<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0137</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Patt għal Industrija Nadifa</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0277/2025)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Ġunju 2025 dwar il-Patt għal Industrija Nadifa (2025/2656(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Frar 2025 bit-titolu “Il-Patt għal Industrija Nadifa: Pjan direzzjonali konġunt għall-kompetittività u d-dekarbonizzazzjoni” (COM(2025)0085),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Frar 2025 bit-titolu “Pjan ta’ Azzjoni għal Enerġija Affordabbli – Nisfruttaw il-valur reali tal-Unjoni tal-Enerġija tagħna biex niżguraw enerġija affordabbli, effiċjenti u nadifa għall-Ewropej kollha” (COM(2025)0079),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Mario Draghi tad-9 ta’ Settembru 2024 bit-titolu “On the future of European competitiveness” (Il-futur tal-kompetittività Ewropea),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Enrico Letta ta’ April 2024 bit-titolu “Much more than a market” (Ħafna aktar milli suq),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Jannar 2025 bit-titolu “Boxxla għall-Kompetittività tal-UE” (COM(2025)0030),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Marzu 2025 bit-titolu “Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għall-Azzar u l-Metalli” (COM(2025)0125),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Settembru 2022 dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Industrijali l-Ġdida Aġġornata għall-Ewropa: allinjament tal-infiq mal-politika<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 125, 5.4.2023, p. 124.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta’ April 2025 dwar l-industriji intensivi fl-enerġija<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2025)0065.</FIELD></FOOTNOTE> u l-mistoqsija orali relatata O-00010/2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2019 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (COM(2019)0640),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija tat-13 ta’ Mejju 2025 dwar il-grilji tal-elettriku: is-sinsla tas-sistema tal-enerġija tal-UE,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni O-000020/2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 142(5) u 136(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-Patt għal Industrija Nadifa għandu l-għan li jiġbor flimkien l-azzjoni klimatika u l-kompetittività taħt strateġija ta’ tkabbir globali waħda li tiffoka fuq l-appoġġ għall-industriji intensivi fl-enerġija u s-settur tat-teknoloġija nadifa; billi dan huwa meħtieġ ħafna, peress li t-tranżizzjoni lejn ekonomija dekarbonizzata u ċirkolari tista’ tkun ta’ suċċess biss meta tinżamm il-kompetittività;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Pjan ta’ Azzjoni għal Enerġija Affordabbli għandu l-għan li jipprovdi enerġija nadifa u affordabbli u għajnuna fuq terminu qasir billi jnaqqas il-kontijiet tal-enerġija filwaqt li jaċċellera l-implimentazzjoni tar-riformi strutturali u jsaħħaħ is-sistemi tal-enerġija tagħna biex jittaffew ix-xokkijiet futuri fil-prezzijiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-industrija Ewropea bħalissa qed tiffaċċja sfidi enormi bi prezzijiet għoljin tal-enerġija bbażati fuq il-fossili, kompetizzjoni internazzjonali inġusta, telf tal-impjiegi u nuqqas ta’ ħiliet, li jwasslu għal tnaqqis fil-produzzjoni, delokalizzazzjoni u siti magħluqa, u b’hekk tiżdied id-dipendenza tagħna fuq fornituri esterni u tiġi mminata l-awtonomija strateġika, filwaqt li l-innovazzjoni, il-manifattura u l-emissjonijiet assoċjati jirriskjaw li jiġu