<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0155</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Rapporti tal-2023 u l-2024 dwar l-Albanija</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0106/2025 - Rapporteur: Andreas Schieder)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2025 dwar ir-rapporti tal-Kummissjoni tal-2023 u l-2024 dwar l-Albanija (2025/2017(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq in-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Albanija, fuq in-naħa l-oħra<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 107, 28.4.2009, p. 166, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2009/332/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-applikazzjoni tal-Albanija għas-sħubija fl-UE, ippreżentata fl-24 ta’ April 2009,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1529 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Settembru 2021 li jistabbilixxi l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA III)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 330, 20.9.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1529/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/1449 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024 dwar l-istabbiliment tal-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Balkani tal-Punent<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1449, 24.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1449/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Frar 2020 bit-titolu “It-titjib tal-proċess tal-adeżjoni – Perspettiva kredibbli tal-UE għall-Balkani tal-Punent” (COM(2020)0057),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Novembru 2023 bit-titolu “Komunikazzjoni tal-2023 dwar il-Politika tat-Tkabbir tal-UE” (COM(2023)0690), akkumpanjata mid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni bit-titolu “Albania 2023 Report” (Rapport tal-2023 dwar l-Albanija) (SWD(2023)0690),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Novembru 2023 bit-titolu “Pjan ġdid ta’ tkabbir għall-Balkani tal-Punent” (COM(2023)0691),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Marzu 2024 dwar ir-riformi ta’ qabel it-tkabbir u r-rieżamijiet tal-politika (COM(2024)0146),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Lulju 2024 bit-titolu “Rapport tal-2024 dwar l-Istat tad-Dritt” (COM(2024)0800), akkumpanjata mid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni bit-titolu “2024 Rule of Law Report – Country Chapter on the rule of law situation in Albania” (Rapport tal-2024 dwar l-Istat tad-Dritt – Il-Kapitolu tal-Pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Albanija) (SWD(2024)0828),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ottubru 2024 bit-titolu “Komunikazzjoni tal-2024 dwar il-politika ta’ tkabbir tal-UE” (COM(2024)0690), akkumpanjata mid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni bit-titolu “Albania 2024 Report” (Rapport tal-2024 dwar l-Albanija) (SWD(2024)0690),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Aġenda ta’ Riforma tal-Albanija ppreżentata fl-ambitu tal-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir tal-UE, kif approvata mill-Kummissjoni fit-23 ta’ Ottubru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport finali tad-29 ta’ Settembru 2023 mill-Missjoni ta’ Osservazzjoni Elettorali tal-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem (ODIHR) tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) dwar l-elezzjonijiet lokali tal-Albanija fl-14 ta’ Mejju 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport finali tas-26 ta’ Lulju 2021 tal-Missjoni ta’ Osservazzjoni Elettorali tal-OSKE/ODIHR dwar l-elezzjonijiet parlamentari tal-Albanija fil-25 ta’ April 2021,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Opinjoni Konġunta tal-Kummissjoni ta’ Venezja u tal-OSKE/ODIHR tal-11 ta’ Diċembru 2020 dwar l-emendi tal-kostituzzjoni tal-Albanija tat-30 ta’ Lulju 2020 u l-emendi tal-kodiċi elettorali tal-Albanija tal-5 ta’ Ottubru 2020,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ Sofija adottata waqt is-summit bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent tas-17 ta’ Mejju 2018 u l-Aġenda ta’ Prijoritajiet ta’ Sofija annessa magħha,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ Zagreb adottata fis-summit bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent tas-6 ta’ Mejju 2020,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tas-summits bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent li saru fi Brussell fit-13 ta’ Diċembru 2023 u fit-18 ta’ Diċembru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Proċess ta’ Berlin varat fit-28 ta’ Awwissu 2014,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa tal-2024 ta’ Reporters mingħajr fruntieri,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Indiċi dwar il-Perċezzjoni tal-Korruzzjoni tal-2024 ta’ Transparency International,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport Dinji dwar id-Disparità bejn il-Ġeneri (Global Gender Gap Report) tal-2024 tal-Forum Ekonomiku Dinji,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Albanija,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A10-0106/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi t-tkabbir huwa l-aktar strument effettiv tal-politika barranija tal-UE u investiment ġeostrateġiku fil-paċi, id-demokrazija, l-istabbiltà u s-sigurtà fit-tul fil-kontinent kollu;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-UE tibqa’ s-sieħba politika u ekonomika ewlenija tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent; billi l-UE għadha bil-bosta l-akbar sieħba kummerċjali u ta’ investiment tal-Albanija u l-akbar fornitur ta’ assistenza finanzjarja tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi t-tkabbir huwa proċess ibbażat fuq il-mertu u msejjes fuq id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali; billi l-adeżjoni tal-Albanija mal-UE tiddependi minn riformi dejjiema, profondi u irriversibbli fl-oqsma fundamentali kollha, li jibdew mill-istat tad-dritt u l-funzjonament tal-istituzzjonijiet demokratiċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-Albanija ilha pajjiż kandidat tal-UE mill-2014, bdiet in-negozjati tal-adeżjoni f’Lulju 2022 u lestiet b’suċċess il-proċess ta’ skrinjar f’Novembru 2023;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-Albanija bdiet in-negozjati dwar “Ġabra 1: Elementi Fundamentali” fil-15 ta’ Ottubru 2024, dwar “Ġabra 6: Relazzjonijiet Esterni” fis-17 ta’ Diċembru 2024, dwar “Ġabra 2: Suq intern” fl-14 ta’ April 2025 u dwar “Ġabra 3: Kompetittività u Tkabbir Inklużiv” fit-22 ta’ Mejju 2025;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-Albanija hija sieħba affidabbli tal-politika barranija u hija allinjata bis-sħiħ mal-politika barranija u ta’ sigurtà komuni tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-Albanija kienet fil-mira ta’ kampanji ta’ influwenza malizzjuża barranija li kellhom l-għan li jiżirgħu n-nuqqas ta’ qbil, jipprovokaw tensjonijiet u vjolenza u jiddestabbilizzaw ir-reġjun kollu, inklużi d-diżinformazzjoni u l-indħil elettorali mir-Russja, kif ukoll investimenti dubjużi minn atturi mhux tal-UE bħaċ-Ċina; billi l-attakki ċibernetiċi Russi u Iranjani kontra l-Albanija fl-2022 u fl-2023 fixklu l-funzjonijiet kritiċi tal-gvern, u dan juri l-ambjent ibridu ta’ theddida li qed tiffaċċja l-Albanija hekk kif tagħmel passi ’l quddiem lejn l-integrazzjoni