<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0130</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Rapporti tal-2023 u l-2024 dwar il-Montenegro</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0093/2025 - Rapporteur: Marjan Šarec)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Ġunju 2025 dwar ir-rapporti tal-Kummissjoni tal-2023 u l-2024 dwar il-Montenegro (2025/2020(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 108, 29.4.2010, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2010/224/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2010,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-applikazzjoni tal-Montenegro għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea tal-15 ta’ Diċembru 2008,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Novembru 2010 dwar l-applikazzjoni tal-Montenegro biex jissieħeb fl-Unjoni Ewropea (COM(2010)0670), id-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tas-16 u s-17 ta’ Diċembru 2010 biex jingħata status ta’ pajjiż kandidat lill-Montenegro u d-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tad-29 ta’ Ġunju 2012 biex jinfetħu n-negozjati ta’ adeżjoni mal-Montenegro,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1529 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Settembru 2021 li jistabbilixxi l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA III)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 330, 20.9.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1529/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/1449 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024 dwar l-istabbiliment tal-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Balkani tal-Punent<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1449, 24.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1449/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew f’Salonka tad-19 u l-20 ta’ Ġunju 2003,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ Sofija tas-Summit bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent tas-17 ta’ Mejju 2018 u l-Aġenda ta’ Prijoritajiet ta’ Sofija annessa magħha,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tas-Summits bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent tat-13 ta’ Diċembru 2023 fi Brussell u tat-18 ta’ Diċembru 2024 fi Brussell,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Proċess ta’ Berlin varat fit-28 ta’ Awwissu 2014,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Ottubru 2020 bit-titolu “Pjan Ekonomiku u ta’ Investiment għall-Balkani tal-Punent” (COM(2020)0641),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Novembru 2023 bit-titolu “Komunikazzjoni tal-2023 dwar il-Politika tat-Tkabbir tal-UE” (COM(2023)0690), akkumpanjata mid-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni bit-titolu “Montenegro 2023 Report” (Rapport tal-2023 dwar il-Montenegro) (SWD(2023)0694),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Novembru 2023 bit-titolu “Pjan ġdid ta’ tkabbir għall-Balkani tal-Punent” (COM(2023)0691),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Marzu 2024 dwar ir-riformi ta’ qabel it-tkabbir u r-rieżami tal-politika (COM(2024)0146),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Lulju 2024 bit-titolu “2024 Rule of Law Report” (Rapport tal-2024 dwar l-Istat tad-Dritt) (COM(2024)0800), akkumpanjata mid-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni bit-titolu “2024 Rule of Law Report – The rule of law situation in the European Union. Country Chapter on the rule of law situation in Montenegro” (Rapport tal-2024 dwar l-Istat tad-Dritt – Is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Unjoni Ewropea. Il-Kapitolu tal-Pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fil-Montenegro) (SWD(2024)0829),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ottubru 2024 bit-titolu “Komunikazzjoni tal-2024 dwar il-Politika ta’ Tkabbir tal-UE” (COM(2024)0690), akkumpanjata mid-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni bit-titolu “Montenegro 2024 Report” (Rapport tal-2024 dwar il-Montenegro) (SWD(2024)0694),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ħarsa ġenerali u l-valutazzjonijiet tal-pajjiż tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Mejju 2023 u tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar il-programm ta’ riforma ekonomika tal-Montenegro, u l-konklużjonijiet konġunti tad-Djalogu Ekonomiku u Finanzjarju bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent u t-Turkija, adottati mill-Kunsill fis-16 ta’ Mejju 2023 u l-konklużjonijiet konġunti tad-Djalogu Ekonomiku u Finanzjarju bejn l-UE u s-Sħab tal-Balkani tal-Punent, it-Turkija, il-Georgia, ir-Repubblika tal-Moldova u l-Ukrajna, adottati mill-Kunsill fl-14 ta’ Mejju 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konferenzi Intergovernattivi dwar l-Adeżjoni bejn l-UE u l-Montenegro tat-22 ta’ Ġunju 2021, tat-13 ta’ Diċembru 2021, tad-29 ta’ Jannar 2024, tas-26 ta’ Ġunju 2024 u tas-16 ta’ Diċembru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-11-il Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Montenegro tal-14 ta’ Lulju 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet adottati fit-22 laqgħa tal-Kumitat Parlamentari ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Montenegro, li saret fil-31 ta’ Ottubru u l-1 ta’ Novembru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-adeżjoni tal-Montenegro man-NATO fil-5 ta’ Ġunju 2017,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali 01/2022 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri tal-10 ta’ Jannar 2022 bit-titolu “L-appoġġ mogħti mill-UE għall-istat tad-dritt fil-Balkani tal-Punent: Minkejja l-isforzi li saru, jippersistu problemi fundamentali”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika (il-Konvenzjoni ta’ Istanbul), ratifikata mill-Montenegro fl-2013, u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-ġlieda kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa ppubblikat kull sena minn Reporters mingħajr fruntieri,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-data tal-Aġenzija tan-NU għar-Rifuġjati (UNHCR) dwar is-Sitwazzjoni tar-Rifuġjati tal-Ukrajna minn April 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tat-23 ta’ Novembru 2022 lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà dwar l-istrateġija l-ġdida tal-UE għat-tkabbir<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 167, 11.5.2023, p. 105.