<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0145</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Attivitajiet finanzjarji tal-Bank Ewropew tal-Investiment – rapport annwali 2024</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0112/2025 - Rapporteur: Francisco Assis)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2025 dwar l-attivitajiet finanzjarji tal-Bank Ewropew tal-Investiment – rapport annwali 2024 (2024/2053(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 15, 126, 174, 175, 177, 208, 209, 271, 308 u 309 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u l-Protokoll (Nru 5) dwar l-Istatut tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 41 sa 43 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport ta’ Attività għall-2024 tal-Grupp tal-BEI tat-30 ta’ Jannar 2025 bit-titolu “Priorities for prosperity” (Prijoritajiet għall-prosperità),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport dwar l-Investiment 2024/2025 tal-BEI tal-5 ta’ Marzu 2025 bit-titolu “Innovation, integration and simplification in Europe” (Innovazzjoni, integrazzjoni u simplifikazzjoni fl-Ewropa),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Pjan Direzzjonali Strateġiku għall-perjodu 2024-2027 tal-Grupp tal-BEI tal-21 ta’ Ġunju 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Pjan Operazzjonali għall-perjodu 2024-2026 tal-Grupp tal-BEI tad-9 ta’ Frar 2024 u l-Pjan Operazzjonali għall-perjodu 2025-2027 tal-Grupp tal-BEI tat-30 ta’ Jannar 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rieżami kkummissjonat mill-G20 tal-oqfsa ta’ adegwatezza kapitali tal-Banek Multilaterali tal-Iżvilupp (ir-rieżami tas-CAF),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/504 tal-11 ta’ Marzu 2025 li temenda l-Protokoll Nru 5 dwar l-Istatut tal-Bank Ewropew tal-Investiment<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2025/504, 14.3.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/504/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Bord tal-BEI tal-21 ta’ Marzu 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Orjentazzjoni dwar il-Koeżjoni tal-BEI għall-perjodu 2021-2027 tat-13 ta’ Ottubru 2021,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-tnedija tal-Inizjattiva taċ-Champions Ewropej tat-Teknoloġija (ETCI) tal-BEI fit-13 ta’ Frar 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-tielet rapport annwali tal-Grupp tal-BEI dwar l-attivitajiet tiegħu fir-reġjuni ta’ koeżjoni tal-UE tal-15 ta’ Lulju 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>	wara li kkunsidra l-Istandards Ambjentali u Soċjali tal-BEI tat-2 ta’ Frar 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport ta’ Progress tal-Pjan Direzzjonali tal-Bank Klimatiku għall-2023 tal-Grupp tal-BEI tal-25 ta’ Lulju 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-eżiti ewlenin mill-analiżi tal-Grupp tal-BEI u l-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, ippreżentati fis-seminar tal-BEI dwar l-akkomodazzjoni fit-18 ta’ Lulju 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istqarrija għall-istampa tal-BEI tas-6 ta’ Marzu 2025 bit-titolu “European Commission and EIB group lay foundations for a new pan-European investment platform for affordable and sustainable housing” (Il-Kummissjoni Ewropea u l-grupp tal-BEI jistabbilixxu pedamenti għal pjattaforma ta’ investiment pan-Ewropea ġdida għal akkomodazzjoni affordabbli u sostenibbli),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ittra tal-President tal-BEI Nadia Calviño lill-mexxejja tal-UE tal-4 ta’ Marzu 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Pjan ta’ Azzjoni għas-Sigurtà u d-Difiża tal-Grupp tal-BEI, ippreżentat fil-laqgħa tal-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji fil-Lussemburgu fit-12 ta’ April 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-lista aġġornata ta’ eliġibbiltà, attivitajiet esklużi u setturi esklużi tal-BEI tal-14 ta’ Lulju 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport dwar l-Impatt Globali 2023/2024 tal-BEI tat-13 ta’ Ġunju 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim Tripartitiku bejn il-Kummissjoni Ewropea, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri u l-Bank Ewropew tal-Investiment, iffirmat fil-11 ta’ Novembru 2021,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Proċeduri tal-Mekkaniżmu tal-Ilmenti tal-Grupp tal-BEI tat-13 ta’ Novembru 2018,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dokument bit-titolu “Diversity, Equity and Inclusion at the EIB Group” (Diversità, Ekwità u Inklużjoni fil-Grupp tal-BEI) tal-14 ta’ Ottubru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istudju tas-Servizz ta’ Riċerka tal-Parlament Ewropew bit-titolu “Increasing European added value in an age of global challenges – Mapping the cost of non-Europe (2022-2032)” (Żieda fil-valur miżjud Ewropew f’era ta’ sfidi globali – Immappjar tal-kost tan-non-Ewropa (2022–2032)), ippubblikat fi Frar 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-1 ta’ Diċembru 2021 bit-titolu “Il-Portal Globali” (JOIN(2021)0030),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istudju mill-Kummissjoni Ewropea ppubblikat fil-11 ta’ Jannar 2024 bit-titolu “Access to equity financing for European defence SME” (Aċċess għall-finanzjament mill-bejgħ ta’ ishma għall-SMEs Ewropej tad-difiża)<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni Ewropea: Id-Direttorat Ġenerali għall-Industrija tad-Difiża u l-Ispazju, “Access to equity financing for European defence SMEs” (Aċċess għall-finanzjament mill-bejgħ ta’ ishma għall-SMEs Ewropej tad-difiża), Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2024,https://data.europa.eu/doi/10.2889/698738.</FIELD></FOOTNOTE> ,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Enrico Letta tas-17 ta’ April 2024 bit-titolu “Much more than a market” (Ħafna aktar milli suq),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Christian Noyer tal-25 ta’ April 2024 bit-titolu “Developing European capital markets to finance the future” (L-iżvilupp tas-swieq kapitali Ewropej għall-finanzjament tal-futur),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Mario Draghi tad-9 ta’ Settembru 2024 bit-titolu “The future of European competitiveness” (Il-futur tal-kompetittività Ewropea),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Sauli Niinistö tat-30 ta’ Ottubru 2024 bit-titolu “Safer Together – Strengthening Europe’s Civilian and Military Preparedness and Readiness” (Aktar Sikuri Flimkien – It-Tisħiħ tat-Tħejjija u l-Prontezza Ċivili u Militari tal-Ewropa),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Jannar 2025 bit-titolu “Boxxla għall-Kompetittività tal-UE” (COM(2025)0030),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Frar 2025 bit-titolu “Programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni għall-2025” (COM(2025)0045),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-11 ta’ Frar 2025 bit-titolu “Il-perkors lejn il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss” (COM(2025)0046),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Frar 2025 bit-titolu “Il-Patt għal Industrija Nadifa: Pjan direzzjonali konġunt għall-kompetittività u d-dekarbonizzazzjoni” (COM(2025)0085),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Frar 2025 bit-titolu “Pjan ta’ Azzjoni għal Enerġija Affordabbli: Nisfruttaw il-valur reali tal-Unjoni tal-Enerġija tagħna biex niżguraw enerġija affordabbli, effiċjenti u nadifa għall-Ewropej kollha” (COM(2025)0079),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni għall-istampa tal-President tal-Kummissjoni, Ursula von der Leyen, dwar il-pakkett tad-difiża (il-Pjan ReArm Europe/Prontezza 2030) tal-4 ta’ Marzu 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Marzu 2025 bit-titolu “Unjoni tat-Tfaddil u tal-Investimenti: Strateġija biex Jissaħħu l-Ġid taċ-Ċittadini u l-Kompetittività Ekonomika fl-UE” (COM(2025)0124),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/241/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-Programm InvestEU u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/1017<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 107, 26.3.2021, p. 30, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/523/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali, li jemenda u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jħassar ir-Regolament (UE) 2017/1601 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 209, 14.6.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/947/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 231, 30.6.