rilokati aktar milli jiġu indirizzati f’ras l-għajn;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-industrija Ewropea hija lesta li timxi lejn is-sostenibbiltà, filwaqt li tikkontribwixxi għall-kisba tan-newtralità klimatika sal-2050, u bażi industrijali dekarbonizzata li tibqa’ valida fil-futur tista’ toffri opportunitajiet sinifikanti, iżda hemm ir-riskju li l-proġetti ta’ dekarbonizzazzjoni jiġu abbandunati minħabba li l-argument għall-vijabbiltà tagħhom fl-Ewropa ma jibqax validu;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jilqa’ l-Patt għal Industrija Nadifa bħala l-ewwel pass tant mistenni lejn it-tisħiħ tal-kompetittività u l-innovazzjoni industrijali, l-awtonomija strateġika, id-dekarbonizzazzjoni, il-prosperità u t-tkabbir nadif tal-Ewropa; iħeġġeġ lill-Kummissjoni taġixxi malajr mill-istrateġija għall-azzjoni u l-implimentazzjoni; jirrikonoxxi li l-azzjonijiet proposti jridu jiġu estiżi b’miżuri ulterjuri; jisħaq li politika industrijali robusta u mmirata tajjeb hija kruċjali biex tiġi żgurata bażi industrijali b’saħħitha u sostenibbli fl-Ewropa u biex jinħolqu u jinżammu impjiegi ta’ kwalità għolja filwaqt li tiġi dekarbonizzata l-ekonomija tagħna, jitnaqqas it-tniġġis u tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-Ewropa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jilqa’ l-istabbiliment tal-Bank għad-Dekarbonizzazzjoni Industrijali bil-għan li jimmobilizza EUR 100 biljun f’finanzjament, kif ukoll il-proġett pilota mħabbar b’irkant ta’ EUR 1 biljun għad-dekarbonizzazzjoni tal-proċessi industrijali ewlenin f’diversi setturi li jappoġġjaw id-dekarbonizzazzjoni u l-elettrifikazzjoni industrijali; jenfasizza l-importanza li jiżdied l-investiment fil-kapital u l-aċċess għalih għall-manifattura tat-teknoloġija nadifa, inkluż b’finanzjament addizzjonali permezz tal-Fond għall-Innovazzjoni; jitlob parteċipazzjoni usa’ tal-Istati Membri fi skemi ta’ rkant bħala servizz; jitlob l-adozzjoni ta’ kriterji ta’ investiment ibbażati fuq l-impatt tal-karbonju, l-iskalabbiltà u s-sigurtà tal-provvista; jappoġġja l-kuntratti għad-differenza għall-karbonju biex jitnaqqas id-distakk bejn il-prezz tal-karbonju u l-kost tal-proġetti ta’ ġestjoni industrijali tal-karbonju għal setturi diffiċli sabiex jitrażżnu; iqis l-istabbiliment tiegħu bħala linja baġitarja għall-użu ta’ teknoloġiji ta’ dekarbonizzazzjoni industrijali fi ħdan il-governanza tal-Fond għall-Kompetittività;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jappoġġja l-Pjan ta’ Azzjoni għal Enerġija Affordabbli u l-enfasi tiegħu fuq l-implimentazzjoni tad-Disinn tas-Suq tal-Elettriku, li jsaħħaħ l-għodod bħall-ftehimiet dwar ix-xiri tal-enerġija (PPAs) u l-kuntratti bidirezzjonali għad-differenza biex titnaqqas l-influwenza tal-prezzijiet tal-fjuwils fossili fuq il-prezzijiet tal-elettriku; jilqa’ l-programm pilota għall-PPAs korporattivi permezz tal-Bank Ewropew tal-Investiment u jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu sfruttati l-PPAs biex jespandu l-kapaċità u tinkiseb id-dekarbonizzazzjoni ġenwina; jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi għodod għat-tnaqqis tar-riskji biex tindirizza l-ostakli ewlenin li jiffaċċjaw l-industriji intensivi fl-enerġija fl-iffirmar tal-PPAs, b’mod partikolari l-PPAs rinnovabbli, kif ukoll il-kuntratti bidirezzjonali għad-differenza għat-tnaqqis tar-riskju min-naħa tad-domanda għall-utenti tal-enerġija, u tesplora kif jista’ jiġi stimulat l-iżvilupp ta’ PPAs ibridi bi prodotti ta’ flessibbiltà korrispondenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa li tingħata spinta lill-infrastruttura tal-enerġija, speċjalment transfruntiera, inklużi