;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>71.</NO.P>Jenfasizza l-importanza li l-inugwaljanza ekonomika u l-esklużjoni soċjali jiġu indirizzati bħala theddid għall-parteċipazzjoni demokratika u l-istat tad-dritt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>72.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tintegra d-dimensjoni tas-suq uniku tal-istat tad-dritt b’mod aktar espliċitu fil-mekkaniżmi ta’ monitoraġġ tagħha, b’enfasi aktar qawwija fuq l-applikazzjoni, l-implimentazzjoni u l-infurzar uniformi u rapidi tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ, billi tiżgura li l-konformità tal-Istati Membri mal-prinċipji tal-istat tad-dritt tiġi vvalutata mhux biss minn perspettiva demokratika u ġudizzjarja iżda wkoll f’termini tal-impatt ekonomiku tagħha fuq is-suq uniku u l-istabbiltà finanzjarja; jitlob li l-Kummissjoni tinkludi fir-rapport tagħha tal-2025 dwar l-istat tad-dritt kapitolu speċifiku dwar id-dimensjoni tas-suq uniku; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tuża l-għodod legali disponibbli kollha biex tindirizza n-nuqqasijiet fil-qasam tal-istat tad-dritt, anki billi tniedi proċeduri ta’ ksur u billi tirrikorri għas-setgħat ta’ infurzar tad-dritt tal-kompetizzjoni meta jkunu meħtieġa, ħalli tippreżerva l-funzjonament tas-suq intern;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Sett ta’ għodod dwar l-istat tad-dritt</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>73.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li l-istadji importanti tal-istat tad-dritt jiġu inkorporati fi strumenti ta’ finanzjament bħall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF); jiddeplora r-rilaxx tal-fondi tal-UE lill-Gvern Ungeriż minkejja n-nuqqasijiet persistenti fl-indipendenza ġudizzjarja u fl-oqfsa kontra l-korruzzjoni; jirrakkomanda s-sospensjoni tal-iżborżi sakemm jintlaħqu l-parametri referenzjarji kollha tal-istat tad-dritt; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li l-fondi tal-UE jaslu għand il-popolazzjoni Ungeriża, anki permezz ta’ mekkaniżmi ta’ finanzjament dirett u indirett għall-benefiċjarji indipendenti mill-Gvern Ungeriż, filwaqt li żżomm l-impatt sħiħ tal-miżuri meħuda;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>74.</NO.P>Jikkritika n-nuqqas ta’ azzjoni tal-Kunsill fl-avvanzar tal-proċedimenti tal-Artikolu 7 tat-TUE li għaddejjin bħalissa, li jdgħajjef il-kredibbiltà tal-UE fid-difiża tal-istat tad-dritt; iħeġġeġ lill-Kunsill jiżblokka l-passi li jmiss fil-proċedura tal-Artikolu 7 fil-konfron tal-Ungerija, minħabba l-ksur persistenti fil-qasam tal-indipendenza ġudizzjarja, il-libertà tal-media u s-soċjetà ċivili, li jeħtieġ azzjoni immedjata u deċiżiva; jirrakomanda li l-Kunsill jiżgura li s-seduti ta’ smigħ isiru tal-anqas darba f’kull Presidenza matul il-proċeduri li għaddejjin tal-Artikolu 7 u li l-iżviluppi ġodda li jaffettwaw l-istat tad-dritt, id-demokrazija u d-drittijiet fundamentali jiġu indirizzati; jenfasizza li m’hemmx bżonn unanimità fil-Kunsill sabiex jiġi identifikat riskju ċar ta’ ksur serju tal-valuri tal-Unjoni skont l-Artikolu 7(1) tat-TUE, jew biex jiġu indirizzati rakkomandazzjonijiet konkreti lill-Istati Membri inkwistjoni u pprovduti skadenzi għall-implimentazzjoni ta’ dawk ir-rakkomandazzjonijiet; itenni l-istedina tiegħu lill-Kunsill biex jagħmel dan, filwaqt li jissottolinja li kwalunkwe dewmien ulterjuri ta’ tali azzjoni jikkostitwixxi ksur tal-prinċipju tal-istat tad-dritt mill-Kunsill innifsu; jinsisti li l-Parlament għandu jkollu rwol aktar attiv fil-proċedimenti kollha relatati mal-Artikolu 7 tat-TUE, inkluża l-possibbiltà li jippreżenta proposti motivati lill-Kunsill, jattendi s-seduti ta’ smigħ tal-Kunsill u jkun infurmat bis-sħiħ f’kull stadju tal-proċedura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>75.