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1056/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1229 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Lulju 2021 dwar il-faċilità ta’ self għas-settur pubbliku taħt il-mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 274, 30.7.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1229/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/795 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Frar 2024 li jistabbilixxi l-Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/795, 29.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/795/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2025 li temenda r-Regolamenti (UE) 2015/1017, (UE) 2021/523, (UE) 2021/695 u (UE) 2021/1153 fir-rigward taż-żieda fl-effiċjenza tal-garanzija tal-UE skont ir-Regolament (UE) 2021/523 u fir-rigward tas-simplifikazzjoni tar-rekwiżiti tar-rappurtar (COM(2025)0084),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Marzu 2025 dwar il-white paper dwar il-futur tad-difiża Ewropea<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2025)0034.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A10-0112/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-Grupp tal-BEI jinkludi l-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI); billi l-BEI, li huwa l-proprjetà sħiħa tal-Istati Membri, huwa l-akbar istituzzjoni finanzjarja multilaterali fid-dinja, li jopera fis-swieq kapitali internazzjonali u li joffri termini kompetittivi lill-klijenti fuq kundizzjonijiet favorevoli biex jikkontribwixxi għall-kisba tal-objettivi tal-UE u jappoġġja l-politiki u l-proġetti tal-UE kemm fi ħdan l-UE kif ukoll barra l-UE, f’konformità mal-Artikolu 309 tat-TFUE; billi l-FEI huwa proprjetà tal-BEI (59,8 %), tal-UE (29,7 %) u tal-istituzzjonijiet finanzjarji (10,5 %) mill-Istati Membri, mir-Renju Unit u mit-Turkija;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Grupp tal-BEI għandu total tal-karta tal-bilanċ ta’ kważi EUR 600 biljun; billi l-Grupp tal-BEI jiddikjara li l-investiment totali tiegħu laħaq livell rekord ta’ EUR 88,8 biljun fl-2024, li minnhom EUR 50,7 biljun kienu relatati mal-klima u l-ambjent, EUR 16,2 biljun mal-SMEs u l-mid-caps, EUR 14,4 biljun mad-diġitilizzazzjoni u l-innovazzjoni teknoloġika u EUR 1 biljun mat-tisħiħ tas-sigurtà u d-difiża tal-Ewropa; billi l-proporzjon ta’ ingranaġġ tal-BEI żdied għal 290 %, u b’hekk ipprovda spazju addizzjonali għall-BEI biex jinvesti u jappoġġja l-kisba tal-objettivi tal-UE u l-politiki tagħha; billi l-investiment totali tal-Grupp tal-BEI huwa mistenni li jiżdied għal EUR 95 biljun fl-2025;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-BEI iżomm elementi finanzjarji fundamentali sodi u għandu klassifikazzjoni tal-kreditu AAA li hija pedament tal-kredibbiltà finanzjarja u l-kapaċità ta’ self tiegħu, u dan huwa essenzjali biex tinżamm il-fiduċja tal-investituri u jiġu żgurati kostijiet tat-teħid b’self baxxi;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-BEI jappoġġja l-politiki u l-proġetti tal-UE u huwa s-sieħeb ewlieni ta’ implimentazzjoni biex jiġu sfruttati l-mandati u l-garanziji tal-baġit tal-UE u b’hekk jiġi mmobilizzat investiment pubbliku u privat fuq skala kbira; billi l-BEI jiddikjara li madwar 90 % tal-investiment annwali tiegħu huwa impenjat għal proġetti fi ħdan l-UE u 10 % jintuża għal investimenti barra mill-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-FEI, bħala parti mill-Grupp tal-BEI, huwa entità speċjalizzata fl-appoġġ tal-objettivi ta’ politika tal-UE, inkluż fl-oqsma tal-intraprenditorija, il-ħolqien tal-impjiegi u l-koeżjoni ekonomika, u għandu rwol ewlieni fl-appoġġ tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) billi jtejjeb l-aċċess tagħhom għas-swieq finanzjarji, mill-kapital ta’ riskju sal-mikrofinanzjament; billi jenfasizza l-fatt li l-Grupp tal-BEI jappoġġja lill-kumpaniji fl-istadji kollha tal-iżvilupp;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi, sa Ġunju 2024, InvestEU huwa stmat li mmobilizza madwar EUR 280 biljun ta’ investimenti addizzjonali, li minnhom EUR 201 biljun oriġinaw mis-settur privat; billi l-pakkett InvestEU huwa kważi eżawrit;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-aħħar rapporti dwar il-futur tal-Unjoni Ewropea jappellaw għat-tisħiħ tal-kompetittività u l-produttività tal-UE, jenfasizzaw ir-rwol vitali tal-integrazzjoni tas-suq u jissottolinjaw il-ħtieġa li jitħaffef kemm l-investiment pubbliku kif ukoll dak privat biex tinbena Ewropa aktar b’saħħitha, aktar sikura, awtonoma u ġusta;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi r-rapport ta’ Draghi dwar il-kompetittività Ewropea jivvaluta li l-ħtiġijiet ta’ investimenti addizzjonali kkombinati fl-Ewropa huma ta’ bejn EUR 750 biljun u EUR 800 biljun fis-sena sal-2030; billi l-Grupp tal-BEI għandu rwol kruċjali biex jgħin jagħlaq id-diskrepanza kemm permezz tal-kapaċità ta’ self tiegħu stess kif ukoll billi jattira kapital privat biex jiffinanzja dawn il-ħtiġijiet ta’ investiment;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi, skont ir-rapport ta’ Draghi, il-kumpaniji tal-UE jonfqu anqas fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni (R&I) mill-kontropartijiet tagħhom fl-Istati Uniti u l-Ewropa tonqos b’mod persistenti milli tittrasforma r-riċerka u l-innovazzjoni f’kummerċjalizzazzjoni, b’mod partikolari f’setturi bħall-bijoteknoloġija, l-intelliġenza artifiċjali u l-enerġija rinnovabbli fil-kuntest ta’ nuqqas ta’ skala tal-UE u Suq Uniku, Unjoni Bankarja u Unjoni tas-Swieq Kapitali mhux kompluti; billi r-rapport ta’ Draghi jenfasizza d-diskrepanza ta’ 30 % fil-produttività bejn l-UE u l-Istati Uniti fl-2023 u jiddikjara li fattur ewlieni għal dan huwa l-fatt li l-Ewropa ma kinitx parti mir-rivoluzzjoni diġitali, xprunata mill-internet, u ż-żidiet fil-produttività assoċjati, filwaqt li jinnota li erba’ kumpaniji biss mill-aqwa 50 kumpanija tat-teknoloġija fid-dinja huma Ewropej;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi r-rapport ta’ Letta jistma li EUR 300 biljun tal-flus imfaddla fl-Ewropa ma jiġux investiti fl-Ewropa, iżda prinċipalment fl-Istati Uniti, minħabba n-nuqqas ta’ Unjoni tas-Swieq Kapitali integrata; billi l-President tal-Bank Ċentrali Ewropew tistma li l-kumpaniji fl-UE jistgħu jiġbru madwar EUR 470 biljun fis-sena f’finanzjament mis-swieq kapitali li kieku kellha titlesta l-Unjoni tas-Swieq Kapitali<FOOTNOTE><FIELD> Kummenti tal-ftuħ mill-President von der Leyen fil-konferenza stampa konġunta mal-President Michel wara l-laqgħa tal-Kunsill Ewropew speċjali tat-18 ta’ April 2024.</FIELD></FOOTNOTE>; billi s-Servizz ta’ Riċerka tal-Parlament Ewropew jistma li l-benefiċċji potenzjali ta’ suq finanzjarju tal-UE integrat bis-sħiħ u regolat b’mod aktar effettiv jilħqu sa EUR 159 biljun fis-sena fuq terminu twil kif ukoll il-benefiċċju ta’ progress ulterjuri fl-integrazzjoni tas-settur bankarju tal-UE jilħaq sa EUR 114-il biljun fis-sena;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-operazzjonijiet tal-BEI għandhom jikkontribwixxu għall-kisba tan-newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050, f’konformità mal-Ftehim ta’ Pariġi u mal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-NU, filwaqt li jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali; billi l-BEI ttimbra lilu nnifsu bħala l-bank klimatiku tal-UE fil-perspettiva tal-investimenti meħtieġa biex titwassal it-tranżizzjoni ekoloġika ġusta; billi l-Kummissjoni tistma li l-UE jeħtieġ li żżid l-investimenti annwali tagħha fl-enerġija, fl-innovazzjoni industrijali u fl-espansjoni u fis-sistema tat-trasport b’madwar EUR 480 biljun meta mqabbla mad-deċennju preċedenti<FOOTNOTE><FIELD> Il-Patt għal Industrija Nadifa: Pjan direzzjonali konġunt għall-kompetittività u d-dekarbonizzazzjoni (COM(2025)0085).