l-interkonnessjonijiet, u li tintlaħaq l-Unjoni tal-Enerġija; jitlob li jinkiseb eżitu ambizzjuż tad-djalogu futur dwar integrazzjoni aktar profonda tas-suq tal-elettriku, peress li l-frammentazzjoni attwali tas-sorveljanza regolatorja u l-ippjanar tal-investiment fl-Istati Membri kollha qed tfixkel l-integrazzjoni u l-elettrifikazzjoni; jistieden lill-Istati Membri, lill-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni u lill-Kummissjoni jagħtu spinta lill-kummerċ transfruntier tal-elettriku sabiex jisfruttaw il-benefiċċji tal-integrazzjoni tas-suq u jtejbu l-affidabbiltà tal-provvista għall-partijiet interkonnessi kollha; iħeġġeġ lill-Istati Membri jistinkaw biex jilħqu l-mira attwali ta’ interkonnessjoni ta’ 15 %, kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2018/1999<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1999/oj).</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi ffinalizzata l-ħidma fuq ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar it-Tassazzjoni fuq l-Enerġija<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/96/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, li għandha l-għan li tallinja t-tassazzjoni fuq il-prodotti tal-enerġija mal-objettivi tal-politika tal-UE dwar l-enerġija u l-klima, u li tarmonizza t-tfassil ta’ metodoloġiji tariffarji għat-tariffi tan-network, dment li tali miżuri ma jsirux għad-detriment tal-konsumaturi finali; jistieden lill-Istati Membri jipprovdu b’mod urġenti għajnuna fuq terminu qasir lill-industrija u lill-unitajiet domestiċi, pereżempju billi jnaqqsu t-taxxi u l-imposti fuq l-elettriku u jastjenu minn rekwiżiti addizzjonali mhux ġustifikati (leġiżlazzjoni “gold-plating” tal-UE) fejn dawn ifixklu l-kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jtejbu l-koordinazzjoni tal-infiq fuq l-għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-prijoritajiet industrijali Ewropej komuni u jistieden lill-Istati Membri jagħmlu użu minn dan biex jappoġġjaw lill-industrija fit-triq lejn tranżizzjoni nadifa, filwaqt li jqisu l-kapaċitajiet fiskali differenti; itenni l-ħtieġa ta’ kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ koordinazzjoni mtejba tal-politika industrijali madwar l-Unjoni, kemm fost l-Istati Membri kif ukoll bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni; jappoġġja l-użu tal-għodda ta’ koordinazzjoni tal-kompetittività biex tiggwida u tallinja l-isforzi nazzjonali; iqis li l-appoġġ pubbliku għandu jikkontribwixxi għas-salvagwardja tal-impjiegi u l-attività industrijali fl-Ewropa, u l-benefiċjarji ta’ tali appoġġ għandhom jimpenjaw ruħhom li jissalvagwardjaw l-impjieg u l-kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti u jinvolvu ruħhom fi djalogu soċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Japprova s-simplifikazzjoni u d-diġitalizzazzjoni biex jiġu aċċellerati l-proċeduri għall-għoti ta’ permessi, filwaqt li jiġu rispettati s-salvagwardji ambjentali u tiġi protetta s-saħħa tal-bniedem; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tindirizza l-punti ta’ konġestjoni fil-ħruġ tal-permessi għall-aċċess industrijali għall-enerġija u għad-dekarbonizzazzjoni industrijali fl-Att għall-Aċċellerazzjoni tad-Dekarbonizzazzjoni Industrijali inkluż permezz tal-adozzjoni ta’ miżuri li jaċċelleraw il-proċeduri ġudizzjarji u amministrattivi, u tivvaluta l-kriterji għal eżenzjonijiet immirati għall-emissjonijiet u d-depożizzjonijiet fl-istadju ta’ kostruzzjoni ta’ proġetti nodfa u b’emissjonijiet żero netti, u proġetti tal-ħżin u tal-grilja; iħeġġeġ lill-Istati Membri jtejbu l-kapaċitajiet amministrattivi tagħhom biex jiżguraw l-ipproċessar f’waqtu tal-permessi u jimplimentaw bis-sħiħ id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2023/2413 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ottubru 2023 li temenda d-Direttiva (UE) 2018/2001, ir-Regolament (UE) 2018/1999 u d-Direttiva 98/70/KE fir-rigward tal-promozzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/652 (ĠU L, 2023/2413, 31.