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Montenegro,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta’ Frar 2024 dwar l-approfondiment tal-integrazzjoni tal-UE fid-dawl tat-tkabbir futur<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/6746, 26.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6746/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A10-0093/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi t-tkabbir huwa għodda ewlenija tal-politika barranija tal-UE u investiment ġeopolitiku strateġiku fil-paċi, fl-istabbiltà, fis-sigurtà u fil-prosperità;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-momentum tat-tkabbir il-ġdid, imqanqal mir-realtà ġeopolitika li qed tinbidel u mill-applikazzjonijiet ta’ adeżjoni mal-UE min-naħa ta’ diversi pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant, ġiegħel lill-UE taċċelera l-isforzi tagħha biex jitwasslu l-impenji li ilhom mistennija fil-konfront tal-Balkani tal-Punent; billi l-ġejjieni tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent jinsab fi ħdan l-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi kull pajjiż huwa ġġudikat abbażi tal-merti tiegħu f’dak li għandu x’jaqsam mar-rispett tal-kriterji ta’ Copenhagen, inklużi r-rispett sħiħ tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba, il-valuri fundamentali tal-UE u l-allinjament mal-politika estera u ta’ sigurtà komuni tal-UE; billi l-implimentazzjoni tar-riformi meħtieġa fil-qasam tal-“elementi fundamentali” tiddetermina l-iskeda ta’ żmien u l-progress fil-proċess ta’ adeżjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-Montenegro mexa l-aktar ’il quddiem fil-proċess ta’ adeżjoni, bit-33 kapitolu kollha tal-<STRING ITALIC="on">acquis</STRING> tal-UE miftuħa u sitta magħluqa b’mod proviżorju, u għandu appoġġ sinifikanti tal-pubbliku għalih;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-UE hija l-akbar sieħeb kummerċjali, investitur u fornitur ta’ assistenza finanzjarja tal-Montenegro;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-Montenegro huwa espost għall-influwenza barranija malizzjuża, kampanji ta’ diżinformazzjoni u forom oħra ta’ influwenza, inklużi l-indħil elettorali, l-istrateġiji ta’ gwerra ibrida u investimenti sfavorevoli minn atturi mhux tal-UE, b’mod partikolari r-Russja u ċ-Ċina, li qed jippruvaw jinfluwenzaw it-trajettorja politika, ekonomika u strateġika tal-Montenegro u jheddu l-proċessi demokratiċi u l-integrità tal-media, u b’hekk jipperikolaw il-prospetti tal-pajjiż għall-adeżjoni mal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi fit-8 ta’ Ġunju 2024 ġiet organizzata “Assemblea tas-Serbi Kollha” f’Belgrad, bil-parteċipazzjoni ta’ parlamentari ta’ livell għoli taħt is-slogan “Poplu wieħed, Assemblea waħda”;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Impenn favur l-adeżjoni mal-UE</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jirrikonoxxi l-impenn sod tal-Montenegro għall-adeżjoni mal-UE u jafferma mill-ġdid l-appoġġ sħiħ tiegħu għas-sħubija futura tal-pajjiż fl-UE; jilqa’ l-pożizzjoni reġjonali ewlenija tal-Montenegro fil-proċess ta’ adeżjoni mal-UE kif ukoll l-appoġġ enormi taċ-ċittadini tal-Montenegro u l-maġġoranza tal-atturi politiċi għas-sħubija fl-UE fl-2028;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jilqa’ l-progress pożittiv tal-Montenegro li jwettaq ir-riformi u l-miżuri relatati mal-UE, mirfuda minn skeda ta’ żmien ambizzjuża u jappella għal sforzi kollettivi tal-atturi politiċi, tas-soċjetà ċivili u taċ-ċittadini; ifaħħar lill-Montenegro talli ssodisfa l-punti ta’ riferiment interim għall-Kapitoli 23 u 24, li jkomplu jiddeterminaw l-pass ġenerali tan-negozjati, u talli rċieva Rapport ta’ Valutazzjoni tal-Punti ta’ Riferiment Interim pożittiv; jilqa’ l-għeluq ta’ tliet kapitoli oħra tan-negozjati, li jwassal għal total ta’ sitta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Iħeġġeġ lill-atturi politiċi kollha jibqgħu ffukati fuq l-integrazzjoni tal-UE u r-riformi meħtieġa; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ stabbiltà politika, impenn u involviment kostruttiv fil-bini ta’ kunsens bejn il-partiti sabiex il-kapitoli addizzjonali jingħalqu malajr u b’mod aktar effettiv fl-2025, biex b’hekk tiġi rispettata l-iskeda ta’ żmien ambizzjuża tal-pajjiż; jisħaq li r-riformi adottati jridu jiġu implimentati b’mod effettiv u konsistenti biex jiġu żgurati progress ġenwin u allinjament sħiħ mal-leġiżlazzjoni tal-UE; jitlob li jissaħħaħ il-funzjonament tal-istituzzjonijiet tal-Istat u l-koordinazzjoni bejniethom sabiex tinkiseb stabbiltà politika u l-progress sostanzjali tal-pajjiż fl-implimentazzjoni ta’ riformi ewlenin relatati mal-UE javvanza ’l quddiem, b’mod partikolari r-riformi elettorali u ġudizzjarji u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jissottolinja li l-kredibbiltà tal-UE, inkluża l-politika tat-tkabbir tagħha kollha kemm hi, tiġi affettwata jekk il-progress tanġibbli miksub minn ċerti pajjiżi tal-Balkani tal-Punent ma jissarrafx f’avvanzi ċari fit-triq tal-adeżjoni mal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jilqa’ l-allinjament sħiħ sostnut tal-Montenegro mal-politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK) tal-UE, inklużi l-miżuri restrittivi tal-UE, fost oħrajn, dawk relatati mal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u dawk immirati lejn l-attakki ċibernetiċi, kif ukoll l-appoġġ tiegħu għall-ordni internazzjonali bbażata fuq ir-regoli fil-livell tan-NU; iħeġġeġ lill-Montenegro li jsaħħaħ l-infurzar tal-miżuri restrittivi u jevita ċ-ċirkomvenzjoni tagħhom u li jissekwestra l-assi ta’ dawk sanzjonati; jistieden lir-rappreżentanti kollha tal-gvern jirrispettaw u jippromwovu l-allinjament tal-PESK u l-valuri tal-UE u joqogħdu lura minn kwalunkwe attività li tista’ thedded il-perkors strateġiku tal-Montenegro lejn is-sħubija fl-UE u s-sovranità tiegħu; jinsab imħasseb ħafna, f’dan il-kuntest, bid-dikjarazzjonijiet ta’ uffiċjali għolja pubbliċi b’appoġġ għall-President tal-entità Republika Srpska, Milorad Dodik, li qed jimmina s-sovranità u l-integrità territorjali tal-Bożnija-Ħerzegovina; jiddispjaċih għall-parteċipazzjoni ta’ parlamentari ta’ livell għoli mill-Montenegro fl-“Assemblea tas-Serbi Kollha” f’Belgrad kif ukoll għall-appoġġ tagħhom għad-dikjarazzjoni adottata f’dik l-okkażjoni li timmina s-sovranità tal-Montenegro, tal-Bożnija-Ħerzegovina u tal-Kosovo;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jissottolinja