</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi fid-dawl tal-kuntest ġeopolitiku attwali, l-iżvilupp tal-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea għandu rwol dejjem aktar importanti fis-suq intern; billi l-white paper tal-Kummissjoni dwar il-futur tad-difiża Ewropea tidentifika li investiment addizzjonali ta’ EUR 800 biljun huwa meħtieġ fis-settur tad-difiża fuq perjodu ta’ erba’ snin; billi l-BEI ħabbar li se jirdoppja l-finanzjament tiegħu għas-sigurtà u d-difiża minn EUR 1 biljun fl-2024 għal EUR 2 biljun fl-2025, filwaqt li jissalvagwardja l-istatus ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu AAA tiegħu;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-prezzijiet tal-akkomodazzjoni fl-UE żdiedu b’medja ta’ 48 % bejn l-2015 u l-2023, u l-kriżi tal-akkomodazzjoni taffettwa kważi l-Ewropa kollha, b’impatt dejjem akbar fuq il-klassi medja u mhux biss fuq dawk l-aktar vulnerabbli; billi d-data tal-BEI tindika ħtieġa annwali li jinbnew 1,5 miljun dar ġdida u li jiġu rinnovati ħames miljun oħra, li jirrikjedu investiment annwali ta’ bejn EUR 300 biljun u EUR 400 biljun; billi s-settur tal-akkomodazzjoni huwa ta’ interess ġenerali iżda qed jiffaċċja tnaqqis fl-investiment pubbliku, li jagħmel l-investiment kontinwu tal-BEI kruċjali għal dan is-settur; billi l-pjan ta’ azzjoni l-ġdid tal-BEI jipprevedi investiment ta’ EUR 10 biljun matul is-sentejn li ġejjin;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-fergħa tas-self tal-BEI Globali, li tnediet fl-2022, hija ta’ importanza kruċjali f’termini tal-pożizzjoni tal-Ewropa fid-dinja; billi l-BEI Globali huwa mistenni li jaġevola mill-anqas terz tal-EUR 300 biljun f’investiment li l-Global Gateway għandha l-ħsieb li tiġġenera sal-aħħar tal-2027;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi l-Parlament appella ripetutament għall-konklużjoni ta’ ftehim interistituzzjonali bejnu u l-BEI; billi l-Parlament iffirma ftehimiet ma’ diversi korpi tal-UE; billi l-Parlament u l-BEI jikkondividu storja twila ta’ kooperazzjoni intensiva, inklużi interazzjonijiet (mhux) leġiżlattivi u djalogu;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kummenti ġenerali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Japprezza r-rieda tal-BEI li jadatta lilu nnifsu f’konformità mar-rekwiżiti tal-politika tal-UE li qed jinbidlu, filwaqt li jirrispetta l-għanijiet fit-tul tiegħu; jilqa’ l-Pjan Direzzjonali Strateġiku għall-2024-2027 tal-Grupp tal-BEI, li jirrifletti l-prijoritajiet politiċi tal-UE; ifakkar li t-tmien oqsma ta’ prijorità miġbura fil-Pjan Direzzjonali Strateġiku huma: ir-rwol tal-BEI bħala l-bank klimatiku, id-diġitalizzazzjoni u l-użu ta’ teknoloġiji ġodda, l-industrija tas-sigurtà u tad-difiża, il-politika ta’ koeżjoni moderna, l-agrikoltura u l-bijoekonomija, l-infrastruttura soċjali tal-Ewropa, l-investimenti b’impatt għoli barra mill-UE, u l-unjoni tas-swieq kapitali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jenfasizza l-appell qawwi biex il-BEI jiżvolġi rwol saħansitra akbar sabiex titnaqqas id-diskrepanza fl-investiment tal-Ewropa li skont stima ta’ Mario Draghi hija ta’ EUR 800 biljun, li minnhom EUR 450 biljun huma meħtieġa għat-tranżizzjoni tal-enerġija biss; jistieden lill-Kummissjoni u lill-BEI jisfruttaw bis-sħiħ il-potenzjal tal-BEI biex jipprovdi appoġġ finanzjarju għall-prijoritajiet komuni tal-UE u jissodisfaw ir-rwol kruċjali tiegħu biex imexxi l-investiment meħtieġ għal tkabbir sostenibbli ġust u inklużiv, filwaqt li jimmassimizza l-kisbiet fl-innovazzjoni f’oqsma ta’ politika ewlenin tal-UE; jitlob li l-kontribuzzjoni tal-Grupp tal-BEI tissaħħaħ aktar fil-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) li jmiss, b’mod partikolari permezz ta’ strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji, li wrew li huma effettivi ħafna biex javvanzaw l-objettivi ta’ politika ewlenin tal-UE; iħeġġeġ lill-Istati Membri jipprovdu finanzjament suffiċjenti għal dan l-għan billi jassenjaw mandati lill-BEI u permezz ta’ żieda possibbli fil-kapital, u b’hekk jippermettu lill-BEI jimmobilizza investimenti li verament jissodisfaw il-ħtiġijiet pan-Ewropej u jsaħħu r-rilevanza tal-UE bħala attur globali; ifakkar li l-Kummissjoni l-ġdida stabbiliet għaliha nnifisha l-għan li tkun “Kummissjoni tal-investiment”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jisħaq li l-klassifikazzjoni tal-kreditu AAA tal-BEI hija essenzjali u vantaġġ ewlieni li jrid jiġi ppreżervat; iħeġġeġ lill-atturi rilevanti kollha jipproteġu u jiggarantixxu din il-klassifikazzjoni meta jadattaw il-politika u l-mandat ta’ self tal-BEI; jissottolinja li l-klassifikazzjoni hija bbażata, fost fatturi oħra, fuq il-pożizzjoni kapitali soda tagħha, il-kwalità u l-prestazzjoni eċċellenti tal-assi, l-affidabbiltà tal-kreditu tal-Istati Membri bħala l-garanti finali tagħha, u  l-fatt li l-BEI rrisponda għall-objettivi tal-politika tal-UE; jinnota li, bi klassifikazzjoni tal-kreditu AAA soda u qafas ta’ ġestjoni tar-riskju b’saħħtu, il-Grupp tal-BEI għandu s-saħħa finanzjarja meħtieġa biex iżid b’mod kostanti l-investimenti annwali tiegħu; jenfasizza l-fatt li l-klassifikazzjoni tal-kreditu u l-pożizzjoni finanzjarja tal-BEI jippermettulu wkoll jiżgura kundizzjonijiet ta’ finanzjament favorevoli fil-finanzjament ta’ proġetti ta’ interess pubbliku meta mqabbla ma’ banek kummerċjali privati, filwaqt li jiżgura ċ-ċertezza u l-kosteffettività, u jippermettilu jassorbi fluttwazzjonijiet potenzjali fir-redditi, iżomm il-fiduċja tal-investituri u jrażżan il-kostijiet tas-self; jissottolinja li l-BEI għandu jisfrutta l-istatus privileġġat tiegħu biex jieħu riskji akbar fil-finanzjament tal-beni pubbliċi u investimenti strateġiċi Ewropej; jieħu nota tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Gvernaturi tal-BEI li jżid il-limitu tal-proporzjon ta’ ingranaġġ tal-BEI minn 250 % għal 290 %; jisħaq li l-BEI għandu jikkalibra b’mod adegwat l-intervent tiegħu biex jiżgura li ma jeskludix l-investimenti privati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jinnota li l-volum ta’ investiment tal-BEI meta mqabbel mal-PDG fost il-pajjiżi Ewropej ivarja minn 0,1 %<FOOTNOTE><FIELD> L-aktar proporzjonijiet baxxi huma tal-Irlanda, il-Latvja u l-Ungerija.</FIELD></FOOTNOTE> għal 1,4 % għas-sena 2024; jistieden lill-Grupp tal-BEI jiżgura distribuzzjoni ġeografika aktar bilanċjata tal-investimenti li għandhom l-għan li jimmassimizzaw l-impatt tiegħu fir-reġjuni kollha tal-UE biex jippromwovi tkabbir koeżiv u inklużiv madwar l-UE, b’attenzjoni partikolari għaż-żoni sottorappreżentati u anqas żviluppati; jistieden lill-BEI jkompli jiffoka fuq pjanijiet ta’ investiment li għandhom l-għan li jnaqqsu d-diskrepanza bejn ir-reġjuni l-aktar żviluppati tal-UE u ż-żoni insulari, iż-żoni interni, ir-reġjuni ultraperiferiċi, iż-żoni b’ekonomija batuta u dawk il-partijiet kollha tal-UE li huma fi żvantaġġ minħabba fatturi naturali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu simplifikati, ottimizzati u kkonsolidati l-proċessi u l-mandati attwali u futuri tal-BEI sabiex jissaħħu s-sinerġiji, l-effettività u l-effiċjenza; jissuġġerixxi l-iżvilupp u l-introduzzjoni ta’ ġabra unika ta’ regoli, b’sett uniformi ta’ regoli finanzjarji,  biex tiffunzjona bħala qafas unifikat f’diversi programmi tal-UE u tissimplifika l-implimentazzjoni għas-sħab, li se tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-operazzjonijiet tal-BEI;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li jitnaqqsu il-piż amministrattiv u l-kostijiet ta’ rappurtar, kif ukoll li jiġu ssimplifikati l-proċeduri għall-proġetti ffinanzjati mill-BEI, b’mod partikolari għall-SMEs u għal inizjattivi xprunati mill-innovazzjoni fuq skala iżgħar; jissottolinja li proċess aktar simplifikat jista’ jżid l-impatt u l-kapaċità ta’ rispons tal-BEI; jilqa’, f’dan ir-rigward, l-istabbiliment ta’ punti uniċi ta’ servizz biex jiġu offruti appoġġ finanzjarju u gwida teknika koordinati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jirrikonoxxi l-impenn tal-BEI għal riformi biex iqassar iż-żmien għat-tqegħid fis-suq, b’mira ta’ tnaqqis ta’ 30 % sal-aħħar tal-2024 u tnaqqis ta’ 50 % matul il-perjodu 2024-2026; jinnota li l-implimentazzjoni ta’ dawn ir-riformi qed tiġi aċċellerata biex titnaqqas il-burokrazija, jiġu msaħħa sinerġiji fil-Grupp, jiġu awtomatizzati u simplifikati l-proċeduri interni u tittejjeb l-kosteffiċjenza; jistieden lill-Kummissjoni u lill-BEI jivvalutaw aktar kif iħaffu ż-żmien għat-tqegħid fis-suq tal-BEI kif ukoll jissimplifikaw il-mandati ta’ finanzjament mingħajr ma jikkompromettu l-istandards tal-awditjar jew it-trasparenza; jitlob lill-Bank jintensifika l-isforzi tiegħu fid-diġitalizzazzjoni  tal-operazzjonijiet tiegħu;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">It-tnaqqis tad-diskrepanza fl-investiment u t-trawwim tal-kompetittività</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jenfasizza r-rwol importanti tal-Grupp tal-BEI bħala korp ta’ investiment pan-Ewropew u internazzjonali fil-mobilizzazzjoni ta’ finanzjament kemm pubbliku kif ukoll privat għall-prijoritajiet tal-UE u fl-appoġġ lill-Istati Membri fil-finanzjament ta’ investimenti essenzjali u strateġiċi  u l-għanijiet ta’ politika tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Ifakkar, madankollu, li l-operazzjonijiet tal-BEI huma min-natura tagħhom limitati u jista’ jiżvolġu biss rwol ta’ appoġġ fl-indirizzar tad-diskrepanza sinifikanti fl-investiment; itenni li unjoni ekonomika u monetarja aktar integrata kif ukoll arkitettura ekonomika msaħħa u koordinazzjoni effettiva jappoġġjaw l-operazzjonijiet tal-BEI; jappella, għalhekk, għal progress rapidu u sostanzjali fir-rigward tal-unjoni tas-swieq kapitali, b’mod partikolari permezz ta’ passi konkreti dwar l-unjoni tat-tfaddil u l-investimenti mnedija reċentement, it-tlestija tal-unjoni bankarja, kif ukoll, fejn xieraq, l-istabbiliment ta’ strumenti u għodod ta’ investiment fil-livell tal-UE mfassla biex jimminimizzaw l-kost għall-kontribwenti tal-UE u jimmassimizzaw l-effiċjenza fil-provvista ta’ beni pubbliċi Ewropej;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jafferma li swieq kapitali aktar integrati u suq uniku aktar profond huma wkoll pedamenti essenzjali għall-operazzjonijiet tal-BEI; jilqa’ l-pjan direzzjonali strateġiku tal-BEI, li jpoġġi lill-unjoni tas-swieq kapitali fil-quċċata tal-aġenda tiegħu; iqis li unjoni tat-tfaddil u tal-investimenti kompluta b’mod adegwat se ġġib benefiċċji kemm għall-konsumaturi kif ukoll għall-SMEs billi tipprovdi opportunitajiet ta’ investiment b’rendiment għoli fl-ekonomija reali, u fl-aħħar mill-aħħar se ssaħħaħ is-suq tal-kapital ta’ riskju, li huwa meqjus bħala ta’ riskju akbar meta mqabbel ma’ forom oħra ta’ investiment, billi tiffaċilita l-aċċess għal sorsi ta’ finanzjament aktar diversifikati; jenfasizza li l-attur pubbliċi Ewropew rilevanti għandhom jikkontribwixxi għall-unjoni tat-tfaddil u l-investimenti u jilqa’ r-rieda tal-BEI li jniedi proġetti pilota u inizjattivi konkreti oħra f’dan il-qasam;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Grupp tal-BEI jsaħħu l-isforzi biexjiksbu l-objettivi tal-Boxxla għall-Kompetittività u l-unjoni tat-tfaddil u tal-investimenti billi jimmobilizzaw il-kapital privat għal investimenti produttivi, jappoġġjaw l-innovazzjoni matul iċ-ċikli tal-ħajja tal-kumpaniji, il-finanzjament ta’ kapital ta’ riskju u aktar finanzjament mill-ekwità ta’ riskju għoli fl-istart-ups u l-iscale-ups; jissottolinja li strumenti ta’ riskju ogħla bħall-ekwità u d-dejn ta’ riskju jridu jintużaw b’oqfsa ċari ta’ riskju u b’indikaturi tal-prestazzjoni li jistgħu jitkejlu; iħeġġeġ lill-BEI jespandi l-finanzjament għan-negozji li huma proprjetà tan-nisa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jirrikonoxxi r-rwol ċentrali tal-SMEs, bħala s-sinsla tal-ekonomija Ewropea, fl-ixprunar tat-tkabbir ekonomiku, fit-trawwim tal-innovazzjoni, fil-ħolqien tal-impjiegi u fil-promozzjoni tal-koeżjoni territorjali; ifakkar, f’dan ir-rigward, li l-24 miljun SME tal-UE jirrappreżentaw 99 % tan-negozji kollha, jipprovdu madwar żewġ terzi tal-impjiegi kollha u jiġġeneraw aktar minn 50 % tal-valur miżjud kollu prodott min-negozji tal-UE; jissottolinja li l-appoġġ għall-SMEs huwa objettiv ewlieni għall-Grupp tal-BEI u li aċċess akbar għall-kreditu, il-ħolqien ta’ strumenti finanzjarji mfassla apposta u investimenti mmirati fl-SMEs jistgħu jiġġeneraw impatt pożittiv mifrux billi jikkontribwixxu għar-reżiljenza ekonomika tal-Unjoni, għall-kompetittività tal-ktajjen tal-produzzjoni lokali u għat-tranżizzjonijiet diġitali u sostenibbli tal-ekonomiji reġjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Iħeġġeġ lill-BEI jżomm u jsaħħaħ ir-rwol tiegħu fl-iffaċilitar tal-aċċess għall-finanzjament għall-SMEs u l-istart-ups, li ta’ spiss jiltaqgħu ma’ ostakli meta jfittxu finanzjament minn istituzzjonijiet finanzjarji tradizzjonali, filwaqt li jipprovdi finanzjament immirat biex jiżgura riżorsi suffiċjenti ħalli jikbru u jirnexxu; jirrimarka li l-SMEs għadhom qed jiffaċċjaw sfidi minħabba rati tal-imgħax u kostijiet tal-materja prima u tal-enerġija għoljin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jilqa’ r-rwol tal-FEI fil-finanzjament ta’ start-ups u scale-ups fl-Ewropa, inkluż permezz tal-attivitajiet tiegħu fis-suq Ewropew tal-kapital ta’ riskju; jisħaq li l-istrumenti tal-FEI jridu jibqgħu faċilment aċċessibbli għal applikanti iżgħar, u jistieden lill-FEI jissimplifika l-proċeduri ta’ applikazzjoni tiegħu kif xieraq; jappella għal żieda fil-baġit tal-FEI ddedikat għall-ekosistema tal-kapital ta’ riskju tal-UE, f’konformità mar-rakkomandazzjoni tar-rapport ta’ Draghi; jappella wkoll għall-introduzzjoni ta’ garanziji kontra l-ewwel telf u ta’ strumenti konvertibbli mmirati lejn start-ups u scale-ups;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jenfasizza r-rwol tal-Grupp tal-BEI bħala kontributur ewlieni għall-iżvilupp tal-ekosistema Ewropea tal-kapital ta’ riskju u tal-ekwità privata, iżda jinnota li hemm bżonn ta’ aktar ħidma biex tiġi appoġġjata l-innovazzjoni Ewropea ħalli l-istart-ups jiġu pprovduti aktar opportunitajiet biex jespandu u jaċċessaw il-finanzjament matul iċ-ċiklu tan-negozju tagħhom; jinnota li, għalkemm sehem sinifikanti tal-investiment privat jgħaddi diġà minn fondi ta’ kapital ta’ riskju, għadu mhuwiex biżżejjed u huwa distribwit b’mod mhux uniformi madwar l-Istati Membri; jissottolinja li unjoni tas-swieq kapitali tista’ tgħin biex jiġi indirizzat dan l-iżbilanċ u jittejjeb l-aċċess għall-finanzjament madwar l-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jisħaq li l-istrumenti finanzjarji li jnaqqsu r-riskju u l-garanziji baġitarji pprovduti mill-UE wrew li huma għodod b’saħħithom; iqis li t-tnaqqis tar-riskji għandu jibqa’ għaddej b’mod effettiv, b’mod partikolari għall-investimenti f’setturi innovattivi u strateġiċi; huwa mħasseb li, skont l-evalwazzjoni interim tal-programm InvestEU, mingħajr tisħiħ baġitarju, il-pakketti għal ħafna prodotti finanzjarji jistgħu jispiċċaw sa tmiem l-2025; jilqa’, f’dan ir-rigward, il-proposta tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Frar 2025 li tipprovdi finanzjament addizzjonali lil InvestEU; jappella għal distribuzzjoni ġeografika bbilanċjata tal-finanzjament fl-ambitu ta’ InvestEU, b’mod partikolari fir-rigward ta’ Stati Membri iżgħar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Ifakkar li l-garanziji baġitarji tal-UE huma mirfuda minn fondi tal-kontribwenti u li l-inadempjenzi fuq proġetti appoġġjati mill-BEI jista’ jkollhom impatt dirett fuq il-baġit tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jilqa’ l-espansjoni kontinwa tan-network tal-BEI ta’ banek promozzjonali Ewropej u istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħra biex jgħin biex ikompli jingrana l-investiment pubbliku u privat, u biex jiżgura kopertura ġeografika u settorjali wiesgħa; ifakkar li InvestEU huwa 75 % implimentat mill-BEI; jappella biex il-komponent tal-istrument finanzjarju tal-Fond għall-Kompetittività jagħmel użu mill-għarfien espert tal-banek u tal-istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali, b’mod partikolari mill-għarfien tagħhom dwar atturi lokali u reġjonali; jappella, f’dak il-kuntest, biex it-taħlit tal-istrumenti bejn il-BEI u l-banek u tal-istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali jiġi esplorat aktar, filwaqt li jiġi żgurat li tali strumenti ma jikkompromettux il-fondi diġà ddedikati għal dawn il-banek;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jitlob lill-BEI jżid is-self konċessjonali tiegħu lill-intermedjarji finanzjarji lokali u nazzjonali, inkluż lill-konsorzji ta’ garanzija tal-kreditu, lill-istituzzjonijiet mikrofinanzjarji, lill-banek etiċi u lill-istrutturi ta’ garanzija kollettiva li jaħdmu biex jiffaċilitaw l-aċċess għall-kreditu għall-SMEs, b’enfasi partikolari fuq iż-żoni rurali, iż-żoni interni u insulari, ir-reġjuni ultraperiferiċi, u ż-żoni li għaddejjin minn tranżizzjonijiet ekonomiċi u ambjentali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-konsolidazzjoni tar-rwol tal-BEI bħala l-bank klimatiku tal-UE</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jirrikonoxxi r-rwol tal-BEI bħala bank klimatiku u l-allinjament tiegħu mal-qafas ta’ finanzjament sostenibbli tal-UE, inkluża l-integrazzjoni, fejn applikabbli, tal-kriterji tat-tassonomija<FOOTNOTE><FIELD> Il-Bank Ewropew tal-Investiment, <STRING ITALIC="on">European Investment Bank Climate Action and Environmental Sustainability– List of eligible sectors and eligibility criteria</STRING> (Il-Bank Ewropew tal-Investiment, l-Azzjoni Klimatika u s-Sostenibbiltà Ambjentali – Lista ta’ setturi eliġibbli u kriterji ta’ eliġibbiltà), 2024.