<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0152</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea: assistenza lill-Awstrija, lill-Polonja, liċ-Ċekja, lis-Slovakkja u lill-Moldova b’rabta mal-għargħar ta’ Settembru 2024 u lill-Bożnija-Ħerzegovina b’rabta mal-għargħar ta’ Ottubru 2024</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0114/2025 - Rapporteur: Andrzej Halicki)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Lulju 2025 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Awstrija, lill-Polonja, liċ-Ċekja, lis-Slovakkja u lill-Moldova b’rabta mal-għargħar ta’ Settembru 2024 u lill-Bożnija-Ħerzegovina b’rabta mal-għargħar ta’ Ottubru 2024 (COM(2025)0250 – C10-0102/2025 – 2025/0138(BUD))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2025)0250 – C10‑0102/2025),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/2012/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/2093/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprja ġodda<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2020/1222/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-punt 10 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1058 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 231, 30.6.2021, p. 60, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1058/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1057 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 231, 30.6.2021, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1057/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/2115/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta’ Frar 2024 dwar l-abbozz ta’ regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2024)0082.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>	wara li kkunsidra r-rapport mill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u mill-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali tiegħu (A10-0031/2024) fil-qafas tal-proċedura leġiżlattiva biex jiġi adottat ir-Regolament (UE) 2024/3236 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2024 li jemenda r-Regolamenti (UE) 2021/1057 u (UE) 2021/1058 rigward l-Appoġġ Reġjonali ta’ Emerġenza għar-Rikostruzzjoni (RESTORE)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/3236, 23.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/3236/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari il-valutazzjoni baġitarja meħuda mill-Kumitat għall-Baġits tiegħu mehmuża ma’ dak ir-rapport,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport Nru 1/2024 tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent bit-titolu “European Climate Risk Assessment (EUCRA)” (Rapport ta’ Valutazzjoni tar-Riskju Klimatiku fl-Ewropa (EUCRA))<FOOTNOTE><FIELD> https://www.eea.europa.eu/publications/european-climate-risk-assessment</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A10-0114/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi f’Settembru 2024, kien hemm livelli eċċezzjonalment għoljin ta’ xita fl-Awstrija li kkawżaw għargħar kbir li rriżulta fi ħsarat diretti totali li l-awtoritajiet tal-Awstrija stmaw li kienu jammontaw għal EUR 1 711,6-il miljun;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi f’Settembru 2024, kien hemm xita qawwija fil-Lbiċ tal-Polonja li wasslet għall-għargħar ta’ diversi xmajjar li rriżulta fi ħsarat diretti totali stmati mill-awtoritajiet tal-Polonja għal EUR 3,04 biljun;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi f’Settembru 2024, irjieħ qawwija ħafna u xita qawwija laqtu liċ-Ċekja kollha u dan wassal għal għargħar li rriżulta fi ħsarat diretti totali li l-awtoritajiet taċ-Ċekja stmaw li kienu jammontaw għal EUR 2,82 biljun;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi sa mill-15 ta’ Settembru 2024, is-Slovakkja esperjenzat għargħar sostanzjali, b’mod partikolari fi Bratislava u fir-reġjuni tal-madwar li wassal biex il-livelli tax-xmajjar Danubju u Morava jogħlew b’mod sinifikanti u dan irriżulta fi ħsarat diretti totali li l-awtoritajiet tas-Slovakkja stmaw li kienu jammontaw għal EUR 84,3 miljun;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi f’Settembru 2024, ix-xita torrenzjali u l-għargħar li rriżulta laqtu diversi distretti tal-Moldova u rriżultaw fi ħsarat diretti totali li l-awtoritajiet tal-Moldova stmaw li kienu jammontaw għal EUR 7,8 miljun;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi f’Ottubru 2024, il-Bożnija-Ħerzegovina ntlaqtet minn xita qawwija li kkawżat għargħar għal għarrieda, uqigħ tal-art u għargħar katastrofiċi f’diversi partijiet tal-pajjiż li rriżultaw fi ħsarat