<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0136</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-grilji tal-elettriku: is-sinsla tas-sistema tal-enerġija tal-UE</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0091/2025 - Rapporteur: Anna Stürgkh)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Ġunju 2025 dwar il-grilji tal-elettriku: is-sinsla tas-sistema tal-enerġija tal-UE (2025/2006(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 194 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Lulju 2020 bit-titolu “Nixprunaw Ekonomija Newtrali għall-Klima: Strateġija tal-UE dwar l-Integrazzjoni tas-Sistema tal-Enerġija” (COM(2020)0299),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Novembru 2023 bit-titolu “Grilji, il-konnessjoni nieqsa - Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għall-Grilji” (COM(2023)0757),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni ta’ Jannar 2025 bit-titolu “Investment needs of European energy infrastructure to enable a decarbonised economy”<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni Ewropea: Id-Direttorat Ġenerali għall-Enerġija, Artelys, LBST, Trinomics, Finesso, A. et al., <STRING ITALIC="on">Investment needs of European energy infrastructure to able a decarbonised economy – Final report</STRING>, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2025.</FIELD></FOOTNOTE> (Ħtiġijiet ta’ investiment tal-infrastruttura tal-enerġija Ewropea biex jingħata lok għal ekonomija dekarbonizzata),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Frar 2025 bit-titolu “Pjan ta’ Azzjoni għal Enerġija Affordabbli – Nisfruttaw il-valur reali tal-Unjoni tal-Enerġija tagħna biex niżguraw enerġija affordabbli, effiċjenti u nadifa għall-Ewropej kollha” (COM(2025)0079),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Frar 2025 bit-titolu “Il-Patt għal Industrija Nadifa: Pjan direzzjonali konġunt għall-kompetittività u d-dekarbonizzazzjoni”(COM(2025)0085),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Marzu 2025 bit-titolu “Pjan ta’ Azzjoni Industrijali għas-settur awtomobilistiku Ewropew” (COM(2025)0095),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 249, 14.7.2021, p. 38, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1153/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (ir-Regolament FNE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2022/869 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2022 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2009, (UE) 2019/942 u (UE) 2019/943 u d-Direttivi 2009/73/KE u (UE) 2019/944, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 347/2013<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 152, 3.6.2022, p. 45, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/869/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (ir-Regolament TEN-E),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 158, 14.6.2019, p. 125, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2019/944/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar is-suq intern tal-elettriku<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 158, 14.6.2019, p. 54, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/943/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2023/2413 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ottubru 2023 li temenda d-Direttiva (UE) 2018/2001, ir-Regolament (UE) 2018/1999 u d-Direttiva 98/70/KE fir-rigward tal-promozzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/652<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2023/2413, 31.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2023/2413/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2024/1275 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ April 2024 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1275, 8.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1275/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2024/1711 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 li temenda d-Direttivi (UE) 2018/2001 u (UE) 2019/944 fir-rigward tat-titjib tat-tfassil tas-suq tal-elettriku tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1711, 26.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1711/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/1747 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 li jemenda r-Regolamenti (UE) 2019/942 u (UE) 2019/943 fir-rigward tat-titjib tat-tfassil tas-suq tal-elettriku tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1747, 26.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1747/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (ir-Regolament dwar it-Tfassil tas-Suq tal-Elettriku (EMD)),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1999/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, li jirrifletti l-miri għall-interkonnessjoni tal-elettriku tal-UE,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar “L-Iżvilupp ta’ Infrastruttura tal-Grilja tal-Elettriku Sostenibbli”, kif approvati mill-Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija fil-laqgħa tiegħu tat-30 ta’ Mejju 2024.
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Lulju 2020 dwar approċċ komprensiv Ewropew għall-ħżin tal-enerġija<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 371, 15.9.2021, p. 58.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Mejju 2021 dwar strateġija Ewropea għall-integrazzjoni tas-sistemi tal-enerġija<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 15, 12.1.2022, p. 45.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Aġenzija tal-UE għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) ta’ Jannar 2023 dwar il-metodoloġiji tat-tariffi tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku fl-Ewropa,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tad-19 ta’ Diċembru 2023 tal-ACER bit-titolu “Demand response and other distributed energy resources: what barriers are holding them back?” (Rispons tad-domanda u riżorsi enerġetiċi distribwiti oħrajn: x’ostakli qed iżommuhom lura?),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ April 2025 min-Network Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta’ Trażmissjoni tal-Elettriku (ENTSO-E) bit-titolu “Bidding Zone Review of the 2025 Target Year” (Rieżami taż-Żona tal-Offerti tas-Sena fil-Mira 2025)<FOOTNOTE><FIELD> In-Network Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta’ Trażmissjoni tal-Elettriku (ENTSO-E), “Bidding Zone Review of the 2025 Target Year”, April 2025, https://eepublicdownloads.blob.core.windows.net/public-cdn-container/clean-documents/Network%20codes%20documents/NC%20CACM/BZR/2025/Bidding_Zone_Review_of_the_2025_Target_Year.pdf.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A10-0091/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-grilji tal-elettriku huma essenzjali għall-Unjoni biex tikseb it-tranżizzjoni tagħha lejn enerġija nadifa u twassal enerġija rinnovabbli filwaqt li tappoġġja t-tkabbir ekonomiku u l-prosperità; billi l-ineffiċjenzi u n-nuqqas ta’ integrazzjoni sħiħa jħallu impatt negattiv fuq il-prezzijiet tal-enerġija għall-konsumaturi u l-kumpaniji;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi fid-dawl tad-domanda dejjem tikber għall-elettriku, huma meħtieġa investimenti u aġġornamenti sinifikanti, flimkien ma’ sorveljanza regolatorja, biex tiżdied il-kapaċità ta’ trażmissjoni transfruntiera u fil-livell nazzjonali u tiġi mmodernizzata l-infrastruttura, filwaqt li tiġi żgurata sistema tal-elettriku dekarbonizzata, flessibbli, aktar deċentralizzata, diġitalizzata u reżiljenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-konnettività batuta u l-punti ta’ konġestjoni tal-grilja huma fost ir-raġunijiet ewlenin għaliex l-UE ma tistax tibbenefika bis-sħiħ mill-ammont sinifikanti ta’ kapaċitajiet installati tal-enerġija eolika u solari, u b’hekk jiġu żgurati prezzijiet affordabbli għall-unitajiet domestiċi u l-industrija; billi n-nuqqas ta’ interkonnessjoni soda bejn ir-reġjuni b’karatteristiċi naturali u klimatiċi differenti jwassal għal produzzjoni żejda tal-enerġija u limitazzjoni amministrattiva fuq il-produzzjoni rinnovabbli f’xi reġjuni, filwaqt li reġjuni oħra qegħdin ibatu bi provvista insuffiċjenti u prezzijiet għoljin;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-operaturi ta’ sistemi tat-trażmissjoni (TSOs) huma essenzjali biex l-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta tiġi integrata fil-grilja tal-UE, b’mod partikolari għal dawk konnessi ma’ aktar minn suq wieħed; billi, f’każ li t-TSOs jonqsu milli jipprovdu l-kapaċità tal-grilja miftiehma, il-kumpens għandu jitħallas lill-iżviluppaturi għall-kapaċità tal-esportazzjoni mitlufa, iffinanzjat mill-introjtu mill-konġestjoni; billi kumpens bħal dan għandu jiġi kondiviż b’mod ġust bejn it-TSOs u jkun allinjat mal-prinċipji tan-nondiskriminazzjoni u jimmassimizza n-negozju transfruntier; billi dan jenfasizza l-importanza li tinżamm sinsla ta’ interkonnetturi li tiffunzjona, minħabba li ħsarat fil-kapaċità tal-interkonnetturi jistgħu jirriżultaw f’kostijiet kemm għall-produtturi kif ukoll għat-TSOs;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-Ewropa se tilħaq l-objettivi ta’ dekarbonizzazzjoni tagħha biss jekk ikun hemm approċċ ikkoordinat u pan-Ewropew għall-ippjanar tas-sistema tal-elettriku, li tgħaqqad il-fruntieri, is-setturi u r-reġjuni;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-ippjanar ta’ networks tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni tal-elettriku jrid ikun ikkoordinat biex jiżgura l-iżvilupp effettiv tas-sistema tal-elettriku tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-grilja tal-elettriku tal-UE nbniet għal ekonomija tas-seklu 20 ibbażata fuq ġenerazzjoni tal-elettriku ċentralizzata u mħaddma mill-fjuwils fossili, u trid tiġi mmodernizzata biex tissodisfa d-domandi ta’ ekonomija diġitalizzata b’livelli għoljin ta’ elettrifikazzjoni u sehem ogħla ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli deċentralizzati u varjabbli;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-interkonnetturi transfruntiera u l-infrastruttura tal-grilja ta’ trażmissjoni u ta’ distribuzzjoni huma