</FIELD></FOOTNOTE>, l-appoġġ għat-tranżizzjoni billi jipprovdi finanzjament f’teknoloġiji sostenibbli u nodfa u jappoġġja l-isforzi tal-Unjoni għad-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija tal-UE; ifakkar li l-flussi finanzjarji tal-BEI jridu jkunu konsistenti mal-għan tal-UE tan-newtralità klimatika sal-2050 u l-objettivi klimatiċi għall-2030; jinnota li l-klijenti korporattivi kollha tal-finanzjament mill-BEI huma kuntrattwalment meħtieġa jippubblikaw strateġija kredibbli ta’ allinjament ta’ Pariġi (“pjanijiet ta’ dekarbonizzazzjoni”)<FOOTNOTE><FIELD> Il-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment, <STRING ITALIC="on">Paris Alignment Framework – Low carbon</STRING> (Qafas ta’ Allinjament ta’ Pariġi – Livelli Baxxi ta’ Emissjonijiet ta’ Karbonju), Verżjoni 1.1, 2023; Il-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment, <STRING ITALIC="on">EIB Group Climate Bank Roadmap 2021-2025</STRING> (Pjan Direzzjonali tal-Bank Klimatiku għall-2021-2025 tal-Grupp tal-BEI), Novembru 2020.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jilqa’ l-investimenti klimatiċi u ambjentali tal-BEI, li ammontaw għal total ta’ EUR 50,7 biljun fl-2024, u li b’hekk qabżu l-mira li mill-anqas 50 % tal-finanzjament totali jiġi investit fl-azzjoni klimatika u s-sostenibbiltà ambjentali; jistieden lill-BEI jżomm il-livell għoli ta’ ambizzjoni tiegħu, filwaqt li jenfasizza li dan l-impenn isaħħaħ il-kompetittività, is-sigurtà tal-enerġija u r-reżiljenza industrijali tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Ifakkar li t-tranżizzjoni klimatika trid tkun inklużiva, ekwa u kompetittiva, u li l-investimenti ekoloġiċi jridu jkunu vijabbli; jistenna li l-BEI, għalhekk, jimmobilizza s-self, l-istrumenti finanzjarji, l-assistenza teknika u s-servizzi ta’ konsulenza tiegħu biex jappoġġja liċ-ċittadini u lin-negozji li qed jiffaċċjaw sfidi soċjoekonomiċi li jirriżultaw mill-isforzi tagħhom biex jiksbu newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2025; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu appoġġjati r-ristrutturar industrijali, it-taħriġ mill-ġdid tal-forza tax-xogħol, u l-ħolqien ta’ opportunitajiet ġodda ta’ impjieg fir-reġjuni affettwati; jistieden lill-BEI jappoġġja proġetti li jagħtu aċċess affordabbli għal enerġija rinnovabbli, akkomodazzjoni u servizzi pubbliċi, inizjattivi mmexxija mill-komunità u proġetti żgħar b’enfasi partikolari fuq il-ġlieda kontra l-faqar enerġetiku bħala prijorità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jilqa’ l-investimenti tal-BEI fl-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza tal-enerġija, l-interkonnetturi, u l-grilji u l-ħżin tal-elettriku, inkluż l-appoġġ tiegħu għall-pjan REPowerEU; jissottolinja l-importanza li ssir enfasi fuq proġetti b’impatt ekonomiku għoli u benefiċċji klimatiċi li jistgħu jitkejlu; jistieden lill-BEI jiżvolġi rwol fil-mobilizzazzjoni tal-kapital privat għall-investimenti fil-grilja b’appoġġ għal prezzijiet tal-enerġija aktar baxxi; jirrikonoxxi, b’mod partikolari, iż-żieda fl-investiment fit-teknoloġiji emerġenti għall-elettrifikazzjoni u d-dekarbonizzazzjoni, filwaqt li jirrikonoxxi r-rwol tagħhom fl-appoġġ għat-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika billi jitnaqqsu l-emissjonijiet minn setturi industrijali diffiċli sabiex jitrażżnu, filwaqt li jesprimi tħassib dwar l-impatt potenzjali tagħhom fuq il-provvista tal-ilma f’ċerti reġjuni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li jiġu indirizzati l-kostijiet għoljin tal-enerġija fl-UE biex tissaħħaħ il-kompetittività tal-kumpaniji Ewropej; jirrimarka li provvista stabbli tal-enerġija bi prezzijiet kompetittivi hija waħda mill-pedamenti għal politika industrijali ta’ suċċess; jistieden lill-Grupp tal-BEI jappoġġja b’mod speċjali l-SMEs li qed jiffaċċjaw pressjonijiet mill-kostijiet relatati mal-enerġija, inkluż permezz ta’ finanzjament immirat u servizzi ta’ konsulenza biex jittejbu l-effiċjenza u r-reżiljenza tal-enerġija; jistieden lill-BEI jkompli jappoġġja l-industriji intensivi fl-enerġija, sabiex jiġi żgurat li dan is-settur strateġiku ħafna jkun f’pożizzjoni li jimmaniġġja b’suċċess it-tranżizzjoni tal-enerġija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jieħu nota tar-rwol ta’ sorveljanza interna tal-Kumitat tal-Verifika tal-BEI; jirrimarka li ma titwettaq l-ebda sorveljanza prudenzjali esterna f’konformità ma’ standards superviżorji aċċettati internazzjonalment, ħlief fil-qasam tal-ġestjoni tal-likwidità; iħeġġeġ lill-Bord tal-Gvernaturi tiegħu, minħabba d-daqs, il-kumplessità u l-ispeċifiċitajiet tal-mudell kummerċjali tal-BEI, jistabbilixxi arranġamenti xierqa biex jikkonforma mal-ogħla standards ta’ sorveljanza prudenzjali esterna, filwaqt li jqis l-adattamenti meħtieġa derivati mill-mudell kummerċjali uniku tal-BEI;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jinnota li, f’dinja mimlija inċertezza, l-investimenti għandhom ikunu ffukati fuq it-tħejjija tal-UE biex tiffaċċja xokkijiet; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ aktar investiment fl-adattament u r-reżiljenza għat-tibdil fil-klima; iħeġġeġ aktar riċerka u żvilupp, inkluż ta’ teknoloġiji innovattivi, għat-tħejjija għat-tibdil fil-klima; jappella għat-titjib tal-aċċess għall-finanzjament mill-SMEs f’teknoloġiji ekoloġiċi innovattivi; ifakkar li t-teknoloġija nadifa ssaħħaħ is-sovranità tal-UE u hija essenzjali għall-kompetittività, iżda għadha qed tiffaċċja sfidi ta’ finanzjament saħansitra akbar minħabba l-primjum ekoloġiku b’paragun mat-teknoloġiji eżistenti; jenfasizza li r-rapport ta’ Draghi jappella għal aktar skemi ta’ garanzija pubblika u kontrogaranzija biex ikopru r-riskji ta’ investiment ta’ proġetti ta’ manifattura ta’ teknoloġija nadifa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Ifakkar li l-BEI kien l-ewwel emittent ta’ bonds ekoloġiċi u issa huwa l-akbar emittent f’diversi muniti ta’ bonds ekoloġiċi; jilqa’ l-fatt li fit-2 ta’ April 2025, il-BEI ħareġ l-ewwel Bonds għal Kuxjenza Dwar il-Klima tiegħu allinjati mar-Regolament dwar l-Istandard tal-Bonds Ekoloġiċi Ewropej<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2023/2631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Novembru 2023 dwar il-Bonds Ekoloġiċi Ewropej u d-divulgazzjonijiet fakultattivi għall-bonds ikkummerċjalizzati bħala ambjentalment sostenibbli u għall-bonds marbuta mas-sostenibbiltà (ĠU L, 2023/2631, 30.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2631/oj).</FIELD></FOOTNOTE>; jenfasizza r-rwol ewlieni tal-BEI fl-iżvilupp tas-suq tal-bonds ekoloġiċi, billi jipprovdi soluzzjonijiet ta’ finanzjament lil kumpaniji sostenibbli; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Grupp tal-BEI jżommu t-tmexxija tal-UE fil-bonds ekoloġiċi u diġitali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Ifakkar fl-impenn tal-BEI għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika u l-Qafas Globali tal-Bijodiversità wara l-2020, u jappoġġja l-investimenti tal-BEI fil-protezzjoni tal-bijodiversità u l-preservazzjoni tar-riżorsi naturali; jilqa’ l-ftehim tal-BEI u tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent biex japprofondixxu l-kollaborazzjoni tagħhom dwar il-bijodiversità u l-azzjonijiet dwar il-klima; jenfasizza li sabiex jinkisbu l-benefiċċji fit-tul tar-restawr, tal-konservazzjoni u tal-protezzjoni tal-bijodiversità u tan-natura, għandhom ikunu disponibbli skemi ta’ finanzjament attraenti għall-benefiċjarji potenzjali biex jinvolvu ruħhom f’tali prattiki fuq bażi volontarja;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Finanzjament tal-paċi, is-sigurtà u d-difiża </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jilqa’ l-approċċ proattiv tal-BEI fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża; jenfasizza l-fatt li l-investiment f’dan is-settur irdoppja fl-2024 għal EUR 1 biljun, bil-BEI jippjana li jerġa’ jirdoppja dan l-ammont fl-2025 għal rekord ta’ EUR 2 biljun; jisħaq li investiment akbar tal-BEI fis-settur tad-difiża jista’ jinkoraġġixxi l-investiment tal-banek kummerċjali fis-settur; jinnota, madankollu, li dawn l-ammonti jirrappreżentaw anqas minn 1,1 % tal-investimenti tal-BEI għall-2024 (EUR 88,8 biljun), u 2,2 % tal-objettivi ta’ finanzjament tiegħu għall-2025 (EUR 95 biljun) u jenfasizza li dawn jista’ jkollhom biss rwol komplementari fl-indirizzar tal-istima ta’ EUR 33,6 biljun sa EUR 48 biljun f’finanzjament ġdid meħtieġ sal-2030 għall-kumpaniji tad-difiża biex jissodisfaw iż-żieda fl-ordnijiet mistennija skont il-pjan ta’ riarm Europe/Readiness 2030; jisħaq li l-finanzjament fil-livell Ewropew huwa essenzjali biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet sinifikanti ta’ finanzjament tal-Istati Membri; jissottolinja li kwalunkwe finanzjament strutturali Ewropew għad-difiża fil-futur irid jitfassal b’kundizzjonalitajiet ċari u b’sorveljanza b’saħħitha, filwaqt li jitqiesu t-tagħlimiet meħuda minn strumenti eżistenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jappoġġja r-rwol kontinwu u msaħħaħ tal-BEI fit-tisħiħ tas-sigurtà tal-Ewropa permezz ta’ investimenti mmirati kemm fl-infrastruttura tad-difiża kif ukoll f’dik ċivili, u jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu kkonċentrati investimenti strateġiċi fi proġetti li jagħtu valur miżjud Ewropew u f’teknoloġiji b’użu doppju li jikkontribwixxu kemm għall-objettivi ċivili kif ukoll għal dawk tad-difiża, f’konformità mal-għanijiet ġenerali tal-UE li trawwem l-innovazzjoni u ssaħħaħ is-sigurtà u r-reżiljenza tal-Unjoni; jisħaq li l-innovazzjoni effettiva fid-difiża tiddependi minn kollaborazzjoni mill-qrib bejn l-akkademja, l-istituzzjonijiet tar-riċerka u l-industrija privata, u jħeġġeġ lill-BEI jaġixxi bħala katalizzatur fl-istrutturar sħubijiet pubbliċi-privati fit-tul permezz ta’ strumenti finanzjarji mmirati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jilqa’ l-pjan tal-BEI li jirrevedi l-qafas operattiv tiegħu, li jistabbilixxi għan ta’ politika pubblika trasversali ddedikat biex isaħħaħ il-paċi u s-sigurtà tal-Ewropa, appoġġjat minn allokazzjoni finanzjarja u kapitali ambizzjuża<FOOTNOTE><FIELD> Ittra tal-President tal-BEI Nadia Calviño lill-mexxejja tal-UE tal-4 ta’ Marzu 2025.</FIELD></FOOTNOTE>; jappoġġja, għalhekk, id-deċiżjoni tal-Bord tal-BEI tal-21 ta’ Marzu 2025 biex l-Inizjattiva Strateġika għas-Sigurtà Ewropea tal-BEI għall-2022 tiġi integrata f’objettiv ta’ politika pubblika permanenti u trasversali, li jikkomplementa l-għanijiet eżistenti tal-politika pubblika; jissottolinja, madankollu, li kwalunkwe attività fil-qasam tad-difiża trid tkun soġġetta għal parametri finanzjarji xierqa, valutazzjoni tar-riskju regolari u sorveljanza trasparenti u trid tkun akkumpanjata minn proċeduri ta’ ġestjoni tar-riskju b’saħħithom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jilqa’ l-inizjattiva konġunta tal-Kummissjoni u tal-Grupp tal-BEI li tistabbilixxi, permezz tas-sussidjarja tal-BEI l-FEI, fond ta’ fondi msejjaħ il-Faċilità tal-Ekwità tad-Difiża, b’baġit ta’ EUR 175 miljun bejn l-2024 u l-2027, li jappoġġja l-investiment privat fl-SMEs Ewropej li jiżviluppaw teknoloġiji innovattivi tad-difiża b’użu doppju, u li jgħin fl-indirizzar tal-ħtiġijiet ta’ finanzjament mill-bejgħ ta’ ishma tal-kumpaniji fil-bażi teknoloġika u industrijali tad-difiża tal-UE, stmat għal bejn EUR 6,8 biljun u EUR 20 biljun sal-2030, biex tiġi ssodisfata ż-żieda fl-ordnijiet antiċipata skont il-pjan ta’ ReArm Europe/Prontezza 2030;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jirrikonoxxi d-deċiżjoni tal-Bord tal-BEI tal-21 ta’ Marzu 2025 li jwessa’ l-kriterji ta’ eliġibbiltà tal-Grupp tal-BEI għall-investimenti fis-sigurtà u d-difiża, filwaqt li jillimita l-attivitajiet esklużi, f’konformità mal-proposti approvati mill-mexxejja tal-UE fil-Kunsill Ewropew fis-6 ta’ Marzu 2025, kif ukoll l-approvazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni għas-Sigurtà u d-Difiża tal-Grupp tal-BEI f’Mejju 2024, bl-għan li jissaħħaħ l-appoġġ għall-industrija tas-sigurtà u d-difiża tal-UE; jinnota li, skont dan il-Pjan, il-Grupp tal-BEI jipprovdi finanzjament lill-SMEs u lill-istart-ups innovattivi li joperaw fis-settur tas-sigurtà u tad-difiża f’konformità mal-prinċipju ta’ “użu doppju”, filwaqt li jżomm ir-rekwiżit ta’ “użu ċivili kredibbli” u ma jkomplix it-test tad-dħul;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jieħu nota tad-deċiżjoni tal-Bord tal-BEI tal-21 ta’ Marzu 2025 li mhux se jkun hemm limitu massimu fiss għall-investimenti fis-sigurtà u d-difiża, b’ammonti ta’ finanzjament li għandhom jiġu ddeterminati kull sena fil-Pjan Operazzjonali tal-Grupp tal-BEI; jitlob lill-BEI jiċċara l-implikazzjonijiet potenzjali ta’ dik id-deċiżjoni għal oqsma ta’ politika oħra u l-operazzjonijiet ġenerali tal-BEI;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jissuġġerixxi li l-BEI għandu jirrifletti u jevalwa kontinwament ir-rwol tiegħu, kif ukoll l-ambitu tal-investimenti eliġibbli, fil-kontribut għall-paċi u s-sigurtà tal-Ewropa kif deskritt fil-white paper tal-Kummissjoni dwar il-futur tad-difiża Ewropea, b’mod partikolari fid-dawl tal-ħtieġa urġenti li jespandi s-settur Ewropew tad-difiża u li jiġu żgurati sigurtà fit-tul u awtonomija strateġika; iwissi li kwalunkwe aġġustament għall-kriterji ta’ eliġibbiltà jew finanzjament tal-Grupp tal-BEI sabiex jallinja mal-prijoritajiet il-ġodda jrid jissalvagwardja l-pożizzjoni finanzjarja tal-Grupp u jiżgura finanzjament effettiv ta’ prijoritajiet strateġiċi oħra tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jemendaw il-lista ta’ esklużjoni tal-BEI sabiex ikun possibbli l-finanzjament tal-armi u tal-munizzjon lil hinn minn sempliċi teknoloġiji b’użu doppju, u b’hekk jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-industrija Ewropea tad-difiża;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-indirizzar tal-isfidi fl-infrastruttura soċjali, il-politika ta’ koeżjoni u l-akkomodazzjoni </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jilqa’ l-prijoritajiet strateġiċi ewlenin tal-BEI biex isaħħaħ l-infrastruttura soċjali tal-Ewropa u politika ta’ koeżjoni moderna għal tkabbir inklużiv u sostenibbli madwar l-Ewropa; japprezza li fl-Orjentazzjoni dwar il-Koeżjoni għall-perjodu 2021-2027 tiegħu, il-BEI impenja ruħu li jiddedika mill-anqas 40 % tal-finanzjament totali tiegħu fl-UE bejn l-2022 u l-2024 għal proġetti fir-reġjuni ta’ koeżjoni, u li fl-2024, tali finanzjament kien jammonta għal 48 % tal-għoti b’self totali tal-UE; jistieden lill-BEI jkompli jappoġġja l-iżvilupp tal-infrastruttura, inklużi l-investimenti fil-ferroviji, fil-kura tas-saħħa u fl-infrastruttura soċjali, li huma kruċjali għall-koeżjoni soċjali u ekonomika, għar-reżiljenza u għat-tkabbir inklużiv; jenfasizza li fost l-inċertezzi ġeopolitiċi u ekonomiċi, il-BEI jista’ jipprovdi soluzzjonijiet fit-tul biex jindirizza l-kriżi tal-għoli tal-ħajja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jenfasizza r-rwol kruċjali tal-iżvilupp tal-ħiliet fl-ixprunar tat-tkabbir, l-impjieg u l-kompetittività sostenibbli u fit-tul fl-UE; jissottolinja li l-inizjattivi ta’ finanzjament li għandhom l-għan li jagħtu spinta lill-kapital uman irawmu mhux biss l-innovazzjoni u l-produttività u jindirizzaw il-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, iżda wkoll isaħħu l-koeżjoni soċjali u r-reżiljenza ekonomika; jistieden lill-BEI jżid l-investimenti fl-edukazzjoni, it-taħriġ, it-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid, kif ukoll fis-saħħa, f’koordinazzjoni u f’kooperazzjoni mill-qrib mal-inizjattivi tal-Istati Membri f’dawn l-oqsma, bl-għan li jikkomplementa u jsaħħaħ l-impatt tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jilqa’ l-impenn tal-BEI li jindirizza l-isfida tal-falliment doppju tas-suq fis-settur tal-akkomodazzjoni, inkluża l-provvista insuffiċjenti ta’ akkomodazzjoni ġdida li tkun affordabbli u effiċjenti fl-użu tal-enerġija, kif ukoll il-falliment tas-suq li tiżdied l-effiċjenza enerġetika tal-istokk ta’ akkomodazzjoni eżistenti; jinnota d-differenzi kemm fil-politiki kif ukoll fid-daqs tal-fallimenti tas-suq imsemmija hawn fuq bejn l-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jilqa’ l-“Pjan ta’ Azzjoni għal Akkomodazzjoni Affordabbli u Sostenibbli” tal-BEI b’investimenti ppjanati ta’ EUR 10 biljun matul is-sentejn li ġejjin; jiġbed l-attenzjoni għall-eżitu tal-laqgħa ta’ analiżi u tal-partijiet ikkonċernati tal-Grupp tal-BEI, li enfasizzat diskrepanza annwali fl-investiment pubbliku u privat stmata ta’ bejn EUR 300 biljun u EUR 400 biljun meħtieġa biex jinbnew 1,5 miljun unità ta’ akkomodazzjoni ġdida u biex jiġu rinnovati 5 miljun unità addizzjonali kull sena; iħeġġeġ lill-BEI jimmobilizza saħansitra aktar finanzjament għal proġetti ta’ akkomodazzjoni affordabbli fost l-Istati Membri; jistieden lill-BEI jiffoka fuq l-iżvilupp urban sostenibbli billi jiżgura li l-ħtiġijiet tal-akkomodazzjoni u tal-infrastruttura tal-UE jiġu ssodisfati għal Ewropa aktar b’saħħitha, sostenibbli, aktar koeżiva u prospera, inklużi investimenti fl-irkupru tal-infrastruttura eżistenti, b’enfasi fuq l-appoġġ ta’ proġetti ta’ riġenerazzjoni urbana u proġetti li jikkonvertu bini