<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0151</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 1/2025: dħul tas-surplus mis-sena finanzjarja 2024</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0116/2025 - Rapporteur: Victor Negrescu)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Lulju 2025 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta’ baġit emendatorju nru 1 għall-baġit ġenerali 2025: dħul tas-surplus mis-sena finanzjarja 2024 (09619/2025 – C10-0125/2025 – 2025/0091(BUD))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2025, adottat b’mod definittiv fis-27 ta’ Novembru 2024<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2025/31, 27.2.2025<STRING ITALIC="on">,</STRING> http://data.europa.eu/eli/budget/2025/31/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/2093/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2020/1222/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (il-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 424, 15.12.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/2053/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 1/2025, adottat mill-Kummissjoni fid-9 ta’ April 2025 (COM(2025)0350),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-Abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 1/2025, adottata mill-Kunsill fis-16 ta’ Ġunju 2025 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew fit-18 ta’ Ġunju 2025 (09619/2025 – C10-0125/2025),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 96 u 98 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A10-0116/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-għan tal-Abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 1/2025 huwa li jiddaħħal fil-baġit 2025 is-surplus li jirriżulta mill-implimentazzjoni tas-sena finanzjarja 2024, li jammonta għal EUR 1 345 miljun;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-komponenti ewlenin ta’ dak is-surplus huma eżitu pożittiv fuq id-dħul ta’ EUR 1 072 miljun, u sottoinfiq ta’ EUR 272,5 miljun;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi, min-naħa tad-dħul, il-fattur primarju li xpruna l-volum tas-surplus huwa ammont ta’ EUR 1 211 miljun fi dħul finanzjarju, dħul mill-imgħax ta’ inadempjenza u mill-multi; billi l-eżitu tar-riżorsi proprji fit-Titolu 1 għadu qrib ħafna tal-ammonti bbaġitjati fil-baġit tal-2024 (inklużi l-Baġits Emendatorji Nru 1 sa 5);
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi, min-naħa tan-nefqa, is-sottoimplimentazzjoni fil-pagamenti mill-istituzzjonijiet kollha, inklużi l-kanċellazzjonijiet ta’ approprjazzjonijiet riportati, ammontat għal total ta’ EUR 273 miljun (ekwivalenti għal 0,02 % tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament awtorizzati);
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jieħu nota tal-Abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 1/2025 kif imressaq mill-Kummissjoni, li huwa mfassal biex jibbaġitja s-surplus tal-2024, għal ammont ta’ EUR 1 345 miljun, f’konformità mal-Artikolu 18(3) tar-Regolament Finanzjarju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li s-surplus għall-2024 huwa xprunat primarjament minn żieda fil-varjazzjoni fit-Titolu 4 (dħul finanzjarju, imgħax ta’ inadempjenza u multi), filwaqt li s-surplus tan-nefqa għadu modest ħafna b’ammont ta’ EUR 273 miljun;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jiddispjaċih li l-ibbaġitjar tas-surplus inaqqas il-kontribuzzjoni għar-riżorsi proprji bbażati fuq id-DNG tal-Istati Membri għall-finanzjament tal-baġit 2025 b’ammont proporzjonat; jisħaq li, fi żmien meta l-ħtiġijiet ta’ finanzjament għadhom għoljin, b’mod partikolari għall-ispejjeż żejda tal-EURI, u l-ispazju għal ċaqliq fi ħdan il-baġit tal-Unjoni għadu estremament limitat, il-baġit għandu jżomm livell suffiċjenti ta’ flessibbiltà biex jippermetti lill-Unjoni tlaħħaq ma’ avvenimenti mhux previsti u