l-importanza strateġika tas-sħubija tal-Montenegro fin-NATO u jilqa’ l-involviment attiv tiegħu fil-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni tal-UE, bħall-Operazzjoni Atalanta tal-Forza Navali tal-UE, u fin-NATO u f’missjonijiet internazzjonali u multilaterali oħra; jilqa’ d-deċiżjoni tal-Kunsill għad-Difiża u s-Sigurtà tal-Montenegro li japprova l-parteċipazzjoni tal-forzi armati tiegħu fil-Missjoni ta’ Assistenza Militari tal-UE b’appoġġ għall-Ukrajna u fl-Assistenza u t-Taħriġ fil-Qasam tas-Sigurtà għall-Ukrajna tan-NATO u jistieden lill-Parlament Montenegrin jadotta dawn id-deċiżjonijiet, u b’hekk isaħħaħ l-impenn tal-pajjiż għas-sigurtà kollettiva;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Ifaħħar lill-Montenegro għall-appoġġ umanitarju u materjali tiegħu lill-Ukrajna u għall-estensjoni tal-mekkaniżmu ta’ protezzjoni temporanja li jagħti lill-persuni li qed jaħarbu mill-Ukrajna d-dritt li jibqgħu fil-Montenegro għal sena; ifakkar li l-Montenegro huwa fost il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent li jilqgħu l-akbar għadd ta’ rifuġjati Ukreni, b’aktar minn 18 800 rifuġjat mill-Ukrajna rreġistrati fil-Montenegro mill-31 ta’ Jannar 2025, skont l-istatistika tal-UNHCR;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jibqa’ mħasseb serjament dwar l-indħil barrani malizzjuż, l-isforzi ta’ destabbilizzazzjoni, l-attakki ċibernetiċi, it-theddid ibridu u l-kampanji ta’ diżinformazzjoni, inklużi t-tentattivi biex jiġu influwenzati l-proċessi politiċi u l-opinjoni pubblika, minn atturi ta’ pajjiżi terzi, li jiskreditaw lill-UE u jimminaw il-progress tal-Montenegro fit-triq tal-adeżjoni tiegħu; iħeġġeġ lill-Montenegro jadotta kontromiżuri f’kooperazzjoni aktar b’saħħitha mal-UE u man-NATO u permezz ta’ aktar kooperazzjoni reġjonali fost il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent; jinnota li l-istituzzjonijiet reliġjużi jistgħu jintużaw bħala għodda għall-influwenza esterna u jikkundanna kwalunkwe interferenza indebita mill-Knisja Ortodossa Serba f’dan ir-rigward; itenni l-importanza li tinbena kapaċità ta’ reżiljenza kontra l-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-interferenza minn barranin, inkluż permezz ta’ sorveljanza akbar tax-xenarju tal-media, kampanji ta’ sensibilizzazzjoni pubblika u programmi ta’ litteriżmu medjatiku; jirrakkomanda li l-Montenegro jistabbilixxi task force ddedikata għat-theddid ibridu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), lid-Delegazzjoni tal-UE għall-Montenegro u lill-awtoritajiet Montenegrini jagħtu spinta lill-komunikazzjoni strateġika liċ-ċittadini Montenegrini dwar il-benefiċċji tal-proċess tat-tkabbir u s-sħubija fl-UE, kif ukoll dwar il-kriterji konkreti tal-adeżjoni li l-Montenegro għad irid jissodisfa biex jallinja ruħu mar-rekwiżiti tal-UE; iħeġġiġhom, barra minn hekk, itejbu l-viżibbiltà tal-UE fil-pajjiż, inkluż fir-rigward ta’ proġetti ffinanzjati mill-UE; jitlob li jitwessa’ l-monitoraġġ StratCom sabiex jikkonċentra fuq it-theddid ta’ diżinformazzjoni transfruntiera fil-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent u fil-pajjiżi ġirien tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tappoġġja l-isforzi tas-SEAE u tat-Task Force tal-Balkani tal-Punent sabiex tespandi l-attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni billi żżid il-viżibbiltà fil-media lokali, ir-rapporti ta’ verifika tal-fatti u s-sħubija mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-ġlieda kontra n-narrattivi foloz b’mod aktar effettiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jilqa’ l-involviment imġedded tal-Parlament Montenegrin fil-Kumitat Parlamentari ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Demokrazija u stat tad-dritt</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jirrikonoxxi r-rwol ewlieni tal-Parlament Montenegrin fil-proċess ta’ adeżjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni relatata mal-adeżjoni, u jissottolinja l-importanza tal-kooperazzjoni parlamentari f’dan ir-rigward; itenni r-rieda tal-Parlament Ewropew li juża r-riżorsi politiċi u tekniċi tiegħu biex javvanza l-aġenda ta’ riforma relatata mal-UE, inkluż permezz ta’ attivitajiet ta’ appoġġ għad-demokrazija; jinnota, bi tħassib, it-tensjonijiet u l-polarizzazzjoni etnika riemerġenti, li qed inaqqsu r-ritmu tal-proċess ta’ riforma; jappella għal djalogu kostruttiv u bini ta’ kunsens fl-ispettru politiku kollu, filwaqt li tingħata prijorità lill-kwalità leġiżlattiva, u jħeġġeġ bil-qawwa li jinstabu soluzzjonijiet permezz tad-djalogu parlamentari; jitlob li l-politika tal-identità ma titħalliex tiddevja l-attenzjoni mill-aġenda tal-UE jew tfixkel ir-relazzjonijiet mal-ġirien tagħha, filwaqt li jiġi żgurat li l-Montenegro jibqa’ fit-triq tal-UE b’mod sod; jilqa’ l-ftehim bejn il-Prim Ministru Montenegrin u l-mexxejja tal-oppożizzjoni biex tintalab opinjoni mill-Kummissjoni ta’ Venezja dwar it-tmiem tal-mandat tal-imħallef tal-Qorti Kostituzzjonali Dragana Đuranović u biex l-oppożizzjoni terġa’ lura fil-parlament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar it-tentattivi biex tiġi emendata l-liġi dwar iċ-ċittadinanza Montenegrina fil-Parlament Montenegrin, li jista’ jkollhom implikazzjonijiet serji u fit-tul għall-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet u l-identità tal-pajjiż, filwaqt li jenfasizza li kwalunkwe diskussjoni dwar il-politika tal-identità trid tiġi ttrattata bl-akbar sensittività biex tiġi evitata aktar polarizzazzjoni u għandha timmira għal kunsens soċjetali wiesa’; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Montenegrini jikkonsultaw u jikkoordinaw mal-UE dwar kwalunkwe bidla possibbli fil-liġi dwar iċ-ċittadinanza u jisħaq fuq l-importanza li jintlaħaq kunsens dwar kwalunkwe kwistjoni relatata ma’ dan is-suġġett ta’ importanza kruċjali għall-identità u l-indipendenza tal-Montenegro;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Iħeġġeġ bil-qawwa lill-Parlament Montenegrin jorganizza konsultazzjonijiet pubbliċi inklużivi u trasparenti u involviment regolari u sinifikattiv mas-soċjetà ċivili fit-teħid tad-deċiżjonijiet minn stadju bikri fil-proċess leġiżlattiv, b’mod partikolari rigward il-leġiżlazzjoni ewlenija fil-proċess ta’ riforma tal-UE; iħeġġeġ rwol aktar attiv għall-Klabb tan-Nisa Parlamentari tal-Montenegro;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jistieden lill-Montenegro jallinja bis-sħiħ il-qafas legali elettorali tiegħu mal-istandards tal-UE, b’mod