<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0131</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Rapporti tal-2023 u l-2024 dwar il-Moldova</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0096/2025 - Rapporteur: Sven Mikser)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Ġunju 2025 dwar ir-rapporti tal-Kummissjoni tal-2023 u l-2024 dwar il-Moldova (2025/2025(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ottubru 2024 intitolata “Komunikazzjoni tal-2024 dwar il-Politika ta’ Tkabbir tal-UE” (COM(2024)0690), akkumpanjata mid-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni “Moldova 2024 Report” (Rapport 2024 dwar il-Moldova) (SWD(2024)0698),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Ġunju 2022 dwar l-applikazzjoni tar-Repubblika tal-Moldova (minn hawn ’il quddiem il-“Moldova”) għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea (COM(2022)0406) u d-dokument ta’ ħidma konġunt tal-persunal tas-6 ta’ Frar 2023 intitolat “Association Implementation Report on the Republic of Moldova” (Rapport dwar l-Implimentazzjoni ta’ Assoċjazzjoni dwar ir-Repubblika tal-Moldova)(SWD(2023)0041),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>	wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2025/535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Marzu 2025 li jistabilixxi l-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għar-Repubblika tal-Moldova<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2025/535, 21.3.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/535/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Moldova,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport analitiku tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Frar 2023 dwar l-allinjament tal-Moldova mal-acquis tal-UE (SWD(2023)0032),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tad-9 ta’ Ottubru 2024 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għar-Repubblika tal-Moldova (COM(2024)0469),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Ottubru 2024 dwar il-Pjan ta’ Tkabbir għall-Moldova (COM(2024)0470),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2024 dwar it-tkabbir,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra ż-żjara tal-delegazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin fil-Moldova fil-25-27 ta’ Frar 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A10-0096/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, wara l-applikazzjoni għall-adeżjoni mal-UE ppreżentata mill-Moldova fit-3 ta’ Marzu 2022, il-Kunsill Ewropew taha l-istatus ta’ pajjiż kandidat fit-23 ta’ Ġunju 2022 u sussegwentement iddeċieda li jiftaħ in-negozjati ta’ adeżjoni fl-14 ta’ Diċembru 2023;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi n-negozjati dwar l-adeżjoni tal-Moldova mal-UE bdew f’Ġunju 2024;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi fl-20 ta’ Ottubru 2024 fil-Moldova sar referendum, li l-eżitu tiegħu kkonferma l-integrazzjoni tal-adeżjoni mal-UE fil-Kostituzzjoni tal-pajjiż, minkejja l-varji forom ta’ ndħil manipolattiv biex jiddestabbilizzaw il-pajjiż, il-finanzjament illeċitu ta’ atturi politiċi, kampanji ta’ diżinformazzjoni u attakki ċibernetiċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, <STRING ITALIC="on">ĠU L 260, 30.8.2014, p. 4, </STRING>ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2014/492/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, li jinkludi żona ta’ kummerċ ħieles approfondita u komprensiva (FA/DCFTA), jibqa’ l-bażi għall-assoċjazzjoni politika u għall-integrazzjoni ekonomika bejn l-UE u l-Moldova u għaddej djalogu politiku u ekonomiku regolari bejn iż-żewġ naħat;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Progress fir-riformi relatati mal-adeżjoni mal-UE, b’mod partikolari fir-rigward tal-istat tad-dritt u tal-governanza</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Ifaħħar l-impenn eżemplari tal-Moldova u l-progress kostanti tar-riformi relatati mal-adeżjoni mal-UE, minkejja