kritiċi biex jintegraw is-sorsi rinnovabbli, inaqqsu l-kostijiet għall-konsumaturi Ewropej u jżidu s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-proġetti tal-grilja fil-livell tad-distribuzzjoni diġà huma eliġibbli għal fondi fl-ambitu tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa – Enerġija (FNE-E); billi, madankollu, sehem żgħir biss ġie allokat għall-grilji ta’ distribuzzjoni taħt l-aktar lista reċenti ta’ Proġetti ta’ Interess Komuni (PCI); billi l-FNE-E għandha tirrifletti aħjar ir-rwol tal-grilji ta’ distribuzzjoni għall-ilħuq tal-miri tal-UE dwar l-enerġija u l-klima;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-ENTSO-E kkalkola li l-investiment tal-elettriku transfruntier ta’ EUR 13-il biljun fis-sena sal-2050 inaqqas il-kostijiet tas-sistema b’EUR 23 biljun fis-sena;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel” huwa prinċipju fundamentali tal-politika tal-UE dwar l-enerġija u huwa legalment vinkolanti; jinnota li l-implimentazzjoni korretta ta’ dan il-prinċipju se tnaqqas b’mod sinifikanti l-konsum tal-enerġija, u b’hekk tnaqqas il-bżonn ta’ investiment fil-grilji tal-elettriku u fl-interkonnetturi;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi, biex ikun hemm tranżizzjoni tal-enerġija ta’ suċċess u sistema tal-enerġija Ewropea affidabbli, huwa kruċjali li t-triangolu ta’ sostenibbiltà, sigurtà tal-provvista u affordabbiltà tal-politika dwar l-enerġija tal-UE jinżamm f’bilanċ;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-ippjanar tan-network tal-enerġija huwa proċess fuq terminu twil marbut mill-qrib mal-istabbiltà tal-investiment;a
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-bżonnijiet ta’ flessibbiltà tas-sistema tal-enerġija huma mistennija li jirduppjaw sal-2030 fid-dawl ta’ sehem akbar ta’ sorsi rinnovabbli; billi l-flessibbiltà min-naħa tad-domanda hija għalhekk kruċjali għall-istabbiltà tal-grilja; billi ċ-ċittadini individwali, in-negozji u l-komunitajiet li jipparteċipaw fis-suq tal-elettriku jistgħu jġibu magħhom diversi benefiċċji għall-grilji, bħal effiċjenza mtejba tas-sistemi, reżiljenza, ottimizzazzjoni tal-investiment, aċċettazzjoni soċjali mtejba u kostijiet tal-enerġija aktar baxxi; billi d-dewmien serju u l-inkonsistenzi fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-UE eżistenti dwar l-enerġija taċ-ċittadini, il-flessibbiltà tad-domanda u l-operazzjonijiet tan-network intelliġenti għadhom sors ta’ tħassib;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi għalkemm ir-riċiklaġġ jilħaq bejn 40 % u 55 % tal-bżonnijiet tal-aluminju u tar-ram tal-Ewropa, iridu jitqiesu aktar miżuri biex jiġu estiżi l-kapaċità tar-riċiklaġġ, il-ġbir tal-iskart u l-effiċjenza tal-katina tal-provvista;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli bit-titolu “Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar is-Sigurtà tal-Kejbils” tenfasizza l-importanza li tiġi żgurata l-provvista sigura ta’ spare parts tal-kejbils u li jinħażnu materjal u tagħmir essenzjali;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-blackout tas-sistema tal-elettriku tat-28 ta’ April 2025, esperjenzat fil-Peniżola Iberika u f’partijiet minn Franza, wera, fost affarijiet oħra, kemm huwa importanti li tiżdied ir-reżiljenza tal-grilja tal-enerġija billi jiġi żgurat li din tkun miżmuma tajjeb, protetta u bbilanċjata f’kull ħin, inkluż permezz ta’ servizzi ta’ sistema flessibbli u interkonnessjonijiet transfruntiera msaħħa, biex ikun possibbli rkupru aġli f’każ ta’ falliment tas-sistema;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi l-operaturi tas-sistemi fil-livell nazzjonali u reġjonali għandhom responsabbiltajiet importanti, b’mod partikolari fil-qasam tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija; billi l-kompiti kollha ta’ natura regolatorja għandhom jitwettqu minn aġenziji regolatorji li jaġixxu fl-interess pubbliku; billi, madankollu, flimkien ma’ dawn ir-responsabbiltajiet, rwol imsaħħaħ għar-regolaturi u għall-ACER fil-proċessi tal-ippjanar jista’ jikkontribwixxi biex jindirizza n-nuqqasijiet, bħall-ippjanar tal-grilja tal-pjan ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-network (TYNDP) tal-ENTSO-E, kif identifikat fir-rapport ta’ monitoraġġ tal-grilja; billi, filwaqt li jiġu rikonoxxuti r-responsabbiltajiet tat-TSOs fit-tfassil ta’ dawn ix-xenarji, l-involviment bikri tal-ACER fil-proċess tat-tfassil jista’ jgħin biex jiġi żgurat li l-linji gwida għat-tfassil tax-xenarji jiġu segwiti f’konformità mar-Regolament TEN-E;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi l-iżvilupp fl-interkonnessjoni se jikkontribwixxi biex jiġi integrat aktar is-suq tal-elettriku tal-UE, li mhux biss iżid il-flessibbiltà u r-reżiljenza tas-sistema, iżda jiftaħ l-ekonomiji ta’ skala fil-produzzjoni tal-elettriku rinnovabbli;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi l-forza tax-xogħol tal-enerġija se jkollha bżonn tiżdied b’50 % biex tvara teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli, tal-grilja u tal-effiċjenza enerġetika<FOOTNOTE><FIELD> Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Marzu 2025 bit-titolu “L-Unjoni tal-Ħiliet” (COM(2025)0090).</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) huma s-sinsla tal-ekonomija, l-intraprenditorija u l-innovazzjoni tal-UE, u jinkludu 99 % tan-negozji, jipprovdu impjiegi lil aktar minn 85 miljun ċittadin tal-UE u jiġġeneraw aktar minn 58 % tal-PDG tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi ż-żieda fil-ġenerazzjoni deċentralizzata tal-elettriku u r-rispons tad-domanda huma importanti biex inaqqsu d-dipendenza fuq il-produzzjoni ċentralizzata, li tista’ faċilment tkun il-bersall tat-theddid fiżiku jew it-theddid ċibernetiku, jew tkun kompromessa minn avvenimenti relatati mal-klima;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jesploraw, jottimizzaw, jimmodernizzaw u jespandu bis-sħiħ il-kapaċità tal-grilja tal-elettriku tagħhom, inklużi t-trażmissjoni u d-distribuzzjoni; iqis li l-grilji tal-elettriku huma element ċentrali fit-tranżizzjoni tal-UE għal ekonomija kompetittiva u b’emissjonijiet żero netti sal-2050, ekonomija li tkun kapaċi takkomoda volumi għoljin ta’ teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli varjabbli u/jew sorsi ta’ domanda li jevolvu xprunati minn livelli akbar ta’ elettrifikazzjoni u l-avvanz tat-teknoloġiji diġitali; jinnota l-prerogattiva tal-Istati Membri li jiddeterminaw it-taħlita tal-enerġija tagħhom stess;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri, lill-ACER, lill-Entità tal-UE għad-DSO<FOOTNOTE><FIELD> L-Entità tal-UE għad-DSO hija korp espert tekniku u assoċjazzjoni tal-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni (DSOs) b’mandat mir-Regolament tas-Suq tal-Elettriku ((UE) 2019/943) li jippromwovi l-funzjonament tas-suq tal-elettriku u jiffaċilita t-tranżizzjoni tal-enerġija;</FIELD></FOOTNOTE> u lill-ENTSO-E<FOOTNOTE><FIELD> In-Network Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta’ Trażmissjoni tal-Elettriku (ENTSO-E) huwa l-assoċjazzjoni għall-kooperazzjoni tal-operaturi Ewropej tas-sistema ta’ trażmissjoni (TSOs).</FIELD></FOOTNOTE> jimplimentaw l-azzjonijiet tal-pjan ta’ azzjoni tal-UE għall-grilji, il-pjan ta’ azzjoni għal enerġija affordabbli, ir-riforma tad-disinn tas-suq tal-elettriku tal-UE u d-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli mingħajr dewmien;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jirrimarka li t-tlestija tal-integrazzjoni tas-suq tal-enerġija tal-UE se tiffranka sa EUR 40 biljun fis-sena, u li żieda ta’ 50 % fin-negozjar tal-elettriku transfruntier tista’ żżid il-PDG annwali tal-UE b’0,1 %<FOOTNOTE><FIELD> Il-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI), in-Nota ta’ Sfond tal-Persunal tal-FMI dwar l-Integrazzjoni tas-Suq tal-Enerġija tal-UE, 16 ta’ Jannar 2025, kif inkluża fin-nota ta’ sfond tal-Kunsill tas-17 ta’ Jannar 2025 dwar l-integrazzjoni tas-suq tal-enerġija tal-UE: https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-5438-2025-INIT/en/pdf.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Rilevanza tal-grilji tal-elettriku għat-tranżizzjoni tal-enerġija Ewropea</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jilqa’ l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-grilji<FOOTNOTE><FIELD> Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Novembru 2023 bit-titolu “Grilji, il-konnessjoni nieqsa - Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għall-Grilji” (COM(2023)0757).</FIELD></FOOTNOTE>; jissottolinja ż-żieda mistennija fil-konsum tal-elettriku ta’ 60 % sal-2030, il-ħtieġa dejjem tikber li jiġi integrat sehem kbir ta’ enerġija rinnovabbli varjabbli fil-grilja, u l-ħtieġa li l-grilji jadattaw għal sistema tal-elettriku aktar deċentralizzata, diġitalizzata u flessibbli, inklużi l-ottimizzazzjoni tat-tħaddim tas-sistemi u l-użu sħiħ ta’ riżorsi ta’ flessibbiltà lokali, ir-rispons tad-domanda u s-soluzzjonijiet ta’ ħażna tal-enerġija biex jikkomplementaw is-swieq bl-ingrossa u jsaħħu r-reżiljenza tal-grilja, li tirriżulta f’kapaċità transfruntiera ta’ 23 GW addizzjonali sal-2025 u 64 GW oħra ta’ kapaċità sal-2030; jinnota li aktar minn 40 % tal-grilji ta’ distribuzzjoni tal-Unjoni għandhom aktar minn 40 sena u jeħtieġ li jiġu aġġornati<FOOTNOTE><FIELD> ibid.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Itenni li, sal-2030, l-Unjoni jeħtieġ li tinvesti madwar EUR 375 biljun sa EUR 425 biljun fi grilji ta’ distribuzzjoni, u EUR 584 biljun kumplessivament, fi grilji ta’ trażmissjoni u distribuzzjoni tal-elettriku<FOOTNOTE><FIELD> ibid.</FIELD></FOOTNOTE>, inklużi l-interkonnetturi transfruntiera u l-adattament tal-grilji ta’ distribuzzjoni għat-tranżizzjoni tal-enerġija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jinnota bi tħassib li fl-2023 il-kostijiet tal-ġestjoni tal-konġestjoni tal-grilji tal-elettriku ta’ trażmissjoni fl-UE kienu ta’ EUR 4,2 biljun<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Rapport ta’ Monitoraġġ tas-Suq tal-ACER tal-2024, “Transmission capacities for cross-zonal trade of electricity and congestion management in the EU” (Kapaċitajiet ta’ trażmissjoni għall-iskambji transżonali tal-elettriku u l-ġestjoni tal-konġestjoni fl-UE), 3 ta’ Lulju 2024.