</NO.P>Jilqa’ l-għodod preventivi fis-sett ta’ għodod tal-istat tad-dritt, bħaċ-ċiklu annwali tal-istat tad-dritt, it-tabella ta’ valutazzjoni tal-ġustizzja tal-UE, is-Semestru Ewropew, il-fondi tal-UE biex tiġi appoġġjata s-soċjetà ċivili, in-networks ġudizzjarji, il-libertà tal-media u l-istadji importanti tal-istat tad-dritt fil-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza; jinsisti li tiġi introdotta rabta aktar mill-qrib bejn is-sejbiet tar-rapport dwar l-istat tad-dritt u l-allokazzjoni ta’ appoġġ finanzjarju fl-ambitu tal-baġit tal-Unjoni, f’termini tal-istadji importanti, filwaqt li jiġi żgurat li l-fondi tal-UE jintrabtu mal-kisba tar-riformi meħtieġa; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tiżviluppa rabta diretta bejn l-istrumenti preventivi u reattivi u għalhekk, abbażi tas-sejbiet fir-rapporti annwali dwar l-istat tad-dritt, tniedi minnufih u b’mod koordinat proċeduri ta’ ksur, tistabbilixxi passi ulterjuri fl-applikazzjoni tal-proċedura tal-Artikolu 7 tat-TUE, u tapplika r-Regolament dwar il-Kundizzjonalità tal-Istat tad-Dritt u l-kundizzjonijiet abilitanti orizzontali relatati mal-Karta, kif ukoll dispożizzjonijiet mir-Regolament Finanzjarju u r-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta u tirrapporta r-riskji potenzjali għall-baġit tal-Unjoni maħluqa minn dgħufijiet fir-reġimi tal-istat tad-dritt fir-rapporti annwali dwar l-istat tad-dritt, u tibda tagħmel hekk bir-rapport tal-2025; jissottolinja li kemm l-iskattar tal-istrumenti reattivi kif ukoll l-għeluq tal-proċeduri rilevanti jridu jkunu bbażati fuq il-kriterju oġġettiv tal-konformità mal-istat tad-dritt u d-dritt tal-UE u dak internazzjonali kif interpretat mill-qrati internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>76.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tirrikorri b’mod sistemiku għal proċeduri u applikazzjonijiet aċċelerati għal miżuri interim quddiem il-QĠUE f’każijiet ta’ ksur; jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi l-politika tagħha, deskritta fil-komunikazzjoni tagħha tal-2022 dwar l-infurzar tal-liġi tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Ottubru 2022 bit-titlu “L-infurzar tad-dritt tal-UE għal Ewropa li tagħti riżultati” (COM(2022)0518),</FIELD></FOOTNOTE>, li ma tużax azzjonijiet ta’ ksur għal rimedju “individwali”, peress li din il-politika wasslet għal ċaħda serja tad-drittijiet għaċ-ċittadini fl-UE kollha, speċjalment fejn il-gvernijiet tagħhom stess qed jirrifjutaw li jikkonformaw mad-dritt tal-UE jew mas-sentenzi tal-QĠUE, u anki peress li l-biċċa l-kbira ta’ dawn il-każijiet mhumiex biss individwali iżda jindirizzaw kwistjonijiet strateġiċi u fundamentali; jitlob lill-Kummissjoni tirrapporta kull sena dwar l-applikazzjoni u l-effettività tal-għodod użati kontra l-ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>77.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa ta’ sett ta’ għodod dejjem aktar komprensiv li jiżgura l-konformità, lil hinn mid-dimensjoni baġitarja tiegħu, mal-valuri tal-UE fid-dritt kollu tal-Unjoni, inklużi l-istrumenti finanzjarji, biex jiġi evitat ir-rigress; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tidentifika l-lakuni u tippreżenta proposti rilevanti li jwessgħu l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan is-sett ta’ għodod; jappoġġja applikazzjoni aktar b’saħħitha tar-Regolament dwar il-Kundizzjonalità tal-Istat tad-Dritt, b’kundizzjonalità trasversali fil-programmi ta’ finanzjament tal-UE; itenni l-pożizzjoni tiegħu li l-fondi ffriżati tal-UE għandhom jiġu rilaxxati biss ladarba jkunu ġew implimentati bis-sħiħ riformi sinifikanti u ladarba l-konformità mal-istat tad-dritt tkun inkisbet b’mod verifikabbli fil-prattika; jenfasizza l-ħtieġa ta’ konsistenza u trasparenza fl-applikazzjoni tas-sett ta’ għodod biex jiġu protetti l-valuri tal-Unjoni, mingħajr kunsiderazzjonijiet politiċi u bl-użu ta’ kriterji oġġettivi biex jiġu skattati strumenti reattivi; jenfasizza l-fatt li din il-kundizzjonalità għandha tapplika bl-istess mod għall-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali; jinsisti fuq l-importanza tar-rwol tal-Parlament fis-sorveljanza tal-użu ta’ dawk l-għodod; iħeġġeġ lill-Kummissjoni twettaq awditi sistematiċi tad-distribuzzjoni tal-fondi tal-UE biex tipprevjeni kunflitti ta’ interess, strumentalizzazzjoni politika jew opaċità fl-allokazzjoni tal-fondi fil-livell nazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>78.