l-isfidi interni u esterni sinifikanti, pereżempju l-gwerra ta’ aggressjoni fuq skala kbira tar-Russja kontra l-Ukrajna, li għamluha possibbli li jinfetħu n-negozjati ta’ adeżjoni f’Ġunju 2024, sitt xhur wara d-deċiżjoni rilevanti tal-Kunsill Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2023 u anqas minn sentejn wara l-applikazzjoni għall-adeżjoni mal-UE ppreżentata mill-pajjiż fit-3 ta’ Marzu 2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jirrikonoxxi li r-relazzjonijiet UE-Moldova daħlu f’fażi ġdida, bl-intensifikazzjoni tal-kooperazzjoni, bl-allinjament gradwali fl-oqsma politiċi kollha tal-acquis tal-UE u bil-progress fil-perkors tal-integrazzjoni fl-UE; jilqa’ pożittivament il-progress li sar fil-proċess ta’ eżami analitiku bilaterali minn mindu beda f’Lulju 2024 u l-għeluq reċenti tal-eżami analitiku għall-ġabra ta’ kapitoli 1 (elementi fundamentali) u għall-ġabra ta’ kapitoli 2 (suq intern); ifaħħar u jsostni l-ambizzjoni tal-Gvern tal-Moldova li jiftaħ in-negozjati dwar il-ġabra ta’ kapitoli 1 (elementi fundamentali), 2 (suq intern) u 6 (relazzjonijiet esterni) fix-xhur li ġejjin, kif ukoll li jlesti l-proċess ta’ eżami analitiku għall-ġabriet ta’ kapitoli kollha sal-aħħar tal-2025; jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-appoġġ tagħha lill-Gvern tal-Moldova bil-għan li tiżgura li dawn l-objettivi fundamentali jintlaħqu b’mod effikaċi; jinkoraġġixxi lill-Kunsill jieħu approċċ meritokratiku fid-deċiżjonijiet tiegħu dwar il-proċess tan-negozjati tal-Moldova; jiddeplora l-bilateralizzazzjoni u l-istrumentalizzazzjoni tal-proċess ta’ adeżjoni mal-UE, bħall-oppożizzjoni min-naħa tal-Gvern Ungeriż biex jinfetħu n-negozjati dwar il-ġabriet ta’ kapitoli 1, 2 u 6, u dan rriżulta f’dewmien u jaqdi l-objettiv tar-Russja li tostakola l-integrazzjoni Ewropea tar-reġjun;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jemmen li l-kapaċità tal-Moldova li tikkonsolida l-progress attwali tagħha f’dak li għandu x’jaqsam mar-riformi relatati mal-adeżjoni mal-UE u li żżomm ir-ritmu ambizzjuż lejn l-adeżjoni mal-UE se jirrikjedi l-appoġġ qawwi u reali ta’ maġġoranza parlamentari wara l-elezzjonijiet tal-ħarifa 2025;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Josserva li l-eżiti kemm tar-referendum kostituzzjonali dwar l-adeżjoni mal-UE, li sar fl-20 ta’ Ottubru 2024, kif ukoll tal-elezzjonijiet presidenzjali, li saru fl-20 ta’ Ottubru 2024 u fit-3 ta’ Novembru 2024, ikkonfermaw l-appoġġ tal-maġġoranza tal-poplu tal-Moldova għall-objettiv tal-adeżjoni tal-pajjiż mal-UE u għar-riformi neċessarji pro-UE; jissottolinja li dan ir-referendum u dawn l-elezzjonijiet saru b’mod professjonali u b’sens tad-dover straordinarju u b’dedikazzjoni, minkejja kampanja ibrida enormi min-naħa tar-Russja u tal-aġenti bi prokura tagħha li użaw varji strumenti, bħall-isfruttament strateġiku tal-media soċjali, il-kontenut iġġenerat bl-IA, il-pubblikazzjoni apposta ta’ dokumenti foloz, intimidazzjonijiet, li involvew varji forom ta’ ndħil manipolattiv biex jiddestabbilizzaw il-pajjiż, il-finanzjament illeċitu ta’ atturi politiċi, ix-xiri ta’ voti, anki permezz tal-istrumentalizzazzjoni min-naħa tar-Russja ta’ ċerti membri tal-kleru tal-Metropolija ta’ Chișinău u tal-Moldova kollha, kampanji ta’ diżinformazzjoni u attakki ċibernetiċi; ifakkar li dawn l-attakki kienu mmirati lejn erba’ strateġiji fundamentali: iġibu l-firda fis-soċjetà, jiddeleġittimaw l-istituzzjonijiet, jiskreditaw l-atturi demokratiċi u jippromwovu l-influwenza Russa; jilqa’ l-eżitu tar-referendum kostituzzjonali tal-2024, li naqqax fil-kostituzzjoni tal-pajjiż l-impenn li dan tal-aħħar jaderixxi mal-UE; jikkundanna bil-qawwa t-tentattivi dejjem aktar frekwenti min-naħa tar-Russja, tal-oligarki pro-Russja u mill-aġenti lokali bi prokura sponsorizzati mir-Russja biex jiddestabbilizzaw lill-Moldova, jiżirgħu l-firda fis-soċjetà tal-Moldova u jħarbtu d-direzzjoni pro-UE tal-pajjiż permezz ta’ attakki ibridi, l-istrumentalizzazzjoni tal-provvisti