</FIELD></FOOTNOTE> u qed ikomplu jiżdiedu, u dak it-tnaqqis huwa ostaklu biex jiżdied is-sehem tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli; jinnota li din iċ-ċifra ma tinkludix il-grilja tal-elettriku ta’ distribuzzjoni; jisħaq li fl-2023 naqqsu kważi 30 TWh ta’ elettriku rinnovabbli f’diversi Stati Membri minħabba kapaċità tal-grilja insuffiċjenti; jinnota wkoll iż-żieda qawwija f’sigħat annwali ta’ prezzijiet tal-elettriku negattivi, li żdiedu minn 154 fl-2018 għal 1 031 sa Settembru 2024<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Rapport ta’ Monitoraġġ tas-Suq tal-ACER tal-2024, “Key developments in EU electricity wholesale markets” (Żviluppi ewlenin fis-swieq bl-ingrossa tal-elettriku tal-UE), 20 ta’ Marzu 2024.</FIELD></FOOTNOTE>, ikkawżata fil-biċċa l-kbira mill-konġestjoni tal-grilja fil-fruntieri, u nuqqas ta’ ħażna suffiċjenti, flessibbiltà u rispons għad-domanda fis-suq tal-elettriku biex il-provvista tal-elettriku rinnovabbli varjabbli tlaħħaq temporalment mad-domanda elettrika; jisħaq li l-indirizzar ta’ dawn il-kwistjonijiet jista’ jgħin biex jassorbi l-provvista żejda, u b’hekk jiġi mmassimizzat l-użu tal-infrastruttura tal-grilja eżistenti, iżda li oqfsa tas-suq u regolatorji eżistenti ta’ spiss jonqsu milli jipprovdu inċentivi adegwati biex din tintlaħaq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jenfasizza li l-falliment biex tiġi modernizzata u estiża l-grilja tal-elettriku tal-UE, flimkien mal-użu rapidu tal-volumi għoljin ta’ enerġija rinnovabbli varjabbli meħtieġa biex jitwettqu l-miri tagħha, irriżulta u se jkompli jirriżulta f’livelli għoljin ta’ interruzzjoni tad-distribuzzjoni (istruzzjonijiet biex jitnaqqas l-output); jemmen li l-interruzzjoni tad-distribuzzjoni ta’ sorsi rinnovabbli, ikkawżata minn konġestjoni u tnaqqis tal-grilja, tirrappreżenta ħela mhux aċċettabbli ta’ elettriku rinnovabbli ta’ valur għoli u flus; jistieden lill-Kummissjoni, bħala parti mill-Pakkett dwar il-Grilji Ewropej li ġej tagħha, tistabbilixxi strateġija tal-UE biex tnaqqas sew l-interruzzjoni tad-distribuzzjoni ta’ elettriku rinnovabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jenfasizza r-rwol tal-grilji intelliġenti biex itejbu l-ġestjoni tal-konġestjoni u jottimizzaw id-distribuzzjoni tal-elettriku tal-enerġija rinnovabbli; jisħaq fuq il-kontribut tagħhom għall-flessibbiltà tan-network billi jiġu integrati għodod diġitali li jiffaċilitaw ir-rispons min-naħa tad-domanda u awtokonsum kollettiv; jissottolinja li ġestjoni tal-grilja aħjar issaħħaħ ir-reżiljenza tal-enerġija, twassal għal tnaqqis akbar u tiżgura l-provvista waqt perjodi ta’ karga massima;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jenfasizza li l-infrastruttura tal-grilja tal-elettriku hija prijorità biex jintlaħqu l-awtonomija strateġika tal-UE u l-miri tal-klima u tal-enerġija tagħha; jinnota l-impenn tal-Patt għal Industrija Nadifa għall-elettrifikazzjoni b’indikatur ewlieni tal-prestazzjoni ta’ rata ta’ elettrifikazzjoni fl-ekonomija kollha ta’ 32 % sal-2030, li jkun jeħtieġ aġġornament u użu sinifikanti u kontinwi tal-grilji; jesprimi dispjaċir li d-dewmien fir-rispons għat-talbiet għal konnessjoni mal-grilji jirriżulta f’pass aktar bil-mod tal-elettrifikazzjoni, anke fl-Istati Membri fejn il-ġenerazzjoni minn sorsi rinnovabbli qed tiżdied b’mod rapidu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jenfasizza, b’mod partikolari, ir-rwol kruċjali li l-komunitajiet tal-enerġija jista’ jkollhom biex jappoġġjaw l-ekonomiji lokali; jiddispjaċih li l-komunitajiet tal-enerġija u l-operaturi iżgħar jiffaċċjaw ostakli sproporzjonati għall-aċċess għall-grilja u l-aċċess għall-finanzjament tal-grilja minħabba ostakli regolatorji u restrizzjonijiet tar-riżorsi; jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri li għadhom lura f’dan ir-rigward jimplimentaw bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet tal-Pakkett dwar l-Enerġija Nadifa, tal-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %” u tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli, li jagħtu s-setgħa liċ-ċittadini, lill-muniċipalitajiet, lill-SMEs u lill-kumpaniji biex jipparteċipaw b’mod attiv fis-suq tal-elettriku, b’mod partikolari billi jiżviluppaw oqfsa abilitanti għall-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli u l-promozzjoni ta’ skemi ta’ kondiviżjoni tal-enerġija; jitlob li l-finanzjament fil-livell tal-UE u dak nazzjonali relatat mal-grilja jqis il-ħtiġijiet speċifiċi tal-proġetti promossi mill-komunitajiet tal-enerġija;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Sitwazzjoni u sfidi regolatorji</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Huwa konvint li l-istabbiltà regolatorja hija kundizzjoni ewlenija biex jiġu sfruttati l-investimenti privati fil-grilja tal-elettriku u, fejn ikun fattibbli, tippermetti elettrifikazzjoni affordabbli tal-ekonomija tal-UE, u jtenni l-ħtieġa li tiġi implimentata leġiżlazzjoni diġà adottata qabel ma jiġu vvalutati rieżamijiet ġodda potenzjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jissottolinja li l-ippjanar integrat tal-grilja fis-setturi kollha fil-livelli lokali, reġjonali, nazzjonali u tal-UE se jwassal għal żieda fl-effiċjenza tas-sistema u tnaqqis fl-ispejjeż; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaħdmu lejn ippjanar integrat u jiżguraw li l-pjanijiet ta’ żvilupp tan-network tal-elettriku jkunu allinjati mal-pjanijiet nazzjonali għall-enerġija u l-klima (NECPs) għall-2021-2030 għal-livelli kollha ta’ vultaġġ; jinnota li qafas ta’ governanza msaħħaħ jgħin biex jiżgura l-allinjament bejn il-pjanijiet ta’ żvilupp tal-grilja u l-objettivi tal-politika fil-livelli nazzjonali u tal-UE; jirrikonoxxi li, filwaqt li l-Istati Membri huma meħtieġa jirrapportaw dwar il-kontributi tagħhom għall-miri tal-UE permezz tal-NECPs, bħalissa ma hemm l-ebda obbligu ekwivalenti fuq it-TSOs biex jirrapportaw sistematikament fil-livell tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jissottolinja li r-Regolament TEN-E u l-Proġetti ta’ Interess Komuni (PCI) u l-Proġetti ta’ Interess Reċiproku (PMI) huma għodod b’saħħithom fl-iżvilupp tal-infrastruttura tal-enerġija transfruntiera tal-Unjoni; jesprimi dispjaċir għan-nuqqasijiet fit-TYNDP attwali għall-infrastruttura tal-elettriku Ewropea, li jirriżulta f’interessi ta’ investiment li ma jilħqux il-ħtiġijiet transfruntiera<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Rapport ta’ Monitoraġġ tal-ACER tal-2024 “Electricity Infrastructure development to support a competitive and sustainable energy system, 2024 Monitoring Report” (L-iżvilupp tal-Infrastruttura tal-Elettriku biex tiġi appoġġjata sistema tal-enerġija kompetittiva u sostenibbli), 16 ta’ Diċembru 2024, p. 17.</FIELD></FOOTNOTE>, u li l-ippjanar tal-grilja ma jisfruttax bis-sħiħ it-tfaddil transfruntier u transsettorjali<FOOTNOTE><FIELD> ibid.</FIELD></FOOTNOTE>; jiddispjaċih ukoll għad-dewmien fir-rigward tat-tlestija tal-PCIs; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tintroduċi ppjanar transsettorjali aktar koordinat u fuq terminu twil biex twassal it-tfaddil u l-benefiċċji relatati fl-UE kollha; jenfasizza li tali ppjanar koordinat jista’ jinfluwenza aħjar il-kondiviżjoni tal-kostijiet tal-infrastruttura fl-Istati Membri kollha; jinnota li, għalkemm ir-Regolament TEN-E jippermetti li proġetti tal-grilja tal-elettriku intelliġenti b’impatt transfruntier jiksbu status ta’ PCI, anke jekk tali proġetti ma jaqsmux fruntiera fiżika, fl-2023, il-lista tal-PCIs kienet tinkludi biss ħames proġetti bħal dawn; jemmen bis-sħiħ, għalhekk, li l-proċess tal-PCI jeħtieġ li jissaħħaħ u jiġi ssimplifikat u razzjonalizzat għal aktar ċarezza u trasparenza; jistieden lill-Istati Membri jikkompletaw bis-sħiħ il-PCIs; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi b’mod urġenti reviżjoni mmirata tar-Regolament TEN-E sabiex (1) tintroduċi proċess ta’ ppjanar robust li jikkombina r-responsabbiltajiet tal-operaturi tas-sistema ma’ rwol imsaħħaħ għall-ACER billi tagħti mandat lill-ACER biex titlob li jiġu emendati x-xenarji u t-TYNDP, (2) tiżgura li jitfasslu xenarji f’konformità mal-aġenda ta’ dekarbonizzazzjoni u tippermetti aċċess aktar faċli għal proġetti tal-grilja tal-elettriku intelliġenti, u (3) tintroduċi proċess ta’ applikazzjoni simplifikat għall-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni żgħar u ta’ daqs medju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jenfasizza li l-ippjanar tan-network huwa proċess fuq terminu twil marbut mill-qrib mal-istabbiltà tal-investiment; jipproponi, għalhekk, li jiġi estiż il-perjodu ta’ żmien għall-pjanijiet tal-iżvilupp tan-network għal 20 sena; jenfasizza li l-investiment fil-grilja huwa meħtieġ b’mod urġenti mill-aġenda kompetittiva tal-UE u ma għandux jiddewwem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Addizzjonalment jinnota li l-UE se jkompli jkollha rabtiet tal-elettriku b’saħħithom mal-pajjiżi ġirien tagħha u għalhekk jemmen li l-Kummissjoni għandha ssaħħaħ tali kooperazzjoni mal-pajjiżi ġirien permezz ta’ PMIs ma’ pajjiżi mhux tal-UE, kif previst fir-Regolament TEN-E;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jenfasizza bil-qawwa li l-FNE-E wriet li hija l-istrument kruċjali għall-kofinanzjament tal-infrastruttura tal-enerġija transfruntiera u jinsisti fuq il-kontinwazzjoni tagħha; jilqa’ l-inklużjoni ta’ proġetti tal-grilja tal-elettriku lil hinn mill-kosta fl-allokazzjoni ta’ għotjiet l-aktar reċenti tal-Kummissjoni fl-ambitu tal-FNE-E;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Iqis in-nuqqas ta’ data dettaljata, affidabbli u komparabbli dwar l-ippjanar tal-grilja nazzjonali u tal-UE bħala ostaklu għal grilji aktar effiċjenti; jistieden għalhekk lill-Istati Membri jimplimentaw bir-reqqa d-dispożizzjoni rilevanti fid-Direttiva dwar l-Elettriku<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE (ĠU L 158, 14.6.2019, p. 125, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2019/944/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, b’mod partikolari l-Artikolu 32, u jinkoraġġixxu DSOs iżgħar japplikaw id-dispożizzjoni ta’ dan l-Artikolu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jilqa’ r-rapport tal-Entità tal-UE għad-DSO dwar prattiki tajbin dwar il-Pjanijiet ta’ Żvilupp tan-Networks ta’ Distribuzzjoni<FOOTNOTE><FIELD> L-Entità tal-UE għad-DSO, “DSO Entity’s identified good practices on Distribution Network Development Plans” (Prattiki tajbin identifikati mill-Entità għad-DSO dwar il-Pjanijiet ta’ Żvilupp tan-Network ta’ Distribuzzjoni), 1 ta’ Lulju 2024.