diretti totali li l-awtoritajiet stmaw li kienu jammontaw għal EUR 841,85 miljun;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-okkorrenzi msemmija hawn fuq ikkawżati minn diżastri naturali serji huma riżultat tat-tibdil fil-klima globali; billi r-rapport “European State of the Climate 2024” (L-Istat Ewropew tal-Klima 2024) jikkonferma li l-2024 kienet l-aktar sena sħuna li qatt ġiet irreġistrata fl-Ewropa u li 30 % tan-network tax-xmajjar tal-kontinent qabeż il-limitu “għoli” tal-għargħar filwaqt li 12 % qabżu l-limitu “sever”, li rriżulta fl-aktar għargħar mifrux mill-2013;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jesprimi l-akbar solidarjetà tiegħu mal-vittmi kollha, mal-familji tagħhom u mal-individwi kollha milquta mill-għargħar distruttiv fl-Awstrija, fil-Polonja, fiċ-Ċekja, fis-Slovakkja, fil-Moldova u fil-Bożnija-Ħerzegovina kif ukoll mal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali involuti fl-isforzi tas-sokkors;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jilqa’ d-deċiżjoni bħala forma tanġibbli u viżibbli tas-solidarjetà tal-Unjoni maċ-ċittadini tagħha u mar-reġjuni fiż-żoni milquta, inklużi ma’ dawk tal-pajjiżi sħab;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Itenni l-importanza li l-benefiċċji tanġibbli pprovduti permezz tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE) jiġu kkomunikati lill-pubbliku, anke sabiex is-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini dwar l-għodod u l-programmi tal-Unjoni fl-Istati Membri u l-pajjiżi involuti f’negozjati tal-adeżjoni tkompli tikber;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jenfasizza l-għadd dejjem jikber ta’ diżastri naturali kbar, distruttivi u fatali fl-Ewropa u jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jinvestu f’miżuri ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih biex jiġu evitati t-telf tal-ħajjiet u t-telf ekonomiku; jissottolinja li fl-2024 il-maltempati u l-għargħar affettwaw madwar 413 000 persuna, li rriżultaw biex mill-anqas 335 persuna tilfu ħajjithom u li l-ħsara mill-maltempati u l-għargħar madwar l-Ewropa matul is-sena hija stmata li tiswa mill-inqas EUR 18-il biljun<FOOTNOTE><FIELD> Is-Servizz dwar it-Tibdil fil-Klima ta’ Copernicus (C3S) u l-Organizzazzjoni Meteoroloġika Dinjija (WMO), 2025: European State of the Climate 2024 (L-Istat tal-Klima fl-Ewropa 2024), climate.copernicus.eu/ESOTC/2024, doi.org/10.24381/14j9-s541.</FIELD></FOOTNOTE>; iqis li l-baġit tal-FSUE jew l-ekwivalenti tiegħu għandu jiġi estiż b’mod sostanzjali fid-dawl tal-proposta li jmiss tal-Kummissjoni dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali l-ġdid u tan-negozjati interistituzzjonali sussegwenti u li l-FSUE jew l-ekwivalenti tiegħu jrid jipprovdi assistenza għaċ-ċittadini li tkun proporzjonata għall-kobor ta’ tali diżastri; jinnota li ż-żieda sostanzjali tal-FSUE tippermetti lill-Istati Membri jirrispondu b’mod aktar effettiv u malajr għad-diżastri filwaqt li jistgħu jiġu ppreservati strumenti oħra, b’mod partikolari l-fondi ta’ koeżjoni li l-għan primarju tagħhom mhuwiex ir-rispons għad-diżastri; iħeġġeġ ukoll lill-Kummissjoni tesplora l-mezzi kollha possibbli biex taċċellera l-mobilizzazzjoni tal-FSUE, b’mod partikolari billi temenda r-regoli attwali u l-għoti ta’ pagamenti bil-quddiem ogħla lill-pajjiżi applikanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa strumenti ddedikati ta’ rispons għall-kriżijiet għall-perjodu ta’ wara l-2027, filwaqt li tirrikonoxxi li l-frekwenza u s-severità dejjem akbar tad-diżastri naturali, l-emerġenzi tas-saħħa, l-instabbiltà ġeopolitika, u x-xokkijiet ekonomiċi jirrikjedu mekkaniżmi finanzjarji aktar aġli u mfassla apposta fil-livell tal-Unjoni; jissottolinja l-ħtieġa ta’ koordinazzjoni msaħħa mas-sistemi nazzjonali ta’ protezzjoni ċivili u mekkaniżmi ta’ twissija bikrija, biex jiġi żgurat rispons għad-diżastri fl-Unjoni kollha aktar integrat u xprunat mid-data; jenfasizza l-importanza ta’ appoġġ iddedikat għall-kooperazzjoni transfruntiera u reġjonali fl-isforzi ta’ preparatezza, mitigazzjoni u rkupru, b’mod partikolari f’żoni vulnerabbli jew ta’ riskju għoli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jisħaq li l-FSUE huwa biss strument kurattiv u li l-Unjoni għandha wkoll tkompli tindirizza l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-mitigazzjoni tiegħu billi tappoġġja l-politiki Ewropej u nazzjonali għall-prevenzjoni tad-diżastri naturali; jissottolinja li r-Rapport Nru 1/2024 tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent bit-titolu “European Climate Risk