tal-enerġija, id-diżinformazzjoni, il-kampanji ta’ manipulazzjoni u intimidazzjoni li jimmiraw lejn l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-media indipendenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Josserva li l-elezzjonijiet parlamentari li jmiss, li se jsiru fit-28 ta’ Settembru 2025, se jkunu ta’ importanza fundamentali biex il-Moldova tkompli miexja fit-triq pro-UE; jinsab imħasseb bl-intensifikazzjoni probabbli tal-indħil malizzjuż barrani, b’mod partikolari Russu, u tal-attakki ibridi qabel l-elezzjonijiet; jistieden lill-UE żżid l-appoġġ tagħha, inkluż l-appoġġ finanzjarju u tekniku, għall-isforzi tal-Gvern tal-Moldova biex jiġġieled kontra tali ndħil fil-proċess demokratiku tal-pajjiż, anki permezz ta’ listi ta’ sanzjonijiet oħra, proroga u konsolidament tal-mandat u tar-riżorsi tal-Missjoni ta’ Sħubija tal-UE (EUPM) fil-Moldova u l-għoti ta’ appoġġ addizzjonali f’dan ir-rigward, kif ukoll il-kondiviżjoni ta’ għarfien espert f’dawk li huma manipolazzjoni tal-informazzjoni u ndħil min-naħa ta’ atturi barranin (FIMI), il-ġlieda kontra t-theddid ibridu u t-tisħiħ tar-reżiljenza; jistieden bl-istess mod lill-awtoritajiet tal-Moldova u lill-UE jżidu l-isforzi tagħhom biex jappoġġjaw il-media indipendenti u s-soċjetà ċivili favur id-demokrazija, bil-għan li l-ġurnalisti, fil-livell nazzjonali u reġjonali, ikunu jistgħu jiġġieldu l-FIMI u li jissaħħaħ il-litteriżmu diġitali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza tal-komunikazzjoni strateġika, tal-konfutazzjoni tan-narrattivi foloz promossi mir-Russja, dwar l-UE u l-politiki tagħha kif ukoll tal-ġlieda kontra tali narrattivi u fuq l-enfasi li tingħata lill-benefiċċji konkreti fit-terminu qasir u twil tal-adeżjoni mal-UE għall-popolazzjoni kollha tal-Moldova, b’attenzjoni partikolari fuq reġjuni bħall-Gagauzja kif ukoll komunitajiet żvantaġġati mil-lat soċjoekonomiku fl-inħawi rurali; jistieden lill-UE tintensifika l-appoġġ tagħha lill-Moldova f’dan ir-rigward;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Riformi soċjoekonomiċi</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jilqa’ b’sodisfazzjon il-Pjan ta’ Tkabbir għall-Moldova tal-Kummissjoni, li jimmira li jappoġġja r-riformi soċjoekonomiċi u fundamentali tal-Moldova u li jtejjeb l-aċċess għas-suq uniku tal-UE; jilqa’ l-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Moldova, li tirfed il-Pjan ta’ Tkabbir u hija tal-valur ta’ EUR 2,02 biljun, u dan jagħmilha l-akbar pakkett ta’ appoġġ finanzjarju tal-UE għall-Moldova mill-indipendenza tal-pajjiż; jissottolinja li din il-Faċilità tforni lill-Moldova EUR 520 miljun f’appoġġ li ma jitħallasx lura u ammont massimu ta’ EUR 1,5 biljun f’self, b’rata ta’ prefinanzjament ta’ 18 %, b’turija tar-rikonoxximent min-naħa tal-UE tal-urġenza fl-appoġġ li tagħti għar-riformi u għar-reżiljenza tal-Moldova; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja lill-awtoritajiet tal-Moldova fl-implimentazzjoni tal-Aġenda ta’ Riforma neċessarja għall-assorbiment effikaċi tal-fondi li jkunu ġejjin minn din il-Faċilità, u b’hekk tiżgura li l-vantaġġi ta’ dan l-appoġġ jinħassu fil-pront miċ-ċittadini tal-Moldova; jistenna b’interess il-valutazzjoni tal-impatt li tħabbret li se ssir għall-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Moldova fil-forma ta’ dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni fi żmien tliet xhur mill-adozzjoni tar-regolament korrispondenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi fondi ta’ qabel l-adeżjoni ddedikati għall-Moldova fil-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss tal-UE, u tibda tħejji lill-Moldova biex tuża b’mod effiċjenti l-fondi ta’ qabel l-adeżjoni futuri bħala pajjiż kandidat deżinjat ġdid għall-adeżjoni mal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Itenni l-fatt li l-appoġġ tal-poplu tal-Moldova għall-integrazzjoni Ewropea jista’ jissaħħaħ billi jitjiebu b’mod konkret il-mezzi ta’ sussistenza tagħhom, jissaħħu l-istituzzjonijiet statali u l-amministrazzjoni pubblika bil-għan