</NO.P>Jinsisti fuq l-introduzzjoni ta’ strument ibbażat fuq il-prestazzjoni fil-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) biex jissaħħaħ l-allinjament bejn il-fondi tal-UE u r-rispett għall-valuri tal-Unjoni minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE bħad-demokrazija, id-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt; jitlob li l-QFP futur jinkludi salvagwardji robusti tal-istat tad-dritt applikabbli għall-fondi kollha tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>79.</NO.P>Jesprimi tħassib li s-sospensjoni tal-fondi tal-UE tista’ tintuża b’mod ħażin bħala arma politika kontra s-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali; ifakkar li r-Regolament dwar il-Kundizzjonalità tal-Istat tad-Dritt jiżgura li r-riċevituri finali ma jitilfux l-aċċess għall-fondi tal-UE jek jiġu applikati sanzjonijiet fil-konfront tal-gvern tagħhom; jappella għal “kundizzjonalità intelliġenti” li tippermetti li l-gvernijiet nazzjonali li jimminaw l-istat tad-dritt jinqabżu billi jiġu allokati fondi tal-UE diżimpenjati direttament lill-awtoritajiet lokali u reġjonali u lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi u lin-negozji li jikkonformaw mad-dritt tal-UE, kif ukoll billi tiġi ssimplifikata r-riallokazzjoni ta’ fondi intiżi għall-benefiċċju tal-Istat Membru inkwistjoni għal programmi oħra tal-UE; jipproponi l-istabbiliment ta’ sistema trasparenti għall-awtoritajiet lokali biex jitolbu fondi tal-UE direttament meta l-gvernijiet nazzjonali jimblokkaw il-fondi tal-UE jew jużawhom ħażin; jisħaq fuq l-importanza li jiġu applikati b’mod strett u trasparenti l-mekkaniżmi ta’ kundizzjonalità kif minquxa fl-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni u fil-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Balkani tal-Punent;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kontrolli u bilanċi</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>80.</NO.P>Jissottolinja l-importanza li tiġi ssalvagwardjata s-separazzjoni tas-setgħat u ta’ qafas istituzzjonali stabbli f’kull Stat Membru; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li kwalunkwe riforma kostituzzjonali jew leġiżlattiva li taffettwa s-separazzjoni tas-setgħat tkun tikkonforma bis-sħiħ mal-valuri fundamentali u mal-prinċipji legali tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>81.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jżommu lura milli jużaw proċeduri aċċelerati b’mod eċċessiv, li jaqbżu l-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u s-soċjetà ċivili, inkluż l-iskrutinju parlamentari u s-setgħat ta’ emerġenza, peress li dawn għandhom impatt negattiv fuq l-istabbiltà u l-kwalità tat-tfassil tal-liġijiet u fuq id-demokrazija; jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu proċessi trasparenti tat-tfassil tal-liġijiet wara konsultazzjoni sistematika u pubblika ma’ diversi partijiet ikkonċernati u korpi konsultattivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>82.</NO.P>Iħeġġeġ lill-gvernijiet u lill-parlamenti nazzjonali jippubblikaw valutazzjonijiet tal-impatt u sejbiet mill-konsultazzjoni aċċessibbli għall-pubbliku għal kull proposta leġiżlattiva importanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>83.