<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0153</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: EGF/2025/000 TA 2025 - Assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Kummissjoni</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0115/2025 - Rapporteur: Jean-Marc Germain)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Lulju 2025 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati - EGF/2025/000 TA 2025 - Assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Kummissjoni (COM(2025)0680 – C10-0103/2025 – 2025/0135(BUD))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2025)0680 – C10‑0103/2025),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/691 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 153, 3.5.2021, p. 48, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/691/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (“ir-Regolament FEG”),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/2093/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, kif emendat bir-Regolament (UE, Euratom) 2024/765<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/765, 29.2.2024, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2024/765/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprja ġodda<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2020/1222/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-punt 9 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A10-0115/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-Unjoni stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex tipprovdi appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li qed ibatu mill-konsegwenzi tal-globalizzazzjoni u mill-bidliet teknoloġiċi u ambjentali, bħall-bidliet fix-xejriet kummerċjali dinjija, it-tilwim kummerċjali, il-bidliet sinifikanti fir-relazzjonijiet kummerċjali tal-Unjoni jew fil-kompożizzjoni tas-suq intern u l-kriżijiet finanzjarji jew ekonomiċi, kif ukoll it-tranżizzjoni għal ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju, jew bħala konsegwenza tad-diġitalizzazzjoni jew tal-awtomatizzazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-assistenza tal-Unjoni lill-ħaddiema ssensjati għandha tkun primarjament diretta lejn miżuri ta’ politika attiva tas-suq tax-xogħol u servizzi personalizzati li għandhom l-għan li jintegraw mill-ġdid malajr lill-benefiċjarji f’impjieg deċenti u sostenibbli, filwaqt li jħejjuhom għal ekonomija Ewropea aktar ekoloġika u aktar diġitali, filwaqt li jitqies kif xieraq il-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 fir-rigward tal-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet biex jiġi mobilizzat il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG);
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-Unjoni l-ewwel estendiet il-kamp ta’ applikazzjoni tal-FEG biex tipprovdi appoġġ finanzjarju f’każ ta’ kwalunkwe avveniment ta’ ristrutturar kbir, u b’hekk tkopri l-effetti ekonomiċi tal-kriżi tal-COVID-19;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-adozzjoni tar-Regolament il-ġdid FEG fl-2021 kompliet twessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tal-FEG għal avvenimenti ta’ ristrutturar kbar ikkawżati mit-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju jew bħala konsegwenza tad-diġitalizzazzjoni jew l-awtomatizzazzjoni, filwaqt li naqqset ukoll il-limitu meħtieġ għall-attivazzjoni tal-FEG minn 500 ħaddiem li ngħataw is-sensja għal 200;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi r-reviżjoni tal-QFP tnaqqas l-ammont annwali massimu tal-FEG minn EUR 186 miljun għal EUR 30 miljun (fi prezzijiet tal-2018), kif stabbilit fl-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 kif emendat bir-Regolament (UE, Euratom) 2024/765; billi l-istituzzjonijiet kollha jeħtieġ li jiżguraw li, minkejja dan it-tnaqqis, il-ħaddiema ssensjati jkunu jistgħu jiddependu mis-solidarjetà tal-Unjoni permezz tal-appoġġ tal-FEG;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-Artikolu 11(1) tar-Regolament FEG jipprevedi li sa 0,5 % ta’ dak l-ammont massimu jista’ jsir disponibbli