</FIELD></FOOTNOTE> (DNDPs), li jistieden lill-Istati Membri jinkludu analiżijiet tal-kostijiet-benefiċċji fid-DNDPs tagħhom, sabiex jevalwaw l-opportunitajiet ta’ investiment; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżviluppa linji gwida bbażati fuq dan ir-rapport, f’kooperazzjoni mal-Entità tal-UE għad-DSO, biex tarmonizza u żżid it-trasparenza tal-ippjanar tal-iżvilupp nazzjonali għall-grilji ta’ distribuzzjoni, tippubblika ħarsa ġenerali Ewropea tad-DNDPs u tirrikjedi li l-operaturi kollha tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni jipprovdu lir-regolaturi tal-enerġija bid-data meħtieġa dwar l-informazzjoni dwar il-kapaċità tal-hosting tal-grilja attwali u futura u l-ippjanar tal-grilja tagħhom, biex ir-regolaturi tal-enerġija jkunu jistgħu jiskrutinizzaw b’mod xieraq l-ippjanar tal-grilja; jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw l-Artikolu 31(3) tad-Direttiva (UE) 2024/1711, li jitlob lill-operaturi tal-grilja jippubblikaw informazzjoni dwar il-kapaċità disponibbli fiż-żona tat-tħaddim tagħhom, sabiex tiġi żgurata t-trasparenza u l-partijiet ikkonċernati jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet informati dwar l-investiment; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa repożitorju online ċentralizzat għall-pjanijiet ta’ trażmissjoni u d-DNDPs kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jenfasizza r-riskju sinifikanti li joħloq it-tnaqqis tal-vijabbiltà tal-investiment fl-enerġija rinnovabbli, b’mod speċjali meta jitqies li ħafna Stati Membri jonqsu milli jikkumpensaw lill-parteċipanti tas-suq għal volumi tal-elettriku mnaqqsa, minkejja r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 12 u 13 tar-Regolament (UE) 2019/943; jesprimi dispjaċir għan-nuqqas ta’ trasparenza, ta’ disponibbiltà u ta’ granularità tad-data rigward volumi tal-enerġija rinnovabbli mnaqqsa u l-kostijiet tal-ġestjoni tal-konġestjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jenfasizza l-valur li jiġu implimentati metriċi ċari biex jitkejjel jekk l-UE hijiex fit-triq it-tajba ħalli twassal l-espansjoni tal-grilja u r-rinforzar meħtieġ biex tilħaq l-objettivi tal-2050 tagħha; jinnota li tali metriċi jistgħu jinkludu tnaqqis fit-tnaqqis tal-enerġija rinnovabbli, spejjeż aktar baxxi tal-iżvilupp tal-grilja meta mqabbla mal-ammont ta’ kapaċità kkonsenjata, żidiet fl-użu effiċjenti tal-infrastruttura eżistenti, tnaqqis fit-telf u intensità aktar baxxa tal-materja prima;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jinnota l-ħidma li saret mill-ENTSO-E u l-Entità tal-UE għad-DSO dwar definizzjonijiet armonizzati tal-kapaċità ta’ hosting tal-grilja disponibbli għall-operaturi tas-sistema u biex tiġi stabbilita ħarsa ġenerali tagħha fil-livell tal-Unjoni; jemmen li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali (NRAs) jistgħu jibbenefikaw minn dispożizzjonijiet leġiżlattivi ċari dwar kif l-Istati Membri jistgħu jipprijoritizzaw il-konnessjonijiet mal-grilja, sabiex jabbandunaw il-prinċipju ta’ “min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel”; għalhekk jitlob lill-Kummissjoni temenda l-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2019/944 dwar is-suq intern għall-elettriku, bħala parti mir-rieżami ta’ implimentazzjoni li l-Kummissjoni trid tlesti sal-31 ta’ Diċembru 2025, u konsegwentement tintroduċi kriterji ta’ konnessjoni ta’ prijorità trasparenti li għandhom jintgħażlu u jiġu definiti aktar mill-Istati Membri għal (1) konnessjoni tal-ġenerazzjoni, bħall-kwalità u l-maturità tal-proġett, il-livell ta’ impenn, il-kontribut għad-dekarbonizzazzjoni, il-valur soċjali, u (2) konnessjoni tal-konsumatur, bħall-kwalità u l-maturità tal-proġett, il-livell ta’ impenn, il-kontribut għad-dekarbonizzazzjoni, l-interess pubbliku jew il-valur strateġiku u/jew soċjali tiegħu, u l-ottimizzazzjoni tal-grilja; jistieden lill-ARN u lill-Istati Membri jipprovdu regoli ta’ prijoritizzazzjoni ċari skont l-ispeċifiċitajiet lokali u nazzjonali tagħhom li jippermettu li jiġi abbandunat l-approċċ ta’ “min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel” billi jiġu diżinċentivati l-applikazzjonijiet għall-konnessjoni li mhumiex sostanzjati minn proġett solidu, li huma spekulattivi jew meta l-iżviluppatur ma jkunx jista’ juri impenn suffiċjenti għat-twettiq ta’ proġett;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jissottolinja li interkonnessjonijiet transfruntiera mtejba joffru potenzjal ta’ ffrankar tal-kostijiet sostanzjali fil-livell tas-sistemi, bi tnaqqis annwali fil-kostijiet tal-ġenerazzjoni stmati għal EUR 9 biljun sal-2040, filwaqt li jkunu meħtieġa investimenti annwali ta’ EUR 6 biljun f’infrastruttura transfruntiera u kapaċità ta’ ħażna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jesprimi dispjaċir li xi Stati Membri ma laħqux il-mira ta’ interkonnessjoni ta’ 10 % sal-2020 u jħeġġiġhom jistinkaw biex jilħqu l-mira attwali ta’ interkonnessjoni ta’ 15 % għall-2030 kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2018/1999, minħabba li l-kapaċità ta’ interkonnessjoni hija kruċjali għall-funzjonament tas-suq tal-elettriku intern tal-UE, u dan iwassal għal iffrankar sinifikanti tal-kostijiet fil-livell tas-sistemi u jnaqqas il-kostijiet tal-ġenerazzjoni b’EUR 9 biljun fis-sena sal-2040<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Rapport ta’ Monitoraġġ tal-ACER tal-2024, “Electricity Infrastructure development to support a competitive and sustainable energy system” (L-iżvilupp tal-Infrastruttura tal-Elettriku biex tiġi appoġġjata sistema tal-enerġija kompetittiva u sostenibbli, 16 ta’ Diċembru 2024.</FIELD></FOOTNOTE>; jesprimi dispjaċir għall-fatt li 32 GW ta’ kapaċità transfruntiera meħtieġa sal-2030 għadhom mhux indirizzati<FOOTNOTE><FIELD> Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Novembru 2023 bit-titolu “Grilji, il-konnessjoni nieqsa - Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għall-Grilji” (COM(2023)0757).</FIELD></FOOTNOTE>; jiddeplora d-dewmien u l-inċertezzi rigward diversi proġetti ta’ interkonnessjoni; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tipproponi, sa mhux aktar tard minn Ġunju 2026, mira ta’ interkonnessjoni vinkolanti għall-2036 ibbażata fuq valutazzjoni tal-ħtiġijiet; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ kooperazzjoni ma’ Stati Membri mhux ospitanti u jisħaq li l-UE u l-pajjiżi ġirien tagħha jkunu involuti fin-negozjati, sabiex tiġi żgurata l-finalizzazzjoni tal-proġetti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu aċċellerati l-proċeduri għall-ħruġ tal-permessi għall-infrastruttura tal-elettriku; jisħaq li l-espansjoni tal-grilja ma għandhiex tittardja minħabba proċeduri twal għall-ħruġ tal-permessi jew rekwiżiti ta’ rapportar eċċessivi; jilqa’ għalhekk il-progress pożittiv li sar fir-rigward tad-dispożizzjonijiet adottati fl-aħħar reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli, speċifikament l-Artikolu 16f tagħha, u r-Regolament ta’ Emerġenza dwar il-Ħruġ tal-Permessi<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2577 tat-22 ta’ Diċembru 2022 li jistabbilixxi qafas biex jitħaffef il-varar tal-enerġija rinnovabbli (ĠU L 335, 29.12.2022, p. 36, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2577/oj).</FIELD></FOOTNOTE> biex jiġu aċċellerati, irrazzjonalizzati u ssimplifikati l-proċeduri tal-ħruġ tal-permessi għall-proġetti tal-grilja u tal-enerġija rinnovabbli, speċjalment il-prinċipju tal-interess prevalenti pubbliku għall-proġetti tal-grilja; jinnota, madankollu, li xi wħud mill-Istati Membri ma rawx titjib materjali fl-iskedi ta’ żmien għall-ħruġ tal-permessi għall-proġetti, minkejja l-oqfsa ambizzjużi stabbiliti fil-livell tal-UE; iħeġġeġ għalhekk lill-Istati Membri jimplimentaw dawn il-miżuri mingħajr dewmien u jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli, u tivvaluta regolarment jekk id-dispożizzjonijiet riveduti tal-ħruġ tal-permessi humiex biżżejjed biex jintlaħqu l-objettivi tal-UE; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tistabbilixxi linji gwida għall-Istati Membri biex jinkludu prinċipju ta’ approvazzjoni taċita fis-sistemi ta’ ppjanar nazzjonali tagħhom, kif deskritt fl-Artikolu 16a tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli; jisħaq li t-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva, inkluż permezz ta’ persunal adegwat tal-awtoritajiet tal-ippjanar u tal-ħruġ tal-permessi, se jaċċellera l-proċeduri għall-ħruġ tal-permessi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri jfasslu pjanijiet biex jiddeżinjaw żoni ta’ infrastruttura ddedikati għal proġetti tal-grilja, kif deskritt fl-Artikolu 15e tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli; jisħaq li pjanijiet bħal dawn huma essenzjali biex jitqiesu l-ispeċifiċitajiet lokali u jiġi żgurat rispett għal żoni protetti; jenfasizza li dawn il-pjanijiet għandhom jiġu kkoordinati mill-qrib bid-deżinjazzjoni ta’ żoni ta’ aċċellerazzjoni ta’ sorsi rinnovabbli, biex jiġi żgurat approċċ razzjonalizzat, effiċjenti u integrat għall-iżvilupp tal-infrastruttura tal-enerġija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jinnota li spiss id-dokumenti jeħtieġ li jiġu ppreżentati f’forma stampata; jistieden lill-Istati Membri jżidu d-diġitalizzazzjoni ta’ dawn il-proċessi sabiex jiġu aċċellerati l-proċeduri għall-ħruġ tal-permessi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirrevedu l-leġiżlazzjoni tal-UE kollha rilevanti għall-ħruġ tal-permessi, bħad-Direttiva dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2011/92/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, bil-ħsieb li jiġu introdotti rekwiżiti obbligatorji ta’ applikazzjoni, sottomissjoni u pproċessar diġitali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jenfasizza l-importanza tal-aċċettazzjoni pubblika u l-involviment pubbliku meta jiġu żviluppati proġetti tal-grilja ġodda u jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa sett tal-aħjar prattiki li għandhom jiġu kondiviżi bejn l-Istati Membri f’dan ir-rigward; jenfasizza l-importanza kritika ta’ komunikazzjoni effettiva maċ-ċittadini u l-komunitajiet rigward il-proġetti tal-grilja u t-tisħiħ; jinnota li l-appoġġ fil-livell lokali jista’ jgħin biex jitħaffef it-twassil ta’ infrastruttura kritika u b’hekk jintlaħqu l-objettivi fil-livell nazzjonali u tal-UE; iħeġġeġ l-implimentazzjoni rapida tal-patt tal-UE għall-involviment mas-settur tal-elettriku u l-koordinazzjoni mal-firmatarji nazzjonali (TSOs, DSOs, ARN) biex tiġi ggarantita parteċipazzjoni pubblika bikrija, sinifikanti u regolari fi proġetti tal-grilja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jappella għat-tlaqqigħ ta’ Grupp TAIEX<FOOTNOTE><FIELD> TAIEX hija l-istrument ta’ Assistenza Teknika u Skambju ta’ Informazzjoni tal-Kummissjoni. Hija tappoġġja l-amministrazzjonijiet pubbliċi fir-rigward tat-traspożizzjoni, l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-UE kif ukoll tiffaċilita l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki tal-UE.