</NO.P>Jissottolinja r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni ta’ Venezja li jingħata segwitu b’mod effettiv għall-ilmenti u l-appelli fil-każ ta’ irregolaritajiet elettorali, b’mod partikolari fir-rigward tax-xiri ta’ voti, it-tfigħ ta’ voti żejda u l-għadd skorrett tal-voti; ifakkar fl-importanza tal-leġiżlazzjoni tal-UE adottata f’dan ir-rigward, jiġifieri d-DSA, l-Att dwar is-Swieq Diġitali<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2022/1925 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2022 dwar swieq kontestabbli u ġusti fis-settur diġitali u li jemenda d-Direttivi (UE) 2019/1937 u (UE) 2020/1828 (l-Att dwar is-Swieq Diġitali) (ĠU L 265, 12.10.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/1925/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, l-Att dwar l-IA<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2024/1689 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 li jistabbilixxi regoli armonizzati dwar l-intelliġenza artifiċjali u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 300/2008, (UE) Nru 167/2013, (UE) Nru 168/2013, (UE) 2018/858, (UE) 2018/1139 u (UE) 2019/2144 u d-Direttivi 2014/90/UE, (UE) 2016/797 u (UE) 2020/1828 (l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali) (ĠU L, 2024/1689, 12.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1689/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, ir-Regolament (UE) 2024/900 dwar it-trasparenza u l-immirar tar-reklamar politiku<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2024/900 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2024 dwar it-trasparenza u l-immirar tar-reklamar politiku (ĠU L, 2024/900, 20.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/900/oj). http://data.europa.eu/eli/reg/2024/900/oj).</FIELD></FOOTNOTE> u l-EMFA; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ dawn l-atti u jipprovdu riżorsi pubbliċi adegwati għall-miżuri previsti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>84.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jsaħħu l-indipendenza tal-korpi nazzjonali ta’ sorveljanza sabiex jiżguraw ir-riżorsi u l-libertà mill-interferenza politika; jisħaq fuq l-importanza tas-soċjetà ċivili u tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fil-promozzjoni tal-obbligu ta’ rendikont u fil-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>85.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar iż-żieda fl-estremiżmu u l-effett korrużiv tiegħu fuq in-normi demokratiċi u fuq l-istat tad-dritt f’diversi Stati Membri; jinnota bi tħassib li dawn il-gruppi estremisti jeħduha b’mod attiv kontra l-minoranzi, u jikkontribwixxu għal klima ta’ biża’, diskriminazzjoni u polarizzazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tidentifika b’mod espliċitu tali gruppi bħala theddida għad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, u l-libertajiet fundamentali, inkluża l-indipendenza akkademika u tal-media, fir-rapport annwali tagħha dwar l-istat tad-dritt; iħeġġeġ lill-Istati Membri jieħdu azzjoni deċiżiva biex jiġġieldu l-influwenza tagħhom permezz ta’ oqfsa legali robusti, edukazzjoni li tippromwovi l-valuri demokratiċi, u appoġġ għall-OSĊ li jiġġieldu l-estremiżmu; jappella għal azzjoni koordinata tal-UE biex tiġġieled din it-theddida, anki permezz tal-edukazzjoni, programmi ta’ inklużjoni soċjali, u fejn meħtieġ, miżuri legali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>86.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar il-każijiet irrapportati tal-użu ta’ teknoloġiji ta’ sorveljanza mill-gvernijiet tal-Istati Membri fil-konfront ta’ ġurnalisti, attivisti, figuri tal-oppożizzjoni u membri tal-persunal tal-Istituzzjonijiet tal-UE; ifakkar li l-użu ta’ software ta’ spjunaġġ irid ikun strettament proporzjonat u meħtieġ u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta pjan ta’ miżuri biex tipprevjeni l-abbuż tiegħu mingħajr dewmien żejjed, filwaqt li tagħmel użu sħiħ mill-mezzi leġiżlattivi kollha disponibbli previsti mit-Trattati, kif rakkomandat mill-Kumitat PEGA;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>87.