fl-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi għadhom jippersistu nuqqasijiet elettorali u vulnerabbiltajiet serji fis-sistema elettorali tal-Albanija; billi r-rakkomandazzjonijiet tal-OSKE/ODIHR biex jittejjeb aktar l-andament tal-elezzjonijiet fl-Albanija għadhom ma ġewx indirizzati bis-sħiħ;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-Albanija tipparteċipa f’missjonijiet u operazzjonijiet tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni tal-UE, inkluż fl-EUFOR ALTHEA fil-Bożnija-Ħerzegovina;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-protezzjoni ta’ minoranzi nazzjonali u etniċi hija kruċjali għal pajjiżi li jaspiraw li jsiru Stati Membri tal-UE; billi l-leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni dwar l-awtoidentifikazzjoni ħielsa u l-użu tal-lingwi minoritarji ġiet adottata fl-Albanija;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna tenfasizza l-importanza kritika tat-tkabbir tal-UE biex jiġu żgurati s-sigurtà u l-istabbiltà fil-kontinent tagħna;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jilqa’ l-impenn sod tal-Albanija favur l-integrazzjoni fl-UE, li jirrifletti kunsens fost il-partiti politiċi kollha, kemm dawk fil-gvern kif ukoll fl-oppożizzjoni, u l-appoġġ qawwi fost iċ-ċittadini, u jfaħħar l-allinjament sħiħ konsistenti tagħha mal-politika estera u ta’ sigurtà komuni tal-UE u l-promozzjoni tal-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli, inkluż ir-rispons kategoriku tagħha għall-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna permezz tal-allinjament tagħha mal-miżuri restrittivi tal-UE kontra r-Russja u l-Belarussja; jirrikonoxxi r-rwol attiv tal-pajjiż fir-reġjun u fl-inizjattivi reġjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jilqa’ l-ambizzjoni tal-Albanija li tagħlaq in-negozjati tal-adeżjoni sa tmiem l-2027 u l-progress rapidu li sar fis-snin reċenti, b’mod partikolari l-ftuħ ta’ żewġ ġabriet ta’ kapitoli ta’ negozjar fl-2024 u żewġ ġabriet ulterjuri s’issa fl-2025; ifakkar li l-pajjiżi kandidati jgħaddu minn trasformazzjonijiet profondi sabiex jissodisfaw il-kriterji tas-sħubija matul in-negozjati tal-adeżjoni, li jdumu sakemm ikun meħtieġ biex jiġu implimentati r-riformi meħtieġa; jisħaq fuq il-ħtieġa li jissaħħu t-trasparenza, l-obbligu ta’ rendikont u l-inklużività tal-proċess ta’ adeżjoni, inkluża d-dimensjoni parlamentari tiegħu; iwissi kontra kwalunkwe azzjoni li tista’ timmina s-sistema ta’ kontrokontrolli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota li l-pass tal-adeżjoni mal-UE huwa ddeterminat mill-progress tal-pajjiż kandidat fl-allinjament mal-acquis tal-UE, mir-rekord tiegħu fl-implimentazzjoni tal-acquis u mill-funzjonament xieraq tal-istituzzjonijiet kollha tal-pajjiż, u huwa msejjes fuq l-istat tad-dritt, il-governanza tajba u d-drittijiet fundamentali; iħeġġeġ lill-Albanija taċċellera r-riformi biex issaħħaħ l-istat tad-dritt u t-tkabbir ekonomiku, tiġġieled il-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, tipprevjeni t-traffikar tal-bnedmin, tiżgura l-ħarsien tad-drittijiet fundamentali u tagħmel progress fl-oqsma tal-libertà tal-espressjoni, il-libertà tal-informazzjoni u l-pluraliżmu u l-indipendenza tal-media;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jilqa’ l-Faċilità l-ġdida tal-UE għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Balkani tal-Punent, li se tipprovdi EUR 922 miljun f’għotjiet u self lill-Albanija meta tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Aġenda ta’ Riforma ambizzjuża tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jieħu nota tal-adozzjoni mill-Albanija tal-Pjan Nazzjonali għall-Integrazzjoni Ewropea 2024-2026; jilqa’ l-fatt li l-Albanija waqqfet il-korpi responsabbli għall-proċess