li jużaw il-finanzjamenti tal-proġetti b’mod effikaċi u jimplimentaw u jinfurzaw l-acquis tal-UE, tiġi żgurata sistema ta’ sigurtà soċjali soda, jiġu miġġielda l-korruzzjoni u l-influwenza tal-oligarki u jiġi żgurat l-obbligu ta’ rendikont; jistieden lill-awtoritajiet tal-Moldova jkomplu jiżguraw l-involviment sinifikattiv tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, tad-dijaspora, tal-gruppi vulnerabbli u tas-sħab soċjali, fosthom it-trade unions, bil-għan li tissaħħaħ il-fiduċja fil-proċessi u fl-istituzzjonijiet demokratiċi u li jiżdied l-appoġġ pubbliku għar-riformi relatati mal-adeżjoni mal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-monitoraġġ tal-governanza u tal-progress f’dawk li huma riformi relatati mal-UE, fil-promozzjoni tat-trasparenza, fid-difiża tad-drittijiet tal-bniedem u fil-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni u l-influwenza malizzjuża esterna min-naħa tal-atturi politiċi li huma kontra r-riformi u tal-aġenti bi prokura Russi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jitlob li r-riformi komprensivi tal-politika soċjali jindirizzaw il-faqar u l-emigrazzjoni kostanti fuq skala kbira, iżidu l-kopertura sanitarja, isaħħu l-edukazzjoni pubblika, itejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol u jiżviluppaw sistemi ta’ protezzjoni soċjali adegwati; jenfasizza li l-iżvilupp ekonomiku jrid jkun inklużiv u sostenibbli, b’opportunitajiet għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju; jisħaq fuq il-bżonn ta’ investimenti soċjali mmirati lejn iż-żgħażagħ u ż-żoni rurali tal-Moldova biex jonqsu d-disparitajiet reġjonali u titħares il-koeżjoni soċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jitlob li tingħata attenzjoni partikolari lill-parteċipazzjoni tal-Moldova fil-programmi soċjali, edukattivi u kulturali tal-UE bil-għan li jiġu promossi l-konverġenza soċjali, l-innovazzjoni u l-progress teknoloġiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jistieden lill-Moldova timplimenta l-Aġenda ta’ Riformi, li tesponi r-riformi kruċjali f’termini soċjoekonomiċi u dawk fundamentali biex jitħaffu t-tkabbir u l-kompetittività tal-ekonomija tal-Moldova u l-konverġenza tagħha mal-UE abbażi tal-implimentazzjoni msaħħa tal-FS/DCFTA;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jitlob bil-qawwa li titħaffef l-integrazzjoni gradwali tal-Moldova fl-UE u fis-suq uniku billi jkompli jkun allinjat il-qafas ġuridiku u regolatorju tagħha mal-acquis tal-UE u billi l-pajjiż jiġi assoċjat ma’ aktar programmi u inizjattivi tal-UE, anki permezz tal-għoti tal-istatus ta’ osservaturi lill-uffiċjali u lill-esperti tal-Moldova fil-korpi rilevanti tal-UE, fatt li jkun jirriżulta f’vantaġġi soċjoekonomiċi konkreti anki qabel ma l-pajjiż isir formalment membru tal-UE; jifraħ lill-Moldova talli ddaħħlet fl-ambitu ġeografiku tal-iskemi ta’ pagament taż-żona unika ta’ pagamenti bl-euro, u dan jiffaċilita t-trasferimenti bl-euro u jnaqqas l-ispejjeż għaċ-ċittadini u għall-impriżi tal-Moldova; ifaħħar l-inklużjoni tal-liberalizzazzjoni tar-roaming fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni UE-Moldova aġġornat; jilqa’ l-progress li għamlet dan l-aħħar il-Moldova fit-traspożizzjoni tal-acquis fil-qasam tar-roaming u tat-telekomunikazzjonijiet u jesprimi appoġġ biex tittieħed malajr deċiżjoni dwar l-inklużjoni tal-Moldova fiż-żona “roaming daqslikieku f’pajjiżek”; jistieden lill-fornituri tas-servizzi jikkooperaw f’bona fide mal-awtoritajiet tal-Moldova rigward l-implimentazzjoni tar-“roaming daqslikieku f’pajjiżek”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jilqa’ t-tiġdid tal-miżuri temporanji ta’ liberalizzazzjoni tal-kummerċ tal-UE f’Lulju 2024 biex tiġi sostnuta l-ekonomija tal-Moldova, u li jissupplixxu l-kummerċ li ntilef minħabba l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u l-politiki ostili tagħha fil-konfront tal-Moldova; jistieden lill-UE tieħu miżuri rapidi u sinifikanti lejn il-liberalizzazzjoni permanenti tal-kwoti tariffarji