Assessment” (Valutazzjoni tar-Riskju Klimatiku fl-Ewropa) wissa li l-Unjoni mhix ippreparata għall-effetti tat-tibdil fil-klima anke jekk id-dinja jirnexxielha trażżan iż-żieda fit-temperatura globali għal 1,5 grad Celsius, kif stabbilit fil-ftehim ta’ Pariġi, u jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ azzjoni biex jiġi evitat li r-riskji klimatiċi identifikati jilħqu livelli kritiċi; ifakkar fil-ħtieġa ta’ sinerġiji effettivi ma’ politiki u programmi oħra tal-Unjoni u jissottolinja li l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-aħjar użu mill-opportunitajiet ta’ finanzjament, b’mod partikolari l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus u l-programmi għall-żvilupp rurali; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta b’urġenza dovuta kwalunkwe talba motivata mill-Istati Membri biex talloka mill-ġdid fondi fi ħdan il-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza għall-assistenza f’diżastri naturali, f’konformità mar-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17, ELI: <STRING UNDERLINE="on">http://data.europa.eu/eli/reg/2021/241/oj</STRING>).</FIELD></FOOTNOTE>; jisħaq ukoll fuq il-ħtieġa ta’ miżuri preventivi, mhux biss biex tiġi mitigata l-ħsara fil-futur iżda anke biex jiġi evitat li l-kundizzjonijiet ta’ riskju jaggravaw wara eventi katastrofiċi, bħal għargħar, nirien fis-selvaġġ, uqigħ tal-art jew l-inxif ta’ lagi u xmajjar; jenfasizza li r-rikostruzzjoni kollha ffinanzjata mill-FSUE trid tkun reżiljenti għall-klima; jissottolinja l-importanza ta’ flessibbiltà adegwata bejn il-programmi differenti; jissottolinja li l-assistenza mogħtija fl-ambitu tal-FSUE ma għandhiex tkun għad-detriment tal-finanzjament tal-Unjoni li rċevew l-Istati Membri fl-ambitu ta’ politiki jew programmi oħra tal-Unjoni; ifakkar li l-Istati Membri jistgħu jagħtu għajnuna mill-Istat, f’konformità mar-regoli applikabbli tal-Unjoni, b’mod partikolari lin-negozji agrikoli li jkunu ġarrbu ħsarat minħabba diżastri naturali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Ifakkar li RESTORE u l-miżuri speċifiċi fl-ambitu tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) introdott mir-Regolament (UE) 2024/3242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2024/3242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2024 li jemenda r-Regolament (UE) 2020/2220 fir-rigward ta’ miżuri speċifiċi skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali biex tingħata assistenza addizzjonali lill-Istati Membri affettwati minn diżastri naturali (ĠU L, 2024/3242, 23.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/3242/oj).</FIELD></FOOTNOTE> jipprovdu assistenza addizzjonali lill-Istati Membri milquta minn diżastri naturali permezz ta’ aktar flessibbiltajiet fl-użu tal-fondi; jisħaq li l-Istati Membri għandhom jagħmlu użu mill-opportunitajiet il-ġodda; jissottolinja wkoll li RESTORE pprovda flessibbiltà limitata għal xi Stati Membri peress li l-implimentazzjoni tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali attwali hija avvanzata ħafna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Ifakkar fl-importanza ta’ valutazzjoni rapida u solida tal-ħsara li tqis kif xieraq ir-riperkussjonijiet ekonomiċi u jitlob li jsiru aktar sforzi operazzjonali sabiex jitnaqqas iż-żmien medju għar-rilaxx tal-avvanzi biex tiġi offruta assistenza f’waqtha lir-reġjuni milquta minn diżastri naturali u eventi ta’ temp estrem, filwaqt li jiġi żgurat li l-baġit tal-Unjoni jkun protett; jisħaq li l-Istati Membri għandhom, fil-kuntest tar-reazzjoni għad-diżastri u l-miżuri ta’ rkupru, jagħtu l-prijorità dovuta lill-ħtiġijiet tal-popolazzjoni milquta, b’attenzjoni partikolari għall-gruppi vulnerabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti li tiġi rilaxxata assistenza finanzjarja immedjata permezz tal-FSUE biex jiġi żgurat li l-appoġġ ikun jista’ jilħaq lir-reġjuni milquta fi żmien xieraq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Japprova d-deċiżjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST><TXTLST><ANNEX><TI><STRING BOLD="on">ANNESS </STRING></TI><STI><STRING BOLD="on">DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL</STRING></STI>
<STRING BOLD="on">dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Awstrija, lill-Polonja, liċ-Ċekja, lis-Slovakkja u lill-Moldova b’rabta mal-għargħar li seħħ f’Settembru 2024 u lill-Bożnija-Ħerzegovina b’rabta mal-għargħar li seħħ f’Ottubru 2024</STRING>

<STRING ITALIC="on">(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, id-Deċiżjoni (UE) 2025/1525.)</STRING>
</ANNEX></TXTLST></SDOCTA>