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2023/2413/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, inkluż il-prinċipju prevalenti tal-interess pubbliku, u l-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2024/1735 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ miżuri għat-tisħiħ tal-ekosistema Ewropea tal-manifattura ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1724, ĠU L, 2024/1735, 28.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1735/oj).</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tqis, fis-salvagwardja kemm tas-sigurtà tal-provvista kif ukoll tal-affordabbiltà, it-teknoloġiji kollha disponibbli li jikkontribwixxu biex jintlaħaq l-għan tan-newtralità klimatika tal-UE għall-2050 b’mod kosteffettiv biex tinkiseb taħlita tal-enerġija aktar nadifa, stabbli, sigura u indipendenti; jirrikonoxxi li l-enerġija rinnovabbli, flimkien mal-enerġija nukleari għal dawk l-Istati Membri li jiddeċiedu li jużawha, hija essenzjali għal taħlita ta’ enerġija nadifa u sigura; jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-kooperazzjoni dwar l-iżvilupp u l-produzzjoni sikuri ta’ reatturi modulari żgħar fl-Ewropa u tavvanza r-riċerka dwar il-fużjoni nukleari bħala teknoloġija tal-enerġija futura; jilqa’ l-valutazzjoni mħabbra dwar il-possibbiltà li jiġu ssimplifikati l-prattiki ta’ liċenzjar għal teknoloġiji ġodda tal-enerġija nukleari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jisħaq fuq ir-rwol tal-elettrifikazzjoni, iżda jinnota li huma meħtieġa espansjoni u modernizzazzjoni sinifikanti tal-grilji; jitlob li jkun hemm “strateġija tal-UE dwar il-flessibbiltà tal-enerġija” b’enfasi fuq ir-rispons min-naħa tad-domanda u l-ħżin tal-enerġija; jilqa’ l-intenzjoni li tiġi aġġornata l-Istrateġija dwar it-Tisħin u t-Tkessiħ u l-Pjan ta’ Azzjoni għall-Elettrifikazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tirrikonoxxi s-settur tal-effiċjenza enerġetika bħala settur strateġiku ewlieni għad-dekarbonizzazzjoni industrijali u l-kompetittività Ewropea;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jisħaq fuq ir-rwol importanti li l-idroġenu rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju jista’ jkollu fid-dekarbonizzazzjoni tal-industrija; jappella għall-adozzjoni u l-implimentazzjoni rapidi ta’ definizzjoni sempliċi, teknoloġikament newtrali u favur l-investiment ta’ idroġenu b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fir-regolament delegat li jmiss biex tiġi ssupplimentata d-Direttiva (UE) 2024/1788<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2024/1788 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar ir-regoli komuni għas-swieq interni għall-gass rinnovabbl, il-gass naturali u l-idroġenu, li temenda d-Direttiva (UE) 2023/1791 u li tħassar id-Direttiva 2009/73/KE (ĠU L, 2024/1788, 15.