tagħha sabiex tiżgura l-prevedibbiltà u żżid l-attraenza tal-pajjiż għall-investituri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Josserva li d-deċiżjoni li ħadet dan l-aħħar l-amministrazzjoni tal-Istati Uniti li tissospendi l-appoġġ lis-soċjetà ċivili, lill-media indipendenti, lir-riformi fundamentali u lill-proġetti infrastrutturali ħolqot aktar bżonnijiet urġenti fil-Moldova li fir-rigward tagħhom l-UE għandha tintervjeni; jistieden lill-Kummissjoni, f’dan ir-rigward, iżżid il-finanzjamenti għall-istrumenti tal-UE li jsostnu d-demokrazija, pereżempju l-Fond Ewropew għad-Demokrazija, u għal proġetti kruċjali oħra li sa ftit żmien ilu kienu ffinanzjati mill-Aġenzija tal-Istati Uniti għall-Iżvilupp Internazzjonali (USAID) u minn aġenziji oħra tal-Istati Uniti;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Drittijiet tal-bniedem</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Josserva l-progress li għamlet il-Moldova biex tikseb l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, inkluż li adottat il-Programm għall-Promozzjoni u l-Garanzija tal-Ugwaljanza bejn in-Nisa u l-Irġiel għall-perjodu 2023-2027, u jistedinha tkompli tagħmel sforzi f’dan ir-rigward, b’mod partikolari biex tnaqqas id-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri, tiġġieled kontra l-istereotipi, id-diskriminazzjoni u l-vjolenza abbażi tal-ġeneru, u żżid ir-rappreżentanza tan-nisa fil-politika u fin-negozju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jilqa’ l-isforzi li qegħdin jagħmlu l-awtoritajiet tal-Moldova biex jiġġieldu kontra l-vjolenza fuq in-nisa u jtejbu l-protezzjoni tal-vittmi, b’mod partikolari l-adozzjoni tal-Programm Nazzjonali għall-Prevenzjoni u l-Ġlieda kontra l-Vjolenza fil-konfront tan-Nisa u l-Vjolenza Domestika għall-perjodu 2023-2027; josserva, madankollu, li tali sforzi għadhom ma pproduċewx impatt u jitlob għaldaqstant li jinħolqu aktar ċentri ta’ kenn għall-vittmi tal-vjolenza domestika u li tingħata attenzjoni adegwata min-naħa tas-sistema ġudizzjarja għall-vjolenza fuq in-nisa kif ukoll bidla fil-politiki u aktar sensibilizzazzjoni fost l-irġiel fir-rigward tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jistieden lill-Gvern tal-Moldova jsaħħaħ l-isforzi tiegħu, inkluża l-implimentazzjoni effettiva tal-qafas leġiżlattiv tiegħu, biex jiġġieled kontra d-diskriminazzjoni razzjali, l-emarġinazzjoni, id-diskors ta’ mibegħda razzjali u r-reati ta’ mibegħda mmirati lejn il-membri tal-gruppi etniċi minoritarji, fosthom ir-Rom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Ifaħħar l-isforzi li għamlet il-Moldova biex ittejjeb id-drittijiet tal-komunità LGBTIQ+ f’dawn l-aħħar snin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jistieden lill-Gvern tal-Moldova jallinja bis-sħiħ il-leġiżlazzjoni tiegħu dwar id-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà mal-acquis tal-UE u jindirizza l-problema sistemika tat-tfal b’diżabbiltajiet intellettwali li jiddaħħlu f’istituti psikjatriċi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Enerġija, ambjent u konnettività</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jikkundanna l-istrumentalizzazzjoni tal-enerġija min-naħa tar-Russja fil-konfront tal-Moldova, u dan l-aħħar ir-Russja interrompiet il-provvisti ta’ gass lir-reġjun Transnistrijan fl-1 ta’ Jannar 2025, bi ksur tal-obbligi kuntrattwali, u b’hekk ikkawżat kriżi gravi fir-reġjun; jilqa’ b’sodisfazzjon il-proposta li għamlet malajr il-Kummissjoni għal Strateġija Komprensiva għall-Indipendenza u r-Reżiljenza tal-Enerġija u l-pakkett ta’ appoġġ tagħha tal-valur ta’ EUR 250 miljun, li se jnaqqas il-kontijiet tal-enerġija tal-konsumaturi tal-Moldova, fosthom dawk fir-reġjun Transnistrijan, jappoġġja d-diżakkoppjament tal-Moldova mill-provvisti enerġetiċi tar-Russja u jintegra l-Moldova fis-suq tal-enerġija tal-UE; jenfasizza l-bżonn li l-UE u l-awtoritajiet tal-Moldova jikkomunikaw b’mod effikaċi dwar il-pakkett ta’ appoġġ sostanzjali tal-UE mmirat biex jindirizza l-kriżi