partikolari fir-rigward tal-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni elettorali, ir-restrizzjonijiet fuq id-drittijiet tal-vot u tal-kandidatura, it-trasparenza, il-mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim, is-sorveljanza tal-kampanji u tal-media, u l-finanzjament tal-partiti politiċi u tal-kampanji elettorali, u biex jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem tal-Ewropa<FOOTNOTE><FIELD> https://www.osce.org/odihr/elections/montenegro<STRING UNDERLINE="on">. </STRING></FIELD></FOOTNOTE>; iħeġġeġ lill-Montenegro jżid it-trasparenza u l-kontroll tal-infiq tal-partiti politiċi u jipprevjeni l-abbuż tar-riżorsi tal-Istat billi jġib il-leġiżlazzjoni rilevanti konformi mal-istandards tal-UE, kif ukoll itejjeb l-infurzar tar-regoli ta’ finanzjament ta’ partijiet terzi u jsaħħaħ is-sanzjonijiet għall-ksur; jenfasizza r-rwol tal-Aġenzija għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni (APC) f’dan ir-rigward, u jappella għal aktar kooperazzjoni bejn l-APC u l-awtoritajiet tal-intelligence finanzjarja biex jidentifikaw u jipprevjenu l-influwenza barranija fil-kampanji politiċi; jistieden, barra minn hekk, lill-Montenegro jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat tan-NU għall-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW) dwar il-parità bejn il-ġeneri fil-listi elettorali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Itenni l-appell tiegħu lill-awtoritajiet tal-Montenegro biex jistabbilixxu jum wieħed fil-pajjiż kollu għall-elezzjonijiet muniċipali, kif previst fil-Liġi dwar l-Awtonomija Lokali, sabiex tissaħħaħ l-effiċjenza tal-governanza, jitnaqqsu t-tensjonijiet politiċi u jissaħħu l-istabbiltà u l-effettività tal-istituzzjonijiet muniċipali u tal-Istat; ifakkar li l-iżborż futur ta’ fondi fl-ambitu tal-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir huwa kontinġenti fuq it-twettiq ta’ din ir-riforma, f’konformità mal-impenji tal-Montenegro fl-aġenda ta’ riforma tiegħu, u għandu jiġi segwit bħala kwistjoni ta’ prijorità; jilqa’ l-fatt li, fl-2022 l-elezzjonijiet f’14-il muniċipalità saru fl-istess ġurnata; jitlob li jkun hemm qafas leġiżlattiv sod f’dan ir-rigward; jinsab imħasseb dwar il-ġestjoni ħażina tal-proċess elettorali fil-muniċipalità ta’ Šavnik;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jistieden lill-awtoritajiet Montenegrini jadottaw il-Liġi dwar il-Gvern li għandha tippermetti qafas imtejjeb ta’ governanza u l-ottimizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jissottolinja l-importanza ta’ servizz pubbliku professjonali, ibbażat fuq il-mertu, trasparenti u depolitiċizzat; jistieden lill-Montenegro jemenda u jimplimenta l-leġiżlazzjoni rilevanti biex jipprovdi qafas għall-professjonalizzazzjoni, l-ottimizzazzjoni u r-razzjonalizzazzjoni tal-amministrazzjoni tal-Istat, inklużi salvagwardji proċedurali kontra deċiżjonijiet politikament motivati dwar il-ħatriet u t-tkeċċija, kif ukoll standards għoljin għall-pożizzjonijiet maniġerjali; jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ progress sinifikanti fl-adozzjoni u l-implimentazzjoni effettiva ta’ tali leġiżlazzjoni u jenfasizza li dan jippermetti li r-reklutaġġ tas-servizz pubbliku jibqa’ soġġett għall-influwenza politika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jilqa’ l-inklużjoni tal-Montenegro fir-Rapport tal-Kummissjoni tal-2024 dwar l-Istat tad-Dritt; jinnota, bi tħassib, in-nuqqasijiet identifikati, inklużi l-ħatriet ġudizzjarji u l-indipendenza tal-uffiċċju tal-prosekutur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jilqa’ l-progress li sar fl-implimentazzjoni tar-riformi ġudizzjarji ewlenin, fl-adozzjoni ta’ qafas strateġiku ġdid u fit-tlestija tal-ħatriet ġudizzjarji li kienu ilhom pendenti; jistieden lill-Montenegro jimla l-pożizzjonijiet ġudizzjarji ta’ livell għoli li fadal;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Montenegro jkompli jallinja l-qafas legali tiegħu, inkluża l-kostituzzjoni, b’mod partikolari l-kompożizzjoni u l-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Kunsill Ġudizzjarju, mal-liġijiet u l-istandards tal-UE dwar l-indipendenza, ir-responsabbiltà, l-imparzjalità, l-integrità u l-professjonaliżmu tal-ġudikatura, u jwettaq depolitiċizzazzjoni ulterjuri tal-ħatriet biex issaħħaħ l-indipendenza, jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet internazzjonali pendenti, u jiddetermina l-kriterji għall-irtirar tal-imħallfin u l-prosekuturi skont l-istandards Ewropej u f’konformità sħiħa mal-Kostituzzjoni; jiddispjaċih dwar l-akkumulazzjoni ta’ każijiet pendenti u jistieden lill-Montenegro jieħu miżuri biex inaqqas it-tul tal-proċedimenti legali, b’mod partikolari għall-każijiet ta’ kriminalità serja u organizzata, speċjalment fir-rigward tal-ħasil tal-flus; jirrakkomanda li l-Montenegro jadotta l-emendi għall-Kostituzzjoni fl-istadju finali tan-negozjati ta’ adeżjoni tal-pajjiż mal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jinnota l-passi meħuda fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni, inklużi l-liġijiet u d-dispożizzjonijiet ġodda dwar il-protezzjoni tal-informaturi, il-ħolqien ta’ Kunsill Nazzjonali ġdid għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni u strateġija ġdida kontra l-korruzzjoni għall-2024–2028; iħeġġeġ lill-Montenegro jkompli jallinja ruħu mal-<STRING ITALIC="on">acquis</STRING> tal-UE u mal-istandards tal-UE u jindirizza r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni, tal-Kummissjoni ta’ Venezja u tal-Grupp ta’ Stati kontra l-Korruzzjoni (GRECO); iħeġġeġ lill-awtoritajiet Montenegrini jkomplu jindirizzaw in-nuqqasijiet eżistenti fit-trattament ta’ każijiet ta’ kriminalità organizzata u s-sekwestru u l-konfiska ta’ assi kriminali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Montenegro jżid ir-rispons tiegħu tal-ġustizzja kriminali għall-korruzzjoni f’livell għoli, inkluż billi jsaħħaħ l-infurzar effettiv tal-leġiżlazzjoni kriminali eżistenti u jimponi penali effettivi u deterrenti, u joħloq kundizzjonijiet biex l-istituzzjonijiet ġudizzjarji u l-korpi indipendenti li jittrattaw il-korruzzjoni jiffunzjonaw b’mod effettiv u ħielsa mill-influwenza politika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jinnota l-ħidma tal-Aġenzija għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni u jitlob li din tingħata finanzjament suffiċjenti u li tiġi depolitiċizzata; jistenna li l-Aġenzija tagħti riżultati tanġibbli u taġixxi b’mod mhux selettiv biex tirrinforza