<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0146</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fl-UE</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0121/2025 - Rapporteur: Beata Szydło)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2025 dwar is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fl-UE (2025/2055(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 194 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/119/KE tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2009 li timponi obbligu fuq l-Istati Membri biex iżommu livell minimu ta’ ħażniet ta’ żejt mhux maħdum u/jew ta’ prodotti petroliferi<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 265, 9.10.2009, p. 9, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/119/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (id-Direttiva dwar Ħażniet ta’ Żejt),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Mejju 2014 bit-titolu “Strateġija Ewropea għas-Sigurtà tal-Enerġija” (COM(2014)0330),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2017/1938 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2017 dwar miżuri għas-salvagwardja tas-sigurtà tal-provvista tal-gass u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 994/2010<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 280, 28.10.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/1938/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 158, 14.6.2019, p. 125, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2019/944/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar is-suq intern tal-elettriku<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 158, 14.6.2019, p. 54, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/943/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/941 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar it-tħejjija għar-riskji fis-settur tal-elettriku u li jħassar id-Direttiva 2005/89/KE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 158, 14.6.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/941/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2019 bit-titolu “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew” (COM(2019)0640),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Lulju 2020 bit-titolu “Nixprunaw Ekonomija Newtrali għall-Klima: Strateġija tal-UE dwar l-Integrazzjoni tas-Sistema tal-Enerġija” (COM(2020)0299),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 249, 14.7.2021, p. 38, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1153/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1119/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2022/869 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2022 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2009, (UE) 2019/942 u (UE) 2019/943 u d-Direttivi 2009/73/KE u (UE) 2019/944, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 347/2013<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 152, 3.6.2022, p. 45, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/869/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tat-18 ta’ Mejju 2022 bit-titolu “Impenn estern tal-UE dwar l-enerġija f’dinja li qed tinbidel” (JOIN(2022)0023),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Mejju 2022 bit-titolu “Il-Pjan REPowerEU” (COM(2022)0230),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Ottubru 2022 bit-titolu “Diġitalizzazzjoni tas-sistema tal-enerġija – Pjan ta’ azzjoni tal-UE” (COM(2022)0552),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ valutazzjoni finali tat-Task Force UE-NATO dwar ir-reżiljenza tal-infrastruttura kritika, ippubblikat f’Ġunju 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2023/1791 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2023 dwar l-effiċjenza enerġetika u li temenda r-Regolament (UE) 2023/955 (riformulazzjoni)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 231, 20.09.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2023/1791/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (id-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport Annwali 2023 tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2023/2413 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ottubru 2023 li temenda d-Direttiva (UE) 2018/2001, ir-Regolament (UE) 2018/1999 u d-Direttiva 98/70/KE fir-rigward tal-promozzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/652 (id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2023/2413, 31.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2023/2413/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2024/1788 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar ir-regoli komuni għas-swieq interni tal-gass rinnovabbli, il-gass naturali u l-idroġenu, li temenda d-Direttiva (UE) 2023/1791 u li tħassar id-Direttiva 2009/73/KE (riformulazzjoni)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1788, 15.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1788/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/1789 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar is-swieq interni tal-gass rinnovabbli, tal-gass naturali u tal-idroġenu, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1227/2011, (UE) 2017/1938, (UE) 2019/942 u (UE) 2022/869 u d-Deċiżjoni (UE) 2017/684 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 715/2009 (riformulazzjoni)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1789, 15.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1789/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/1787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-metan fis-settur tal-enerġija u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/942<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1787, 15.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1787/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2024/1711 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 li temenda d-Direttivi (UE) 2018/2001 u (UE) 2019/944 fir-rigward tat-titjib tat-tfassil tas-suq tal-elettriku tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1711, 26.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1711/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/1747 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 li jemenda r-Regolamenti (UE) 2019/942 u (UE) 2019/943 fir-rigward tat-titjib tat-tfassil tas-suq tal-elettriku tal-Unjoni (ir-Regolament dwar it-Tfassil tas-Suq tal-Elettriku (EMD))<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1747, 26.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1747/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Novembru 2024 dwar l-azzjonijiet tal-UE kontra l-flotot mistura Russi u l-iżgurar ta’ infurzar sħiħ tas-sanzjonijiet kontra r-Russja<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/809, 11.2.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/809/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Sauli Niinistö bit-titolu “Safer Together – Strengthening Europe’s Civilian and Military Preparedness and Readiness” (Aktar Sikuri Flimkien – It-Tisħiħ tal-Preparatezza u l-Prontezza Ċivili u Militari tal-Ewropa) (ir-rapport Niinistö), ippubblikat fit-30 ta’ Ottubru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali 09/2024 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri bit-titolu “Is-sigurtà tal-provvista tal-gass fl-UE”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/3937, 27.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3937/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Jannar 2025 bit-titolu “Boxxla għall-Kompetittività tal-UE” (COM(2025)0030),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-21 ta’ Frar 2025 bit-titolu “Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar is-Sigurtà tal-Kejbils” (JOIN(2025)0009),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Frar 2025 bit-titolu “Pjan ta’ Azzjoni għal Enerġija Affordabbli” (COM(2025)0079),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tas-26 ta’ Marzu 2025 dwar l-Istrateġija Ewropea ta’ Unjoni tal-Preparatezza (JOIN(2025)0130),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A10-0121/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi s-sigurtà tal-enerġija hija element kostitwenti fundamentali ta’ ekonomija reżiljenti, sostenibbli u kompetittiva; billi provvisti tal-enerġija affidabbli u affordabbli huma essenzjali għat-tkabbir ekonomiku, għall-produttività industrijali u għall-benesseri tas-soċjetà;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi fil-kuntest ta’ kriżi ġenerali tas-sigurtà u l-ħtieġa ta’ preparatezza għall-isfidi fil-qasam tad-difiża, l-iżgurar tal-provvista tal-enerġija jikkostitwixxi prijorità;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi minkejja l-potenzjal biex tiżviluppa sorsi tal-enerġija nazzjonali nodfa u rinnovabbli, l-UE timporta aktar minn 60 % tal-enerġija tagħha, inkluż 90 % tal-gass tagħha u 97 % taż-żejt tagħha<FOOTNOTE><FIELD> Kummissjoni Ewropea, “Mistoqsijiet u Tweġibiet dwar REPowerEU: Azzjoni Ewropea konġunta għal enerġija aktar affordabbli, sikura u sostenibbli”, https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/qanda_22_1512.