antik jew abbandunat f’akkomodazzjoni soċjali moderna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jistieden lill-BEI jqis il-piż differenzjat tal-kostijiet tal-akkomodazzjoni fuq gruppi ta’ introjtu u strutturi tal-familja differenti, speċjalment peress li xi gruppi b’introjtu baxx jinsabu f’riskju ta’ emarġinazzjoni; iħeġġeġ lill-BEI jikkollabora ma’ banek Ewropej oħra ta’ investiment pubbliku, istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi lokali, gvernijiet lokali u kumpaniji kooperattivi u soċjali tal-akkomodazzjoni biex jiġu ffinanzjati soluzzjonijiet għall-akkomodazzjoni għal gruppi vulnerabbli u b’introjtu baxx; jilqa’ l-intenzjoni tal-BEI li jżid l-enfasi tiegħu fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni fil-qasam tal-akkomodazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jistieden lill-BEI jżid l-appoġġ finanzjarju permezz tal-varar ta’ prodotti finanzjarji standardizzati kummerċjalment disponibbli fir-rinnovazzjoni enerġetika u tal-bini; jenfasizza l-fatt li l-mudell “oriġina u ddistribwixxi” tal-BEI, li jwassal għat-tfaddil tal-investituri istituzzjonali, huwa mudell innovattiv li jista’ jikkontribwixxi għall-integrazzjoni tas-swieq kapitali tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jilqa’ l-intenzjoni tal-BEI li jespandi l-appoġġ finanzjarju u konsultattiv għal akkomodazzjoni affordabbli, speċjalment għall-ġenerazzjonijiet iżgħar; jinkoraġġixxi sinerġija mill-qrib u skambju mal-Kummissjoni, mal-muniċipalitajiet u mal-awtoritajiet lokali, mal-fornituri kooperattivi tal-akkomodazzjoni, mal-assoċjazzjonijiet tal-akkomodazzjoni u mas-settur tal-kostruzzjoni ħalli jiskambjaw l-aħjar prattiki u jippromwovu l-kooperazzjoni pan-Ewropea; jistieden lill-BEI jappoġġja proġetti li jagħtu aċċess affordabbli għal enerġija rinnovabbli, akkomodazzjoni u servizzi pubbliċi, inizjattivi mmexxija mill-komunità u proġetti żgħar b’enfasi partikolari fuq il-ġlieda kontra l-faqar enerġetiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jilqa’ l-inklużjoni min-naħa tal-Grupp tal-BEI tal-agrikoltura u l-bijoekonomija fost il-prijoritajiet ewlenin tiegħu; jissottolinja li l-agrikoltura hija mutur ewlieni tat-tkabbir u l-iżvilupp fiż-żoni rurali u li t-tisħiħ tal-appoġġ u t-trawwim tal-innovazzjoni għal dan is-settur vitali għandhom rwol sinifikanti fl-iżgurar tas-sigurtà tal-ikel; jenfasizza l-isfidi finanzjarji li jiffaċċjaw il-bdiewa, b’mod partikolari l-bdiewa żgħażagħ, filwaqt li jinnota li l-bdiewa u l-intrapriżi f’dan is-settur jesperjenzaw rati ta’ suċċess aktar baxxi meta japplikaw għall-finanzjament; jistieden lill-Grupp tal-BEI jżid l-involviment tiegħu fis-settur agrikolu billi jtejjeb l-aċċess għall-finanzjament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jistieden lill-BEI jintensifika l-isforzi tiegħu biex jippromwovi l-impjieg taż-żgħażagħ, b’mod partikolari billi jappoġġja proġetti u programmi li jrawmu l-intraprenditorija taż-żgħażagħ, l-aċċess għall-impjiegi, it-taħriġ vokazzjonali u l-innovazzjoni, sabiex jikkontribwixxi għal żvilupp territorjali aktar ġust u aktar inklużiv u jgħin biex jitrażżan l-eżodu ta’ mħuħ, speċjalment fir-reġjuni insulari tal-UE u ż-żoni ekonomikament żvantaġġati;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-promozzjoni tat-trasformazzjoni diġitali u tat-teknoloġiji l-ġodda</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jistieden lill-BEI jsaħħaħ il-finanzjament għall-awtonomija strateġika miftuħa tal-UE fil-qasam diġitali u jippromwovi r-riċerka, jappoġġja l-iżvilupp tal-infrastruttura diġitali Ewropea, irawwem it-teknoloġiji ġodda u fixkiela bħall-IA u l-computing kwantistiku, u jippermetti t-tkabbir tal-istart-ups diġitali; jissottolinja l-importanza li jitnaqqsu d-distakki diġitali, kemm fl-UE kif ukoll globalment, biex jiġi żgurat aċċess inklużiv għall-infrastruttura u s-servizzi diġitali; jenfasizza l-importanza li l-investimenti diġitali tal-BEI jiġu allinjati mal-prijoritajiet strateġiċi tal-UE bħall-miri tad-Deċennju Diġitali, inklużi l-konnettività, il-ħiliet diġitali u t-trasformazzjoni diġitali tan-negozji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jappoġġja l-espansjoni tal-FEI tal-Inizjattiva taċ-Champions Ewropej tat-Teknoloġija sabiex din tattira kapital privat għall-espansjoni ta’ start-ups innovattivi f’mexxejja globali ta’ suċċess, filwaqt li jiġi żgurat li l-kumpaniji u t-teknoloġiji stabbiliti fl-Ewropa jibqgħu fl-Ewropa sal-istadju tat-tkabbir tardiv; jenfasizza l-ħtieġa ta’ aċċellerazzjoni tal-varar tal-ETCI attwali sabiex tlaħħaq mal-pass tal-innovazzjoni u l-istart-ups; jappella, barra minn hekk, li l-esperjenza ta’ suċċess tal-ETCI tinbena biex jiġu żviluppati inizjattivi simili oħra biex tkompli tiġi appoġġjata t-tranżizzjoni diġitali u setturi strateġiċi oħra, u jħeġġeġ lill-FEI jesplora l-istabbiliment tat-tieni ġenerazzjoni ta’ din l-inizjattiva kif ukoll jesplora l-possibbiltà ta’ investiment f’fondi ta’ fondi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jissottolinja li l-investituri istituzzjonali fl-Ewropa jistgħu jiżvolġu rwol akbar fl-appoġġ tal-kapital ta’ riskju, speċjalment għall-iscale-ups; iħeġġeġ, għalhekk, lill-Grupp tal-BEI joħloq Forum Ewropew tat-Teknoloġija, li jgħaqqad flimkien l-ekosistema tal-kapital ta’ riskju, biex jinvolvi lill-investituri istituzzjonali skont il-mudell tal-inizjattiva Tibi<FOOTNOTE><FIELD> Tibi, P., “Financing the Fourth Industrial Revolution – Solving the financing grid-lock for technology companies” (Il-Finanzjament tar-Raba’ Rivoluzzjoni Industrijali – Insolvu l-imblokk tal-finanzjament għall-kumpaniji tat-teknoloġija), il-Ministeru Franċiż għall-Ekonomija u l-Finanzi, Lulju 2019.</FIELD></FOOTNOTE>; jistieden lill-BEI joffri opportunitajiet għal investituri bħal dawn biex jibnu l-għarfien espert tagħhom u jipparteċipaw fi skemi ta’ koinvestiment bejn il-FEI u l-investituri istituzzjonali, skont termini trasparenti u miftiehma minn qabel;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jenfasizza l-fatt li l-Patt għal Industrija Nadifa għandu l-għan li jiżviluppa programm TechEU mal-BEI; jisħaq fuq l-importanza li jiġi żgurat li dan il-fond ikollu mira ta’ allokazzjoni speċifika għall-istart-ups u l-iscale-ups;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jistieden lill-BEI jappoġġja t-tisħiħ tal-kapaċitajiet taċ-ċibersigurtà fl-UE, sabiex l-Ewropa ssir aktar reżiljenti filwaqt li jsaħħaħ l-kooperazzjoni eżistenti bejn l-Istati Membri u sabiex jipproteġi l-entitajiet kritiċi u s-servizzi essenzjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jenfasizza l-fatt li s-sigurtà tal-provvista ta’ materja prima kritika (CRMs) hija kruċjali għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, għas-settur tad-difiża u għall-bażi industrijali tal-UE b’mod ġenerali; ifakkar fir-rwol li għandu l-BEI fl-Alleanza tal-Materja Prima tal-UE u l-għan tal-Unjoni li ssir aktar awtonoma fir-rigward tal-provvista tas-CRM; jenfasizza l-importanza ta’ approċċ ta’ ekonomija ċirkolari għas-CRMs, sabiex titnaqqas id-dipendenza tal-UE fuq pajjiżi terzi u tingħata spinta lill-awtonomija strateġika tagħha; jistieden, għalhekk, lill-BEI jinvesti aktar fis-settur tas-CRM biex isaħħaħ ir-reżiljenza fil-materja prima b’enfasi partikolari fuq ir-riċiklaġġ tal-materja prima sekondarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jistieden lill-BEI jappoġġja t-trasformazzjoni teknoloġika tal-kumpaniji Ewropej, kif ukoll l-iżvilupp ta’ ħiliet diġitali fost l-impjegati u l-imprendituri;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-viċinat tal-BEI u l-Global Gateway</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jilqa’ l-appoġġ vitali tal-BEI għall-Ukrajna fid-dawl tal-gwerra ta’ aggressjoni fuq skala sħiħa, mhux ġustifikata u illegali tar-Russja; jappella għal żieda fil-garanziji baġitarji tal-UE sabiex il-BEI jkun jista’ jkompli jwettaq u jsaħħaħ l-operazzjonijiet tas-settur pubbliku u privat fl-Ukrajna, filwaqt li jappoġġja l-isfidi ekonomiċi immedjati tagħha, iżda jipprevedi wkoll ir-rikostruzzjoni tal-pajjiż fuq terminu medju sa twil;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jenfasizza li, biex titnaqqas id-dipendenza minn pajjiżi terzi, il-varar ta’ infrastruttura reżiljenti kkontrollata mill-Ewropa, fost oħrajn fl-oqsma tal-komunikazzjonijiet bis-satellita, l-enerġija u l-loġistika, huwa essenzjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jisħaq fuq ir-rwol importanti tal-BEI fl-appoġġ lill-Istati Membri tal-UE u lill-pajjiżi terzi, b’mod partikolari dawk li huma kandidati