prijoritajiet emerġenti ġodda; jissottolinja li l-flessibbiltà tal-baġit tal-Unjoni hija waħda mill-kwistjonijiet ewlenin li għandhom jiġu indirizzati fin-negozjati għall-qafas finanzjarju pluriennali ta’ wara l-2027;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jistieden ukoll lill-Kummissjoni tfassal arkitettura soda u dejjiema għall-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss li tippermetti l-ġestjoni sostenibbli tal-ispejjeż u l-obbligazzjonijiet mhux diskrezzjonarji kollha, filwaqt li tippreserva bis-sħiħ il-programmi tal-Unjoni u l-flessibbiltà u l-kapaċità ta’ rispons tal-baġit, b’mod partikolari fir-rigward tad-diżastri naturali u l-emerġenzi tas-saħħa, bil-ħsieb li tiġi implimentata bis-sħiħ l-Istrateġija ta’ Preparatezza tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Ifakkar fil-pożizzjoni li ilu jħaddan li l-gwadann imprevist li jirriżulta minn multi u tariffi, jew ammonti ekwivalenti, għandu jintuża bħala dħul supplimentari għall-baġit tal-Unjoni għal skopijiet ta’ rispons għall-kriżijiet jew ħtiġijiet mhux mistennija u ma għandux iwassal għal tnaqqis korrispondenti fil-kontribuzzjonijiet ibbażati fuq id-DNG;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jieħu nota tal-partita tal-introjtu negattiv skont l-Artikolu 425 il-ġdid, li tammonta għal EUR 534 miljun u jilqa’ dan il-metodu ta’ inklużjoni tal-ispejjeż għall-baġit li jirriżultaw minn pagament li sar skont ftehim ta’ saldu li jinvolvi imgħax kumpensatorju u kumpens tal-imgħax ta’ inadempjenza relatati mal-pagament lura ta’ multi tal-kompetizzjoni annullati jew imnaqqsa f’konformità mas-sentenzi pertinenti tal-Qorti tal-Ġustizzja; ifakkar li l-Parlament, meta nnegozja r-riformulazzjoni tar-Regolament Finanzjarju, kien insista fuq l-applikazzjoni ta’ dan l-approċċ peress li s-soluzzjoni alternattiva kienet tkun approprjazzjonijiet tan-nefqa addizzjonali fl-Intestatura 7 li diġà hija mġebbda żżejjed; ifakkar li din is-soluzzjoni tintemm fil-31 ta’ Diċembru 2027; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi soluzzjoni definittiva għall-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss li tilħaq l-istess objettiv li jiġi evitat kwalunkwe impatt fuq in-naħa tan-nefqa tal-baġit;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa ta’ dħul sostenibbli għall-baġit tal-Unjoni; jiddeplora, għalhekk, in-nuqqas totali ta’ progress fil-Kunsill dwar ir-riforma tas-sistema tar-riżorsi proprji f’konformità mal-ispirtu tal-pjan direzzjonali vinkolanti legalment fil-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020; ifakkar fil-pożizzjoni tiegħu b’appoġġ għall-proposti emendati tal-Kummissjoni u jħeġġeġ lill-Kunsill jadotta dawk il-proposti b’urġenza sabiex jiddiversifika u jikkonsolida r-riżorsi proprji disponibbli għall-baġit tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni tkompli bl-isforzi biex tidentifika riżorsi proprji innovattivi u ġenwini ġodda addizzjonali u sorsi oħra ta’ dħul lil hinn minn dawk speċifikati fil-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020; jisħaq li riżorsi proprji ġodda huma essenzjali mhux biss biex jippermettu l-ħlas lura tas-self tan-Next Generation EU, iżda biex jiġi żgurat li l-Unjoni tkun mgħammra biex tkopri l-ħtiġijiet ogħla ta’ nfiq tagħha, b’mod partikolari fil-kuntest tad-diversi sfidi li l-Unjoni qed tiffaċċja bħalissa, inkluż il-kuntest ġeopolitiku l-ġdid; iqis li l-politiki u l-isfidi l-ġodda kollha tal-Unjoni jridu jinvolvu mezzi finanzjarji ġodda u riżorsi ġodda addizzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz tal-baġit emendatorju Nru 1/2025;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tiddikjara li l-Baġit emendatorju Nru 1/2025 ġie adottat b’mod definittiv u biex tiżgura li jiġi ppubblikat f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-istituzzjonijiet l-oħra u lill-entitajiet ikkonċernati, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>