</FIELD></FOOTNOTE> dwar il-Ħruġ tal-Permessi fil-Pakkett dwar il-Grilji Ewropej li ġej biex jappoġġja lill-Istati Membri ħalli jindirizzaw il-konġestjonijiet amministrattivi, isaħħu l-kapaċità regolatorja u jaċċelleraw l-approvazzjonijiet tal-proġetti permezz tal-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki u koordinazzjoni transfruntiera;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jilqa’ l-inizjattivi mħabbra taħt il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Enerġija Affordabbli; jirrakkomanda li l-Kummissjoni testendi l-“kuntratt tripartitiku għal enerġija affordabbli għall-industrija tal-Ewropa” għal produtturi tal-enerġija iżgħar, inklużi l-komunitajiet tal-enerġija, l-SMEs u n-negozji, biex tintuża l-flessibbiltà u r-rispons tad-domanda, u jintrabat l-eżitu ta’ dawn l-istrutturi ta’ kooperazzjoni mal-proċessi ta’ ppjanar tal-grilja fil-livell nazzjonali u tal-UE, sabiex jiġu ottimizzati l-ippjanar, l-investimenti u l-użu tal-grilji mill-bidu nett;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li jsir titjib fil-qafas tal-akkwist pubbliku biex jiġu indirizzati l-isfidi tal-operaturi tal-grilja fir-rigward tal-katina tal-provvista; għalhekk jilqa’ l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Patt għal Industrija Nadifa u t-tħabbira mill-Kummissjoni ta’ rieżami li jmiss tad-Direttivi dwar l-Akkwist Pubbliku<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/24/oj).</FIELD></FOOTNOTE>; jisħaq fuq il-potenzjal tal-akkwist pubbliku għall-iżvilupp kontinwu ta’ katina tal-valur tal-manifattura tal-UE b’saħħitha għat-tagħmir, għas-software u għas-servizzi tal-grilji tal-elettriku; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippromwovi r-reżiljenza, is-sostenibbiltà u s-sigurtà fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku għall-operaturi tal-grilji; jirrakkomanda konsistenza akbar bejn ir-regolamenti tal-UE dwar l-akkwist pubbliku; jistieden lill-Kummissjoni tadatta r-regoli tal-UE dwar l-akkwist pubbliku bil-ħsieb li tarmonizza u tissimplifika l-ispeċifikazzjonijiet tal-offerti funzjonali sabiex iżżid il-kapaċitajiet ta’ produzzjoni tal-komponenti tal-grilja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jemmen li huma meħtieġa standardizzazzjoni adegwata u speċifikazzjonijiet tekniċi komuni biex jinkisbu ekonomiji ta’ skala, u jitħaffef l-iżvilupp tat-teknoloġija; iqis, barra minn hekk, li huwa essenzjali li jiġi żgurat il-livell xieraq ta’ standardizzazzjoni sabiex il-kapaċità tal-manifatturi għall-innovazzjoni ma titnaqqasx;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Itenni l-ħtieġa li jitqiesu mudelli ta’ negozju ġodda bejn il-manifatturi tat-tagħmir u l-operaturi, bħal ftehimiet qafas fuq terminu twil li jinkoraġġixxu l-bidla minn “proġetti tal-grilja” ta’ darba għal “programmi tal-grilja” sostnuti u strutturati, li jirriżultaw fi ppjanar aktar prevedibbli għall-manifatturi tat-teknoloġija tal-grilji; jitlob li jiġu razzjonalizzati l-proċessi tal-offerti għall-forniment ta’ tagħmir u servizzi tal-grilja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jisħaq li din ir-reviżjoni li jmiss tad-Direttivi dwar l-Akkwist Pubbliku se tippermetti l-inklużjoni ta’ kriterji ta’ sostenibbiltà, reżiljenza u preferenza Ewropea fil-proċessi tal-akkwist pubbliku tal-UE għal setturi strateġiċi, f’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2024/1735<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2024/1735 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ miżuri għat-tisħiħ tal-ekosistema Ewropea tal-manifattura ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1724 (ĠU L, 2024/1735, 28.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1735/oj).</FIELD></FOOTNOTE>; jitlob li l-grilji u t-teknoloġiji relatati jiġu rikonoxxuti b’mod espliċitu bħala setturi strateġiċi biex tiġi żgurata l-eliġibbiltà tagħhom fl-ambitu tal-qafas rivedut; jissottolinja li t-tisħiħ tal-preferenza Ewropea fil-proċessi tal-akkwist pubbliku huwa essenzjali biex titnaqqas id-dipendenza tal-UE fuq il-fornituri mhux tal-UE, tissaħħaħ is-sigurtà tal-katina tal-provvista u titrawwem bażi industrijali tal-UE reżiljenti li tkun kapaċi tappoġġja t-tranżizzjoni tal-enerġija; jilqa’ l-fatt li l-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) introduċa “Pakkett għall-Manifattura tal-Grilji” biex jappoġġja l-katina tal-provvista Ewropea b’mill-anqas EUR 1,5 biljun f’kontrogaranziji għal manifatturi tal-komponenti tal-grilji; jitlob li jiġu żviluppati aktar strumenti finanzjarji simili biex jipprovdu ċertezza tal-investiment fuq terminu twil u jaċċelleraw it-tkabbir tal-kapaċità tal-produzzjoni Ewropea;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-finanzjament</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jinnota li, matul l-aħħar ħames snin, l-investiment globali fil-kapaċità tal-enerġija żdied bi kważi 40 %, filwaqt li l-investiment fl-infrastruttura tal-grilja baqa’ lura; jinnota li l-estimi tal-investiment li l-UE se jeħtiġilha tagħmel fil-grilja tagħha matul il-perjodu 2025–2050 ivarjaw minn EUR 1 950 biljun sa EUR 2 600 biljun<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Rapport ta’ Monitoraġġ tal-ACER tal-2024 “Electricity Infrastructure development to support a competitive and sustainable energy system, 2024 Monitoring Report” (L-iżvilupp tal-Infrastruttura tal-Elettriku biex tiġi appoġġjata sistema tal-enerġija kompetittiva u sostenibbli), 16 ta’ Diċembru 2024, p. 30.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Josserva bi tħassib li l-baġit allokat fl-ambitu tal-FNE-E ma kienx biżżejjed biex iħaffef il-kategoriji kollha tal-PCI u tal-PMI; jinnota li b’baġit ta’ EUR 5,84 biljun mill-2021–2027, il-programm għandu kapaċità ristretta u jista’ jsibha diffiċli biex ilaħħaq mal-ħtiġijiet ta’ investiment; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu b’mod sinifikanti l-pakkett tal-FNE-E u l-perċentwal tal-fondi tal-FNE-E ddedikati għall-infrastruttura tal-elettriku bħala riżorsa adegwata separata, meta jipproponu l-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) li jmiss, u jiżguraw li l-proġetti kemm fil-livell tad-distribuzzjoni kif ukoll f’dak tat-trażmissjoni b’valur miżjud tal-UE jkunu eliġibbli għall-baġit allokat fl-ambitu tal-FNE-E; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tesplora aktar il-possibbiltajiet ta’ kofinanzjament bejn il-FNE-E u l-Mekkaniżmu ta’ Finanzjament tal-Enerġija Rinnovabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jiddikjara li l-finanzjament tal-UE huwa allokat b’mod predominanti għal grilji ta’ trażmissjoni b’allokazzjonijiet relattivament insinifikanti għall-grilji ta’ distribuzzjoni, minkejja r-rwol sinifikanti tagħhom fit-tranżizzjoni tal-enerġija tal-UE, muri mill-fatt li, bejn l-2014 u l-2020, il-FNE-E ffinanzjat madwar EUR 5,3 biljun fi proġetti, li minnhom, madwar EUR 1,7 biljun marru għall-grilji ta’ trażmissjoni u EUR 237 miljun għall-grilji ta’ distribuzzjoni intelliġenti; jinnota li l-aħħar lista tal-PCI kien fiha biss ħames proġetti tal-elettriku intelliġenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jesprimi dispjaċir kbir għall-fatt li, filwaqt li fil-prinċipju l-fondi reġjonali bħall-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali jew il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza jipprevedu investimenti fil-grilja, fil-prattika mhumiex utilizzati biżżejjed għal proġetti tal-grilja; jesprimi wkoll dispjaċir għall-fatt li l-kriterji tal-evalwazzjoni, applikati għall-valutazzjoni tal-proġetti ppreżentati bħala rispons għas-sejħiet għal proposti tal-Fond għall-Innovazzjoni tal-UE, jipprevjenu finanzjament għad-dimostrazzjoni u għall-manifattura ta’ teknoloġiji tal-grilja; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li ammont proporzjonat ta’ tali finanzjament jintefaq ukoll fuq investiment fil-grilja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jissimplifikaw l-aċċess għall-fondi tal-UE ġestiti mill-Istati Membri għall-operaturi tal-grilja, pereżempju permezz tal-istabbiliment ta’ punt uniku ta’ servizz f’dawk l-Istati Membri li, fihom, sehem kbir ta’ DSOs huma ta’ daqs żgħir jew medju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi strument ta’ finanzjament iddedikat, bħal wieħed ibbażat fuq id-dħul mill-iskema ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ibbażata fuq is-suq, biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jappoġġjaw proġetti tal-grilja deċentralizzati u innovattivi b’valur miżjud ċar tal-UE, inklużi proġetti iżgħar, filwaqt li jiġi żgurat l-użu effettiv tiegħu mill-Istati Membri għal dawn l-iskopijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa ta’ oqfsa regolatorji biex jattiraw investiment privat u jiżguraw tariffi li jirriflettu l-kostijiet, flimkien ma’ mekkaniżmi ta’ finanzjament pubbliku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Huwa konvint li l-investimenti antiċipatorji u l-investimenti progressivi se jgħinu biex jindirizzaw il-punti ta’ konġestoni tal-grilja u jiġi evitat it-tnaqqis; jirrimarka li r-Regolament dwar l-EMD jistabbilixxi elementi regolatorji għal investimenti antiċipatorji iżda ma għandux definizzjoni u implimentazzjoni armonizzati fl-Unjoni kollha; jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw malajr id-dispożizzjonijiet imsemmija qabel tar-Regolament dwar l-EMD u jneħħu l-ostakli legali nazzjonali, jistieden lill-ARN ineħħu l-ostakli fir-rigward tal-inċentivi u tad-diżinċentivi regolatorji, u jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi b’mod urġenti gwida rigward l-approvazzjoni ta’ investimenti antiċipatorji, kif imħabbar fil-Pjan ta’ Azzjoni għall-Grilji tagħha<FOOTNOTE><FIELD> Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Novembru 2023 bit-titolu “Grilji, il-konnessjoni nieqsa - Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għall-Grilji” (COM(2023)0757).