enerġetika tal-Moldova;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Ifaħħar l-allinjament tas-settur enerġetiku tal-Moldova mal-acquis tal-UE; jistieden lill-Gvern tal-Moldova jkompli l-isforzi tiegħu, bis-saħħa tal-appoġġ tal-UE li jinkludi l-istrumenti disponibbli mill-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Moldova, biex jiddiversifika r-rotot tal-provvista ta’ gass u elettriku, jiżviluppa l-konnettività, iżid l-effiċjenza enerġetika u l-kapaċità interna tiegħu ta’ produzzjoni u ħżin, kif ukoll jagħmel progress fl-integrazzjoni sħiħa tiegħu fis-suq enerġetiku tal-UE biex ikunu garantiti s-sigurtà u r-reżiljenza fil-qasam tal-enerġija; jisħaq fuq l-importanza li titlesta l-linja elettrika fl-ajru ta’ 400 kV bejn Vulcănești u Chișinău sa tmiem l-2025 biex tonqos id-dipendenza tal-infrastrutturi enerġetiċi fir-reġjun Transnistrijan; jistieden lill-UE timmobilizza r-riżorsi neċessarji biex tgħin tikkumpensa s-sospensjoni tal-appoġġ mingħand USAID lis-settur enerġetiku tal-Moldova;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Ifaħħar lill-Gvern tal-Moldova għall-progress li għamel fid-dekarbonizzazzjoni, fl-effiċjenza enerġetika u fit-tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika, inkluż l-irduppjar tal-perċentwal ta’ enerġija rinnovabbli għal 30 % sal-2030; jinkoraġġixxi lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jkomplu jagħti appoġġ finanzjarju u għarfien espert lill-kontropartijiet tal-Moldova f’dan il-qasam; jilqa’ l-adozzjoni fl-2023 tal-Programm Nazzjonali ta’ Adattament għat-Tibdil fil-Klima sal-2030 tal-Moldova, kif ukoll il-Pjan ta’ Azzjoni tiegħu għal tali skop; jistieden lill-Gvern tal-Moldova jadotta u jibda jimplimenta l-Pjan Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima tiegħu għall-perjodu 2025-2030; josserva l-importanza tal-implimentazzjoni tal-impenji tal-Pjan Direzzjonali għad-Dekarbonizzazzjoni tal-Komunità tal-Enerġija u tal-implimentazzjoni tal-pakkett “Monitoraġġ, Rapportar, Verifika, Akkreditament” bil-ħsieb li jiddaħħal l-ipprezzar tal-karbonju u jsir allinjament mas-sistema tal-UE għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jemmen li estensjoni tal-kuritur tan-Network trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T) Baħar Baltiku-Baħar l-Iswed-Baħar Eġew (Kuritur IX) biex jinkludi r-rotta Chișinău-Constanța-Varna-Burgas tkun tikkostitwixxi investiment strateġiku fl-infrastrutturi tat-trasport tar-reġjun, u b’hekk titjieb il-konnettività u jiġi promoss it-tkabbir ekonomiku, fid-dawl tat-tkabbir tal-UE lejn il-Lvant u tal-impatt pożittiv potenzjali ta’ din l-estensjoni fuq is-sigurtà u l-istabbiltà tar-reġjun, inkwantu rotta loġistika kruċjali għan-NATO u fattur li jsaħħaħ l-awtonomija ġeostrateġika tal-UE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Stat tad-dritt u governanza tajba</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jissottolinja l-fatt li riforma komprensiva tal-ġustizzja tibqa’ kruċjali għas-suċċess tar-riformi demokratiċi u relatati mal-adeżjoni mal-UE tal-Moldova; jirrikonoxxi l-isforzi kostanti tal-Moldova biex tibni sistema ġudizzjarja indipendenti, imparzjali, responsabbli u professjonali u tikkonkludi l-proċess ta’ skrutinju sa tmiem l-2026; jistieden, għaldaqstant, lill-UE tkompli tappoġġja b’mod attiv ir-riforma tal-ġustizzja u l-proċess ta’ skrutinju tal-imħallfin u tal-prosekuturi, inklużi l-attrazzjoni, il-formazzjoni u r-reklutaġġ ta’ persunal ġudizzjarju kkwalifikat u ż-żieda fil-kapaċità ġudizzjarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Josserva li l-Moldova kisbet progress fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u fil-prevenzjoni tal-korruzzjoni, iżda jisħaq fuq il-bżonn li titkompla l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus; jilqa’ d-dħul fis-seħħ fi Frar 2024 tal-Programm Nazzjonali tal-Moldova għall-Integrità u l-Ġlieda kontra l-Korruzzjoni għall-perjodu 2024-2028; jisħaq fuq il-bżonn li jiġi żgurat koordinament imsaħħaħ fost l-istituzzjonijiet ewlenin