</FIELD></FOOTNOTE>, u minħabba f’hekk hija vulnerabbli għal interruzzjonijiet potenzjali fil-provvista tal-enerġija;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-UE għandha l-potenzjal biex tiżviluppa sorsi rinnovabbli, u mill-pubblikazzjoni, fl-2014, tal-aħħar Strateġija tal-Kummissjoni dwar is-Sigurtà tal-Enerġija, il-produzzjoni ta’ enerġija rinnovabbli nazzjonali żdiedet b’mod sustanzjali – l-enerġija mir-riħ bi 98 %, l-enerġija solari fotovoltajka bi 314 %, l-enerġija solari termali bi 22 % u l-enerġija mill-oċeani b’244 %; billi, fuq l-istess perjodu, il-produzzjoni fil-livell nazzjonali tal-fjuwils fossili tal-UE naqset, pereżempju l-produzzjoni tal-faħam naqset bi 53 %, il-produzzjoni taż-żejt naqset b’31 % u l-produzzjoni tal-gass naqset bi 73 %;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi bi grilja ddominata mill-enerġija rinnovabbli, l-Ewropa se jkollha bżonn tiżgura aktar minn 100 GW ta’ kapaċità ta’ enerġija ġdida, kostanti u nadifa sal-2035 biex tiżgura l-affidabbiltà, is-sigurtà tal-enerġija u kostijiet aktar baxxi<FOOTNOTE><FIELD> Clean Air Task Force, ‘24/7 carbon-free energy: How Europe can and must secure clean electricity around the clock’, https://www.catf.us/2023/11/24-7-carbon-free-energy-europe-secure-clean-electricity-around-clock/?utm.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi d-distakk bejn il-produzzjoni tal-enerġija u d-domanda tal-UE jaffettwa b’mod negattiv il-bilanċ kummerċjali tal-UE, fejn l-importazzjonijiet tal-enerġija ammontaw għal EUR 427 biljun fl-2024 – tnaqqis mill-ogħla livell ta’ EUR 602 biljun fl-2022 – għall-faħam, iż-żejt u l-gass<FOOTNOTE><FIELD> Rapport tal-Kummissjoni dwar il-prezzijiet u l-kostijiet tal-enerġija fl-Ewropa (COM(2025)0072) p. 13. 	https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:52025DC0072.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-produzzjoni tal-enerġija nukleari tal-UE naqset b’24 % mill-2014<FOOTNOTE><FIELD> Eurostat, “Statistika dwar l-enerġija nukleari”, https://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php?title=Nuclear_energy_statistics&action=statexp-seat&lang=mt.</FIELD></FOOTNOTE>; billi għadd ta’ Stati Membri qed juru l-impenn tagħhom biex jespandu l-enerġija nukleari bħala pilastru tal-istrateġiji tal-enerġija tagħhom u biex javvanzaw il-proġetti tal-enerġija nukleari tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi d-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-enerġija tikkontribwixxi għall-awtonomija strateġika miftuħa, is-sigurtà tal-enerġija u r-reżiljenza tal-UE għal interruzzjonijiet tal-provvista esterna;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-applikazzjoni tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli u nadifa fil-livell nazzjonali, l-effiċjenza enerġetika u l-miżuri tal-iffrankar tal-enerġija fil-katina kollha tal-valur tnaqqas id-dipendenza fuq sorsi esterni tal-enerġija u ttejjeb is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija; billi l-politiki tal-UE dwar l-effiċjenza enerġetika taw riżultati strutturali, fejn id-domanda għall-enerġija laħqet l-ogħla livell fl-2006 u naqset b’20 % fl-2023<FOOTNOTE><FIELD> European Environment Energy, “Primary and final energy consumption in the European Union, European Environment Agency”, https://www.eea.europa.eu/en/analysis/indicators/primary-and-final-energy-consumption/primary-and-final-energy-consumption-1?activeTab=6fbd444d-c422-4a78-8492-fd496bd61b7a.</FIELD></FOOTNOTE>, u dan jenfasizza l-effiċjenza enerġetika bħala l-aktar mod kosteffettiv biex jitnaqqsu l-emissjonijiet, biex tittejjeb il-kompetittività, biex il-konsum tal-enerġija jsir aktar affordabbli u biex tittejjeb is-sigurtà tal-enerġija;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-Istati Membri jvarjaw f’termini tal-karatteristiċi naturali u ġeografiċi, tal-provvista, is-sigurtà, is-sorsi u l-politiki tal-enerġija;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-Federazzjoni Russa ilha għexieren ta’ snin tuża l-provvisti tagħha taż-żejt, il-faħam, l-enerġija nukleari u l-gass għall-UE bħala arma sabiex toħloq il-firda fost l-Istati Membri u, mis-sajf tal-2021, biex tkebbes l-inflazzjoni u ddgħajjef id-determinazzjoni Ewropea li tappoġġja lill-Ukrajna fil-ġlieda ġusta tagħha għal-libertà; billi l-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna bdiet fl-2014; billi r-Russja ilha mill-24 ta’ Frar 2022 twettaq gwerra ta’ aggressjoni illegali, mhux ipprovokata u mhux iġġustifikata kontra l-Ukrajna; billi l-Istati Membri qablu fid-Dikjarazzjoni ta’ Versailles<FOOTNOTE><FIELD> Ara https://www.consilium.europa.eu/media/54773/20220311-versailles-declaration-en.pdf.</FIELD></FOOTNOTE> li jivvalutaw mill-ġdid kif jiżguraw is-sigurtà tal-provvisti tal-enerġija tagħhom u jeliminaw gradwalment id-dipendenza tagħhom fuq l-importazzjonijiet tal-gass, taż-żejt u tal-faħam Russi “mill-aktar fis possibbli” billi, fost mezzi oħra, iħaffu l-iżvilupp tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u l-produzzjoni tal-komponenti ewlenin tagħhom u jaċċelleraw it-tnaqqis tad-dipendenza ġenerali tal-UE fuq il-fjuwils fossili, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi nazzjonali u l-għażliet tat-taħlita tal-enerġija tal-Istati Membri; billi l-pjan REPowerEU ppropona sett ta’ azzjonijiet biex titwaqqaf l-importazzjoni tal-fjuwils fossili Russi sa mhux aktar tard mill-2027;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi filwaqt li l-biċċa l-kbira tal-importazzjonijiet taż-żejt u tal-faħam Russi ġew sanzjonati, l-importazzjonijiet tal-gass u tal-enerġija nukleari Russi sfortunatament baqgħu barra mir-reġim ta’ sanzjonijiet tal-UE fost tħassib dwar is-sigurtà tal-provvista;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi s-sehem ta’ gass bil-pipeline Russu, kemm gass naturali likwifikat (LNG) kif ukoll bil-pipeline, fl-importazzjonijiet totali tal-enerġija tal-UE naqas b’mod sinifikanti minn 45 % fl-2021 għal madwar 19 % fl-2024; billi l-importazzjonijiet tal-UE tal-fjuwils fossili Russi fit-tielet sena tal-invażjoni qabżu l-għajnuna finanzjarja tal-UE mibgħuta lill-Ukrajna fl-istess perjodu (EUR 18,7 biljun fl-2024)<FOOTNOTE><FIELD> Centre for Research on Energy and Clean Air, “EU imports of Russian fossil fuels in third year of invasion surpass financial aid sent to Ukraine”, https://energyandcleanair.org/publication/eu-imports-of-russian-fossil-fuels-in-third-year-of-invasion-surpass-financial-aid-sent-to-ukraine/.</FIELD></FOOTNOTE>; billi mill-bidu tal-gwerra, ir-Russja rċeviet total ta’ EUR 206 biljun fi dħul mill-esportazzjonijiet tal-fjuwils fossili lejn l-UE; billi l-esportazzjonijiet globali tal-fjuwils fossili jikkostitwixxu l-akbar sors uniku ta’ dħul għar-Russja, li jammontaw għal EUR 250 biljun fis-sena<FOOTNOTE><FIELD> Ċifra għal kull sena mill-invażjoni Russa tal-Ukrajna fl-2021 sal-2024. Ara: Centre for Research on Energy and Clean Air, “EU imports of Russian fossil fuels in third year of invasion surpass financial aid sent to Ukraine”.</FIELD></FOOTNOTE> – ekwivalenti għal 160 % tal-baġit militari Russu għal din is-sena<FOOTNOTE><FIELD> Ara: Stockholm International Peace Research Institute, “Preparing for a Fourth Year of War: Military Spending in Russia’s Budget for 2025”.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi fost il-100 reattur li joperaw fl-UE, 18 jinsabu f’ħames pajjiżi tal-UE u huma ta’ disinn Russu jew Sovjetiku, kull wieħed b’livelli differenti ta’ dipendenza intrinsika fuq Rosatom, u dan joħloq riskju partikolari għas-sigurtà tal-enerġija Ewropea; billi fl-2024, ir-Russja ssodisfat madwar 23 % tad-domanda totali tal-UE għas-servizzi ta’ konverżjoni tal-uranju u 24 % għas-servizzi ta’ arrikkiment tal-uranju;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi r-Russja kienet qed tevita s-sanzjonijiet permezz tal-flotta mistura tagħha, li tittrasporta ż-żejt lil xerrejja disposti jixtruh taħt bnadar foloz jew mingħajr bnadar u b’riskji ambjentali serji; billi l-Istati Membri għad iridu jimplimentaw il-miżuri effettivi adottati mill-Kunsill fil-15-il pakkett ta’ sanzjonijiet kontra l-evażjoni tas-sanzjonijiet permezz tal-flotta mistura;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi fir-riżoluzzjoni tiegħu ta’ Novembru 2024, il-Parlament talab lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jipprojbixxu l-importazzjonijiet kollha tal-enerġija Russa, inklużi l-LNG u l-enerġija nukleari, jirrikjedu li l-vapuri li jesportaw l-LNG mir-Russja jiġu pprojbiti milli jidħlu fil-portijiet tal-UE u jżommu lura milli jikkonkludu kwalunkwe ftehim ġdid ma’ Rosatom jew mas-sussidjarji tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi n-nuqqas ta’ strateġija aġġornata u soda tal-UE dwar is-sigurtà tal-enerġija qed taffettwa ħażin lin-negozji, lill-industriji u lill-unitajiet domestiċi; billi, fost fatturi kontribwenti oħra, dan wassal għal żieda qawwija fil-faqar enerġetiku u, fl-2023, kważi waħda minn kull għaxar unitajiet domestiċi (10,6 %) ma setgħux isaħħnu kif xieraq id-djar tagħhom<FOOTNOTE><FIELD> Ara: Eurostat, “10.6 % of EU population struggled to keep homes warm”.