<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0149</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Ir-Regolament dwar id-Deforestazzjoni - lista tal-pajjiżi li jippreżentaw riskju baxx jew għoli</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0321/2025)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2025 dwar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1093 tat-22 ta’ Mejju 2025 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/1115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ lista tal-pajjiżi li jippreżentaw riskju baxx jew għoli li jipproduċu l-komoditajiet rilevanti li għalihom il-prodotti rilevanti ma jikkonformawx mal-Artikolu 3(a) (2025/2739(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1093 tat-22 ta’ Mejju 2025 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/1115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ lista tal-pajjiżi li jippreżentaw riskju baxx jew għoli li jipproduċu l-komoditajiet rilevanti li għalihom il-prodotti rilevanti ma jikkonformawx mal-Artikolu 3(a)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2025/1093, 23.5.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1093/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2023/1115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2023 dwar it-tqegħid fis-suq tal-Unjoni u l-esportazzjoni mill-Unjoni ta’ ċerti komoditajiet u prodotti assoċjati mad-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 995/2010<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 150, 9.6.2023, p. 206, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/1115/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 29(2) tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/182/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 115(2) u (3) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, il-Klima u s-Sikurezza tal-Ikel,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-votazzjoni f’seduta plenarja tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Novembru 2024 dwar ir-Regolament li jemenda r-Regolament (UE) 2023/1115 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet relatati mad-data tal-applikazzjoni,
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Tħassib dwar il-kwalità tad-data u r-robustezza metodoloġika</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-kategorizzazzjoni tar-riskju proposta tal-pajjiżi skont ir-Regolament (UE) 2023/1115 ma tirriflettix b’mod preċiż ir-realtajiet attwali fil-pajjiżi kkonċernati, peress li hija bbażata fuq data skaduta u tonqos milli tinkorpora l-indikaturi tar-riskju rilevanti u disponibbli kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>B.</NO.P>billi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1093 ma jirriflettix b’mod preċiż ir-realtajiet fil-pajjiżi kkonċernati peress li jonqos milli jqis fatturi ewlenin tad-dinja reali, b’mod partikolari d-dinamika attwali tal-użu tal-art u d-degradazzjoni tal-foresti; billi l-fatt li d-degradazzjoni tiġi rikonoxxuta bħala fattur ta’ riskju jwassal biex ċerti Stati Membri jitqiegħdu f’kategoriji ta’ riskju ogħla, u b’hekk jikkontradixxi s-suppożizzjoni li l-ktajjen tal-provvista fl-Unjoni huma awtomatikament b’riskju baxx<FOOTNOTE><FIELD> https://www.eea.europa.eu/publications/how-are-european-forest/how-are-european-forest-ecosystems-doing.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-iżviluppi ewlenin fil-governanza, it-tendenzi tad-deforestazzjoni u l-mekkaniżmi ta’ infurzar li seħħew mill-31 ta’ Diċembru 2020, li hija d-data limitu msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2023/1115, mhumiex riflessi b’mod adegwat fil-metodoloġija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>D.</NO.P>billi d-data li ntużat għall-kategorizzazzjoni tar-riskju hija primarjament derivata mill-Valutazzjoni Globali tar-Riżorsi tal-Foresti mwettqa mill-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti, bl-aħħar sottomissjonijiet tal-pajjiżi b’ċiklu sħiħ ta’ qabel l-2020, u għalhekk tali data ma tirrappreżentax b’mod adegwat jew ġust l-isforzi nazzjonali reċenti għall-prevenzjoni tad-deforestazzjoni, il-politiki aġġornati dwar l-użu tal-art, it-titjib fil-monitoraġġ satellitari f’ħin reali u l-aħħar tendenzi ta’ deforestazzjoni f’diversi pajjiżi<FOOTNOTE><FIELD> https://www.fao.org/forest-resources-assessment/en.