</FIELD></FOOTNOTE>; jemmen li aktar armonizzazzjoni f’dan ir-rigward tista’ tkun ta’ benefiċċju; jitlob analiżi dettaljata tal-kostijiet-benefiċċji u ppjanar ibbażat fuq xenarji biex tiġi vvalutata l-probabbiltà ta’ użu futur, u jirrakkomanda proċess ta’ approvazzjoni f’żewġ stadji għal proġetti b’livell ta’ riskju ogħla billi l-ewwel jiġu approvati baġits iżgħar għal studji jew ippjanar, segwit minn tieni approvazzjoni għall-passi aktar għaljin, sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ assi mhux rekuperabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-investimenti tal-grilja minn swieq kapitali jistgħu jiġu inċentivati billi jiġu pprovduti kundizzjonijiet orjentati lejn is-suq, bħal rati adattati ta’ redditu u qafas regolatorju robust; jenfasizza li l-UE u l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-investimenti privati billi jipprovdu għodod għall-mitigazzjoni tar-riskju jew garanziji tal-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni u lill-BEI jsaħħu aktar il-finanzjament u l-inizjattivi u l-għodod ta’ tneħħija tar-riskju, bħal kontrogaranziji, biex jappoġġjaw espansjoni u modernizzazzjoni tal-grilji tal-elettriku addizzjonali b’rati affordabbli għall-operaturi tas-sistema; jenfasizza r-rilevanza li jiġi żgurat li l-grilja tal-elettriku tal-UE tiġi ffinanzjata u għalhekk tkun taħt is-sjieda ta’ kapital pubbliku u privat biss minn atturi tal-UE, jew investituri mhux tal-UE skrinjati qabel, fid-dawl ta’ kemm tkun kritika l-infrastruttura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jissottolinja li, filwaqt li d-deċiżjonijiet ta’ investiment għandhom ikunu ggwidati minn effiċjenzi, inklużi l-enerġija u l-kosteffiċjenza, l-investimenti ma għandhomx ikunu ffukati biss fuq in-nefqa kapitali, u li l-investimenti li jottimizzaw, iġeddu u jimmodernizzaw l-infrastruttura eżistenti għandhom jiġu kkunsidrati bl-istess mod; għalhekk jilqa’ l-Artikolu 18 tar-Regolament dwar l-EMD, li jitlob li l-metodoloġiji tariffarji jikkunsidraw b’mod ugwali n-nefqa kapitali u operazzjonali u jħallsu lill-operaturi biex iżidu l-effiċjenzi fit-tħaddim u fl-iżvilupp tan-networks tagħhom, inkluż permezz tal-effiċjenza enerġetika, tal-flessibbiltà u tad-diġitalizzazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimplimentaw bir-reqqa d-dispożizzjonijiet tiegħu u jiffukaw fuq il-fatt li jiġi żgurat kumpens ġust u f’waqtu għall-operaturi tas-sistemi għall-kostijiet li jridu jħallsu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jinnota li l-elettrifikazzjoni tal-ekonomija tal-UE, fejn teknikament u ekonomikament fattibbli, tgħin biex tnaqqas it-tariffi tan-network billi xxerred il-kostijiet fuq firxa usa’ ta’ utenti; jenfasizza, għalhekk, l-importanza li jiġi żgurat li l-iżvilupp tan-network futur ikun allinjat bis-sħiħ mal-projezzjonijiet tad-domanda xprunati minn żidiet fil-livell tal-elettrifikazzjoni; jinsab imħasseb dwar il-previżjonijiet tal-esperti dwar żidiet fit-tariffi tan-network ta’ madwar 50 % sa 100 % sal-2050<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Rapport ta’ Monitoraġġ tal-ACER tal-2024, “Electricity Infrastructure development to support a competitive and sustainable energy system” (L-iżvilupp tal-Infrastruttura tal-Elettriku biex tiġi appoġġjata sistema tal-enerġija kompetittiva u sostenibbli), op. cit.</FIELD></FOOTNOTE>; jisħaq, għalhekk, fuq il-ħtieġa ta’ strumenti u inċentivi li jappoġġjaw lill-operaturi tal-grilja fil-ġestjoni effiċjenti tal-kapaċità tal-grilja disponibbli, inkluż permezz tal-akkwist ta’ servizzi ta’ flessibbiltà, bl-għan li jitnaqqsu l-ħtiġijiet imminenti ta’ investiment tal-grilja; jenfasizza li ftehimiet ta’ konnessjoni flessibbli, tariffi tan-network flessibbli u swieq ta’ flessibbiltà lokali jikkontribwixxu għall-effiċjenza tal-grilja; jistieden lill-ARN jippromwovu dawn it-tariffi flessibbli li jippermettu lill-konsumaturi jirreaġixxu faċilment għas-sinjali tal-prezzijiet filwaqt li jipproteġu lill-unitajiet domestiċi u lin-negozji vulnerabbli mill-ogħla prezzijiet; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw b’mod attiv il-punti ta’ konġestjoni fit-tariffi, il-miżati tal-konnessjoni u r-regolamenti biex jiffaċilitaw l-investimenti fil-grilja ibrida transfruntiera u lil hinn mill-kosta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw il-qafas legali rilevanti tal-UE biex jiftħu l-flessibbiltà fin-naħa tad-domanda permezz tal-aċċellerazzjoni tal-użu ta’ miters intelliġenti, li jippermettu aċċess għal data mill-apparati kollha ta’ metraġġ u jiżguraw sinjali tal-prezz effiċjenti, sabiex l-industriji u l-unitajiet domestiċi jkunu jistgħu jottimizzaw il-konsum tagħhom u jnaqqsu l-kont tal-elettriku tagħhom u fl-istess ħin jgħinu biex inaqqsu l-kostijiet operazzjonali u l-ħtieġa ta’ investiment tal-grilja addizzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jisħaq li l-illaxkar tat-tariffi tan-network u ta’ ċerti imposti li jista’ jkollu l-effett li jnaqqas il-prezzijiet tal-elettriku, kif propost fil-Pjan ta’ Azzjoni għal Enerġija Affordabbli, għandu jkun akkumpanjat minn pjan biex jiġu sostitwiti s-sorsi tal-fondi meħtieġa għall-investiment fil-grilji b’alternattivi ħalli jiġi evitat li jkun hemm nuqqas ta’ investiment fil-grilji fil-futur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jenfasizza l-importanza li jiġu minimizzati l-kostijiet addizzjonali fuq il-kontijiet tal-konsumaturi li jirriżultaw mill-investimenti meħtieġa biex jitwasslu l-modernizzazzjoni u l-espansjoni tal-grilja meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet klimatiċi u tal-kompetittività tal-UE; jitlob lill-Kummissjoni taħdem mal-Istati Membri biex tiżviluppa sett koordinat tal-aħjar prattiki għall-investimenti u għal kompożizzjoni ekwa tat-tariffi tan-network, b’enfasi qawwija fuq iż-żieda fit-trasparenza u t-tneħħija ta’ imposti mhux relatati mal-enerġija mit-tariffi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jirrimarka li l-infrastruttura tat-trażmissjoni u d-disponibbiltà tal-kapaċitajiet transżonali huma vitali għal suq integrat u għall-iskambju ta’ enerġiji rinnovabbli b’kost marġinali baxx, filwaqt li tiġi rispettata s-sigurtà tas-sistema; jinnota li r-Regolament dwar l-EMD jistabbilixxi mira ta’ minimu ta’ 70 % tal-kapaċitajiet disponibbli għall-iskambji transżonali sal-2025 iżda l-Istati Membri għadhom ’il bogħod milli jilħquha; iħeġġeġ għalhekk lill-Istati Membri u lit-TSOs tagħhom iħaffu l-isforzi tagħhom biex jimmassimizzaw l-opportunitajiet ta’ skambji transżonali, biex jiġi żgurat suq tal-elettriku intern effiċjenti, deċiżjonijiet xierqa dwar l-investimenti u integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli; jesprimi dispjaċir għall-fatt li biex tintlaħaq din il-mira sikwit jirriżultaw kostijiet tar-ridispaċċ; jinnota li l-mekkaniżmi eżistenti għall-kondiviżjoni tal-kostijiet, bħall-allokazzjoni tal-kostijiet transfruntiera (CBCA), il-kumpens lill-operaturi tas-sistema ta’ intertrażmissjoni (TSO) u l-kondiviżjoni tal-kostijiet tar-ridispaċċ, huma limitati u diffiċli biex jiġu implimentati, u dan ma jħeġġiġx l-investimenti transfruntiera, bħal fil-grilji lil hinn mill-kosta; jistieden lill-Kummissjoni biex tirrieżamina b’mod olistiku u ttejjeb dawn il-mekkaniżmi ħalli tiżgura li jirriflettu l-benefiċċji kondiviżi tal-infrastruttura u jindirizzaw id-diversità tal-flussi tal-elettriku, kemm jekk interni kif ukoll transfruntiera, inkluż mekkaniżmu ta’ kondiviżjoni tal-kostijiet-benefiċċji ġust u bbilanċjat għal proġetti tal-infrastruttura transfruntiera li jkun ibbażat fuq kriterji oġġettivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jieħu nota tar-rapport ta’ April 2025 mill-ENTSO-E dwar konfigurazzjonijiet alternattivi potenzjali taż-żoni tal-offerti bbażati fuq simulazzjonijiet tal-ipprezzar marġinali tal-post ipprovduti mit-TSOs;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">It-teknoloġiji li jtejbu l-grilja, id-diġitalizzazzjoni, is-soluzzjonijiet innovattivi u r-reżiljenza</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jissottolinja li t-teknoloġiji li jtejbu l-grilja, is-soluzzjonijiet diġitali, is-servizzi anċillari u t-teknoloġiji tal-ġestjoni tad-data, kif ukoll l-apparati tal-enerġija intelliġenti, li spiss jingranaw l-intelliġenza artifiċjali, jistgħu jżidu b’mod sinifikanti l-effiċjenza tal-kapaċitajiet tal-grilja eżistenti u jimmassimizzaw l-użu tal-assi eżistenti, filwaqt li jnaqqsu r-rekwiżit għal infrastruttura ġdida, pereżempju billi jipprovdu informazzjoni f’ħin reali dwar il-flussi tal-enerġija; għalhekk jinsisti li dawn it-teknoloġiji u s-soluzzjonijiet innovattivi għandhom jiġu esplorati; iħeġġeġ lill-ARN jinċentivaw lit-TSOs u lid-DSOs biex iserrħu aktar fuq tali teknoloġiji, billi jqisu l-kostijiet u l-benefiċċji tal-użu tagħhom imqabbla mal-espansjoni tal-grilja u billi jużaw skemi ta’ remunerazzjoni bbażati fuq il-benefiċċji aktar milli fuq l-kostijiet, u biex jevalwaw it-TSOs u d-DSOs b’mod komparattiv fir-rigward tal-użu tagħhom f’tali teknoloġiji; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi aktar teknoloġiji innovattivi bħal dawn meta tivvaluta proġetti li japplikaw għall-finanzjament tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jilqa’ l-ħidma mwettqa s’issa mill-ENTSO-E u l-Entità tal-UE għad-DSO biex jiżviluppaw it-TSO/DSO Technopedia<FOOTNOTE><FIELD> L-Entità tal-UE għad-DSO, “Implementation of Action 7 in the EU Action Plan for Grids: DSO/TSO Technopedia, ENTSO-E & DSO Entity” (Implimentazzjoni tal-Azzjoni 7 fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għall-Grilji: id-DSO/TSO Technopedia, l-ENTSO-E & l-Entità tal-UE għad-DSO), 18 ta’ Diċembru 2024.