</FIELD></FOOTNOTE>, żieda minn 6,9 % fl-2021<FOOTNOTE><FIELD> Ara: Eurostat, “Key figures on European living conditions – 2024 edition”.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi l-attakki kontra l-infrastruttura kritika tal-enerġija jistgħu jwasslu għal telf ta’ enerġija li jaffettwa lil diversi Stati Membri simultanjament u għal ħsara ekonomika sostanzjali, jimminaw is-sigurtà pubblika u jkollhom implikazzjonijiet għall-kapaċità tad-difiża tal-UE; billi s-settur tal-enerġija tal-Ewropa ġie mgħarraq bl-attakki ċibernetiċi minn mindu r-Russja invadiet l-Ukrajna; billi l-infrastruttura kritika tal-enerġija tal-Baħar Baltiku tinsab taħt attakki regolari mir-Russja; billi l-għadd jikber ta’ inċidenti ta’ intimidazzjoni mal-perimetru kontra l-infrastruttura tal-enerġija offshore huwa tħassib serju;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi r-rwol tan-NATO fis-sigurtà tal-enerġija ġie definit għall-ewwel darba fis-Summit ta’ Bucharest tal-2008 u minn dak iż-żmien ’l hawn issaħħaħ; billi n-NATO qed issaħħaħ is-sigurtà tal-infrastruttura kritika biex tipprevjeni sabotaġġ, inkluż permezz tal-inizjattiva varata reċentement, Baltic Sentry; billi n-NATO qed tappoġġja lill-awtoritajiet nazzjonali fit-tisħiħ tar-reżiljenza tagħhom għal interruzzjonijiet tal-provvista tal-enerġija li jistgħu jaffettwaw id-difiża nazzjonali u kollettiva;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi l-integrazzjoni tas-sistemi tal-elettriku tal-istati Baltiċi fin-network Ewropew kontinentali fi Frar 2025 kienet pass kritiku lejn it-tisħiħ tal-sigurtà tal-enerġija tagħhom, peress li eliminat id-dipendenza fuq il-grilja kkontrollata mir-Russja, u b’hekk naqqset il-vulnerabbiltajiet ġeopolitiċi u saħħet ir-reżiljenza tar-reġjun Baltiku;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Viżjoni ġdida għas-sigurtà tal-enerġija f’xenarju globali li qed jinbidel</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Ifakkar li l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent tiddefinixxi s-sigurtà tal-enerġija bħala “d-disponibbiltà tal-enerġija f’kull ħin f’diversi forom, fi kwantitajiet suffiċjenti, u bi prezzijiet raġonevoli u/jew affordabbli”; iqis li approċċ komprensiv għas-sigurtà tal-enerġija għandu jqis id-dimensjoni tal-infrastruttura fiżika, id-disponibbiltà, l-affidabbiltà, l-istabbiltà u l-affordabbiltà tal-provvisti u s-sostenibbiltà tagħhom, u għandu jagħmel enfasi fuq id-dimensjoni ġeopolitika u dik klimatika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jisħaq li s-sigurtà tal-enerġija hija kwistjoni transsettorjali li tirfed il-funzjonament tas-setturi kritiċi kollha, u dan jagħmilha indispensabbli għall-istabbiltà ekonomika, għas-sikurezza pubblika u għar-reżiljenza nazzjonali; jissottolinja li l-integrazzjoni ta’ kunsiderazzjonijiet dwar is-sigurtà tal-enerġija fil-politiki rilevanti u l-valutazzjonijiet tal-impatt sottostanti tagħhom hija kruċjali għat-tisħiħ tal-koerenza, il-konsistenza u l-effikaċja globali tat-tfassil tal-politika tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jenfasizza li s-sitwazzjoni ġeopolitika attwali u d-dipendenzi perikolużi kontinwi tal-provvista tal-enerġija jissottolinjaw il-ħtieġa li jiġi rivedut il-fehim tas-sigurtà tal-enerġija, u jirrikonoxxi li r-reżiljenza tas-sistemi tal-enerġija, mifhuma bħala l-kapaċità biex interruzzjonijiet possibbli jiġu antiċipati u reżistiti u biex isir adattament għalihom u rkupru malajr minnhom, issa hija imperattiv strateġiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jisħaq li hekk kif tkompli d-dekarbonizzazzjoni tas-sistema tal-enerġija, jiżdied is-sehem tal-enerġija rinnovabbli u l-elettrifikazzjoni tavvanza, suq tal-enerġija li jiffunzjona sew u integrat, l-effiċjenza enerġetika, l-integrazzjoni tas-sorsi tal-enerġija li jagħtu flessibbiltà (il-ħżin tal-elettriku u tas-sħana, l-idroġenu, l-infrastruttura reżiljenti u żviluppata b’mod komprensiv, ir-rispons għad-domanda, eċċ.), u l-kapaċità suffiċjenti tad-dispaċċ se jkunu kruċjali biex tiġi ġestita b’suċċess l-intermittenza tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli u biex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tar-tranżizzjoni tal-enerġija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jenfasizza li s-sigurtà tal-enerġija ma tistax taħdem mingħajr adegwatezza; jinnota li “l-kwistjonijiet ta’ skarsezza għandhom it-tendenza li jiċċaqalqu miż-żoni periferiċi tal-Ewropa fl-2025 għall-partijiet ċentrali tal-kontinent sal-2033”<FOOTNOTE><FIELD> Network Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta’ Trażmissjoni tal-Elettriku (ENTSO-E), “European Resource Adequacy Assessment”, Diċembru 2023.</FIELD></FOOTNOTE>; jemmen li l-mekkaniżmi ta’ remunerazzjoni tal-kapaċità għandhom rwol strutturali fl-iżgurar ta’ kapaċità ta’ riżerva li tista’ tiġi mobilizzata biex tiġi żgurata l-adegwatezza matul ħinijiet bl-ogħla domanda jew f’perjodi ta’ nuqqasijiet tal-provvista, kif ukoll bħala għajnuna biex jiġu inċentivati l-investimenti neċessarji fil-kapaċità ta’ ġenerazzjoni li s-sinjali tas-suq, li jiddependu unikament fuq il-prezzijiet matul ħinijiet ta’ skarsezza infrekwenti, jistgħu jonqsu milli jiġġustifikaw; jissottolinja l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-mekkaniżmi jkunu miftuħa għal tipi differenti ta’ riżorsi (bħan-naħa tad-domanda, l-iffrankar tal-enerġija, l-aggregazzjoni, l-unitajiet tal-ħżin u r-riżorsi transfruntieri), ikunu kapaċi jipprovdu s-servizzi neċessarji, bħall-flessibbiltà, ma joħolqux distorsjonijiet indebiti tas-suq jew ma jillimitawx il-kummerċ transżonali, u jirriflettu l-kompatibbiltà ma’ sistema tal-elettriku dekarbonizzata futura, inkluż permezz tal-koerenza mal-limiti tal-emissjonijiet definiti kif stabbilit fl-Artikolu 22 tar-Regolament EMD; ifakkar li r-remunerazzjoni għall-mekkaniżmi tal-kapaċità tkopri biss id-disponibbiltà tagħhom; jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti li jiġu ssimplifikati u rrazzjonalizzati l-proċessi ta’ approvazzjoni tagħhom, kif mitlub mir-reviżjoni tal-EMD, filwaqt li tingħata kunsiderazzjoni xierqa lill-problemi speċifiċi tas-suq tal-elettriku fl-Istati Membri rispettivi fil-proċess ta’ approvazzjoni tal-Kummissjoni; jinnota r-rapport tal-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni tal-possibbiltajiet tar-razzjonalizzazzjoni u s-simplifikazzjoni tal-proċess ta’ applikazzjoni ta’ mekkaniżmu tal-kapaċità<FOOTNOTE><FIELD> COM(2025)0065.</FIELD></FOOTNOTE> u l-ħidma li għaddejja fuq il-qafas għall-Għajnuna mill-Istat tal-Patt għal Industrija Nadifa bi proposti konkreti biex il-proċess ta’ approvazzjoni jiġi aċċellerat; jinnota li filwaqt li s-suq tal-ibbilanċjar jipprovdi servizzi essenzjali fuq perjodu qasir, għadu mhuwiex favorevoli għall-investiment u, għalhekk, jistieden lill-Kummissjoni tfassal inċentivi biex tibni l-assi flessibbli li s-swieq tal-ibbilanċjar jeħtieġu b’mod urġenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jisħaq li d-dekarbonizzazzjoni għandha tqis l-ispeċifiċitajiet tal-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom, inklużi t-territorji ultraperiferiċi tal-Ewropa u r-reġjuni tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, u l-livell ta’ aċċess tagħhom għal tipi differenti ta’ sorsi ta’ enerġija nadifa, il-ħtiġijiet tal-industriji tagħhom u l-vulnerabbiltà taċ-ċittadini tagħhom sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni ġusta li żżomm is-sigurtà tal-enerġija billi jinħolqu sinerġiji bejn l-ambizzjonijiet klimatiċi, il-kundizzjonijiet ġeografiċi u naturali, u r-realtajiet soċjali u ekonomiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jinnota l-ħtieġa ta’ approċċ usa’ għall-flessibbiltà mhux fossili u l-ħżin tal-enerġija li jinkorpora l-molekuli u s-sħana; jenfasizza l-potenzjal tas-sistemi tat-tisħin distrettwali li jistgħu jużaw il-ħżin termali biex inaqqsu