l-integrità tagħha u ssaħħaħ l-awtorità tagħha fit-twettiq tal-kompetenzi tagħha b’mod effettiv; jitlob qafas aktar b’saħħtu għall-prevenzjoni tal-korruzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Montenegro jallinja l-leġiżlazzjoni tiegħu dwar l-armi mad-dritt tal-UE u mal-istandards internazzjonali, b’mod partikolari fir-rigward tal-istandards tekniċi għall-immarkar tal-armi, il-proċeduri ta’ diżattivazzjoni u r-regolamenti għall-armi tal-allarm u tas-sinjal, kif ukoll jistabbilixxi sistema standardizzata u effettiva għall-ġbir u r-rappurtar tad-data għall-armi tan-nar; jistmerr l-isparar traġiku tal-massa f’Cetinje u jesprimi l-kondoljanzi tiegħu lill-familji tal-vittmi; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-isfruttament ta’ din it-traġedja għall-finijiet ta’ diżinformazzjoni u polarizzazzjoni etnika; iħeġġeġ lill-Montenegro jsaħħaħ il-komunikazzjoni tiegħu dwar il-kriżi biex jiġġieled id-diżinformazzjoni u jiżgura rappurtar responsabbli mill-media wara inċidenti vjolenti; jappella għal azzjonijiet sistematiċi fl-oqsma tas-sigurtà, il-benesseri mentali u t-trasparenza istituzzjonali, kif ukoll fl-edukazzjoni ċivika u s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku, inizjattivi edukattivi u ta’ ħidma biex jintlaħqu n-nies, dwar il-perikli u r-riskji tal-armi tan-nar, f’konformità mal-aspettattivi taċ-ċittadini u l-ħtiġijiet tas-soċjetà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jistieden lill-Montenegro jallinja bis-sħiħ u b’mod urġenti l-politika tiegħu dwar il-viżi ma’ dik tal-UE, speċjalment fir-rigward tal-pajjiżi li jippreżentaw migrazzjoni irregolari jew riskji għas-sigurtà għall-UE; jesprimi t-tħassib tiegħu li, għall-kuntrarju tal-aspettattivi, żdiedu żewġ pajjiżi addizzjonali mar-reġim mingħajr viża u li d-detenturi tal-passaporti Russi u Belarussi jkomplu jibbenefikaw minn reġim mingħajr viża; jinnota li l-armonizzazzjoni tal-politika dwar il-viżi hija prevista wkoll fl-aġenda ta’ riforma tal-Montenegro fl-ambitu tal-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jilqa’ l-kooperazzjoni li għaddejja bejn il-Montenegro u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex), l-Europol, l-Eurojust u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL), u jinnota l-importanza ta’ din il-kooperazzjoni fl-indirizzar tal-kriminalità transfruntiera, inkluż it-traffikar tal-armi, tad-drogi u tal-bnedmin, u fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-estremiżmu; jilqa’ d-dħul fis-seħħ tal-ftehim aġġornat dwar il-kooperazzjoni operattiva fil-ġestjoni tal-fruntieri mal-Frontex fl-1 ta’ Lulju 2023 u jħeġġeġ aktar kooperazzjoni bejn il-Montenegro u l-Frontex biex tissaħħaħ il-ġestjoni tal-fruntieri, jiġu appoġġjati l-proċeduri tal-ażil, jiġi miġġieled il-kuntrabandu u tissaħħaħ ir-riammissjoni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Libertajiet fundamentali u drittijiet tal-bniedem</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jiddispjaċih għall-fatt li l-gruppi l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà għadhom iħabbtu wiċċhom mad-diskriminazzjoni; jistieden lill-Montenegro jadotta liġi ġdida kontra d-diskriminazzjoni u strateġiji rilevanti, permezz ta’ proċess inklużiv, trasparenti u sinifikattiv li jinvolvi b’mod attiv lil dawk l-aktar milquta, biex jittejjeb l-aċċess tal-gruppi vulnerabbli għad-drittijiet; jissottolinja li r-rispett għad-drittijiet tal-minoranzi nazzjonali huwa parti integrali mill-<STRING ITALIC="on">acquis</STRING> tal-UE; jitlob implimentazzjoni aktar b’saħħitha biex jiġi żgurat trattament ugwali tal-gruppi etniċi, reliġjużi, nazzjonali u soċjali kollha sabiex ikunu garantiti drittijiet u opportunitajiet indaqs u jkunu jistgħu jipparteċipaw bis-sħiħ fil-ħajja soċjali, politika u ekonomika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jilqa’ l-identità multietnika tal-Montenegro u jappella għall-promozzjoni u r-rispett ulterjuri tal-lingwi, tal-wirt kulturali u tat-tradizzjonijiet tal-komunitajiet lokali u tal-minoranzi nazzjonali, peress li din hija marbuta mill-qrib mal-perspettiva Ewropea tal-Montenegro;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jissottolinja l-identità multietnika tal-Bajja ta’ Kotor; jisħaq li l-prospettiva Ewropea tal-Montenegro hija minsuġa mill-qrib mal-protezzjoni tal-minoranzi u l-wirt kulturali tagħhom; jistieden lill-awtoritajiet Montenegrini jistimulaw in-natura multietnika tal-Istat, inklużi t-tradizzjonijiet u l-wirt kulturali tal-komunità Kroata fil-Bajja ta’ Kotor;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar is-siti ta’ wirt li jinsabu fil-periklu fil-Montenegro bħall-Bajja ta’ Kotor u Sveti Stefan; jisħaq li Sveti Stefan, flimkien mal-Park ta’ Miločer, ġie elenkat fost is-“7 siti ta’ wirt l-aktar fil-periklu fl-Ewropa” għall-2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jistieden lill-awtoritajiet Montenegrini jindirizzaw il-kundizzjonijiet tal-għajxien diffiċli tal-poplu Rom fil-Montenegro u d-diskriminazzjoni li jiffaċċjaw, u jappella għal aktar miżuri li jippromwovu l-fehim interkulturali fl-iskejjel; jistieden lill-awtoritajiet Montenegrini jieħdu wkoll miżuri biex itejbu l-klima tal-inklużjoni soċjetali għall-persuni LGBTI;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-Montenegro allinja l-qafas leġiżlattiv u istituzzjonali tiegħu mal-<STRING ITALIC="on">acquis</STRING> tal-UE u mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem rigward il-konformità mal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-protokolli fakultattivi tagħha; iħeġġeġ lill-awtoritajiet jindirizzaw in-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni, jiġifieri dawk relatati mal-obbligu ta’ rendikont u l-monitoraġġ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jitlob l-implimentazzjoni effettiva ta’ strateġiji biex jiġu rispettati d-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà fis-setturi u l-politiki kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jikkundanna d-diskors ta’ mibegħda kollu, inkluż id-diskors ta’ mibegħda online u abbażi tal-ġeneru, u r-reati ta’ mibegħda; jilqa’ l-kriminalizzazzjoni tar-razziżmu u tad-diskors ta’ mibegħda;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħu l-mekkaniżmi istituzzjonali għall-kwalità tal-ġeneru u jistieden lill-awtoritajiet Montenegrini jindirizzaw id-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri, itejbu l-parteċipazzjoni tan-nisa fit-teħid tad-deċiżjonijiet – kemm fil-qasam pubbliku, b’mod