</FIELD></FOOTNOTE>, u jistieden lill-Kummissjoni tawtorizza l-aġġornament ta’ darbtejn fis-sena tat-Technopedia biex jirrifletti b’mod preċiż il-livelli ta’ tħejjija teknoloġika (TRL) tat-teknoloġiji inklużi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippermettu u jżidu aktar id-diġitalizzazzjoni tas-sistema tal-elettriku Ewropea, li tippermetti l-ottimizzazzjoni tat-tħaddim tas-sistema tal-enerġija tagħha u tnaqqas il-pressjoni fuq il-katina tal-provvista; jissottolinja li l-kondiviżjoni tad-data u l-interoperabbiltà tad-data huma essenzjali għall-ippjanar u l-ottimizzazzjoni tal-grilja; iħeġġeġ lill-Istati Membri, lill-ARN, lill-Entità tal-UE għad-DSO u lill-ACER ikomplu jaċċelleraw il-ħidma tagħhom fuq is-sistema ta’ monitoraġġ ibbażata fuq indikaturi li jkejlu l-prestazzjoni tal-grilji intelliġenti (“indikaturi tal-grilji intelliġenti”), kif previst fid-Direttiva dwar l-Elettriku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti li tissaħħaħ is-sigurtà tal-infrastruttura tal-elettriku kritika, inklużi l-interkonnetturi u l-kejbils sottomarini f’riskju ta’ sabotaġġ, u li tiżdied ir-reżiljenza tagħha fir-rigward ta’ eventi ta’ temp estrem, tibdil fil-klima u attakki fiżiċi u diġitali; jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-livelli nazzjonali, reġjonali u tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jisħaq fuq ir-riskju dejjem jikber ta’ attakki ċibernetiċi kkoordinati li jkollhom fil-mira n-network tal-elettriku kollu tal-UE; ifakkar fl-importanza tal-implimentazzjoni rapida taċ-ċibersigurtà u kodiċijiet tan-network relatati oħra u l-leġiżlazzjoni relatata, bħad-Direttiva NIS 2<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà madwar l-Unjoni kollha, li temenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 u d-Direttiva (UE) 2018/1972, u li tħassar id-Direttiva (UE) 2016/1148 (Direttiva NIS 2) (ĠU L 333, 27.12.2022, p. 80, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2022/2555/oj).</FIELD></FOOTNOTE> u l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2019/881 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar l-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) u dwar iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 526/2013 (l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà) (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 15, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/881/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkoreġi, fir-rieżamijiet leġiżlattivi li ġejjin, l-istatus tat-tagħmir fiżiku tal-grilja, inkluż tagħmir tal-grilja kontrollabbli mill-bogħod, bħall-invertituri, li bħalissa mhuwiex miżmum għal standard għoli biżżejjed taċ-ċibersigurtà, speċjalment f’każijiet fejn il-manifattur huwa meħtieġ, taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ pajjiż mhux tal-UE, jirrapporta informazzjoni dwar vulnerabbiltajiet tas-software jew tal-hardware lill-awtoritajiet ta’ dak il-pajjiż mhux tal-UE; jappella għal kooperazzjoni msaħħa fil-livell tal-UE bejn il-partijiet kollha biex jissaħħu l-preparatezza u r-reżiljenza; iqis li l-ARN għandhom jirrikonoxxu l-kostijiet imġarrba mill-operaturi biex jadottaw il-miżuri taċ-ċibersigurtà u tar-reżiljenza, u jipprovdu inċentivi għal investimenti marbuta maż-żieda fir-reżiljenza tal-infrastruttura tal-enerġija kontra theddid ċibernetiku, u theddid fiżiku u ibridu, inklużi miżuri tal-adattament għat-tibdil fil-klima;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa li jiżdiedu l-isforzi biex tiġi protetta l-infrastruttura tal-enerġija kritika ta’ taħt il-baħar u fuq l-art eżistenti u futura; iqis li l-UE għandu jkollha rwol usa’ biex tipprevjeni l-inċidenti li jheddu din l-infrastruttura, tippromwovi s-sorveljanza u tirrestawra kwalunkwe infrastruttura bil-ħsara li tuża teknoloġiji tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsibu soluzzjonijiet biex iżidu l-protezzjoni u r-reżiljenza tal-infrastruttura kritika, inklużi soluzzjonijiet biex jiffinanzjaw miżuri u teknoloġiji bħal dawn;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jirrikonoxxi li proġetti tal-grilja tal-elettriku b’vultaġġ għoli ġodda jipprovdu opportunità multifunzjonali u kosteffiċjenti biex jiġu integrati miżuri ta’ sigurtà addizzjonali (jiġifieri sensuri, sonar, eċċ) u soluzzjonijiet ambjentali addizzjonali (jiġifieri difletturi tal-għasafar, detetturi tan-nar, kurituri naturali, eċċ) jekk ikunu ppjanati b’mod olistiku; jitlob lill-Kummissjoni tiżviluppa linji gwida għall-ARN biex tiżgura li l-ippjanar tal-proġett tal-grilja inizjali jitwettaq u jiġi ffinanzjat billi jitqiesu dawn l-elementi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, lid-DSOs u lit-TSOs jiżviluppaw Spazju Komuni Ewropew tad-Data dwar l-Enerġija li huwa proprjetà tal-UE, ibbażat fuq għarfien espert tekniku u prattika li tuża d-data disponibbli<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni Ewropea: Id-Direttorat Ġenerali għall-Enerġija, l-Istitut Fraunhofer għar-Riċerka dwar is-Sistemi u l-Innovazzjoni ISI, Guidehouse, McKinsey & Company, TNO, Trinomics, l-Università ta’ Utrecht, Berkhout, V., Villeviere, C., Bergsträßer, J., Klobasa, M., Regeczi, D., Dognini, A., Singh, M., Stornebrink, M., Hülsewig, T., Seigeot, V., Lenzmann, F.Breitschopf, B., <STRING ITALIC="on">Common European Energy Data Space</STRING> (Spazju Komuni Ewropew tad-Data dwar l-Enerġija), l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2023.</FIELD></FOOTNOTE> u bbażata fuq sett komuni ta’ regoli li jiżguraw il-portabbiltà u l-interoperabbiltà siguri u trasparenti tad-data dwar l-enerġija, fejn data armonizzata tiġi ġestita, skambjata u maħżuna b’mod sikur fl-UE; jisħaq li dan l-Ispazju Komuni Ewropew tad-Data dwar l-Enerġija għandu jiffaċilita l-kombinament u l-kondiviżjoni tad-data permezz ta’ strutturi ta’ governanza u servizzi ta’ kondiviżjoni tad-data xierqa, filwaqt li jappoġġja operazzjonijiet kritiċi tal-enerġija inklużi t-trażmissjoni u d-distribuzzjoni; jissottolinja li t-TSOs, id-DSOs u atturi Ewropej oħra tal-grilja tal-elettriku li qabel kienu skrinjati jeħtiġilhom ikunu jistgħu joperaw il-grilja b’mod sigur u intelliġenti, u jottimizzaw l-użu tagħha billi jintegraw il-flessibbiltà u t-teknoloġiji innovattivi, f’konformità mal-prinċipji ewlenin tal-interoperabbiltà, il-fiduċja, il-valur tad-data u l-governanza; jinnota li l-arranġamenti għall-iskambju tad-data jridu jqisu wkoll l-interazzjonijiet ma’ partijiet mhux tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jirrikonoxxi l-potenzjal tal-flessibbiltà bħala għodda meħtieġa biex tottimizza l-operazzjonijiet tas-sistema, iżżomm l-istabbiltà tas-sistema u tagħati s-setgħa lill-konsumaturi billi jiġu inċentivati jibdlu l-mudell ta’ konsum tagħhom; jisħaq fuq l-importanza li jiġu implimentati miżuri xierqa biex jiġu ggarantiti sinjali tal-prezzijiet effiċjenti li jinċentivaw il-flessibbiltà, inkluż mill-konsumaturi finali kollha, u li jiġi żgurat li r-riżorsi kollha jikkontribwixxu għas-sigurtà tas-sistema, inkluż billi jiġi aċċellerat l-użu ta’ arloġġi intelliġenti, bini intelliġenti effiċjenti fl-użu tal-enerġija, u billi jiġi permess l-aċċess għad-data mill-apparati kollha ta’ metraġġ; jitlob lill-ARN jirrikonoxxu l-innovazzjonijiet ta’ flessibbiltà u l-proġetti pilota fis-sistema, sakemm dawn ma jkollhomx impatt negattiv fuq il-bilanċ u l-istabbiltà ġenerali tal-grilja, sabiex ikomplu jinċentivaw l-innovazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jistieden lill-ARN jaħdmu mill-qrib mat-TSOs u d-DSOs biex jivvalutaw il-potenzjal ta’ flessibbiltà, u l-ħtiġijiet tas-sistemi nazzjonali fl-ippjanar attwali u futur, filwaqt li jqisu l-preżenza tal-industrija, il-konsumaturi l-kbar, il-ġeneraturi kbar u l-ħżin; jenfasizza b’mod partikolari r-rwol kritiku li jista’ jkollhom l-assi tal-ħżin, inkluż il-ħżin tal-elettriku fit-tul, li kapaċi jipprovdu sa 100 siegħa ta’ elettriku, biex jagħtu servizzi ta’ ġestjoni tal-konġestjoni lill-grilja; jinnota li sabiex jipprovdu dawn is-servizzi tas-sistema essenzjali, l-investituri fl-assi tal-ħażna jirrikjedu mudelli ta’ dħul stabbli fuq terminu twil, b’mod simili għall-mod kif skemi ta’ appoġġ ipprovdew ċertezza tad-dħul għal assi ta’ ġenerazzjoni rinnovabbli;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-katina tal-provvista, il-materja prima u l-ħtieġa għall-ħiliet</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jinnota bi tħassib li ż-żieda globali fid-domanda għat-teknoloġiji tal-grilji poġġiet pressjoni fuq il-ktajjen tal-provvista u d-disponibbiltà ta’ kejbils, transformers, komponenti u teknoloġiji kritiċi; jenfasizza s-sejbiet fir-rapport tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija ta’ Frar 2025 bit-titolu “Building the Future Transmission Grid”<FOOTNOTE><FIELD> L-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija, “Building the Future Transmission Grid – Strategies to navigate supply chain challenges” (Nibnu l-Grilja ta’ Trażmissjoni Futura – Strateġiji għan-navigazzjoni tal-isfidi tal-katina tal-provvista), Frar 2025, https://iea.blob.core.windows.net/assets/a688d0f5-a100-447f-91a1-50b7b0d8eaa1/BuildingtheFutureTransmissionGrid.pdf.