t-temperatura tal-loop u jinkorporaw is-sħana mormija, l-enerġija solari, l-enerġija ġeotermali u sorsi rinnovabbli oħra, fejn xieraq, bl-użu tal-gass naturali f’perjodu ta’ tranżizzjoni; jiġbed l-attenzjoni għar-rwol importanti li l-użu ottimali tal-koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja, bi qbil mad-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika, jista’ jkollu fil-kontribut għall-ibbilanċjar tal-grilja tal-elettriku u għall-kompetittività ta’ xi atturi industrijali, speċjalment dawk li m’għandhomx mezzi alternattivi biex jipproduċu sħana affordabbli fil-proċessi industrijali tagħhom; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu mmodernizzati u estiżi l-grilji tat-tisħin distrettwali għal dan l-għan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jenfasizza li n-newtralità teknoloġika għandha rwol fundamentali fit-tisħiħ tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija filwaqt li tevita l-effetti ta’ lock-in u trawwem is-sostenibbiltà, l-effiċjenza ekonomika u tranżizzjoni ġusta; ifakkar fil-ħtieġa li jsir investiment f’portafoll varjat ta’ teknoloġiji nodfa li jippermettu lir-reġjuni jadottaw teknoloġiji li jkunu l-aktar adattati għall-ħtiġijiet tagħhom b’mod kosteffettiv, u b’hekk l-enerġija ssir aktar affordabbli u aċċessibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jinnota li r-rapport ta’ Draghi<FOOTNOTE><FIELD> Ara “The Draghi report on EU competitiveness” (Ir-rapport ta’ Draghi dwar il-kompetittività tal-UE), https://commission.europa.eu/topics/eu-competitiveness/draghi-report_en.</FIELD></FOOTNOTE> jenfasizza li tnaqqis fid-dipendenza fuq l-importazzjonijiet tal-fjuwils fossili jsaħħaħ il-kompetittività tal-UE u l-affordabbiltà u s-sigurtà tal-provvista; jinnota li l-gass naturali bħalissa huwa komponent tas-sigurtà tal-enerġija tal-UE, b’domanda ta’ 320 bcm fl-2024, u jinnota l-previżjonijiet tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija (AIE) li jindikaw domanda moderata ta’ 260 bcm fis-sena sal-2035<FOOTNOTE><FIELD> International Energy Agency, 2024 World Energy Outlook, EC 4Q 2024 Gas Market Report (L-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija, Perspettiva Dinjija tal-Enerġija tal-2024, ir-Rapport tas-Suq tal-Gass għar-raba’ trimestru tal-2024 tal-KE).</FIELD></FOOTNOTE>, filwaqt li xenarju tar-REpowerEU ppreveda tnaqqis possibbli fid-domanda ta’ 184 bcm sal-2030, li jimplika tnaqqis ta’ madwar 50 % fid-domanda għall-gass naturali f’inqas minn ħames snin, meta mqabbel mad-domanda ta’ 356 bcm fl-2022; ifakkar fil-proposta ta’ Draghi biex tiġi stabbilita strateġija komprensiva għall-gass naturali, billi jiġi ġestit ir-rwol tiegħu matul it-tranżizzjoni u tiġi żgurata l-provvista tiegħu, u din għandha tiggwida l-għażliet tal-infrastruttura, is-sħubijiet internazzjonali u l-leġiżlazzjoni; jinnota, bi tħassib, li politiki inkonsistenti dwar il-gass naturali dgħajfu l-pożizzjoni kummerċjali tal-kumpaniji tal-UE, u ħallewhom esposti għal prezzijiet tas-suq spot globali u potenzjalment ħolqu distakk bejn dak li l-UE żgurat kuntrattwalment u dak li se jiġi importat maż-żmien;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jisħaq li l-iżvilupp tal-enerġija nukleari jibqa’ prerogattiva nazzjonali fil-qafas tad-dritt tal-UE; jinnota li għal dawk l-Istati Membri li jagħżlu li jkollhom l-enerġija nukleari fit-taħlita tal-enerġija tagħhom, din jista’ jkollha rwol importanti x’taqdi f’sistema tal-enerġija integrata b’penetrazzjoni dejjem tikber tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli; jinnota li għadd ta’ Stati Membri jaraw il-ħtieġa li jappoġġjaw l-iżvilupp u l-użu kemm tal-ġenerazzjoni eżistenti u ġdida tat-teknoloġiji nukleari, kif ukoll taċ-ċiklu tal-fjuwil nukleari sħiħ, li se jikkontribwixxu għall-bini ta’ katina tal-provvista teknoloġika kompetittiva fl-UE sabiex tiġi żgurata awtonomija strateġika miftuħa; jisħaq fuq l-importanza li jiġi vvalutat il-kost sħiħ taċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ tal-enerġija nukleari, inklużi l-kostruzzjoni, l-operat, is-sigurtà, l-impatti ambjentali u fuq is-saħħa, il-ġestjoni tal-iskart u d-dekummissjonar; jinnota d-dipendenza eżistenti u kontinwa fuq fornituri barranin, b’madwar 97 % tal-provvista tal-uranju naturali tal-UE fl-2022 li tiġi minn sorsi fuq il-baħar<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Rapport Annwali 2023 tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom,</FIELD></FOOTNOTE> u jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu diversifikati s-sorsi tal-provvista tal-uranju u tal-fjuwil nukleari u li tiġi segwita r-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom biex jiġu żviluppati ktajjen tal-provvista affidabbli ħalli tiġi ssodisfata d-domanda dejjem tikber għal teknoloġiji nukleari u nukleari ġodda; jinnota, f’dan ir-rigward, id-deċiżjoni reċenti tal-Bank Ewropew tal-Investiment li jġedded l-appoġġ tiegħu għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet Ewropej ta’ arrikkiment tal-uranju; jissottolinja li r-reatturi modulari żgħar (SMRs) u r-reatturi modulari avvanzati (AMRs) għandhom il-potenzjal li jtejbu s-sigurtà tal-enerġija billi jipprovdu enerġija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju; jinnota, madankollu, li t-teknoloġija għadha mhijiex żviluppata għal kollox; jilqa’ l-valutazzjoni mħabbra dwar il-possibbiltà li jiġu rrazzjonalizzati l-prattiki ta’ liċenzjar għal teknoloġiji ġodda tal-enerġija nukleari bħall-SMRs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-enerġija rinnovabbli tikkostitwixxi faċilitatur tal-awtonomija enerġetika u s-sigurtà tal-provvista fit-tul; jisħaq li s-sorsi tal-enerġija rinnovabbli huma essenzjali biex iwasslu għas-sigurtà tal-enerġija peress li diġà jikkostitwixxu s-sors ewlieni ta’ enerġija mkabbra lokalment għall-UE; jenfasizza l-importanza li jiġi massimizzat l-użu tal-kapaċitajiet rinnovabbli eżistenti, b’mod partikolari billi tiġi indirizzata l-kwistjoni tat-tnaqqis, peress li fl-2023 il-konġestjoni tal-grilja fl-UE naqqset aktar minn 12 TWh ta’ elettriku rinnovabbli, u dan irriżulta f’4,2 miljun tunnellata addizzjonali ta’ emissjonijiet tas-CO2<FOOTNOTE><FIELD> “Transmission capacities for cross-zonal trade of electricity and congestion management in the EU” (Kapaċitajiet ta’ trażmissjoni għall-iskambji transżonali tal-elettriku u l-ġestjoni tal-konġestjoni fl-UE). Ir-Rapport ta’ Monitoraġġ tas-Suq tal-ACER tal-2024, p.52.</FIELD></FOOTNOTE>; jinnota li s-sorsi tal-enerġija rinnovabbli diġà għenu biex titnaqqas id-dipendenza tal-UE fuq il-gass Russu peress li fl-2023 dawn ammontaw għal 25 % tal-enerġija u 45 % tal-elettriku kkunsmat fl-UE; jafferma mill-ġdid l-importanza ta’ appoġġ sostnut tal-UE għall-iżvilupp u l-użu ta’ teknoloġiji rinnovabbli stabbiliti, bħal dawk solari, eoliċi, ġeotermali u l-pompi tas-sħana; itenni l-ħtieġa ta’ appoġġ politiku u ta’ investiment għal setturi inqas żviluppati jew emerġenti sabiex jiġi aċċellerat l-użu ta’ teknoloġiji rinnovabbli li huma l-aktar rilevanti minħabba ċ-ċirkostanzi nazzjonali u lokali tagħhom, bħat-teknoloġiji ġeotermali innovattivi, il-bijometan, l-enerġija termali solari, l-enerġija tal-baħar, l-enerġija mill-marea, l-enerġija osmotika u l-enerġija solari kkonċentrata; jesprimi tħassib li, mingħajr politiki ta’ appoġġ immirati, uħud mit-teknoloġiji innovattivi jistgħu jonqsu milli jilħqu l-kummerċjalizzazzjoni fil-ħin, u għalhekk jistieden lill-Istati Membri jappoġġjaw ir-riċerka, id-dimostrazzjoni, l-adozzjoni tas-suq u l-espansjoni tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta pjan ta’ investiment għal dawn it-teknoloġiji rinnovabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jinnota, b’mod partikolari, il-potenzjal tal-enerġija ġeotermali, stmat għal 510 GW sal-2035 b’fattur ta’ kapaċità ta’ 80-90 %; jenfasizza r-riżorsi vasti mhux sfruttati f’ċerti reġjuni tal-UE u jistieden lill-Kummissjoni twettaq it-talba tal-Parlament biex tappoġġja l-iżvilupp tal-enerġija ġeotermali, inkluż permezz tal-istabbiliment ta’ strumenti ta’ mitigazzjoni tar-riskju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jitlob lill-AIE twettaq analiżi biex tivvaluta l-possibbiltajiet għall-użu tar-riżorsi tal-gass naturali tal-UE; jinnota li l-produzzjoni domestika tal-gass naturali tal-UE naqset b’aktar minn terz bejn l-2020 u l-2023 u dan it-tnaqqis huwa mistenni li jkompli mingħajr żieda sinifikanti fuq terminu qasir fil-produzzjoni tal-gassijiet ekoloġiċi, inklużi l-bijogass u l-bijometan, fl-UE; jinnota li r-rapport ta’ Draghi jenfasizza li filwaqt li d-dekarbonizzazzjoni progressiva u t-tranżizzjoni lejn l-idroġenu u l-gassijiet ekoloġiċi f’konformità mar-RED III u r-REPowerEU huma miżura tranżitorja, il-produzzjoni