partikolari l-amministrazzjoni pubblika, kif ukoll fis-setturi ġudizzjarji u tas-sigurtà, u fin-negozju – jiżguraw parteċipazzjoni politika akbar tan-nisa, jintroduċu bbaġitjar sensittiv għall-ġeneru, jiġġieldu l-istereotipi marbut mal-ġeneru u jsaħħu l-isforzi biex tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni kontra n-nisa, b’mod partikolari fiż-żoni rurali; jilqa’ l-isforzi reċenti mmirati lejn it-tisħiħ tar-rappreżentanza tan-nisa fix-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika (STEM) u jħeġġeġ aktar sforzi fis-setturi tat-teknoloġija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jinsab imħasseb ħafna dwar ir-rati għoljin ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru, inklużi l-vjolenza domestika u l-femminiċidju; jistieden lill-Montenegro jallinja bis-sħiħ id-definizzjonijiet tiegħu tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika mal-Konvenzjoni ta’ Istanbul, u mar-rakkomandazzjonijiet tal-korpi internazzjonali, u jistabbilixxi mekkaniżmi effettivi ta’ protezzjoni u prevenzjoni u ċentri ta’ appoġġ, u jiżgura segwitu ġudizzjarju effettiv għall-vittmi tal-vjolenza domestika u sesswali kif ukoll politika penali aktar robusta fil-konfront tal-awturi tar-reati; jitlob il-ġbir ta’ data diżaggregata dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru u d-disparitajiet bejn il-ġeneri biex jittejbu r-reazzjonijiet ta’ politika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jiddispjaċih għall-fatt li l-abbozz ta’ liġi dwar ir-rikonoxximent legali tal-ġeneru ma ġiex adottat fl-2024, minkejja li huwa miżura fl-ambitu tal-programm ta’ adeżjoni tal-Montenegro mal-UE; iħeġġeġ lill-Montenegro jadotta l-liġi mingħajr dewmien;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jilqa’ l-liġijiet il-ġodda tal-Montenegro dwar il-media u l-istrateġija tiegħu għall-politika dwar il-media li għandha l-għan li ssaħħaħ il-qafas legali biex tipproteġi b’mod effettiv lill-ġurnalisti u lil ħaddiema oħra tal-media; jinsisti fuq politika ta’ tolleranza żero fir-rigward tal-pressjoni fuq il-ġurnalisti, il-fastidju u l-vjolenza fil-konfront tagħhom, b’mod partikolari minn personalitajiet pubbliċi; jissottolinja l-ħtieġa ta’ investigazzjonijiet effettivi, il-prosekuzzjoni tal-każijiet kollha ta’ diskors ta’ mibegħda, kampanji ta’ malafama u kawżi strateġiċi kontra l-ġurnalisti, u segwitu ta’ każijiet tal-passat; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu żgurati d-drittijiet tal-ġurnalisti li jaċċessaw l-informazzjoni u jżommu pożizzjoni kritika; jinnota titjib sinifikanti fil-libertà tal-istampa tal-Montenegro, kif muri mill-progress tiegħu fl-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar każijiet fejn ġurnalisti, akkademiċi u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili ffaċċjaw pressjoni biex jeżerċitaw il-libertà tal-kelma, inklużi każijiet fejn il-pulizija bdiet proċedimenti ta’ delitt kontrihom; jinsab imħasseb dwar l-użu ta’ kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika (SLAPPs) biex jiġu attakkati l-ġurnalisti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jiddispjaċih dwar il-livell għoli prevalenti ta’ polarizzazzjoni fil-media u l-vulnerabbiltà tagħha għall-interessi politiċi u għall-influwenza barranija kif ukoll għall-kampanji ta’ diżinformazzjoni barranin u nazzjonali li jxerrdu narrattivi li jħallu impatt negattiv fuq il-proċessi demokratiċi fil-pajjiż u jipperikolaw il-perspettiva Ewropea tal-Montenegro; jistieden lill-Montenegro jkompli jiżviluppa programmi mtejba ta’ litteriżmu medjatiku u jinkludihom bħala suġġett ewlieni fl-edukazzjoni; jistieden lill-awtoritajiet Montenegrini jiżguraw l-indipendenza editorjali, istituzzjonali u finanzjarja tax-xandar tas-servizz pubbliku RTCG, kif ukoll il-legalità tal-ħatra tal-maniġment tiegħu u r-rispett sħiħ tad-deċiżjonijiet tal-qorti dwar l-RTCG; ifakkar li jeħtieġ li jikkonforma mal-liġi u l-ogħla standards ta’ obbligu ta’ rendikont u integrità; jiddispjaċih li l-indipendenza tal-media pubblika qed tiddgħajjef u tiġi mminata; jistieden lill-entitajiet kollha tal-media jikkonformaw mar-rekwiżiti legali dwar it-trasparenza tal-finanzjament pubbliku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jilqa’ l-pubblikazzjoni tar-riżultati taċ-ċensiment tal-popolazzjoni tal-2023; jistieden lill-awtoritajiet jevitaw kwalunkwe politiċizzazzjoni tal-proċess; iħeġġeġ lill-partijiet ikkonċernati jużaw dawn ir-riżultati b’mod mhux diskriminatorju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jilqa’ s-soċjetà ċivili vibranti u kostruttiva tal-Montenegro u jissottolinja l-importanza tagħha fit-trawwim tad-demokrazija u l-pluraliżmu u fil-promozzjoni tal-governanza tajba u l-progress soċjali; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-ispazju dejjem jiċkien għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili b’pożizzjoni kritika, u jikkundanna l-kampanji kollha ta’ malafama, l-intimidazzjoni u l-attakki kontra l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, b’mod partikolari minn personalitajiet politiċi fil-kuntest ta’ proposti għal “liġi dwar l-aġenti barranin”; jinnota li tali liġijiet għandhom il-potenzjal li jimminaw il-libertajiet fundamentali u l-funzjonament tas-soċjetà ċivili u huma inkonsistenti mal-valuri u l-istandards tal-UE; jitlob qafas legali ta’ appoġġ u kriterji tal-għażla ċari u ġusti fir-rigward tal-finanzjament pubbliku; jistieden lill-Kunsill għall-Kooperazzjoni bejn il-Gvern u l-organizzazzjonijiet nongovernattivi jkompli l-ħidma tiegħu; jissottolinja l-importanza li jinbnew relazzjonijiet kollaborattivi u li s-soċjetà ċivili tiġi kkonsultata b’mod ġenwin dwar abbozzi ta’ leġiżlazzjoni minn stadju bikri ’l quddiem;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Rikonċiljazzjoni, relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat u kooperazzjoni internazzjonali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Ifakkar li r-relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat u l-kooperazzjoni reġjonali huma elementi essenzjali tal-proċess ta’ tkabbir; ifaħħar l-involviment attiv tal-Montenegro f’inizjattivi ta’ kooperazzjoni reġjonali; ifakkar li relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat huma kruċjali biex isir progress fil-proċess ta’ adeżjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jiddispjaċih għall-fatt li l-Kapitolu 31 ma setax jingħalaq f’Diċembru 2024; jistieden lill-partijiet involuti kollha jsibu soluzzjonijiet