</FIELD></FOOTNOTE> (Nibnu l-Grilja ta’ Trażmissjoni Futura) li issa sar jieħu bejn sentejn u tliet snin biex jinkisbu l-kejbils u sa erba’ snin biex jiġu akkwistati transformers tal-elettriku ta’ qawwa għolja, u li ż-żmien meħtieġ medju għall-kejbils u t-transformers tal-elettriku ta’ qawwa għolja kważi rdoppja mill-2021 ’l hawn;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jinsab imħasseb dwar iż-żmien twil meħtieġ għal ħafna komponenti tat-teknoloġija tal-grilji u jibqa’ determinat li jżomm it-tmexxija teknoloġika Ewropea fit-teknoloġija tal-grilji, u jenfasizza l-ħtieġa ta’ innovazzjoni biex jiġu żviluppati, murija u estiżi teknoloġiji Ewropej tal-grilji b’kapaċità għolja u teknoloġiji innovattivi Ewropej għat-titjib tal-grilji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jisħaq li l-materja prima kritika u strateġika hija essenzjali għall-infrastruttura tal-grilja, bid-domanda għall-aluminju u r-ram mistennija tiżdied bi 33 % u 35 % rispettivament sal-2050<FOOTNOTE><FIELD> KU Leuven, Eurometaux, “Study quantifies metal supplies needed to reach EU’s climate neutrality goal” (Studju jikkwantifika l-provvisti tal-metall meħtieġa biex jintlaħaq l-għan tan-newtralità klimatika tal-UE), 25 ta’ April 2022, https://www.eurometaux.eu/media/hxdhepyp/press-release-study-quantifies-metal-supplies-needed-to-reach-eu-s-climate-neutrality-goal.pdf.</FIELD></FOOTNOTE>; jieħu nota tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrikonoxxi ċerti proġetti tal-materja prima kritika bħala proġetti strateġiċi skont l-Att dwar il-Materja Prima Kritika<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2024/1252 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 li jistabbilixxi qafas li jiżgura provvista sigura u sostenibbli tal-materja prima kritika u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 168/2013, (UE) 2018/858, (UE) 2018/1724 u (UE) 2019/1020 (ĠU L, 2024/1252, 3.5.2024, http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1252/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, sabiex jiġi żgurat l-aċċess għal dawn il-materjali ewlenin u jiġu diversifikati s-sorsi tal-provvista; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu r-riċiklaġġ, u jappoġġjaw sħubijiet strateġiċi u ftehimiet kummerċjali għal dan l-għan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħu l-ktajjen tal-provvista tal-grilji biex tiżdied il-provvista tat-teknoloġiji tal-grilja b’kostijiet affordabbli, u b’hekk jiġu limitati l-kostijiet imġarrba mill-konsumaturi permezz tal-imposti tan-network; jappella għal approċċ strateġiku biex jinkisbu teknoloġiji tal-enerġija, komponenti jew materjali kritiċi relatati mal-grilji sabiex jiġi evitat l-iżvilupp ta’ dipendenzi fuq fornituri uniċi barra mill-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Jemmen li huwa meħtieġ ippjanar tal-grilja olistiku, ikkoordinat u fuq terminu twil fis-sistema tal-enerġija Ewropea sħiħa biex jissolva l-punt ta’ konġestjoni tal-kapaċità tal-katina tal-provvista, u li tali ppjanar jipprovdi lill-manifatturi b’trasparenza u prevedibbiltà essenzjali biex jippjanaw b’mod adegwat żidiet fil-kapaċità tal-manifattura; iqis li tali ppjanar irid ikun affidabbli u jippermetti mudelli ta’ negozju ġodda, bħal ftehimiet qafas fuq terminu twil u kuntratti ta’ riżerva tal-kapaċità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Iħeġġeġ l-istandardizzazzjoni massimizza ta’ tagħmir tal-grilji tal-elettriku ewlieni, sa fejn ikun teknikament possibbli, permezz ta’ valutazzjoni teknika konġunta mill-Kummissjoni, id-DSOs, it-TSOs u l-industrija, li tkopri l-livelli ta’ vultaġġ kollha biex tiżdied il-produzzjoni, jitnaqqsu l-prezzijiet u l-ħinijiet tat-twassil, u tiġi promossa l-interoperabbiltà tas-sistemi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti li jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ ħaddiema fis-settur tal-enerġija; jinnota li l-Kummissjoni bassret li l-forza tax-xogħol tal-enerġija se jkollha bżonn tiżdied b’mod sinifikanti sabiex jintużaw l-enerġiji rinnovabbli, jiġu aġġornati u estiżi l-grilji, u jiġu mmanifatturati t-teknoloġiji tal-effiċjenza enerġetika, tal-grilja u teknoloġiji rilevanti oħra; jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ mekkaniks u fitters fil-qasam tal-elettriku rrapportat fi 15 mill-Istati Membri, u dan iżid il-ħtiġijiet ta’ persunal tad-DSOs u t-TSOs; jenfasizza li l-forza tax-xogħol tal-enerġija trid tikber b’50 % sal-2030 biex tappoġġja l-użu ta’ sorsi rinnovabbli<FOOTNOTE><FIELD> Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Marzu 2025 bit-titolu “L-Unjoni tal-Ħiliet” (COM(2025)0090).</FIELD></FOOTNOTE>, l-espansjoni tal-grilji u l-effiċjenza enerġetika, b’2 miljun impjieg addizzjonali stmati li huma meħtieġa fid-distribuzzjoni tal-elettriku sal-2050; jappella għal inizjattivi ta’ taħriġ, ta’ titjib tal-ħiliet u ta’ taħriġ mill-ġdid, li jagħtu prijorità lil ħiliet relatati mal-grilja biex jitnaqqsu d-diskrepanzi fil-ħiliet; jilqa’ s-sħubijiet bejn l-universitajiet u n-negozji u akkademji tal-ħiliet tal-UE mmirati għal setturi strateġiċi inklużi l-grilji; iħeġġeġ lid-DSOs u t-TSOs jiddiversifikaw il-forza tax-xogħol tagħhom, inkluż billi jżidu l-parteċipazzjoni tan-nisa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Itenni li l-Istati Membri u l-UE għandhom jikkooperaw biex jadattaw il-programmi tal-ħiliet rilevanti u jiżviluppaw l-aħjar prattiki ħalli jissodisfaw id-domanda għall-ħiliet dejjem tikber fil-livelli edukattivi kollha, b’enfasi qawwija fuq l-inkoraġġiment ta’ bilanċ bejn il-ġeneri fis-settur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Jenfasizza r-rwol kruċjali tal-SMEs u tan-negozji tal-UE fil-provvista tas-settur tat-teknoloġija għall-grilja tal-elettriku; jirrimarka l-ħtieġa ta’ aċċess għal elettrifikazzjoni affordabbli, li tillimita l-kostijiet relatati mal-katina tal-provvista u tiżgura forza tax-xogħol b’ħiliet speċjalizzati;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Operazzjonijiet lil hinn mill-kosta</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>69.</NO.P>Jirrikonoxxi r-rilevanza strateġika tal-iżvilupp lil hinn mill-kosta biex jitwettqu l-objettivi tal-UE għall-awtonomija tal-enerġija, għaż-żieda fl-użu tal-enerġija rinnovabbli, għal sistema tal-elettriku reżiljenti u kosteffettiva u għan-newtralità klimatika sal-2050; jisħaq fuq l-importanza li jintuża bis-sħiħ il-potenzjal tal-ħames baċiri tal-baħar tal-Ewropa għall-ġenerazzjoni tal-enerġija lil hinn mill-kosta; jenfasizza l-importanza partikolari tal-Ibħra tat-Tramuntana (li jkopru ż-żona ġeografika tal-Ibħra tat-Tramuntana, inklużi l-Baħar Irlandiż u l-Baħar Ċeltiku), li joffru kundizzjonijiet favorevoli u l-akbar potenzjal, b’mira li kien hemm qbil dwarha ta’ 300 GW ta’ kapaċità ta’ ġenerazzjoni lil hinn mill-kosta installata sal-2050 fil-qafas tal-Kooperazzjoni tal-Enerġija fl-Ibħra tat-Tramuntana; jilqa’ l-progress li sar f’dan ir-rigward; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żviluppata grilja interkonnessa fuq il-baħar, inklużi interkonnetturi ibridi, b’mod partikolari fl-Ibħra tat-Tramuntana, biex jiġi sfruttat il-potenzjal lil hinn mill-kosta u tittejjeb l-integrazzjoni tas-suq tal-elettriku; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-kooperazzjoni reġjonali fuq l-ippjanar tal-grilja u l-kooperazzjoni tal-enerġija fil-baċiri tal-baħar kollha mal-pajjiżi ġirien tal-UE, b’mod partikolari r-Renju Unit u n-Norveġja, u b’mod speċifiku fl-iżvilupp tar-riħ lil hinn mill-kosta u l-ippjanar u l-manifattura tal-grilji tal-elettriku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>70.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa ta’ qafas regolatorju stabbli u prevedibbli li jiżgura l-aktar arranġamenti ta’ negozjar ottimali biex tiġi pprovduta l-fiduċja meħtieġa tal-investituri biex jiġu appoġġjati l-iżvilupp u l-interkonnessjoni tal-grilja lil hinn mill-kosta u l-proġetti tal-enerġija mir-riħ lil hinn mill-kosta, filwaqt li jiġu żgurati l-effiċjenza tas-suq u l-flussi transfruntiera effiċjenti, inkluż ma’ pajjiżi mhux tal-UE; jissottolinja l-ħtieġa li jissaħħu l-grilji nazzjonali fejn meħtieġ biex jiġu massimizzati l-benefiċċji tal-enerġija lil hinn mill-kosta; jirrikonoxxi li l-kombinament ta’ trażmissjoni lil hinn mill-kosta mal-assi ta’ ġenerazzjoni (ibridi lil hinn mill-kosta) se jkun parti integrali minn sistema ta’ network effiċjenti, peress li dan għandu diversi vantaġġi għas-sistema tal-enerġija Ewropea iżda għad jonqsu l-qafas regolatorju t-tajjeb biex jiġu inċentivati l-investimenti meħtieġa;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kooperazzjoni ma’ pajjiżi mhux tal-UE</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>71.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jżidu l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni ma’ pajjiżi mhux tal-UE tal-istess fehma bħan-Norveġja u r-Renju Unit; ifakkar li l-iżvilupp tal-infrastruttura tal-elettriku biex jiġi sfruttat il-potenzjal tal-enerġija mir-riħ lil hinn mill-kosta tal-Ibħra tat-Tramuntana huwa prijorità kondiviża kemm għall-UE kif ukoll għar-Renju Unit;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>72.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa ta’ approċċ prammatiku u kooperattiv għan-negozjar tal-elettriku bejn l-UE u r-Renju Unit; jistieden lill-Kummissjoni taħdem mill-qrib mal-amministrazzjoni tar-Renju Unit biex jaqblu dwar arranġament ta’ negozjar ta’ benefiċċju reċiproku li jsaħħaħ is-sigurtà tal-provvista u l-perkors lejn emissjonijiet żero netti għaż-żewġ ġuriżdizzjonijiet; barra minn hekk, jemmen li l-effiċjenzi tal-arranġamenti kummerċjali jistgħu jittejbu aktar; jistieden lill-Kummissjoni timpenja ruħha b’mod kostruttiv mal-kontropartijiet tagħha tar-Renju Unit dwar din il-kwistjoni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ir-reġjuni ultraperiferiċi</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>73.</NO.P>Jisħaq fuq l-isfidi uniċi li jiffaċċjaw ir-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE u żoni oħra mhux konnessi mal-grilja tal-elettriku Ewropea; jenfasizza d-dipendenza tagħhom fuq l-importazzjonijiet u l-vulnerabbiltà għolja għal qtugħ fil-provvista tal-elettriku u perikli ta’ klima estrema; jinnota l-importanza li jiġu żviluppati sistemi tal-enerġija reżiljenti u awtonomi permezz tal-iżvilupp ta’ grilja lokali u produzzjoni tal-enerġija aktar nadifa; jistieden lill-Kummissjoni tindirizza l-ħtiġijiet speċifiċi ta’ dawn ir-reġjuni fil-Pakkett dwar il-Grilji Ewropej u tipproponi appoġġ finanzjarju addizzjonali biex ittejjeb l-awtonomija tas-sistemi tal-enerġija tagħhom, u tindirizza n-nuqqas ta’ interkonnessjoni tagħhom u n-nuqqas ta’ aktar benefiċċji rigward il-konnessjoni mal-grilja;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>74.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>