domestika tal-gass naturali – fejn titqies ġustifikata minn Stati Membri individwali – jista’ jkollha wkoll rwol biex tikkontribwixxi għas-sigurtà tal-provvista u tevita l-esponiment għal żviluppi ġeopolitiċi negattivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jenfasizza li d-diversifikazzjoni hija vitali biex jittaffa r-riskju ta’ dominanza tal-fornituri f’kuntest ġeopolitiku li qed jinbidel; jemmen li l-UE jeħtieġ li ssaħħaħ is-sħubijiet internazzjonali ma’ fornituri affidabbli tal-enerġija, tal-materja prima u tal-komponenti tat-teknoloġija nadifa fir-reġjuni kollha tad-dinja, u, b’mod partikolari, mal-pajjiżi taż-Żona Ekonomika Ewropea;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jissottolinja li t-tisħiħ tas-sigurtà tal-enerġija jirrikjedi approċċ olistiku, b’mod partikolari permezz tat-titjib tal-effiċjenza enerġetika f’setturi tal-enerġija ewlenin tal-użu finali, bħall-bini u l-industrija, permezz tal-promozzjoni tal-iffrankar tal-enerġija, tat-tisħiħ tal-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp u tal-iżgurar ta’ parteċipazzjoni sinifikanti taċ-ċittadini, li kollha huma essenzjali biex tinkiseb sistema tal-enerġija reżiljenti, sostenibbli u inklużiva;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tkun konxja tal-ħtiġijiet futuri tal-kapaċità u tal-mobbiltà militari biex tiġi żviluppata s-sistema tal-enerġija tal-UE; jinnota, bi tħassib, li l-UE tiddependi ħafna mill-importazzjonijiet taż-żejt mhux maħdum u tal-prodotti petroliferi; jistieden lill-Kummissjoni tħejji strateġija komprensiva dwar il-fjuwils likwidi sabiex tiżgura l-aċċess faċilment disponibbli tagħhom għall-militar f’sitwazzjoni ta’ kriżi, u tnaqqas id-dipendenzi fuq ktajjen tal-importazzjoni vulnerabbli u produtturi mhux affidabbli, b’mod partikolari permezz tal-iżvilupp ta’ fjuwils sintetiċi avvanzati (bħal fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli u e-fjuwils) fl-Ewropa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jiġbed l-attenzjoni għar-rakkomandazzjoni tar-rapport ta’ Niinistö dwar il-ħtieġa għal aktar ħidma fuq kurituri prijoritarji tat-trasport b’użu doppju għall-ħtiġijiet loġistiċi ċivili u dawk relatati mad-difiża, u dwar l-espansjoni tal-ktajjen tal-provvista tal-fjuwil għall-forzi armati tul dawn il-kurituri, kif ukoll il-kumulazzjoni ta’ riżerva u r-riżervi strateġiċi tal-enerġija, li jistgħu jkunu partikolarment utli għar-reġjuni b’infrastruttura tal-pipelines u ħżin tal-fjuwil mhux żviluppati biżżejjed; jistieden, f’dan ir-rigward, lill-Kummissjoni tirrieżamina d-Direttiva dwar l-Istokkijiet taż-Żejt fid-dawl tal-bidliet ġeopolitiċi reċenti u l-ħtiġijiet ta’ tħejjija militari sabiex jissaħħu s-sigurtà tal-enerġija u r-reżiljenza kontra r-riskji militari emerġenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jirrikonoxxi d-domanda għall-enerġija li qed taċċellera b’mod rapidu xprunata mis-settur diġitali, b’mod partikolari r-rekwiżiti sostanzjali tal-enerġija taċ-ċentri tad-data u tas-sistemi tal-intelliġenza artifiċjali; jisħaq li din it-tendenza titfa’ enfasi fuq il-ħtieġa urġenti ta’ politiki robusti dwar l-effiċjenza enerġetika u tenfasizza l-importanza li l-UE ssegwi b’mod proattiv soluzzjonijiet sostenibbli li jħarsu ’l quddiem biex tissodisfa din id-domanda li qed tikber filwaqt li tissalvagwardja r-reżiljenza tas-sistema tal-enerġija tagħha;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Infrastruttura tal-enerġija reżiljenti</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jinnota li l-punti ta’ konġestjoni fl-infrastruttura jimpedixxu l-benefiċċji tal-integrazzjoni tas-settur u jaggravaw it-theddid għas-sigurtà tal-enerġija; jissottolinja l-importanza li jsir investiment f’networks ġodda tal-enerġija, inklużi interkonnetturi transfruntiera u grilji offshore, u tiġi ottimizzata l-infrastruttura eżistenti biex tiżdied il-kapaċità bl-użu ta’ teknoloġiji li jtejbu l-grilja (GETs) filwaqt li jitnaqqsu l-ħtiġijiet ġodda tal-infrastruttura, sabiex tkun tista’ ssir l-integrazzjoni ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli u faċilitajiet oħra ta’ ġenerazzjoni ġdida, jingħalqu l-lakuni fil-prezzijiet, tittejjeb l-effiċjenza ġenerali tas-sistema u titrawwem is-solidarjetà fost l-Istati Membri f’każ ta’ kriżi tal-enerġija; jenfasizza l-ħtieġa ta’ ppjanar għal infrastruttura teknikament soda li jqis il-karatteristiċi ġeografiċi u naturali filwaqt li jiżgura vijabbiltà fit-tul u jevita l-ħolqien ta’ assi mhux rekuperabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta b’mod urġenti ż-żoni fejn l-interkonnetturi mhumiex suffiċjenti sabiex tintlaħaq il-mira attwali ta’ interkonnessjoni ta’ 15 % kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2018/1999<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1999/oj).</FIELD></FOOTNOTE>; jisħaq fuq l-importanza tal-Proġetti ta’ Interess Komuni (PCIs) biex jiffaċilitaw il-fluss effiċjenti u sigur tal-elettriku madwar l-Istati Membri u r-reġjuni, u b’hekk jissaħħu l-integrazzjoni transfruntiera u s-solidarjetà enerġetika fl-UE; jirrikonoxxi r-rwol tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-Enerġija (FNE-E) biex ittemm l-investimenti msemmija hawn fuq u jtenni t-talba tiegħu biex il-finanzjament tagħha jiżdied b’mod sinifikanti meta jiġi propost il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jaċċelleraw il-proċeduri għall-ħruġ tal-permessi għall-installazzjonijiet u n-networks tal-elettriku; jinnota li proċeduri għall-ħruġ tal-permessi eċċessivament twal jistgħu joħolqu inċertezza legali, jimminaw l-adegwatezza tar-riżorsi billi jdewmu l-implimentazzjoni ta’ proġetti kritiċi – sew jekk għar-repowering jew għat-tiġdid ta’ siti ta’ ġenerazzjoni eżistenti, kif ukoll għall-iżvilupp ta’ infrastruttura ta’ trażmissjoni, distribuzzjoni jew ħżin; jilqa’ l-progress pożittiv li sar rigward id-dispożizzjonijiet adottati fl-aħħar reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli u r-Regolament ta’ Emerġenza dwar il-Ħruġ tal-Permessi<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2577 tat-22 ta’ Diċembru 2022 li jistabbilixxi qafas biex jitħaffef il-varar tal-enerġija rinnovabbli, ĠU L 335, 29.12.2022, p. 36, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2577/oj).</FIELD></FOOTNOTE> biex jiġu aċċellerati, irrazzjonalizzati u ssimplifikati l-proċeduri tal-ħruġ tal-permessi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Ifakkar li t-tibdil fil-klima jkompli jmur għall-agħar, u jqiegħed pressjoni dejjem akbar fuq is-sistema tal-enerġija minħabba avvenimenti estremi tat-temp, bħal mewġiet ta’ sħana, li jwasslu għall-għeluq tal-impjanti tal-enerġija termali, nixfiet li jnaqqsu l-output tal-ġenerazzjoni, u maltempati, għargħar u nirien severi li jikkawżaw ħsara lill-grilji tal-elettriku u lill-pipelines tal-gass; jisħaq li l-impatt tat-tibdil fil-klima fuq l-assi tal-ġenerazzjoni, in-networks u l-mudelli ta’ konsum għandu jiġi integrat aħjar fl-immudellar u l-preparatezza tal-infrastruttura tal-enerġija; jenfasizza l-ħtieġa ta’ ppjanar reżiljenti tas-sistema tal-enerġija, li jinkorpora strateġiji adattivi għall-klima bħal teknoloġiji avvanzati ta’ tkessiħ, flessibbiltà tal-grilja, ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli deċentralizzata u protezzjonijiet imsaħħa tal-infrastruttura; jenfasizza l-importanza li jiġi integrat pjan ta’ verifika tar-reżistenza klimatika, ibbażat fuq valutazzjoni inizjali bbażata fuq ir-riskju, fi proġetti tal-enerġija mill-aktar stadji bikrija tal-iżvilupp;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tibni fuq id-Direttiva (UE) 2022/2557<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2022/2557 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE (ĠU L 333, 27.12.2022, p. 164, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2022/2557/oj).