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-metodoloġija għall-kategorizzazzjoni tar-riskju tal-pajjiżi hija nieqsa mit-trasparenza fir-rigward ta’ kif jiġu ponderati diversi fatturi ta’ riskju u ma tqisx il-varjabbiltà reġjonali fil-pajjiżi; billi din tqajjem tħassib serju dwar kemm hija ġusta u kredibbli l-metodoloġija tal-klassifikazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-metodoloġija għall-kategorizzazzjoni tar-riskju tal-pajjiżi hija difettuża minħabba li tiffoka primarjament fuq ir-rati tad-deforestazzjoni storiċi u aggregati, u dan l-approċċ jinjora n-natura multidimensjonali tar-riskju tad-deforestazzjoni u jonqos milli jqis il-kamp ta’ applikazzjoni sħiħ tal-indikaturi stabbiliti fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2023/1115;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-approċċ sottostanti għall-metodoloġija attwali stabbilita fir-Regolament (UE) 2023/1115 ma jipprovdix biżżejjed flessibbiltà biex jakkomoda aġġornamenti f’waqthom, u b’hekk joħloq inċertezza tas-suq sinifikanti u volatilità potenzjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>H.</NO.P>	billi, mingħajr mekkaniżmu definit b’mod ċar għal rivalutazzjoni regolari u trasparenti, il-klassifikazzjoni tal-pajjiżi f’kategoriji ta’ riskju qed issir allinjata ħażin mal-kundizzjonijiet li qed jevolvu, u b’hekk jiddgħajfu kemm l-effettività tar-Regolament (UE) 2023/1115 kif ukoll il-funzjonament tas-swieq globali tal-komoditajiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>I.</NO.P>billi n-nuqqas ta’ perkorsi ċari għall-pajjiżi biex il-kategorizzazzjoni tar-riskju tagħhom tinbidel permezz ta’ progress dimostrabbli jimmina r-rwol tar-Regolament (UE) 2023/1115 bħala mekkaniżmu ta’ inċentivi pożittiv u jillimita l-potenzjal tiegħu li jixpruna t-trasformazzjoni sostenibbli fil-prattika;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Analiżi tal-isfidi fl-ewwel kategorija ta’ riskju tal-pajjiżi (il-“kategorija ta’ riskju baxx”)</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-kriterju tat-telf nett tal-foresti bejn l-2015 u l-2020, użat biex tiġi ddeterminata l-kategorija ta’ riskju baxx imsemmija fl-Artikolu 29(1), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/1115, iqis it-telf totali tal-erja tal-foresti aktar milli d-deforestazzjoni kif definit b’mod ristrett skont dak ir-Regolament, u b’hekk jinkludi żoni ta’ bidla temporanja fil-kopertura tal-foresti jew ġestjoni tal-foresti mhux assoċjati mal-konverżjoni tal-użu tal-art, u dan jimmina l-konsistenza metodoloġika u ċ-ċertezza legali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-metodoloġija għall-kategorizzazzjoni tar-riskju tal-pajjiżi tintroduċi limitu relattiv ta’ 0,2 % ta’ telf annwali tal-erja tal-foresti, u limitu assolut ta’ 70 000 ettaru ta’ telf annwali tal-foresti, mingħajr ma tipprovdi raġunament ċar għal dawk il-valuri speċifiċi; billi ta’ min jinnota li ċerti pajjiżi b’livell għoli ta’ deforestazzjoni, bħall-Istati Uniti, jaqgħu ftit taħt il-limitu assolut, u dan iqajjem dubji dwar kemm huma oġġettivi u robusti l-parametri referenzjarji magħżula;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-valutazzjoni tar-riskju tad-deforestazzjoni bbażata fuq l-espansjoni taż-żoni tar-raba’ użati għall-komoditajiet rilevanti, kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (1), tar-Regolament (UE) 2023/1115, u l-iskala tal-produzzjoni tal-bhejjem u tal-injam hija nieqsa mill-preċiżjoni; billi l-inklużjoni tal-produzzjoni ġenerali tal-injam bħala indikatur għar-riskji tad-deforestazzjoni hija metodoloġikament dubjuża, peress li tgħaqqad l-attivitajiet tal-forestrija legali mad-deforestazzjoni xprunata mit-tibdil fl-użu tal-art;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Nuqqas ta’ granularità u sensittività tal-kuntest</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>M.</NO.P>billi s-sistema attwali ta’ tliet kategoriji ta’ riskju biss mhijiex biżżejjed biex tiddistingwi b’mod adegwat bejn pajjiżi b’livelli ferm differenti ta’ riskju ta’ deforestazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>N.</NO.P>billi n-nuqqas ta’ approċċ sottili jista’ jimmina l-inċentiv għal gvernijiet aktar ambizzjużi biex jieħdu azzjoni ulterjuri, peress li jippenalizza b’mod effettiv il-progress u jonqos milli jirrikonoxxi sforzi sinifikanti biex tiġi miġġielda d-deforestazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>O.</NO.P>billi l-Kummissjoni għandha tindirizza n-nuqqasijiet metodoloġiċi tas-sistema attwali ta’ klassifikazzjoni tripartitika billi tikkunsidra l-introduzzjoni tar-raba’ kategorija ta’ riskju – “riskju negliġibbli” – biex tirrifletti r-realtà li f’ċerti pajjiżi jew reġjuni, ir-riskju ta’ deforestazzjoni jew degradazzjoni tal-foresti huwa effettivament negliġibbli minħabba oqfsa legali robusti, dinamiki baxxi tat-tibdil fl-użu tal-art u prattiki ta’ ġestjoni sostenibbli tal-art;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>P.