għall-kwistjonijiet bilaterali pendenti b’mod kostruttiv u fi spirtu ta’ viċinat tajjeb u jagħtu prijorità lill-interessi futuri taċ-ċittadini fil-Balkani tal-Punent; ifakkar li għandu jiġi evitat l-użu ta’ tilwim bilaterali u reġjonali mhux solvut biex jiġu imblokkati l-proċessi ta’ adeżjoni tal-pajjiżi kandidati; jilqa’ l-konsultazzjonijiet bilaterali bejn ir-Repubblika tal-Kroazja u l-Montenegro dwar l-istatus ta’ kwistjonijiet bilaterali mhux solvuti; iħeġġeġ lill-awtoritajiet ikomplu jsegwu miżuri għat-tisħiħ tal-fiduċja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jinnota l-emendi tal-Montenegro għall-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali biex jindirizza l-ostakli legali u prattiċi għall-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni, il-proċess u l-pieni effettivi tad-delitti tal-gwerra f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet rilevanti; jistieden lill-Montenegro japplika approċċ proattiv għat-trattament ta’ każijiet ta’ delitti tal-gwerra, f’konformità mad-dritt u l-istandards internazzjonali, biex jidentifika l-awturi u l-glorifikazzjoni tad-delitti tal-gwerra, jibdew il-proċedimenti fil-konfront tagħhom u jingħataw il-pieni, kif ukoll jiżgura l-aċċess għall-ġustizzja, ir-rimedju u r-riparazzjonijiet għall-vittmi u l-għoti tagħhom, u jiċċara d-destin tal-persuni neqsin; jistieden lill-Montenegro jalloka biżżejjed riżorsi lill-prosekuturi u l-qrati speċjalizzati u jinvestiga b’mod proattiv l-allegazzjonijiet kollha ta’ delitti tal-gwerra u jindirizza l-kwistjonijiet ta’ responsabbiltà ta’ kmand, kif ukoll jirrieżamina l-każijiet tal-passat fejn ma nbdewx proċedimenti fil-qrati f’konformità mad-dritt internazzjonali jew nazzjonali; jitlob il-kooperazzjoni reġjonali fl-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ individwi akkużati b’delitti tal-gwerra; jirrikonoxxi li l-indirizzar ta’ dawn il-kwistjonijiet u s-salvagwardja tal-fatti bbażati fuq il-qrati huma pedament importanti għall-fiduċja, il-valuri demokratiċi, ir-rikonċiljazzjoni u t-tisħiħ tar-relazzjonijiet bilaterali mal-pajjiżi ġirien, u jħeġġeġ lill-Montenegro jżid dawn l-isforzi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Iwissi kontra l-perikli tar-reviżjoniżmu politiku, li joħloq distorsjoni tal-fatti storiċi għal skopijiet politiċi, jimmina l-obbligu ta’ rendikont u japprofondixxi d-diviżjonijiet tas-soċjetà; jikkundanna bil-qawwa l-glorifikazzjoni tal-kriminali tal-gwerra u ċ-ċaħda pubblika mifruxa ta’ verdetti internazzjonali għad-delitti tal-gwerra, inkluż mill-awtoritajiet Montenegrini; iqis li d-dikjarazzjoni tal-President Jakov Milatović li esprimiet dispjaċir dwar il-parteċipazzjoni tal-forzi Montenegrini fil-bumbardament tal-belt ta’ Dubrovnik kienet kontribut siewi għall-paċi u r-rikonċiljazzjoni reġjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Itenni l-appoġġ tiegħu għall-inizjattiva biex tiġi stabbilita l-Kummissjoni Reġjonali għall-istabbiliment tal-fatti dwar id-delitti tal-gwerra u ksur ieħor gravi tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa fit-Territorju tal-ex Jugoslavja (RECOM);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu biex jinfetħu l-arkivji li jikkonċernaw l-ex repubbliki tal-Jugoslavja u jingħata l-aċċess għall-fajls tas-Servizzi Sigrieti tal-ex Jugoslavja u tas-Servizzi Sigrieti tal-Armata Popolari Jugoslava, bil-għan li ssir riċerka bir-reqqa u jiġu indirizzati d-delitti tal-epoka komunista;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Riformi soċjoekonomiċi</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jilqa’ l-inklużjoni tal-Montenegro fl-iskemi ta’ pagament tas-SEPA, li jnaqqas l-ispejjeż għaċ-ċittadini u n-negozji; jissottolinja li dan jiftaħ opportunitajiet għall-espansjoni tan-negozju, għaż-żieda fil-kompetittività, l-innovazzjoni u aċċess imtejjeb għall-investimenti diretti barranin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jilqa’ l-Pjan ta’ Tkabbir għall-Balkani tal-Punent, li għandu l-għan li jintegra r-reġjun fis-suq uniku tal-UE, jippromwovi l-kooperazzjoni ekonomika reġjonali u japprofondixxi r-riformi relatati mal-UE, u li jinkludi l-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Balkani tal-Punent ta’ EUR 6 biljun; jilqa’ l-adozzjoni mill-Montenegro ta’ aġenda ta’ riforma u jħeġġeġ l-implimentazzjoni sħiħa tagħha; jinnota li l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ riforma definiti fl-ambitu tal-aġenda ta’ riforma għall-Pjan ta’ Tkabbir tal-Montenegro tipprovdi aċċess għal aktar minn EUR 380 miljun f’għotjiet u self favorevoli, soġġett għal implimentazzjoni b’suċċess; jisħaq fuq l-importanza ta’ konsultazzjonijiet inklużivi mal-partijiet ikkonċernati, inklużi l-awtoritajiet lokali u reġjonali, is-sħab soċjali u s-soċjetà ċivili, fil-fażijiet tat-tfassil, tal-implimentazzjoni, tal-monitoraġġ u tal-evalwazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Montenegro jagħmel l-aħjar użu mill-finanzjament kollu tal-UE disponibbli fl-ambitu tal-Istrument ta’ Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA III), il-Pjan Ekonomiku u ta’ Investiment għall-Balkani tal-Punent, il-programm IPARD u l-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Balkani tal-Punent, biex jaċċelera l-konverġenza soċjoekonomika mal-UE u jkompli jallinja l-leġiżlazzjoni tiegħu mal-UE dwar il-prevenzjoni tal-frodi; ifakkar fil-kundizzjonalità tal-finanzjament tal-UE, li jista’ jiġi modulat jew sospiż f’każ ta’ rigressjoni sinifikanti jew nuqqas persistenti ta’ progress fl-elementi fundamentali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jitlob lill-UE u lill-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent jistabbilixxu qafas għall-kooperazzjoni effettiva bejn l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) u l-pajjiżi tal-adeżjoni, inkluż permezz ta’ uffiċjali nazzjonali ta’ kollegament sekondati mal-UPPE, sabiex jiġu ffaċilitati l-kooperazzjoni mill-qrib u l-prosekuzzjoni f’każijiet ta’ użu ħażin tal-fondi tal-UE; iħeġġeġ lill-Montenegro jimplimenta bis-sħiħ l-arranġamenti ta’ ħidma mal-UPPE; jistieden lill-UE tagħmel l-arranġamenti ġuridiċi u politiċi neċessarji biex testendi l-ġuriżdizzjoni tal-UPPE għall-fondi tal-UE ddestinati għall-Montenegro bħala pajjiż kandidat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jinnota b’mod pożittiv it-tkabbir ekonomiku tal-Montenegro; jappella għal aktar passi biex jitnaqqsu d-defiċit baġitarju u d-dejn pubbliku, u biex ikomplu jitneħħew eżenzjonijiet mit-taxxa