għall-UE, fl-aċċess għas-swieq ta’ kapital ta’ riskju, filwaqt li jitwessgħu l-opportunitajiet għall-investiment;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jisħaq li, bħala parti mis-sett ta’ għodod tal-azzjoni esterna tal-UE, il-Global Gateway hija kruċjali għall-pożizzjoni globali tal-Ewropa u għandha l-għan li tippromwovi sistema multilaterali bbażata fuq ir-regoli, l-iżvilupp sostenibbli, id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-istat tad-dritt; jilqa’ r-rwol tal-BEI bħala l-bank tal-iżvilupp ewlieni tal-UE, f’dan ir-rigward; ifakkar fl-importanza ta’ garanziji prevedibbli mill-baġit tal-UE biex il-BEI jkun jista’ jkompli jwettaq operazzjonijiet barra mill-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jappella għal trasparenza u prattiki ta’ divulgazzjoni mtejba f’konformità ma’ banek multinazzjonali tal-iżvilupp oħra, flimkien mal-istabbiliment ta’ mekkaniżmu indipendenti tal-ilmenti li jista’ jindirizza u jirrimedja b’mod effettiv l-ilmenti; jissottolinja l-ħtieġa ta’ mekkaniżmi effettivi biex jiġu żgurati l-parteċipazzjoni u l-obbligu ta’ rendikont tal-komunitajiet affettwati mill-proġetti ffinanzjati mill-BEI biex jiġi żgurat li l-proġetti tal-Global Gateway jirrispondu għall-ħtiġijiet lokali, ikunu sensittivi għall-ġeneru u jagħtu riżultati sinifikanti fl-iżvilupp; jenfasizza l-importanza ta’ parteċipazzjoni pubblika sinifikattiva, b’mod partikolari fil-proċessi ta’ ppjanar, ta’ evalwazzjoni u ta’ monitoraġġ tal-BEI għas-CRMs, inkluż il-Kunsens Liberu, Minn Qabel u Infurmat (FPIC) tal-komunitajiet indiġeni, kif previst fid-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Itenni l-appell tiegħu lill-BEI Globali biex jillimita l-operazzjonijiet ta’ taħlit għall-oqsma fejn jistgħu jżidu l-valur għall-ekonomija lokali filwaqt li jevita l-esklużjoni tal-kapital privat u jiżgura li l-finanzjament imħallat ma jintużax għal servizzi pubbliċi essenzjali, b’mod partikolari s-saħħa, l-edukazzjoni u l-protezzjoni soċjali; ifakkar li l-għanijiet tal-politika tal-iżvilupp tal-UE, u b’mod partikolari l-għan li jissaħħaħ l-aċċess affordabbli għall-kura tas-saħħa, għandhom jiggwidaw l-investimenti tal-BEI f’dan il-qasam, biex jiġu żgurati riżultati aħjar fil-qasam tas-saħħa għal kulħadd, u b’mod partikolari għan-nisa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jistenna li l-attivitajiet globali tal-BEI jirrispondu wkoll malajr għar-realtajiet li qed jevolvu u għall-ħtiġijiet urġenti; jenfasizza d-diskrepanza fil-finanzjament tal-għajnuna għall-iżvilupp li jirriżulta mill-iffriżar tal-għajnuna tal-Istati Uniti u t-tnaqqis tal-finanzjament lejn in-Nofsinhar Globali; jappella għal inizjattivi konkreti biex jiġu evitati kriżijiet umanitarji jew tas-saħħa, jiġu appoġġjati il-kummerċ pan-Afrikan, l-infrastruttura u l-integrazzjoni reġjonali, u jissaħħu r-rabtiet mal-Ewropa; jilqa’ l-intenzjoni tal-BEI Globali li jżid l-operazzjonijiet ta’ riskju ogħla, permessi permezz tal-mandat tal-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali (NDICI-Ewropa Globali);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar rapporti li xi proġetti ffinanzjati mill-UE barra mill-UE, inkluż taħt il-Global Gateway, qed jinbnew minn kumpaniji Ċiniżi, bid-ditti Ċiniżi xi drabi jirbħu aktar kuntratti ffinanzjati mill-BEI minn ditti tal-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura kundizzjonijiet ekwi billi taħdem mal-BEI biex tagħti spinta lill-parteċipazzjoni tal-kumpaniji Ewropej; jirrakkomanda prattiki ta’ akkwist li jipprijoritizzaw l-aħjar proporzjon bejn il-prezz u l-kwalità fuq l-aktar prezz baxx biex tiġi promossa kompetizzjoni ġusta u jallinjaw mal-valuri tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jilqa’ l-isforzi tal-BEI, flimkien ma’ disa’ banek multilaterali tal-iżvilupp oħra, biex isaħħu l-kollaborazzjoni tagħhom fl-avvanz tal-progress lejn l-SDGs; jistieden lill-BEI jkompli jikkoopera ma’ istituzzjonijiet bilaterali u multilaterali oħra biex jiżviluppa u japplika metodoloġiji komuni għall-analiżi tal-impatt tal-iżvilupp, bil-għan li jiġu żgurati impatti pożittivi u valur miżjud fit-tul;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jilqa’ t-tħabbira tal-BEI li jżid l-appoġġ f’setturi bħall-provvisti tal-ilma, in-negozji ż-żgħar, l-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza tal-enerġija kif ukoll li jkompli jsaħħaħ is-sħubijiet fi ħdan l-Ewropa u fuq livell globali, inkluż ma’ atturi privati, sabiex jinkiseb impatt massimu fuq il-post;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Governanza: obbligu ta’ rendikont u trasparenza </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jisħaq li r-rwol dejjem jikber tal-BEI għandu jkun akkumpanjat minn obbligu ta’ rendikont demokratiku u trasparenza akbar; inkluża pubblikazzjoni aktar f’waqtha ta’ dokumenti relatati mal-proġett; itenni l-appell tiegħu għal ftehim interistituzzjonali bejn il-Parlament u l-BEI biex jifformalizzaw u jsaħħu l-kooperazzjoni eżistenti tagħhom, inkluż permezz ta’ djalogu regolari strutturat, aċċess imtejjeb tal-Parlament għad-dokumenti u d-data tal-BEI, u l-possibbiltà li l-Parlament jissottometti mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub lill-BEI, kif diġà pprovdut mill-Bank Ċentrali Ewropew; jitlob, f’dan il-kuntest, lill-BEI jipprovdi lill-Parlament bi stampa ċara u simplifikata tal-kontribuzzjonijiet mill-baġit tal-UE fil-karta tal-bilanċ, barra l-karta tal-bilanċ u fil-kont tal-profitt u t-telf tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Jenfasizza l-importanza li l-BEI jiżgura trasparenza u traċċabbiltà sħaħ tal-proġetti ffinanzjati, inkluża informazzjoni aktar dettaljata, biex tkun tista’ ssir sorveljanza xierqa mill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inklużi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, aktar milli mill-ministeri responsabbli biss; ifakkar li r-riċevituri kollha tal-finanzjament tal-UE għandhom obbligu ġenerali li jirrikonoxxu l-oriġini tiegħu u jiżguraw il-viżibbiltà ta’ kwalunkwe finanzjament tal-UE riċevut; jistieden lill-Grupp tal-BEI jiżgura li r-riċevituri finali jikkonformaw mal-kundizzjonijiet ta’ viżibbiltà tal-appoġġ finanzjarju tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Jistieden lill-BEI jagħti spinta lill-parteċipazzjoni tal-kumpaniji Ewropej fil-proċessi tal-akkwist imnedija għal proġetti ffinanzjati mill-BEI; iħeġġeġ lill-BEI jagħti pariri lil min jissellef biex jagħti prijorità lill-eliġibbiltà għall-kumpaniji Ewropej sabiex tissaħħaħ il-kompetittività Ewropea;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Jissottolinja l-importanza li l-Grupp tal-BEI jżomm l-ogħla standards fil-prevenzjoni ta’ kull forma ta’ frodi, evażjoni tat-taxxa, evitar tat-taxxa, ħasil tal-flus, u l-finanzjament tat-terroriżmu; jinnota li s-salvagwardja tal-integrità tal-finanzjament tal-Grupp tal-BEI hija essenzjali biex jiġu żgurati l-fiduċja pubblika u l-użu effettiv tar-riżorsi; jieħu nota tal-inkjesti li tlestew mill-Ombudsman Ewropew u l-investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi, u jistenna ċarezza sħiħa u segwitu xieraq, inkluż kwalunkwe konsegwenza meħtieġa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu lill-BEI biex jikkunsidra l-allinjament tat-tqassim tax-xogħol fi ħdan il-Kumitat ta’ Tmexxija mar-rakkomandazzjonijiet mill-istituzzjonijiet tal-UE, biex jgħin fil-mitigazzjoni tal-kunflitti ta’ interess potenzjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Jilqa’ l-qafas għar-rikonoxximent tat-trade unions mill-Bank Ewropew tal-Investiment tal-2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>69.</NO.P>Jilqa’ l-prinċipji ta’ diversità, ekwità u inklużjoni tal-BEI, inkluża l-mira li mill-anqas 40 % tal-pożizzjonijiet maniġerjali jkunu okkupati min-nisa sa tmiem l-2026; jappella għal rappreżentanza ġeografikament bilanċjata tan-nazzjonalitajiet tal-UE fost il-persunal;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>70.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa għat-tisħiħ tal-politiki tal-BEI dwar id-drittijiet tal-bniedem, inkluż l-istabbiliment ta’ qafas u strateġija ċari u effettivi tad-diliġenza dovuta tad-drittijiet tal-bniedem; jisħaq li l-valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali u soċjali għandhom jitwettqu minn esperti indipendenti, u li għandhom jiġu introdotti mekkaniżmi ta’ verifika indipendenti biex jissorveljaw l-awtomonitoraġġ u l-awtorapportar imwettaq mill-klijenti tal-BEI;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>71.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>