</FIELD></FOOTNOTE> dwar ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi billi tiffaċilita l-implimentazzjoni sħiħa u armonizzata tagħha permezz tal-forniment tal-aħjar prattiki, materjali u metodoloġiji ta’ gwida, u attivitajiet u eżerċizzji ta’ taħriġ transfruntiera biex jappoġġjaw lill-Istati Membri, lill-awtoritajiet kompetenti u lill-entitajiet kritiċi tal-enerġija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li jsir investiment fil-protezzjoni u r-reżiljenza tal-infrastruttura tal-enerġija kontra theddid ikkawżat mill-bnedmin, bħall-attakki militari, ibridi u ċibernetiċi; jesprimi tħassib dwar l-inċidenti reċenti ta’ sabotaġġ fil-Baħar Baltiku u jappella għal azzjoni aktar b’saħħitha fil-livell tal-UE biex tiġi protetta l-infrastruttura kritika tal-enerġija tal-UE, inklużi konnessjonijiet transfruntiera ma’ pajjiżi mhux tal-UE, bħal pipelines u kejbils taħt il-baħar, parks eoliċi offshore u interkonnessjonijiet, imfassla biex tappoġġja lill-Istati Membri l-aktar milquta, u tikkomplementa l-miżuri nazzjonali; jilqa’, f’dan ir-rigward, il-komunikazzjoni konġunta dwar il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar is-Sigurtà tal-Kejbils;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jinnota li d-deċentralizzazzjoni tas-sistema tal-enerġija, li ssaħħaħ ir-reżiljenza kif ukoll tiffaċilita t-tranżizzjoni tal-enerġija, u d-diversità miżjuda tas-sorsi u l-awtonomija jnaqqsu d-dipendenza fuq impjanti tal-enerġija ċentralizzati, jimminimizzaw ir-riskji tal-indisponibbiltà tal-enerġija, itejbu l-istabbiltà tal-grilja, u jippermettu rkupru aktar rapidu meta jseħħu l-interruzzjonijiet; jenfasizza, fl-istess ħin, li l-għadd akbar ta’ sorsi remoti u mxerrda ta’ enerġija, il-ħżin tal-enerġija u l-konnessjonijiet ġodda jeħtieġu miżuri msaħħa li jiżguraw protezzjoni robusta tal-infrastruttura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tibni fuq it-tagħlimiet meħuda mill-gwerra fl-Ukrajna, b’mod partikolari r-rwol kritiku tal-interkonnessjoni tal-elettriku, il-mikrogrilji, l-enerġija solari distribwita, l-enerġija mir-riħ u l-ħżin tal-batteriji biex tiżgura reżiljenza akbar tal-grilja tal-elettriku kontra l-attakki militari, inklużi l-attakki ċibernetiċi, id-droni u l-missili; ifaħħar l-isforzi sostnuti tal-Ukrajna biex iżżomm il-funzjonalità u s-sikurezza tas-sistema tal-enerġija tagħha fid-dawl tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja, u jenfasizza li l-appoġġ lill-Ukrajna jinvolvi wkoll għajnuna biex tiġi ssalvagwardjata s-solidità tal-grilja elettrika nazzjonali tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jinnota, bi tħassib, li riżorsi distribwiti ta’ enerġija (RDE) żgħar konnessi mal-internet, bħall-invertituri, mhumiex koperti minn proċeduri xierqa ta’ valutazzjoni tal-konformità skont il-leġiżlazzjoni dwar iċ-ċibersigurtà, bħall-Att dwar ir-Reżiljenza Ċibernetika<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2024/2847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2024 dwar ir-rekwiżiti orizzontali taċ-ċibersigurtà għall-prodotti b’elementi diġitali u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 168/2013 u (UE) 2019/1020 u d-Direttiva (UE) 2020/1828 (Att dwar ir-Reżiljenza Ċibernetika) (ĠU L, 2024/2847, 20.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2847/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, u peress li jistgħu jiġu kkontrollati mill-bogħod u s-software tagħhom aġġornat mill-manifattur, li f’ħafna każijiet mhuwiex bejjiegħ fdat, jistgħu jagħtu lil dawn il-bejjiegħa mhux fdati kontroll fuq il-grilji tal-elettriku tal-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tistabbilixxi valutazzjonijiet tar-riskju obbligatorji għar-RDE bbażati fuq il-pajjiż ta’ oriġini, u tiżgura li l-apparati kkontrollati minn ġuriżdizzjonijiet bi tħassib potenzjali dwar is-sigurtà jkunu soġġetti għal sorveljanza stretta u rekwiżiti ta’ lokalizzazzjoni; jappella għal reżiljenza msaħħa fil-ktajjen tal-provvista Ewropej billi tiġi promossa l-manifattura bbażata fl-UE tad-RDE u jitrawmu alleanzi ma’ sħab internazzjonali fdati jenfasizza l-ħtieġa ta’ għadd adegwat ta’ professjonisti speċjalizzati fiċ-ċibersigurtà u koordinazzjoni mill-qrib fost l-Istati Membri biex jiġu indirizzati dawn il-vulnerabbiltajiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jistieden lill-kumpaniji tal-enerġija li jimmaniġġjaw l-infrastruttura kritika biex jaħdmu mill-qrib mal-Aġenzija tal-UE għaċ-Ċibersigurtà u jgħammru lilhom infushom bl-aktar għodod taċ-ċibersigurtà avvanzati; iqis li l-kooperazzjoni man-NATO fil-qasam taċ-ċibersigurtà għandha tissaħħaħ sabiex jiġi miġġieled it-theddid ibridu għas-sigurtà tal-enerġija tal-Ewropa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jinnota li l-Istati Membri jeħtieġ li jagħmlu l-almu tagħhom biex iżidu r-reżiljenza tagħhom, li tinkludi l-kapaċità li jipprevjenu, jirreżistu, jimmitigaw, jassorbu, jakkomodaw inċidenti, jipproteġu kontra l-inċidenti, jirrispondu għalihom u jirkupraw minnhom, filwaqt li jqisu bis-sħiħ l-interdipendenza tas-suq tal-enerġija tal-UE u l-effett domino potenzjali li l-fallimenti tal-infrastruttura f’pajjiż wieħed jista’ jkollhom madwar l-Unjoni; jissottolinja, b’mod partikolari, il-ħtieġa li jissaħħaħ l-aspett ta’ rkupru, li jista’ jinkiseb permezz ta’ mekkaniżmu Ewropew effiċjenti ta’ tiswija u rispons u ta’ pjanijiet operazzjonali nazzjonali u reġjonali, li jistgħu jservu bħala element importanti tal-istrateġija ta’ deterrenza tal-UE; jinnota l-importanza tas-solidarjetà tal-UE biex twieġeb għal inċidenti infrastrutturali potenzjali, u jiġu żgurati azzjoni koordinata u appoġġ reċiproku fost l-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Ifakkar li l-infrastruttura tal-enerġija tikkostitwixxi settur partikolarment sensittiv li jeħtieġ protezzjoni kontra interessi barranin; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jindirizzaw ir-riskji għas-sigurtà assoċjati mal-investiment barrani fl-infrastruttura tal-enerġija u l-akkwiżizzjonijiet tagħha; jesprimi tħassib dwar sensiela ta’ investimenti barranin potenzjalment sensittivi, b’mod partikolari fil-grilji; jilqa’, f’dan ir-rigward, ir-reviżjoni li għaddejja tar-Regolament dwar l-Iskrinjar tal-Investiment Barrani<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2019/452 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 li jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni (ĠU L 79 I, 21.3.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/452/oj).</FIELD></FOOTNOTE> bħala pass f’waqtu lejn l-adozzjoni ta’ approċċ strateġiku strett għall-iżvilupp u s-sorveljanza tal-infrastruttura tal-enerġija Ewropea;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jisħaq li s-sigurtà tal-enerġija għandha tinkludi l-provvista ta’ teknoloġiji nodfa ewlenin, komponenti u materja prima kritika u jinnota l-ħtieġa tal-forniment diversifikat tagħhom; jappella għal aktar appoġġ għall-industrija tal-manifattura tal-grilja tal-UE bħala pilastru strateġiku tat-tranżizzjoni tal-enerġija, b’enfasi partikolari fuq l-iżgurar ta’ ambjent regolatorju ġust u kompetittiv għall-manifatturi Ewropej, filwaqt li jiġi esplorat il-potenzjal għar-rekwiżiti tal-kontenut lokali biex jissaħħu s-sigurtà tal-enerġija, ir-reżiljenza tal-katina tal-provvista u l-kompetittività industrijali; jappella għal aġġornament tal-Qafas tal-Akkwist Pubbliku li jissimplifika u jnaqqas il-piż amministrattiv għall-operaturi tal-grilja biex jaċċessaw it-teknoloġiji tal-grilja meħtieġa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jenfasizza l-importanza li jiġu integrati l-prinċipji taċ-ċirkolarità fit-tfassil tal-infrastruttura u t-tagħmir kritiċi, u jappella għal appoġġ miżjud għall-implimentazzjoni tagħhom, bl-għan li titnaqqas id-dipendenza tal-UE fuq l-importazzjonijiet tal-materja prima barranija u tissaħħaħ l-effiċjenza fir-riżorsi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Eliminazzjoni gradwali tal-provvisti tal-enerġija Russi</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jenfasizza li l-isfidi maħluqa minn nuqqas ta’ solidarjetà fl-UE u minn xi Stati Membri li jagħtu prijorità lil interessi partikolari għamlu lill-kontinent kollu konxju mill-perikli tad-dipendenza fuq fornitur tal-enerġija mhux affidabbli li juża l-esportazzjonijiet tal-enerġija bħala arma; jissottolinja li t-tagħlimiet meħuda mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna jeħtieġ li jkunu fil-qalba tal-azzjonijiet futuri tal-UE, b’enfasi partikolari fuq l-importanza kritika ta’ rispons Ewropew magħqud sabiex jiġu eliminati d-dipendenzi perikolużi fil-provvisti tal-enerġija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jissottolinja li l-UE għamlet avvanzi fit-tnaqqis tad-dipendenza enerġetika tagħha, l-aktar bis-saħħa tal-pjan REPowerEU u s-16-il pakkett ta’ sanzjonijiet, li wasslu għal tnaqqis fl-importazzjonijiet tal-gass Russu (pipeline u LNG) minn 45 % tal-importazzjonijiet totali tal-gass tal-UE fl-2021 għal 19 % mill-2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jesprimi tħassib serju li l-UE għadha dipendenti fuq il-gass Russu u, barra minn hekk, dan l-aħħar rat żieda f’din id-dipendenza, bl-importazzjonijiet li żdiedu bi 18 % fl-2024 u qed ikomplu jikbru fl-2025<FOOTNOTE><FIELD> Bidla għal data aktar reċenti – L-aħħar spinta għat-tneħħija gradwali tal-gass Russu tal-UE, “Ember”, 27 ta’ Marzu 2025.</FIELD></FOOTNOTE>; jinnota li fl-2024 biss, l-Istati Membri xtraw madwar EUR 7 biljun f’LNG Russu, u mill-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja ’l hawn, l-UE importat EUR 200 biljun f’żejt u gass Russi – li jalimentaw kompletament<FOOTNOTE><FIELD> Iċ-Ċentru għar-Riċerka dwar l-Enerġija u l-Arja Nadifa, “Il-Finanzjament tal-gwerra ta’ Putin: Importazzjonijiet tal-fjuwils fossili mir-Russja matul l-invażjoni tal-Ukrajna”, https://energyandcleanair.org/financing-putins-war/<STRING UNDERLINE="on">.