indiretta li ma jallinjawx mal-<STRING ITALIC="on">acquis</STRING> tal-UE; jilqa’ l-isforzi biex jitnaqqsu dawn il-vulnerabbiltajiet fiskali; itenni l-bżonn li jsiru aktar investimenti pubbliċi fis-sistema tal-edukazzjoni għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku sostenibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jinnota d-dejn pubbliku tal-Montenegro mal-istituzzjonijiet finanzjarji u l-kumpaniji barranin li jista’ jintuża bħala għodda biex jiġu influwenzati d-deċiżjonijiet tiegħu fil-politika, b’mod partikolari dawk relatati maċ-Ċina u r-Russja; jilqa’ l-isforzi biex jitnaqqsu dawn il-vulnerabbiltajiet u jistieden lill-awtoritajiet ikomplu jnaqqsu d-dipendenza ekonomika fuq iċ-Ċina u jkomplu jagħmlu użu mill-Pjan Ekonomiku u ta’ Investiment għall-Balkani tal-Punent, l-inizjattiva Global Gateway tal-UE u l-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir, bil-ħsieb li jinstabu alternattivi aktar ekoloġiċi u aktar trasparenti għall-finanzjament ta’ proġetti ta’ infrastruttura; jistieden lill-Montenegro jżid it-trasparenza fi proġetti infrastrutturali futuri, jiżgura offerti kompetittivi u jevita dipendenza eċċessiva fuq id-dejn ma’ kredituri barranin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jitlob lill-awtoritajiet Montenegrini jieħdu miżuri biex jiġġieldu d-depopolazzjoni u l-emigrazzjoni, b’mod partikolari permezz ta’ investimenti fl-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa, speċjalment fit-Tramuntana tal-pajjiż, kif ukoll permezz tad-deċentralizzazzjoni billi jinvestu fi bliet ta’ daqs medju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Montenegrini jagħtu spinta lit-trasformazzjoni diġitali u jsegwu politiki tas-suq tax-xogħol ibbażati fuq l-evidenza biex jindirizzaw ir-rata ta’ qgħad persistentement għolja, b’mod partikolari fost in-nisa u ż-żgħażagħ, filwaqt li jsaħħu l-kapaċità istituzzjonali u jtejbu l-qafas ta’ politika diġitali sottostanti, u jimplimentaw b’mod effettiv il-Garanzija għaż-Żgħażagħ u l-Istrateġija l-ġdida għaż-Żgħażagħ; iħeġġeġ lill-awtoritajiet jindirizzaw l-eżodu ta’ mħuħ bħala kwistjoni ta’ urġenza; iħeġġeġ l-iżvilupp ta’ miżuri preventivi u inċentivi mmirati biex jiġu legalizzati n-negozji u l-impjegati informali, peress li settur informali kbir ikompli jfixkel l-iżvilupp ekonomiku u soċjali fil-Montenegro;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jilqa’ l-appelli għall-integrazzjoni fil-pront tal-pajjiżi kollha tal-Balkani tal-Punent fis-suq uniku diġitali tal-UE qabel is-sħubija effettiva fl-UE, li b’mod kruċjali tippermetti l-ħolqien ta’ ambjent diġitalment sikur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jappella għal aktar trasparenza fl-akkwist pubbliku, b’mod partikolari għall-proċeduri permezz ta’ ftehimiet intergovernattivi, u għall-konformità sħiħa mar-regoli u l-prinċipji tal-UE; jistieden lill-Montenegro jnaqqas l-għadd ta’ proċeduri ta’ akkwist pubbliku mingħajr avviżi; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-piż finanzjarju u n-nuqqas ta’ trasparenza fir-rigward tal-kostruzzjoni tal-awtostrada Bar-Boljare ffinanzjata minn self Ċiniż; jisħaq li s-segretezza fir-rigward ta’ ftehimiet ta’ self u kuntratti ta’ kostruzzjoni tqajjem tħassib dwar l-obbligu ta’ rendikont;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar kwalunkwe ftehim jew proġett li jevitaw ir-regoli tal-akkwist pubbliku, l-obbligi ta’ trasparenza u r-rekwiżiti ta’ konsultazzjoni pubblika, kif stabbilit fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-istandards tal-UE; jistieden lill-Gvern tal-Montenegro jiżgura r-rispett sħiħ għall-prinċipji tat-trasparenza, l-obbligu ta’ rendikont, it-teħid ta’ deċiżjonijiet inklużiv u l-istat tad-dritt fl-inizjattivi kollha ta’ infrastruttura u żvilupp pubbliċi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Enerġija, ambjent, bijodiversità u konnettività</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Montenegro jagħmel progress fit-tranżizzjoni ekoloġika, bl-appoġġ tal-finanzjament tal-UE, itejjeb il-qafas istituzzjonali u regolatorju tiegħu u jsaħħaħ ir-reżiljenza enerġetika billi finalment jadotta u jimplimenta l-Pjan Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima li ilu mistenni, jadotta liġijiet dwar l-effiċjenza enerġetika u jintegra aktar mas-swieq tal-enerġija tal-UE; jitlob li l-proġetti l-ġodda kollha ta’ tranżizzjoni ekoloġika jiġu implimentati f’konformità mal-istandards tal-UE dwar l-ambjent, l-għajnuna mill-Istat u l-konċessjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ progress fir-riformi ta’ setturi ewlenin fil-qasam tal-politika tat-trasport; jistieden lill-awtoritajiet Montenegrini jallinjaw l-iżvilupp tat-trasport tal-pajjiż mal-Istrateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti għall-Balkani tal-Punent, b’enfasi fuq il-ferroviji, il-multimodalità u t-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO<STRING SUBSCRIPT="on">2</STRING> u impatti ambjentali oħra, u jimplimentaw aktar l-Istrateġija tiegħu għall-Iżvilupp tat-Trasport u jsaħħu l-kapaċitajiet amministrattivi għall-implimentazzjoni tan-networks trans-Ewropej tat-trasport;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jilqa’ t-tnaqqis tat-tariffi tad-data roaming bejn l-UE u l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent u jistieden lill-awtoritajiet, lill-atturi privati u lill-partijiet ikkonċernati kollha jieħdu l-passi kollha meħtieġa lejn l-għan li l-prezzijiet tad-data roaming jinġiebu qrib il-prezzijiet nazzjonali sal-2028; jilqa’ d-dħul fis-seħħ tal-ewwel fażi tal-implimentazzjoni tal-pjan direzzjonali għar-roaming bejn il-Balkani tal-Punent u l-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Iħeġġeġ l-adozzjoni ta’ strateġiji settorjali għall-ġestjoni tal-iskart, il-kwalità tal-arja u tal-ilma, il-protezzjoni tan-natura u t-tibdil fil-klima, filwaqt li jiġi żgurat ippjanar strateġiku għall-investimenti; jinnota n-nuqqas ta’ progress u l-kostijiet assoċjati li qed jiżdiedu fil-bini ta’ impjanti essenzjali għat-trattament tal-ilma mormi biex jiġi evitat it-tniġġis tad-drenaġġ fix-xmajjar u fil-baħar f’seba’ muniċipalitajiet;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-Kummissarju għat-Tkabbir, lill-Kummissarju għall-Mediterran, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, kif ukoll lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Montenegro, u biex tiġi tradotta u ppubblikata bil-Montenegrin.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>