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1788/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, billi tiġi speċifikata metodoloġija għall-valutazzjoni tal-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra minn fjuwils b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, filwaqt li jiġi żgurat li tali definizzjoni tkun robusta, ibbażata fuq ix-xjenza u tinċentiva l-produzzjoni u l-użu tal-idroġenu biex jiġi żgurat it-tnaqqis tal-emissjonijiet; jappoġġja t-tħabbira ta’ studju dwar ir-regoli għall-fjuwils rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika (RFNBOs); iħeġġeġ lill-Kummissjoni tqis l-eżiti ta’ dan l-istudju u t-tħassib tal-partijiet ikkonċernati u tipproponi, fejn xieraq, bidliet għall-att delegat dwar l-RFNBOs<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1184 tal-10 ta’ Frar 2023 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi metodoloġija tal-Unjoni li tistipula regoli dettaljati għall-produzzjoni ta’ karburanti għat-trasport rinnovabbli likwidi u gassużi ta’ oriġini mhux bijoloġika (ĠU L 157, 20.6.2023, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/1184/oj).</FIELD></FOOTNOTE> sabiex tiżdied il-produzzjoni tal-idroġenu rinnovabbli u jitnaqqsu l-prezzijiet tiegħu għall-konsumaturi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Itenni l-ħtieġa li jiġu żviluppati miżuri biex tiġi żgurata l-provvista tal-gass b’kost imnaqqas għal dawk is-setturi li ma jistgħux jiddependu sostanzjalment fuq l-elettrifikazzjoni fuq terminu qasir sa medju; jappella għal sħubijiet diversifikati u affidabbli f’konformità mas-sigurtà u l-interessi tal-Unjoni u l-pjan direzzjonali REPowerEU;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinvolvi ruħha fi djalogi settorjali mal-industriji, l-akkademja, is-sħab soċjali u l-partijiet ikkonċernati rilevanti mill-industriji tat-teknoloġija nadifa u intensivi fl-enerġija u r-raggruppamenti industrijali reġjonali (transfruntiera) biex tissaħħaħ il-kompetittività tagħhom u jiġu ffaċilitati l-perkorsi ta’ tranżizzjoni tagħhom; jisħaq li l-ekosistemi industrijali huma interkonnessi u effiċjenti ħafna, fejn l-għeluq ta’ faċilità waħda jaffettwa r-raggruppament kollu; jitlob monitoraġġ u rapportar annwali dwar il-kompetittività u r-reżiljenza tal-ekosistemi industrijali tagħna u dwar il-progress li sar fil-perkorsi ta’ tranżizzjoni, sabiex l-istrumenti jkunu jistgħu jiġu adattati malajr b’appoġġ imfassal apposta meta jkun meħtieġ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jissottolinja li s-suċċess tat-tranżizzjoni industrijali nadifa jiddependi fuq forza tax-xogħol b’ħiliet speċjalizzati; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw strateġija koordinata għall-ħiliet industrijali allinjata mal-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti u mal-prijoritajiet tat-teknoloġija nadifa; jappoġġja l-istabbiliment u l-espansjoni rapidi tal-Akkademji tal-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti u ċ-Ċentri ta’ Eċċellenza Vokazzjonali; iħeġġeġ l-użu ta’ strumenti tal-UE bħall-FSE+, Erasmus+ u l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta biex jappoġġjaw it-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid immirati fir-reġjuni industrijali li għaddejjin minn trasformazzjoni, inklużi ż-żoni rurali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jilqa’ s-swieq ewlenin għal prodotti nodfa, ċirkolari u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju magħmula fl-Ewropa; jissottolinja l-ħtieġa li tiġi stimulata d-domanda permezz tal-akkwist pubbliku u privat u bl-introduzzjoni ta’ kriterji u standards ta’ sostenibbiltà u reżiljenza, fejn xieraq; jappoġġja l-ħolqien ta’ tikketti volontarji tal-intensità tal-karbonju għall-prodotti industrijali (pereżempju għall-azzar u s-siment), li għandhom jirriflettu l-prestazzjoni f’termini tal-karbonju aktar milli l-preġudizzju tal-proċess, u l-allinjament mal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE, inkluż ir-Regolament dwar l-Ekodisinn għal Prodotti Sostenibbli<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2024/1781 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 li jistabbilixxi qafas għall-istabbiliment ta’ rekwiżiti tal-ekodisinn għal prodotti sostenibbli, li jemenda d-Direttiva (UE) 2020/1828 u r-Regolament (UE) 2023/1542 u li jħassar id-Direttiva 2009/125/KE, (ĠU L, 2024/1781, 28.