kollha fil-qasam tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni u f’dak tal-ġustizzja bil-għan li jiġu implimentati riformi komprensivi u jiġi żgurat li jkollhom ir-riżorsi u l-kapaċitajiet adegwati; jisħaq fuq il-fatt li jeħtieġ li jinkisbu r-riżultati f’termini ta’ prosekuzzjoni u kundanni fil-każijiet ta’ korruzzjoni bil-għan li jiġi żgurat li l-pubbliku jkollu l-fiduċja fir-riformi li qed isiru bħalissa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Ifakkar fl-importanza li jitkomplew l-investigazzjonijiet u li jittellgħu quddiem il-ġustizzja dawk responsabbli mill-frodi bankarja tal-2014; jilqa’ l-fatt li, wara sforzi notevoli min-naħa tal-awtoritajiet tal-Moldova, l-Interpol fl-aħħar żiedet wieħed minn dawk li allegatament huma responsabbli, Vladimir Plahotniuc, fil-lista tagħha ta’ persuni mfittxija fil-livell internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li fl-2023 il-Moldova adottat strateġija nazzjonali ġdida għall-prevenzjoni tat-traffikar tal-bnedmin u l-ġlieda kontra dan il-fenomenu, b’hekk allinjat ruħha mal-acquis tal-UE, kif ukoll il-kooperazzjoni tal-Moldova mal-Europol fil-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jesprimi d-disponibbiltà tiegħu li jkompli jappoġġja lill-Parlament tal-Moldova permezz ta’ attivitajiet ta’ sostenn għad-demokrazija maqbula bejn xulxin, li jirrispondu għall-bżonnijiet tal-istituzzjoni, tal-membri eletti tagħha u tal-persunal tagħha; jisħaq fuq l-importanza li l-Parlament tal-Moldova jrawwem dibattitu pubbliku dwar il-futur Ewropew tal-pajjiż u jikseb kunsens wiesa’ rigward ir-riformi relatati mal-adeżjoni mal-UE fost il-partiti politiċi u fis-soċjetà f’sens usa’, kif ukoll jikseb leġittimità demokratika rigward tali riformi; jenfasizza d-deċiżjoni tal-10 ta’ Marzu 2025 biex jinfetaħ uffiċċju tal-Parlament Ewropew f’Chișinău ħalli jkompli jissaħħaħ l-impenn tal-Parlament fir-reġjun tas-Sħubija tal-Lvant;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kooperazzjoni fil-qasam tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK) u progress fir-riżoluzzjoni tal-kunflitt Transnistrijan</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Japprezza l-kooperazzjoni konsistenti tal-Moldova fil-kwistjonijiet ta’ politika estera u r-rata konsiderevolment dejjem ogħla, b’mod partikolari minn 54 % fl-2022 għal 86 % fl-2024, ta’ allinjament tagħha mal-pożizzjonijiet tal-PESK u mal-miżuri restrittivi tal-UE; jistedinha tkompli ttejjeb dan l-allinjament, anki fir-rigward tal-miżuri restrittivi fil-konfront tar-Russja, u tkompli l-kooperazzjoni fil-prevenzjoni taċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet imposti fuq ir-Russja u l-Belarussja relatati mal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jissottolinja l-fatt li l-Moldova hija kontributur ewlieni għas-sigurtà reġjonali u Ewropea, anki permezz tal-appoġġ sod tagħha favur l-Ukrajna minn mindu faqqgħet il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja, pereżempju billi laqgħet fi ħdanha lir-rifuġjati tal-gwerra Ukreni u permezz tal-kontributi li tat lill-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili, pereżempju billi bagħtet skwadri ta’ pumpieri biex jitfu n-nirien gravi fis-selvaġġ fil-Greċja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jesprimi l-appoġġ tiegħu lill-EUPM fil-Moldova u jistieden lill-Istati Membri jikkontribwixxu permezz tal-esperti u tar-riżorsi finanzjarji neċessarji fl-antiċipazzjoni ta’ intensifikazzjoni potenzjali tat-theddid ibridu; jilqa’ l-proroga reċenti tal-mandat tal-EUPM sa April 2026; jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet tal-Moldova jisfruttaw b’mod sħiħ l-għarfien espert tal-EUPM biex itejbu l-preparatezza tagħha, b’mod partikolari fid-dawl tal-indħil elettorali ripetut qabel l-elezzjonijiet parlamentari tat-28 ta’ Settembru 2025; jistieden lill-UE titgħallem mill-esperjenza li kisbet fil-Moldova f’dik li hi l-protezzjoni tal-proċess elettorali u tal-istituzzjonijiet demokratiċi fl-UE stess; jinkoraġġixxi lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Kummissjoni jużaw l-istrumenti kollha tal-UE disponibbli fil-qasam tal-ġlieda kontra t-theddid ibridu biex ikompli jingħata appoġġ lill-Moldova, anki billi jintbagħat malajr Tim ta’ Rispons Rapidu kontra Theddid Ibridu; jilqa’ t-twaqqif taċ-Ċentru tal-Moldova għall-Komunikazzjonijiet Strateġiċi u l-Ġlieda kontra d-Diżinformazzjoni, inkwantu mezz ta’ koordinament tal-ġlieda kontra l-indħil barrani fost il-varji istituzzjonijiet tal-Moldova, u tal-Aġenzija Nazzjonali għaċ-Ċibersigurtà u tal-Istitut Nazzjonali għall-Innovazzjonijiet fil-qasam taċ-Ċibersigurtà; josserva li l-Istrateġija ta’ Sigurtà Nazzjonali tal-Moldova, adottata f’Diċembru 2023, tenfasizza l-adeżjoni mal-UE bħala objettiv fundamentali u tidentifika għall-ewwel darba lir-Russja bħala sors ta’ theddid gravi għas-sigurtà tal-Moldova; jisħaq fuq l-importanza li jitjiebu l-kondiviżjoni tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni fil-qasam tal-intelligence bejn il-Moldova, l-UE u l-Istati Membri tagħha fir-rigward tat-theddid għas-sigurtà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Itenni l-impenn totali tiegħu favur l-integrità territorjali tal-Moldova u r-riżoluzzjoni paċifika tal-kunflitt, abbażi tas-sovranità u tal-integrità territorjali tal-Moldova fi ħdan il-konfini tagħha rikonoxxuti f’livell internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jilqa’ l-inizjattivi tal-Kummissjoni maħsuba biex jinkludu appoġġ proattiv għar-reġjun Transnistrijan fil-pakketti ta’ appoġġ tagħha għall-emerġenzi f’ambitu enerġetiku, u l-iskambju ta’ informazzjoni u l-kooperazzjoni prattika bejn il-Gvern tal-Moldova u l-awtoritajiet <STRING ITALIC="on">de facto</STRING> tar-reġjun Transnistrijan matul il-kriżi enerġetika kkawżata mir-Russja; jilqa’ l-progress li sar f’dak li għandu x’jaqsam mal-kundizzjonalitajiet għal Tiraspol fid-dawl tal-ftehim ta’ tranżitu reċenti tal-gass u jitlob l-implimentazzjoni sħiħa ta’ dawk il-kundizzjonalitajiet, fosthom il-ħelsien tal-priġunieri politiċi kollha min-naħa ta’ Tiraspol u ż-żarmar tal-punti ta’ kontroll illegali li fadal;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jilqa’ l-interess qawwi tal-Moldova biex tikkontribwixxi għall-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni (PSDK) tal-UE u l-fatt li l-Moldova hija l-ewwel pajjiż li ffirma sħubija għas-sigurtà u d-difiża mal-UE; jilqa’ l-parteċipazzjoni attiva kostanti tal-Moldova fil-missjonijiet u fl-operazzjonijiet tal-UE fl-ambitu tal-PSDK, b’mod partikolari fil-Forza tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina (Operazzjoni Althea) u fil-Missjoni ta’ taħriġ tal-UE fir-rigward tas-Somalja, l-interess tagħha biex tipparteċipa fil-proġetti PESCO u fin-negozjati li għaddejjin dwar ftehim qafas mal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża; jistieden lill-UE tinkludi lill-Moldova fil-programmi tal-UE fl-ambitu tas-sigurtà u d-difiża u fl-allokazzjonijiet baġitarji relatati, inkluż fil-Programm għall-Industrija tad-Difiża Ewropea u fi Prontezza 2030, biex il-pajjiż ikun jista’ jipparteċipa fl-akkwist konġunt flimkien mal-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jilqa’ l-allokazzjoni ta’ EUR 50 miljun intiża biex timmodernizza l-kapaċitajiet ta’ difiża tal-forzi armati tal-Moldova fil-kuntest tal-isfidi attwali relatati mas-sigurtà permezz tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi (EPF) għall-2024; josserva li l-Moldova hija t-tieni l-akbar benefiċjarju tal-EPF wara l-Ukrajna, b’total ta’ EUR 137 miljun allokati fl-2021; jilqa’ l-appoġġ imħabbar tal-EUR 60 miljun li se jingħata lill-Moldova mill-baġit tal-EPF fl-2025; jistieden lill-Istati Membri jżidu b’mod progressiv il-finanzjamenti tal-EPF favur il-Moldova biex jissaħħu aktar il-kapaċitajiet ta’ difiża tal-pajjiż;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, kif ukoll lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika tal-Moldova.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>