</NO.P>Jinnota bi tħassib l-użu akbar tal-intelliġenza artifiċjali għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali u ta’ infurzar tal-liġi l-Unjoni Ewropea kollha, hekk kif jenfasizza r-riskji għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali<FOOTNOTE><FIELD> Europol, “AI and policing – The benefits and challenges of artificial intelligence for law enforcement” (L-IA u l-pulizija – Il-benefiċċji u l-isfidi tal-intelliġenza artifiċjali għall-infurzar tal-liġi), l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2024.</FIELD></FOOTNOTE>; ifakkar fil-ħtieġa li jiġu garantiti salvagwardji robusti għall-protezzjoni tad-data meta l-Istati Membri jew l-awtoritajiet nazzjonali jużaw software ta’ sorveljanza; jappella għal tisħiħ tal-leġiżlazzjoni tal-UE biex jiġu evitati s-sorveljanza tal-massa u d-diskriminazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>88.</NO.P>Jinsab imħasseb dwar l-interferenza barranija fl-Istati Membri u fil-pajjiżi kandidati u fil-pajjiżi kandidati potenzjali, inklużi l-manipulazzjoni tal-media soċjali u d-diżinformazzjoni mill-forzi kemm ġewwa kif ukoll barra l-Unjoni biex jimmanipulaw l-opinjoni pubblika u jfixklu d-dibattitu demokratiku; jenfasizza l-importanza tat-trasparenza fl-algoritmi tal-pjattaformi, l-awditi indipendenti u mekkaniżmi robusti għall-verifika tal-fatti biex tiġi miġġielda d-diżinformazzjoni u protetta d-demokrazija; jistieden lill-pjattaformi diġitali ewlenin jikkooperaw mal-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi biex jappoġġjaw investigazzjonijiet dwar attivitajiet online illegali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimmonitorjaw dan u japplikaw id-DSA u l-Att dwar is-Swieq Diġitali b’mod rapidu, b’mod partikolari fir-rigward tal-pjattaformi kbar ħafna; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi fil-Pilastru 3 (Pluraliżmu u Libertà tal-Media) tar-rapport tagħha dwar l-istat tad-dritt aktar skrutinju tad-diżinformazzjoni fil-pjattaformi online;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>89.</NO.P>Jisħaq l-importanza tal-libertà akkademika bħala aspett integrali tal-istat tad-dritt, u jħeġġeġ lill-Istati Membri jipproteġu lill-universitajiet minn interferenza politika u jiżguraw l-awtonomija istituzzjonali; iħeġġeġ lill-Istati Membri jrawmu kultura tal-istat tad-dritt permezz ta’ kampanji ta’ sensibilizzazzjoni, inizjattivi biex jintlaħqu n-nies u azzjoni intiża sabiex tippromwovi l-valuri u l-prinċipji demokratiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>90.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkunsidraw li jinvolvu ruħhom fi proċess li jkun iffukat fuq it-titjib tal-proċeduri u tal-prattiki amministrattivi li għandhom impatt fuq il-funzjonament tal-proċessi demokratiċi ewlenin u fuq l-eżerċizzju tal-kontrolli u l-bilanċi f’konformità mal-prinċipji kondiviżi u stabbiliti tal-UE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Rakkomandazzjonijiet orizzontali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>91.</NO.P>Jirrikonoxxi r-rapport tal-Kummissjoni dwar l-istat tad-dritt bħala għodda preventiva ewlenija għall-monitoraġġ tal-istat tad-dritt fl-UE kollha, għall-faċilitazzjoni tad-djalogu bejn l-Istati Membri u għall-orjentament ta’ riformi f’oqsma bħall-indipendenza ġudizzjarja, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-libertà tal-media u elementi oħra tal-kontrokontrolli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>92.