ta’ integrazzjoni; jappella għal sforzi akbar biex tiżdied it-trasparenza u jkun hemm involviment fil-komunikazzjoni lill-pubbliku dwar l-integrazzjoni tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jilqa’ d-deċiżjoni li jinfetaħ l-uffiċċju antenna tal-Parlament Ewropew għall-Balkani tal-Punent f’Tirana; jinnota li l-uffiċċju se jservi bħala punt ta’ kuntatt ewlieni bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali, is-soċjetà ċivili u s-sħab lokali minn madwar ir-reġjun tal-Balkani tal-Punent;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jilqa’ l-involviment ta’ 18-il parteċipant u parteċipanta mill-Albanija fl-inizjattiva tal-Membri Kandidati għat-Tkabbir imnedija mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, li għandha l-għan li trawwem rabtiet aktar mill-qrib mal-pajjiżi kandidati u tiffaċilita l-integrazzjoni gradwali tagħhom fl-UE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Istituzzjonijiet demokratiċi, media u soċjetà ċivili</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jinsisti fuq l-importanza ta’ dibattitu politiku kostruttiv u kondotta parlamentari tajba bħala aspetti ewlenin tal-governanza demokratika; jafferma mill-ġdid ir-responsabbiltà konġunta tal-forzi politiċi tal-Albanija li jsaħħu d-djalogu politiku kostruttiv u inklużiv u jegħlbu l-livelli għoljin ta’ polarizzazzjoni politika li għad hemm fil-pajjiż; jiddeplora l-konfrontazzjonijiet kontinwi u r-retorika xewwiexa mill-politiċi mill-partiti kollha u l-kunflitti bejn il-maġġoranza fil-gvern u l-oppożizzjoni; jissottolinja l-ħtieġa li titrawwem kultura politika bbażata fuq ir-rispett reċiproku u l-konformità man-normi demokratiċi, filwaqt li jiġi żgurat li l-kompetizzjoni politika ma timminax l-istabbiltà istituzzjonali, u li jintwera rispett sħiħ għar-rwol tal-parlamentariżmu, billi jintemmu darba għal dejjem l-attakki politiċi; jappella għal djalogu ġenwin biex jiġu promossi l-istabbiltà u l-progress fil-qasam politiku, filwaqt li tiġi enfasizzata l-ħtieġa ta’ kunsens bejn il-partiti dwar l-aġenda ta’ integrazzjoni tal-UE u l-involviment sinifikanti tas-soċjetà ċivili; jenfasizza l-ħtieġa ta’ sorveljanza parlamentari aktar effettiva u funzjonament aħjar tal-istituzzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jirrikonoxxi t-theddida dejjem tikber ta’ influwenza malizzjuża barranija u interferenza ibrida fl-istituzzjonijiet demokratiċi tal-Albanija; jenfasizza li narrattivi allinjati mal-Kremlin fittxew li jnaqqsu l-fiduċja tal-pubbliku fl-istituzzjonijiet demokratiċi u jippromwovu s-sentiment kontra l-Punent; jistieden lill-Albanija ssaħħaħ ir-reżiljenza istituzzjonali kontra l-finanzjament politiku bil-moħbi, il-manipulazzjoni tal-media u t-theddid ċibernetiku li għandhom impatt dirett fuq il-proċess ta’ adeżjoni tagħha mal-UE; jappella lill-istituzzjonijiet tal-UE jimmonitorjaw mill-qrib l-esponiment tal-Albanija għall-influwenza malizzjuża barranija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jilqa’ l-imblukkar min-naħa tal-Albanija tad-dominji Russi tad-diżinformazzjoni iżda jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ mekkaniżmu koordinat ta’ rispons għad-diżinformazzjoni bejn l-UE u l-Albanija, imfassal abbażi tal-pjattaforma EUvsDisinfo, biex jikkonfuta u jiġġieled minnufih in-narrattivi tal-Kremlin; huwa favur aktar kooperazzjoni reġjonali fost il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent biex tiġi kondiviża l-aħjar prattika u jiġu żviluppati strateġiji konġunti fil-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni u l-interferenza barranija; iwissi dwar l-impronta dejjem akbar tal-media Ċiniża appoġġjata mill-Istat fl-Albanija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jenfasizza d-dmir