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1781/oj).</FIELD></FOOTNOTE> u r-Regolament dwar il-Prodotti għall-Bini<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2024/3110 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2024 li jistabbilixxi regoli armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti għall-bini u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 (ĠU L, 2024/3110, 18.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/3110/oj).</FIELD></FOOTNOTE>; jistieden lill-Kummissjoni tesplora rekwiżiti oħra biex tiggarantixxi d-domanda għal prodotti nodfa magħmula fl-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jilqa’ l-azzjonijiet proposti li jixprunaw l-ekonomija ċirkolari u l-bijoekonomija billi jiżguraw aċċess għall-materjali u r-riżorsi; iħeġġeġ l-inklużjoni fl-Att dwar l-Ekonomija Ċirkolari ta’ miżuri biex jiżdiedu l-użu u l-affordabbiltà ta’ materjali sekondarji strateġiċi fl-UE, filwaqt li jitqiesu l-għanijiet tal-Att dwar il-Materja Prima Kritika<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2024/1252 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 li jistabbilixxi qafas li jiżgura provvista sigura u sostenibbli tal-materja prima kritika u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 168/2013, (UE) 2018/858, (UE) 2018/1724 u (UE) 2019/1020 (ĠU L, 2024/1252, 3.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1252/oj).</FIELD></FOOTNOTE>; jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi definita dik il-materja prima sekondarja li hija strateġika u li għandha tkun soġġetta għal monitoraġġ tal-esportazzjoni, bħall-azzar u r-ruttam tal-metall, u li jiġi indirizzat kwalunkwe żbilanċ fil-provvista u fid-domanda tagħha, inkluż billi jiġu esplorati restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni; jinsisti fuq l-infurzar effettiv tar-Regolament dwar Vjeġġi ta’ Skart<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2024/1157 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 dwar vjeġġi ta’ skart, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1257/2013 u (UE) 2020/1056 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 (ĠU L, 2024/1157, 30.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1157/oj).</FIELD></FOOTNOTE>; jappella għal qafas regolatorju prevedibbli li jisfrutta mudelli ta’ negozju ċirkolari, b’mod partikolari dawk ibbażati fuq il-prevenzjoni tal-iskart, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ kwalità għolja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li s-suq Ewropew jiġi protett minn kompetizzjoni inġusta u mid-dumping ta’ kapaċità żejda industrijali minn pajjiżi mhux tal-UE billi jintużaw il-mekkaniżmi ta’ difiża kummerċjali b’mod sħiħ; jistieden lill-Kummissjoni tadotta użu sistematiku, proattiv u proporzjonat tal-istrumenti għad-difiża tal-kummerċ, inklużi l-investigazzjonijiet anti-dumping u antisussidji; jitlob li tissaħħaħ il-kapaċità ta’ infurzar tar-Regolament dwar is-Sussidji Barranin<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2022/2560 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar sussidji barranin li joħolqu distorsjoni fis-suq intern (ĠU L 330, 23.12.