</NO.P>Jirrikonoxxi li r-rapport tal-Kummissjoni dwar l-istat tad-dritt sar aktar komprensiv sa mill-bidu tiegħu fl-2020; jiddeplora, madankollu, il-fatt li ċerti elementi essenzjali mir-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-2016 għadhom ma ġewx implimentati u li l-Kummissjoni ma indirizzatx bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Parlament fir-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu; iqis li dawn ir-rakkomandazzjonijiet għadhom validi u jerġa’ jtennihom; jitlob li jiġu inklużi fir-rapport annwali elementi importanti nieqsa tal-lista ta’ kontroll tal-istat tad-dritt tal-Kummissjoni ta’ Venezja, bħall-prevenzjoni tal-abbuż ta’ poteri, l-ugwaljanza quddiem il-liġi u n-nondiskriminazzjoni; itenni l-pożizzjoni tiegħu li r-rapport għandu jkopri l-ambitu sħiħ tal-valuri tal-Artikolu 2 tat-TUE, peress li dawn ma jistgħux jitqiesu waħedhom; jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta l-possibbiltà li toħroġ, qisu fl-istess ħin, ir-rapporti kollha relatati mal-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, bħar-rapporti annwali dwar il-konformità mal-Karta jew ir-rapport mill-FRA, sabiex ikun possibbli dibattitu globali dwar dawn il-kwistjonijiet b’mod simultanju; jiddispjaċih, madankollu, li minkejja t-theddid dejjem jiżdied ta’ diżinformazzjoni, propaganda u manipulazzjoni tal-informazzjoni diretti lejn id-demokrazija Ewropea, għadha ma ġietx ikkunsidrata prattika simili ta’ rieżami bejn il-pari fost l-Istati Membri, b’appoġġ għall-isforzi tal-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem tal-OSKE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>93.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tespandi l-kamp ta’ applikazzjoni tar-rapport is-sena d-dieħla; jinsisti li r-rapport dwar l-istat tad-dritt 2025 tal-Kummissjoni għandu jkopri l-kamp ta’ applikazzjoni kollu tal-Artikolu 2 tat-TUE u jinkludi indikaturi usa’, bħall-indipendenza tal-media, ir-rwol tas-soċjetà ċivili, id-drittijiet fundamentali, il-libertà akkademika u artistika, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, il-protezzjoni ta’ minoranzi u gruppi vulnerabbli, ir-rispett għad-dritt internazzjonali, elezzjonijiet liberi u ekwi u l-funzjonament tal-istituzzjonijiet demokratiċi, sabiex jipprovdi stampa aktar sħiħa tal-istandards tal-istat tad-dritt fl-UE kollha, u fil-pajjiżi kandidati u fil-pajjiżi kandidati potenzjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>94.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tippubblika l-kriterji li tuża biex tagħżel l-informazzjoni mis-soċjetà ċivili, il-korpi internazzjonali, l-awtoritajiet nazzjonali u partijiet ikkonċernati oħra fil-proċess tar-rapportar tagħhom dwar l-istat tad-dritt; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tistieden lill-FRA tagħti pariri metodoloġiċi u tagħmel riċerka komparattiva ħalli żżid id-dettall f’oqsma ewlenin tar-rapport annwali, fid-dawl tar-rabtiet intrinsiċi bejn id-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>95.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tuża lingwaġġ aktar ċar u regoli tal-valutazzjoni trasparenti biex tevalwa l-konformità mal-valuri minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tiddistingwi b’mod ċar bejn ksur sistemiku u iżolat tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, biex jiġi evitat ir-riskju li jiġi trivjalizzat l-aktar ksur serju tal-istat tad-dritt, u biex tagħmilha ċara li meta l-valuri tal-Artikolu 2 tat-TUE jinkisru b’mod sistematiku, deliberat u gravi fuq perjodu ta’ żmien, l-Istati Membri jistgħu ma jissodisfawx il-kriterji kollha li jiddefinixxu demokrazija; jindika li r-rakkomandazzjonijiet għandhom jirriflettu aħjar il-konklużjonijiet negattivi fir-rapport u jkunu aktar dettaljati; jemmen li l-valutazzjoni tat-twettiq tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti għandha tkun aktar preċiża u kwalitattiva, u ma tqisx biss il-bidliet leġiżlattivi iżda anki l-evidenza reali u indipendenti tal-implimentazzjoni tagħhom fil-prattika; jistieden lill-Kummissjoni twettaq żjarat fuq il-post u tipprovdi valutazzjonijiet ibbażati fuq evidenza konkreta u indipendenti tal-implimentazzjoni fil-prattika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>96.