</NO.P>billi s-sistema attwali tirriskja li tissimplifika żżejjed ir-riskju ta’ deforestazzjoni billi tagħti l-istatus lill-pajjiżi abbażi ta’ data skaduta jew medji nazzjonali, u dan jista’ joħloq sens falz ta’ sigurtà u potenzjalment inaqqas l-obbligu ta’ diliġenza dovuta għall-prodotti li joriġinaw minn żoni fejn għad hemm deforestazzjoni illegali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>Q.</NO.P>billi, għalkemm id-data attwali wriet żieda lokalizzata fid-deforestazzjoni f’ċerti reġjuni tad-dinja, tali żviluppi jenfasizzaw il-ħtieġa ta’ monitoraġġ granulari u speċifiku għar-reġjuni aktar milli klassifikazzjonijiet tar-riskju nazzjonali statiċi, li joħolqu riskju li jiġu kkaratterizzati ħażin it-tendenzi ġenerali u jiġu injorati l-progress reġjonali jew l-ostakli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>R.</NO.P>billi riċerka kredibbli u studji fit-tul, bħal “Deforestation in the Amazon: Past, Present and Future” (Deforestazzjoni fl-Amażonja:Passat, Preżent u Futur)<FOOTNOTE><FIELD> https://infoamazonia.org/wp-content/uploads/2023/03/DEFORESTACION-AMAZONIA-2025_21032023.pdf.</FIELD></FOOTNOTE> ippubblikat min-Network tal-Amażonja ta’ Informazzjoni Soċjoambjentali Ġeoreferenzjata fl-2023, juru l-kumplessità u l-varjabbiltà tad-dinamiki tad-deforestazzjoni xprunati minn ċikli politiċi, livelli ta’ infurzar u kundizzjonijiet soċjoekonomiċi lokali, u għalhekk jappoġġjaw il-ħtieġa għal approċċ aktar adattiv u sensittiv għall-kuntest aktar milli parametri referenzjarji riġidi tal-pajjiżi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>S.</NO.P>billi l-mudell attwali tal-klassifikazzjoni tar-riskji jonqos milli jqis il-volatilità tas-swieq globali tal-komoditajiet, fejn il-fluttwazzjonijiet fil-prezzijiet, id-dinamika tal-kummerċ u ċ-ċaqliq fid-domanda jistgħu jbiddlu malajr il-pressjonijiet tad-deforestazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>T.</NO.P>billi l-klassifikazzjoni tar-riskju għandha tippermetti wkoll il-ħolqien ta’ mekkaniżmu ta’ kumpens regolat, applikabbli esklussivament barra miż-żoni primarji jew b’bijodiversità għolja;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Tħassib dwar il-ġustizzja, il-leġittimità u l-involviment globali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>U.</NO.P>billi s-sistema attwali ta’ valutazzjoni komparattiva tal-pajjiżi tista’ tiddiżinċentiva l-kooperazzjoni u l-kondiviżjoni tad-data minn pajjiżi li jipproduċu komoditajiet rilevanti, b’mod partikolari jekk iqisu l-kategorizzazzjoni tar-riskju tal-pajjiżi bħala inġusta jew politikament motivata; billi t-trawwim tal-fiduċja reċiproka u l-involviment jirrikjedi approċċ ġust, ibbażat fuq l-evidenza u kollaborattiv li jinkoraġġixxi t-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont aktar milli t-tikkettar punittiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>V.</NO.P>billi l-organizzazzjonijiet ambjentali u tas-soċjetà ċivili minn pajjiżi li jipproduċu komoditajiet rilevanti qajmu tħassib dwar in-nuqqas ta’ konsultazzjoni inklużiva fl-iżvilupp tas-sistema ta’ valutazzjoni komparattiva tal-pajjiżi, u enfasizzaw l-importanza ta’ proċessi parteċipattivi li jinvolvu l-komunitajiet indiġeni, il-partijiet ikkonċernati lokali u l-awtoritajiet reġjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Iqis li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1093 jisboq is-setgħat ta’ implimentazzjoni previsti fir-Regolament (UE) 2023/1115;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1093;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi s-sistema ta’ valutazzjoni komparattiva tal-pajjiżi biex tiżgura li tkun ibbażata fuq data aġġornata, tippermetti differenzjazzjoni reġjonali u tinkludi ponderazzjoni trasparenti tal-indikaturi tar-riskju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tistabbilixxi proċeduri ċari, marbuta biż-żmien u trasparenti għall-valutazzjoni mill-ġdid tal-kategorizzazzjoni tar-riskju tal-pajjiżi regolarment ibbażata fuq progress li jista’ jitkejjel u data xjentifika aġġornata;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li jkun hemm involviment ma’ pajjiżi li jipproduċu komoditajiet u partijiet ikkonċernati rilevanti permezz ta’ proċessi inklużivi u parteċipattivi, u li jingħata appoġġ għar-riformi tal-governanza tal-foresti u s-sistemi ta’ traċċabbiltà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jappella għal miżuri komplementari, bħal sħubijiet dwar il-foresti, assistenza teknika u inċentivi kummerċjali ġusti, biex jakkumpanjaw il-proċess ta’ valutazzjoni komparattiva u jippromwovu t-trasformazzjoni sostenibbli fir-reġjuni li jipproduċu l-komoditajiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>