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2560/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, u jiddispjaċih għall-fatt li din l-għodda għadha ma ġietx attivata b’mod sistematiku f’setturi ewlenin; jistieden lill-Kummissjoni tittratta l-kapaċità żejda industrijali u d-dipendenzi strateġiċi bħala riskji ewlenin tal-kompetizzjoni li jirrikjedu għodod xierqa u rispons koordinat fil-livell tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-aċċess għas-suq intern tal-UE jew għall-proġetti industrijali Ewropej ma jingħatax lil atturi li jikkontribwixxu għal distorsjonijiet strutturali tas-suq jew kompetizzjoni inġusta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jilqa’ s-simplifikazzjoni proposta tal-Mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri (CBAM) fl-ewwel pakkett omnibus bħala pass importanti biex tissaħħaħ aktar l-effettività tas-CBAM bil-għan li tiġi indirizzata r-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju; itenni l-appell tiegħu għal soluzzjoni fattibbli għall-esportazzjoni biex jiġi indirizzat ir-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għall-merkanzija CBAM esportata mill-UE lejn pajjiżi mhux tal-UE; jitlob lill-Kummissjoni tanalizza bir-reqqa r-riskji assoċjati ma’ ċertifikati mhux ivverifikati minn barra l-UE, li jistgħu jagħmlu ħsara lill-ekwità u l-kompetittività; jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tippreżenta strateġija kontra ċ-ċirkomvenzjoni qabel tmiem is-sena, u li tikkunsidra li testendi s-CBAM għal setturi addizzjonali bħala parti mir-rieżami li jmiss; jissottolinja l-importanza ta’ CBAM effettiv fil-kuntest tat-tneħħija gradwali tal-kwoti bla ħlas fis-sistema tal-UE għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jilqa’, fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija għall-Ġestjoni Industrijali tal-Karbonju, il-bini tal-argument għall-vijabbiltà għall-assorbimenti permanenti tal-karbonju fil-leġiżlazzjoni (jew fir-rieżamijiet tal-leġiżlazzjoni) li jmiss; jirrikonoxxi li l-ġestjoni tal-karbonju, inklużi l-qbid, il-ħżin, it-trasport u l-użu, jistgħu jkunu meħtieġa f’setturi diffiċli sabiex jitrażżnu; jissottolinja l-ħtieġa li jiġi propost pakkett ta’ qafas tas-suq tas-CO<STRING SUBSCRIPT="on">2</STRING> għat-trasport u l-infrastruttura tas-CO<STRING SUBSCRIPT="on">2</STRING>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Iħeġġeġ finanzjament aċċessibbli għall-SMEs; jilqa’ l-approvazzjoni u l-iżborż aċċellerati fi strumenti bħall-Fond għall-Innovazzjoni u l-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti u jisħaq li l-inizjattiva dwar Proġetti Importanti ta’ Interess Ewropew Komuni (IPCEI) jeħtieġ li tkun aċċessibbli għall-SMEs; iħeġġeġ aktar titjib u armonizzazzjoni biex jiġu ssimplifikati l-applikazzjonijiet ta’ finanzjament, jitnaqqsu l-obbligi ta’ rapportar u t-twettiq rapidu ta’ proġetti żgħar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza ta’ approċċi speċifiċi għas-settur biex il-Patt għal Industrija Nadifa jiġi implimentat b’mod effettiv fil-firxa sħiħa ta’ ekosistemi industrijali; jilqa’ l-Pjan ta’ Azzjoni Industrijali għas-Settur Awtomobilistiku, il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Azzar u l-Metalli, it-tħabbira tal-Pakkett dwar l-Industrija tas-Sustanzi Kimiċi, il-Pjan ta’ Investiment għat-Trasport Sostenibbli u l-Istrateġija dwar il-Bijoekonomija bħala elementi kostitwenti ewlenin ta’ tranżizzjoni industrijali koerenti; jitlob li l-Pjan ta’ Investiment għat-Trasport Sostenibbli jinkludi strateġiji dettaljati ta’ dekarbonizzazzjoni, li jirriflettu l-ħtiġijiet teknoloġiċi u ta’ investiment speċifiċi għall-modi differenti ta’ trasport; jitlob l-inklużjoni ta’ setturi oħra, bħas-settur ajruspazjali Ewropew u l-fjuwils alternattivi, fil-qafas tal-Patt għal Industrija Nadifa; jappella għal pjan ta’ azzjoni speċifiku dwar it-teknoloġija nadifa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>