<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0134</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Ix-xoljiment tal-partiti politiċi u t-trażżin tal-oppożizzjoni fil-Mali</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0291, 0294, 0297 u 0298/2025)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Ġunju 2025 dwar ix-xoljiment tal-partiti politiċi u t-trażżin tal-oppożizzjoni fil-Mali (2025/2754(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 150(5) u l-Artikolu 136(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-militar ilu jmexxi lill-Mali mill-kolp ta’ stat tal-2020, li ħatar lill-Ġeneral Assimi Goïta bħala president tat-tranżizzjoni, u l-elezzjonijiet imwiegħda ripetutament għadhom ma seħħewx;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi fit-13 ta’ Mejju 2025, l-awtoritajiet militari xoljew il-partiti u l-organizzazzjonijiet politiċi u rrevokaw il-liġijiet li jipproteġu l-parteċipazzjoni politika, u dawn irriżultaw fi protesti domestiċi u tħassib internazzjonali dwar il-konsolidazzjoni tat-tmexxija awtoritarja, ir-repressjoni u l-kriminalizzazzjoni tal-oppożizzjoni u tad-dimostranti;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-ħtif u l-arresti reċenti ta’ membri tal-oppożizzjoni żiedu mal-għajbien furzat li jmur lura għal mill-anqas l-2021, u l-ġunta militari intensifikat ir-repressjoni tagħha tal-oppożizzjoni politika u tal-libertajiet ċivili;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi fil-11 ta’ Ġunju 2025, il-Kunsill tal-Ministri Maljan adotta abbozz ta’ liġi li jawtorizza mandat li jista’ jiġġedded ta’ ħames snin għall-president tat-tranżizzjoni mingħajr ma ssir elezzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-UE tkompli tappoġġja lis-soċjetà ċivili u tipprovdi għajnuna umanitarja fil-Mali;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi gruppi terroristiċi Iżlamisti affiljati ma’ al-Qaeda qegħdin joqtlu persuni ċivili, inklużi Nsara u persuni minn minoranzi reliġjużi oħra;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-UE u diversi Stati Membri skjeraw truppi li tilfu ħajjithom fil-ġlieda kontra l-ġiħadiżmu fuq talba tal-eks awtoritajiet Maljani, inklużi 58 suldat Franċiż, 2 suldati Netherlandiżi u suldat wieħed Portugiż;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi d-diżinformazzjoni Russa affettwat lill-Mali b’mod negattiv;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar is-sitwazzjoni politika u dik tas-sigurtà allarmanti fil-Mali; jikkundanna bil-qawwa x-xoljiment tal-partiti u l-organizzazzjonijiet politiċi u t-trażżin tal-oppożizzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jikkritika l-azzjonijiet intensifikati tal-awtoritajiet Maljani li jdgħajfu d-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, il-libertà tal-espressjoni u tal-assoċjazzjoni, u l-għaqda paċifika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Maljani jirrispettaw id-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-impenji ffirmati tal-Mali dwar id-drittijiet politiċi u ċivili;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Ifakkar fl-istruzzjoni li l-president tat-tranżizzjoni ta lill-kabinett tiegħu f’Novembru 2024 biex joħloq il-kundizzjonijiet għal elezzjonijiet trasparenti u paċifiċi malajr kemm jista’ jkun;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Iħeġġeġ lill-awtoritajiet jeħilsu minnufih lil dawk arrestati jew maħtufa għal raġunijiet politiċi, itemmu b’mod permanenti r-repressjoni u l-intimidazzjoni, jiggarantixxu s-sikurezza tal-membri tal-oppożizzjoni, tal-attivisti u tal-atturi tas-soċjetà ċivili, u jiżguraw il-paċi u l-istabbiltà fil-Mali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jinnota b’dispjaċir li l-Mali għadu qed jiffaċċja l-vjolenza u t-terroriżmu Iżlamiku; ifakkar li l-merċenarji sponsorjati mir-Russja ma rnexxilhomx iġibu l-istabbiltà; jitlob li jiġi żgurat obbligu ta’ rendikont għall-ksur u l-abbużi tad-drittijiet, inklużi d-delitti tal-gwerra li wettaq il-Grupp Wagner/il-Korp Afrikan kontra l-poplu Maljan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Iħeġġeġ kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-UE, ir-RSUE għas-Saħel, l-ECOWAS u l-Unjoni Afrikana biex jippromwovu l-istabbiltà u d-drittijiet tal-bniedem fil-Mali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar iż-żieda fil-flussi migratorji illegali mill-Mali lejn l-Ewropa, xprunati minn nuqqas ta’ sigurtà, instabbiltà politika u staġnar ekonomiku li qed jiżdiedu; jistieden lill-awtoritajiet Maljani jassumu r-responsabbiltà sħiħa għall-prevenzjoni tat-tluq mhux ikkontrollat u jħeġġeġ lill-UE ssaħħaħ il-politiki dwar ir-ritorn u l-kooperazzjoni dwar il-kontroll tal-migrazzjoni mal-Mali u l-pajjiżi ta’ tranżitu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jissottolinja l-appoġġ ċar tal-UE biex tirrestawra d-demokrazija multipartitika, tipprovdi assistenza lis-soċjetà ċivili u lill-atturi demokratiċi u tiżgura li d-drittijiet tal-bniedem ikunu l-prijorità ewlenija għall-appoġġ tal-UE skont l-approċċ imġedded għar-reġjun tas-Saħel;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jistieden lill-VP/RGħ u lill-Istati Membri jiddiskutu mal-awtoritajiet Maljani dwar il-ħtieġa urġenti li jiġi restawrat l-ordni demokratiku u jiġu protetti d-drittijiet tal-bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-VP/RGħ, lill-president tat-tranżizzjoni tal-Mali, lill-Assemblea Nazzjonali Maljana, lill-Unjoni Afrikana u lill-ECOWAS.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>