</NO.P>Iwissi li n-nuqqas li l-monitoraġġ jintrabat ma’ konsegwenzi reali jwassal għar-riskju li titnaqqas ir-rilevanza tar-rapport fl-Istati Membri; jappella għal enfasi akbar fuq l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż, bi skedi ta’ żmien u parametri referenzjali li jistgħu jitkejlu, inkluż, fejn rilevanti, referenza għall-opinjonijiet eżistenti tal-korpi internazzjonali (eż. il-Kummissjoni ta’ Venezja tal-Kunsill tal-Ewropa, ir-Rapporteurs Speċjali tan-NU) jew is-sentenzi rilevanti tal-qorti (inkluż mill-QEDB); jistieden lill-Kummissjoni tagħti dettalji dwar il-konsegwenzi possibbli f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità, anki billi tirreferi għal strumenti speċifiċi mis-sett ta’ għodod, li jinkludi għodod baġitarji u kundizzjonalità tal-finanzjament; jemmen li ċertu ksur tal-valuri jistħoqqlu azzjoni ta’ infurzar immedjata u li ksur ieħor jirrikjedi l-implimentazzjoni urġenti ta’ rakkomandazzjonijiet; iħeġġeġ lill-Istati Membri jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet deskritti fir-rapporti preċedenti u jfaħħar dawk l-Istati Membri li mhux biss implimentaw ir-rakkomandazzjonijiet iżda kisbu wkoll riżultati aqwa meta mqabbla mal-istandards stabbiliti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>97.</NO.P>Jinsab imħasseb li d-data tal-ħruġ tar-rapport annwali dwar l-istat tad-dritt ma tgħinx biex tiġġenera biżżejjed viżibbiltà u tmur kontra l-għan maħsub tar-rapport li jiġġenera dibattitu pubbliku ġenwin dwar il-konklużjonijiet tiegħu; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkunsidra mill-ġdid id-data tal-pubblikazzjoni u tagħmel sforzi addizzjonali biex il-konklużjonijiet tagħha jsiru magħrufa b’mod wiesa’ fl-Istati Membri kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>98.</NO.P>Ifakkar li d-deċiżjonijiet li jittieħdu jew ma jittiħdux mill-istituzzjonijiet tal-UE ħafna drabi jinfluwenzaw is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri; jikkritika l-fatt li l-istatus tal-istat tad-dritt fil-livell tal-istituzzjonijiet tal-UE jibqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-rapport dwar l-istat tad-dritt 2024 tal-Kummissjoni; jitlob li fir-rapport dwar l-istat tad-dritt tal-2025 tal-Kummissjoni jiġi inkluż kapitolu dwar l-osservanza mill-UE tal-istandards tal-istat tad-dritt, abbażi ta’ mekkaniżmu ta’ rieżami indipendenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>99.</NO.P>Jipproponi mekkaniżmu interistituzzjonali komprensiv dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali li jkopri l-valuri kollha stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-TUE u li jinvolvi l-istituzzjonijiet tal-UE, l-Istati Membri u l-pajjiżi kandidati kollha sabiex titrawwem l-uniformità; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata l-indipendenza sħiħa u l-oġġettività fil-kompożizzjoni u l-funzjonament ta’ dan il-korp, hekk kif il-mandat tiegħu jiġi adattat speċifikament biex jiġu indirizzati l-isfidi tal-istat tad-dritt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>100.</NO.P>Jemmen li għandhom jissaħħu d-djalogu u l-kooperazzjoni interistituzzjonali fil-livell tal-UE dwar l-istat tad-dritt; jiddispjaċih għall-fatt li l-Kummissjoni u l-Kunsill s’issa rrifjutaw l-offerta tiegħu li jidħlu fi ftehim interistituzzjonali dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali; jafferma mill-ġdid ir-rieda tiegħu li jerġa’ jibda t-taħditiet dwar dan il-ftehim; jistieden lill-istituzzjonijiet l-oħra, sadanittant, biex tal-anqas jikkunsidraw aktar kooperazzjoni fil-kuntest tal-proġett pilota interistituzzjonali propost dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, li jgħin biex tinbena