</STRING></FIELD></FOOTNOTE> il-magna tal-gwerra tar-Russja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jilqa’ l-pubblikazzjoni ta’ pjan direzzjonali għat-tneħħija gradwali tal-importazzjonijiet tal-enerġija Russa, li jrid iwitti t-triq għat-tmiem definittiv tagħhom mill-aktar fis possibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jilqa’ l-projbizzjoni gradwali tal-importazzjonijiet tal-gass Russu proposta mill-Kummissjoni; jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi introdotta projbizzjoni fl-UE kollha tal-importazzjonijiet kollha tal-gass naturali Russu sa mhux aktar tard mill-2027, u li jiġu pprojbiti kuntratti ġodda u kuntratti spot eżistenti sa tmiem l-2025; jinsisti li l-Istati Membri, inklużi dawk li bħalissa jibbenefikaw minn derogi mmirati għall-importazzjonijiet taż-żejt mir-Russja, fl-aħħar mill-aħħar għandhom jeliminaw gradwalment dawn l-importazzjonijiet sa mhux aktar tard mill-2027; jilqa’ l-proposti leġiżlattivi li jmiss f’dan ir-rigward u jistieden lill-Kummissjoni tesplora l-użu tal-istrumenti tranżizzjonali kollha disponibbli li jistgħu jwasslu għat-tmiem tal-importazzjonijiet tal-fjuwils fossili Russi sal-2027, bħall-introduzzjoni ta’ sistema ta’ kwoti regolari għall-importazzjonijiet tal-gass Russu fl-UE u l-introduzzjoni ta’ prezz massimu għal-LNG Russu, wara valutazzjoni tal-impatti fuq is-suq u fuq il-prezzijiet; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi lill-kumpaniji tal-UE b’settijiet ta’ għodod effettivi u legalment sodi biex jiffaċilitaw l-isforzi tagħhom ħalli joħorġu minn kuntratti fit-tul ma’ fornituri Russi mingħajr ma jġarrbu penali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jinkludu l-konsenji tal-gass lejn l-UE mit-terminals tal-LNG ta’ Yamal u l-LNG tal-Artiku 2 fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-sanzjonijiet tal-UE u s-sanzjonar rispettiv tal-flotta unika tat-trasportaturi tal-LNG tal-klassi tas-silġ marbuta mal-proġett tal-LNG ta’ Yamal; jinnota li s-sanzjonar tat-trasportaturi tal-LNG ikun effettiv ħafna, peress li hemm l-għadd limitat ta’ trasportaturi tal-LNG tal-klassi tas-silġ fid-dinja; jenfasizza li l-azzjonijiet ta’ hawn fuq ikunu jirrikjedu valutazzjonijiet adegwati tal-impatti legali u ekonomiċi fuq il-kumpaniji Ewropej ikkonċernati u biex tiġi żgurata l-kapaċità tagħhom li joħorġu mill-kuntratti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Ifaħħar l-inklużjoni tal-katina tal-provvista nukleari fil-pjan direzzjonali; jinnota, bi tħassib, li l-fjuwil nukleari Russu għadu preżenti fis-suq tal-UE, inkluż permezz ta’ ktajjen tal-provvista indiretti, u li fl-2023, 23,5 % tal-uranju kkunsmat fl-UE ġie mir-Russja u 30,1 % tal-uranju użat fil-flotta nukleari tal-UE ġie arrikkit mir-Russja; jinnota li filwaqt li l-fornituri domestiċi qed iżidu l-kapaċità fil-faċilitajiet Ewropej tagħhom biex jissodisfaw iż-żieda fid-domanda, filwaqt li l-utilitajiet qed jitbiegħdu b’mod proattiv mill-provvista Russa, huma meħtieġa b’mod urġenti deċiżjonijiet ta’ politika ċari fil-livell tal-UE u dak nazzjonali biex jindirizzaw il-vulnerabbiltajiet imsemmija hawn fuq fil-katina tal-provvista nukleari; jappella, għalhekk, għall-appoġġ għall-proġetti fl-Unjoni li jikkontribwixxu għal awtonomija u sigurtà akbar tal-provvista tal-fjuwil nukleari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jesprimi tħassib li d-data uffiċjali ma tipprovdix stampa sħiħa tal-importazzjonijiet tal-enerġija Russa u tad-destinazzjoni aħħarija tagħhom, peress li ż-żejt u l-gass Russi ttikkettjati mill-ġdid għadhom jidħlu fis-suq tal-UE; jinnota b’dispjaċir li dan, f’xi każijiet, iseħħ bil-kunsens sieket tal-atturi statali involuti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jaqbel li valutazzjoni adegwata tal-ammont tal-importazzjonijiet tal-enerġija Russa hija prerekwiżit għall-eliminazzjoni gradwali ta’ din id-dipendenza; jiddispjaċih dwar il-ħabi tal-importazzjonijiet tal-enerġija Russa u jenfasizza l-ħtieġa ta’ trasparenza akbar fis-suq tal-enerġija tal-UE; jistieden lill-Istati Membri jippubblikaw data dwar l-oriġini tal-gass Russu importat, esportat u kkunsmat, u jħeġġeġ l-applikazzjoni tal-miżuri kollha kontra l-ħabi tal-importazzjonijiet tal-enerġija Russa; jinnota li l-obbligi ta’ rapportar rilevanti stabbiliti fl-ambitu tar-Regolament (UE) 2024/1787 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-metan fis-settur tal-enerġija jistgħu jikkontribwixxu biex dan l-għan jintlaħaq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jilqa’ l-proposti li daqt joħorġu għal mekkaniżmi ta’ trasparenza, monitoraġġ u traċċabbiltà, peress li l-impa Iellimentazzjoni effettiva tas-sanzjonijiet tiddependi minn mekkaniżmi ta’ kontroll kompatibbli fl-Istati Membri kollha; jissottolinja l-ħtieġa urġenti li jiġi żviluppat mekkaniżmu legali biex jiġu żgurati t-trasparenza u t-traċċabbiltà tal-gass naturali li joriġina fir-Russja u jiġi esportat lejn l-UE bħala gass naturali likwifikat u permezz tal-pipeline, u eventwalment li jiġu koperti l-importazzjonijiet taż-żejt; jenfasizza li, fil-futur, dan il-mekkaniżmu għandu jiġi estiż għall-importazzjonijiet tal-enerġija minn destinazzjonijiet oħra; iqis li l-mekkaniżmu jkun jeħtieġ il-kooperazzjoni bejn diversi servizzi, inklużi s-servizzi tal-kompetizzjoni tal-UE, l-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) u l-awtoritajiet doganali nazzjonali; jitlob lill-Istati Membri jikkunsidraw li jsaħħu s-setgħat ta’ investigazzjoni kriminali tal-awtoritajiet doganali nazzjonali biex jiżguraw l-effettività tal-mekkaniżmu msemmi hawn fuq u jintroduċu miżuri u multi deterrenti suffiċjenti, bħal penali finanzjarji adegwati għall-evażjoni tas-sanzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi adottat qafas legali għad-diversifikazzjoni, li jkun jirrikjedi li kull Stat Membru jħejji, b’mod koordinat u permezz tal-awtoritajiet kompetenti xierqa, pjan ta’ ħruġ għas-sorsi tal-enerġija Russi u li jappoġġja u jissorvelja t-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ pjanijiet ta’ ħruġ speċjalizzati fil-livell tal-impriżi attivi fis-setturi tal-enerġija rispettivi tagħhom; jikkunsidra li dawn il-pjanijiet għandhom jinkludu d-dimensjonijiet tal-produzzjoni domestika u tat-tnaqqis tad-domanda;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-appelli għar-ritorn lejn l-importazzjonijiet tal-enerġija Russa bħala parti mis-soluzzjoni tal-paċi fl-Ukrajna; jirrifjuta bil-qawwa l-idea taċ-ċertifikazzjoni possibbli tal-pipeline Nord Stream 2 u jinsisti fuq id-dekummissjonar sħiħ tal-pipelines Nord Stream; iwissi kontra li l-UE terġa’ taqa’ f’sitwazzjoni ta’ dipendenza minn fornitur mhux affidabbli u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw salvagwardji kontra dan, bħal kontrofirma mill-Kummissjoni dwar kwalunkwe kuntratt potenzjali mar-Russja jew l-użu obbligatorju tal-pjattaforma AggregateEU għal dan it-tip ta’ xiri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Ifakkar li l-enerġija hija neċessità fundamentali; jenfasizza li l-eliminazzjoni gradwali tal-importazzjonijiet tal-enerġija Russa trid tkun sforz kollettiv, li jiżgura li l-ebda Stat Membru, kumpanija jew unità domestika ma titħalla barra; jenfasizza li l-Istati Membri mhumiex f’pożizzjoni ugwali biex jeliminaw gradwalment l-importazzjonijiet tal-enerġija Russa bl-istess mod, u għalhekk iħeġġeġ solidarjetà qawwija bejniethom, flimkien ma’ miżuri ta’ appoġġ xierqa mill-Kummissjoni biex tiġi żgurata tranżizzjoni ġusta u kkoordinata;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jinnota li, fil-futur qrib, hemm il-ħtieġa li l-importazzjonijiet tal-enerġija Russa li jkunu ġew eliminati gradwalment jiġu sostitwiti b’sorsi affidabbli mhux tal-UE u għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipproponi miżuri li jiżguraw is-sostituzzjoni suffiċjenti tagħhom minn sħab fdati; jisħaq, madankollu, li l-provvisti tal-enerġija Russa ma għandhomx jiġu sostitwiti b’dipendenzi ġodda fil-provvisti, u li għalhekk, fuq terminu twil, l-importazzjonijiet tal-enerġija għandhom jitnaqqsu progressivament permezz ta’ miżuri effettivi li jappoġġjaw id-dekarbonizzazzjoni, l-elettrifikazzjoni u l-effiċjenza enerġetika u l-iffrankar fis-setturi fejn ikun possibbli u kosteffiċjenti, kif ukoll permezz tal-iżvilupp tal-produzzjoni tal-enerġija domestika f’konformità mal-pjan REPowerEU;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jissottolinja li d-dipendenza enerġetika fuq ir-Russja lanqas ma għandha tiġi sostitwita