għall-assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-assistenza teknika tista’ tikkonsisti minn nefqa teknika u amministrattiva biex jiġi implimentat il-FEG, bħal attivitajiet preparatorji, ta’ monitoraġġ, ta’ kontroll, ta’ awditjar u ta’ evalwazzjoni, kif ukoll il-ġbir ta’ data, inkluż b’rabta ma’ sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattiva, attivitajiet ta’ komunikazzjoni u dawk li jsaħħu l-viżibbiltà tal-FEG bħala fond jew fir-rigward ta’ proġetti speċifiċi u miżuri oħra ta’ assistenza teknika;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-ammont propost ta’ EUR 170 000 jikkorrispondi għal madwar 0,49 % tal-baġit annwali massimu disponibbli għall-FEG fl-2025;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jaqbel mal-mobilizzazzjoni ta’ EUR 170 000 u mal-miżuri proposti mill-Kummissjoni li jridu jiġu ffinanzjati bħala assistenza teknika f’konformità mal-Artikolu 11(1) u (4) kif ukoll mal-Artikolu 12(2), (3) u (4) tar-Regolament FEG;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jilqa’ l-ħidma kontinwa fuq il-proċeduri standardizzati għall-applikazzjonijiet u għall-ġestjoni tal-FEG bl-użu tal-funzjonalitajiet tas-sistema ta’ skambju elettroniku ta’ data (Sistema Komuni ta’ Ġestjoni Kondiviża tal-Fondi - SFC), li tippermetti s-simplifikazzjoni u l-ipproċessar aktar mgħaġġel tal-applikazzjonijiet, kif ukoll rappurtar aħjar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jieħu nota li l-Kummissjoni se tuża l-baġit disponibbli fl-ambitu tal-appoġġ amministrattiv għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat tal-Grupp ta’ Esperti tal-Persuni ta’ Kuntatt tal-FEG (żewġ membri minn kull Stat Membru) u ta’ seminar wieħed bil-parteċipazzjoni tal-korpi ta’ implimentazzjoni tal-FEG u s-sħab soċjali sabiex jiġi promoss in-networking fost l-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tistieden b’mod sistematiku lill-Parlament għal dawn il-laqgħat u s-seminars, f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament u l-Kummissjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tadatta l-aħjar prattiki li ġew żviluppati matul iż-żminijiet tal-pandemija tal-COVID-19, b’mod partikolari miżuri li jistgħu jgħinu biex titħaffef tranżizzjoni ekoloġika u diġitali inklużiva u li jappoġġjaw il-prijoritajiet ewlenin tal-Unjoni, bħall-ugwaljanza bejn il-ġeneri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa li s-sensibilizzazzjoni ġenerali u l-viżibbiltà tal-FEG ikomplu jissaħħu; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li tali għan jista’ jintlaħaq billi l-FEG ikun inkluż f’diversi pubblikazzjonijiet u attivitajiet awdjoviżivi tal-Kummissjoni kif previst fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament FEG; jilqa’, f’dan il-kuntest, il-manutenzjoni tas-sit web iddedikat għall-FEG u jistieden lill-Kummissjoni taġġornah u tespandih b’mod regolari, sabiex iżżid il-viżibbiltà tas-solidarjetà Ewropea murija mill-FEG lill-pubbliku ġenerali u żżid it-trasparenza tal-azzjoni tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Ifakkar lill-Istati Membri applikanti dwar ir-rwol ewlieni tagħhom li jippubbliċizzaw b’mod wiesa’ l-azzjonijiet iffinanzjati mill-FEG lill-benefiċjarji, lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, lis-sħab soċjali, lill-media u lill-pubbliku ġenerali fil-mira, kif stabbilit fl-Artikolu 12 tar-Regolament FEG; jistieden lill-Kummissjoni tivverifika b’mod sistematiku l-konformità tal-Istati Membri mar-Regolament FEG, b’mod partikolari l-Artikolu 12(1);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Japprova d-deċiżjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST><TXTLST><ANNEX><TI><STRING BOLD="on">ANNESS</STRING></TI><STI><STRING BOLD="on">DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL</STRING></STI>
<STRING BOLD="on">dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (EGF/2025/000 TA 2025 - Assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Kummissjoni)</STRING>

<STRING ITALIC="on">(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, id-Deċiżjoni (UE) 2025/1524.)</STRING>
</ANNEX></TXTLST></SDOCTA>