l-fiduċja bejn l-istituzzjonijiet b’mod prattiku, b’mod partikolari billi jiġu kondiviżi l-prattiki ta’ monitoraġġ, djalogu u laqgħat; jistieden lill-Kunsill jagħmel id-djalogu tiegħu dwar l-istat tad-dritt aktar inklużiv billi jistieden istituzzjonijiet oħra, bħall-Kummissjoni ta’ Venezja, il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem u rappreżentanti tal-Parlament, għas-sessjonijiet tiegħu; jemmen li d-djalogu tal-Kunsill dwar l-istat tad-dritt għandu jsir aktar interattiv, b’għoti sistematiku ta’ feedback; jistieden lill-Istati Membri kollha jinvestu f’preparazzjoni xierqa għal dan id-djalogu; jenfasizza li aktar trasparenza ttejjeb id-djalogu dwar l-istat tad-dritt fi ħdan l-Unjoni u, għalhekk, jistieden lill-Kunsill jipprovdi konklużjonijiet pubbliċi dettaljati; iħeġġeġ lill-Kunsill jidħol fi djalogu mal-parlamenti nazzjonali biex itejjeb is-sorveljanza demokratika tal-konformità tal-Istati Membri mal-istandards tal-istat tad-dritt tal-UE; jisħaq fuq il-fatt li r-rapport dwar l-istat tad-dritt għandu jkun oġġettiv u bbażat fuq l-evidenza, għandu jindirizza lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet tal-UE, u għandu jinkludi miżuri preventivi u korrettivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>101.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-miżuri ta’ emerġenza adottati b’reazzjoni għall-kriżijiet (bħal pandemiji jew theddid għas-sigurtà) ikunu soġġetti għal skrutinju parlamentari u stħarriġ ġudizzjarju fuq bażi regolari, u jkunu limitati fiż-żmien u proporzjonati b’mod strett;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>102.</NO.P>Iqis li għandha tissaħħaħ aktar il-kooperazzjoni bejn l-UE u organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-Kunsill tal-Ewropa, l-OSKE u n-NU fil-promozzjoni u d-difiża tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-libertajiet fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tal-minoranzi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>103.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżviluppaw u jimplimentaw programmi komprensivi ta’ edukazzjoni ċivika li jrawmu l-fehim tal-istituzzjonijiet demokratiċi, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali fost iċ-ċittadini ta’ kull età;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>104.</NO.P>Jiddeplora l-fatt li l-Kummissjoni ma inkorporatx ħafna mit-talbiet ripetuti tal-Parlament rigward ir-rapporti tal-Kummissjoni dwar l-istat tad-dritt tal-Kummissjoni; jitlob li l-Kummissjoni toħroġ komunikazzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2025 li fiha tagħti dettalji dwar liema talbiet adottati mill-Parlament fir-rigward tar-rapporti tal-Kummissjoni dwar l-istat tad-dritt mill-2021 ’l hawn se timplimenta l-Kummissjoni, liema mhijiex se timplimenta, u r-raġunijiet għala;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>105.</NO.P>Jilqa’ l-estensjoni tar-rapport tal-Kummissjoni dwar l-istat tad-dritt biex ikopri l-pajjiżi kandidati, b’mod partikolari l-Albanija, il-Montenegro, il-Maċedonja ta’ Fuq u s-Serbja, billi dan isaħħaħ l-idea li l-valuri fundamentali tal-UE jridu jiġu rispettati mhux biss mill-Istati Membri attwali iżda wkoll mill-membri futuri matul il-proċessi ta’ adeżjoni; iħeġġeġ evalwazzjoni mill-qrib tal-istat tad-dritt fil-pajjiżi kollha fi proċess ta’ adeżjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipprovdi rakkomandazzjonijiet konkreti lill-pajjiżi tal-adeżjoni dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt, u tiżgura l-allinjament mar-rapport dwar it-tkabbir; jistenna li l-Kummissjoni tinkludi l-pajjiżi kandidati kollha fir-rapport 2025 tagħha dwar l-istat tad-dritt;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>106.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, lill-Kunsill tal-Ewropa kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>