b’dipendenzi ġodda fuq fornituri individwali tat-teknoloġiji tal-enerġija, il-komponenti jew il-materja prima kritika;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Reviżjoni tal-qafas tas-sigurtà tal-provvista</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jilqa’ r-reviżjoni li jmiss tal-arkitettura tas-Sigurtà tal-Provvista inkluż ir-Regolament dwar is-Sigurtà tal-Provvista tal-Gass u r-Regolament dwar it-Tħejjija għar-Riskji tal-Elettriku, u leġiżlazzjoni rilevanti oħra; iqis li l-arkitettura l-ġdida tas-sigurtà tal-provvista tal-UE għandha tirrifletti tali bidliet fundamentali bħall-integrazzjoni transsettorjali dejjem akbar tas-sistema tal-enerġija, ix-xenarju ġeopolitiku l-ġdid, il-bidliet profondi fir-rotot tal-provvista, l-impatt tat-tibdil fil-klima, kif ukoll il-bidliet fil-maturità tat-teknoloġiji tal-enerġija riflessi fiċ-ċaqliq tal-kostijiet livellati tal-enerġija u l-opportunitajiet li dan jippreżenta għat-tranżizzjoni tal-enerġija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jenfasizza li l-effiċjenza enerġetika għandha rwol kritiku fit-tisħiħ tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija billi tnaqqas id-domanda ġenerali għall-enerġija, tnaqqas id-dipendenza mill-importazzjonijiet tal-enerġija u żżid ir-reżiljenza tas-sistema; iqis li l-qafas il-ġdid tas-sigurtà tal-provvista għandu jitwessa’ biex jirrifletti mod ġdid kif wieħed iħares lejn is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija, ibbażat mhux biss fuq is-sorsi tal-enerġija, iżda wkoll fuq il-prinċipju “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel”, l-iffrankar tal-enerġija, il-kosteffiċjenza, kif ukoll il-kapaċità li jiġu prodotti tipi differenti ta’ enerġija f’livell nazzjonali; jinnota li, fil-futur qrib, l-Unjoni għandha tikkonċentra fuq il-ftim effettiv u solidu tal-importazzjonijiet tal-enerġija Russa mingħajr lakuni, inkluż permezz tal-iżgurar ta’ provvisti alternattivi minn sħab affidabbli u użu aħjar tal-infrastruttura eżistenti, filwaqt li fl-istess ħin tkompli tiżviluppa alternattivi f’livell nazzjonali għall-prodotti tal-enerġija importati, fejn possibbli; jenfasizza, madankollu, li huwa imperattiv li tiġi żviluppata arkitettura tas-sigurtà tal-provvista li tibqa’ valida fil-futur li sistematikament tnaqqas id-dipendenza minn atturi esterni, b’mod partikolari billi tavvanza l-effiċjenza enerġetika, tippromwovi l-iffrankar tal-enerġija, ittejjeb iċ-ċirkolarità u tiżgura t-tkabbir sostnut tal-produzzjoni tal-enerġija nadifa maħluqa lokalment u infrastruttura tal-enerġija deċentralizzata protetta sew;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li tingħata prijorità lir-reżiljenza tal-infrastruttura tal-enerġija, abbażi tat-tagħlimiet meħuda mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, l-attakki mmirati fuq is-sistemi tal-enerġija tagħha u l-benefiċċji tas-sistemi tal-enerġija deċentralizzati; iqis li assi ġodda tal-enerġija għandhom ikunu “reżiljenti sa mit-tfassil”, inkluż għal theddid militari possibbli u eventi tat-temp estrem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ kooperazzjoni akbar fost l-atturi kollha dwar ir-reżiljenza tal-infrastruttura tal-enerġija kemm għall-impatti klimatiċi kif ukoll għat-theddid ikkawżat mill-bniedem; jinsisti li l-protezzjoni ta’ din l-infrastruttura teħtieġ involviment akbar min-naħa tal-gvernijiet, inkluż permezz ta’ sħubijiet pubbliċi-privati; Jilqa’, f’dan ir-rigward, ir-rakkomandazzjoni tar-rapport ta’ Niinistö li jkun hemm involviment mas-settur privat biex jiġu istituzzjonalizzati l-isforzi għat-tnaqqis tar-riskji, it-testijiet tal-istress transsettorjali u l-miżuri ta’ sigurtà proattivi; Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li tali kooperazzjoni tkun riflessa fi pjanijiet li jkopru l-ġestjoni u l-irkupru tal-inċidenti, u tkun soġġetta għal eżerċizzji regolari; jinnota li l-istrateġija tal-preparatezza tal-Unjoni tinkludi azzjonijiet għat-tisħiħ tas-sħubijiet pubbliċi-privati u jistieden lill-Kummissjoni tkompli tiżviluppa miżuri speċifiċi rilevanti għas-settur tal-enerġija fir-rieżami tal-arkitettura tas-sigurtà tal-provvista;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jinnota l-ħtieġa li fl-arkitettura tas-sigurtà tal-provvista tiġi akkomodata l-integrazzjoni ta’ gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, bħall-bijometan u l-idroġenu; ifakkar li l-Istrateġija għall-Idroġenu diġà rrikonoxxiet ir-rwol li l-produzzjoni tal-idroġenu rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju jista’ jkollha fil-forniment ta’ flessibbiltà u ħżin f’sistema tal-enerġija integrata b’sehem għoli ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli; jistieden lill-Kummissjoni tirrikonoxxi l-komplementarjetajiet bejn l-idroġenu u l-elettriku fil-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Elettrifikazzjoni futur, f’konformità mal-integrazzjoni tas-settur tal-enerġija, u tistabbilixxi kundizzjonijiet ċari għaż-żieda tal-idroġenu biex tikkontribwixxi għat-tranżizzjoni enerġetika, b’mod partikolari fis-setturi li diffiċli jitrażżnu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li fil-valutazzjonijiet tar-riskju nazzjonali jiġu inklużi r-riskji tal-affordabbiltà ; jitlob trasparenza dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri nazzjonali tal-preparatezza għar-riskji biex tiżdied il-fiduċja bejn l-Istati Membri; jinnota l-vantaġġi ta’ koerenza akbar f’dak li jirrigwarda l-kategoriji ta’ konsumaturi protetti (kategoriji konsistenti u l-gradazzjoni tal-prijorità ta’ skonnessjoni għall-utenti tal-grilja) biex ikunu jistgħu jiġu definiti pjanijiet koordinati għat-tnaqqis tat-tagħbija tal-konsumaturi, inklużi pjanijiet biex jiġu appoġġjati l-unitajiet domestiċi vulnerabbli affettwati minn faqar enerġetiku matul kriżi tal-enerġija, jew li jinsabu f’riskju ta’ tali faqar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa ta’ politika tal-enerġija unifikata, reżiljenti u kkoordinata strateġikament; jenfasizza li, meta s-swieq tal-enerġija tal-UE qed isiru aktar integrati, is-sigurtà tal-enerġija kulma jmur qed issir aktar ir-responsabbiltà kondiviża tal-Istati Membri, u din tirrikjedi s-solidarjetà u l-koordinazzjoni sabiex jiġu pprevenuti l-azzjonijiet unilaterali li jistgħu jimminaw is-sigurtà tal-UE kollha kemm hi; iwissi li deċiżjoni unilaterali minn attur wieħed li jidħol fi ftehim dannuż dwar l-enerġija ma’ pajjiż mhux tal-UE tista’ tesponi lill-UE kollha għal kriżijiet tal-enerġija mġedda, volatilità tal-prezzijiet u pressjoni ġeopolitika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jinnota l-ħtieġa ta’ koordinazzjoni aktar b’saħħitha bejn l-Istati Membri dwar id-dekummissjonar tal-unitajiet ta’ ġenerazzjoni li qed jiqdiemu b’impatt transfruntier, kif ukoll dwar l-irtirar mis-sistema tal-kapaċità ta’ ġenerazzjoni sabiex jiġi żgurat li l-installazzjonijiet alternattivi jkunu tlestew u qed jitħaddmu, peress li dan jaffettwa d-disponibbiltà u l-affordabbiltà tal-enerġija fil-pajjiżi ġirien;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jissottolinja li t-teknoloġiji mmexxija mid-data għandu jkollhom impatt pożittiv fuq il-ġestjoni tas-sigurtà tal-enerġija; jirrikonoxxi l-importanza ta’ informazzjoni u data komprensivi dwar l-enerġija fl-identifikazzjoni tat-theddid għas-sigurtà tal-enerġija li qed jevolvi u r-reazzjoni għalih u fl-ippjanar tal-infrastruttura, u jappella għal koordinazzjoni mtejba fil-ġbir ta’ tali informazzjoni u data;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni biex, fil-proposta dwar is-sigurtà tal-provvista, tinkludi dispożizzjonijiet tekniċi għall-istandardizzazzjoni u l-interoperabbiltà tal-komponenti kritiċi tas-sistema tal-enerġija tal-UE, b’mod partikolari t-transformers tal-elettriku, biex jiġi żgurat li n-nuqqas ta’ standardizzazzjoni ma jxekkilx is-solidarjetà Ewropea;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jilqa’ l-istabbiliment min-Network Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta’ Trażmissjoni tal-Elettriku (ENTSO-E) ta’ Task Force ġdida dwar is-Sigurtà tal-Infrastruttura Kritika, bl-għan li tanalizza u tipproponi rakkomandazzjonijiet dwar it-tema tas-sigurtà tal-infrastruttura kritika; jisħaq fuq l-importanza li jiġu inkorporati t-tagħlimiet meħuda mill-esperjenza tal-Ukrajna, inkluż l-għarfien espert siewi tal-unità ddedikata fi ħdan l-Operatur tas-Sistema ta’ Trażmissjoni tal-Ukrajna (TSO) inkarigat mill-identifikazzjoni u l-mitigazzjoni tat-theddid għall-infrastruttura kritika; jistieden lill-Kummissjoni tikkollabora mill-qrib mal-ENTSO-E biex tipprovdi valutazzjoni komprensiva u sistemika tat-theddid għall-grilja tal-elettriku tal-UE, li għandha titlesta sal-2026;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>