tal-Parlament Albaniż li jirrispetta mingħajr dewmien id-deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali; jisħaq fuq ir-rwol fundamentali u insostitwibbli tal-parlament fis-salvagwardja tal-kontrokontrolli; jistieden lill-Albanija tiżgura obbligu ta’ rendikont demokratiku ġenwin u governanza aktar b’saħħitha u trasparenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jieħu nota tal-emendi tal-kodiċi elettorali tal-Albanija f’Lulju 2024, li jippermettu votazzjoni barra mill-pajjiż mid-dijaspora Albaniża u jintroduċu listi ta’ kandidati parzjalment miftuħa; jieħu nota tal-elezzjonijiet parlamentari tal-11 ta’ Mejju 2025 u jissottolinja li, abbażi tal-konklużjonijiet preliminari tal-OSKE/ODIHR, l-elezzjonijiet kienu kompetittivi u mwettqa b’mod professjonali iżda saru f’ambjent polarizzat ħafna u l-kandidati ma gawdewx minn kundizzjonijiet ekwi; jesprimi tħassib li l-partit fil-gvern ibbenefika mill-użu mifrux ta’ riżorsi amministrattivi; jinnota li l-pubblikazzjoni tar-rapport finali tal-OSKE/ODIHR, li se jinkludi l-valutazzjoni finali u r-rakkomandazzjonijiet li jridu jiġu implimentati, hija mistennija fix-xhur li ġejjin; jistieden lill-partijiet kollha juru rieda politika għal riforma elettorali komprensiva u inklużiva biex jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet kollha mill-OSKE/ODIHR u mill-Kummissjoni ta’ Venezja b’mod sħiħ u f’waqtu, inklużi dawk dwar il-qafas elettorali u dwar il-finanzjament tal-partiti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jiddispjaċih li l-ambjent għall-media ħielsa u għall-ġurnalisti indipendenti ilu jmur għall-agħar f’dawn l-aħħar snin; jinnota bi tħassib li l-indipendenza u l-pluraliżmu tal-media fl-Albanija għadhom qed jiġu affettwati minn konċentrazzjoni għolja tas-suq, it-trikkib tal-interessi kummerċjali u dawk politiċi, in-nuqqas ta’ trasparenza tal-finanzjament u s-sjieda, l-intimidazzjoni u l-kundizzjonijiet tax-xogħol prekarji għall-ġurnalisti; jinnota li, skont l-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa tal-2024 ta’ Reporters Mingħajr Fruntieri, l-Albanija tinsab fid-99 post, u dan jirrifletti kwistjonijiet li għadhom għaddejjin relatati mal-konċentrazzjoni tas-sjieda tal-media, l-interferenza politika u t-theddid kontra l-ġurnalisti; jenfasizza li n-nuqqas ta’ trasparenza fil-finanzjament u fl-istrutturi tas-sjieda tal-media jżid ir-riskju ta’ preġudizzju editorjali u penetrazzjoni mill-propaganda barranija u jimmina l-fiduċja tal-pubbliku fil-ġurnaliżmu; jistieden lill-awtoritajiet Albaniżi jiżguraw it-trasparenza fir-rigward tas-sjieda tal-media u jinfurzaw politika ta’ tolleranza żero għall-intimidazzjoni tal-ġurnalisti; jistieden lill-Gvern Albaniż jappoġġja pjattaformi indipendenti ta’ verifika tal-fatti bħala mezz biex jiġi żgurat aċċess tal-pubbliku għal informazzjoni preċiża u biex tinżamm l-integrità tal-ispazju tal-informazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Ifakkar li kwalunkwe reviżjoni tal-liġijiet dwar il-media għandha tkun f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta’ Venezja u għandha ssir b’mod trasparenti u inklużiv b’konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet tal-media, bl-għan li jittejbu l-libertà u l-awtoregolamentazzjoni tal-media; jilqa’ l-Pjattaforma għall-promozzjoni tal-protezzjoni tal-ġurnaliżmu u s-sikurezza tal-ġurnalisti mnedija mill-Kunsill tal-Ewropa, flimkien mal-UE u network ta’ organizzazzjonijiet prominenti fil-qasam tal-libertà tal-istampa; jinnota li ma sar l-ebda progress fl-allinjament tal-qafas leġiżlattiv mal-acquis u mal-istandards tal-UE, inkluż mal-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2024/1083 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 li jistabbilixxi qafas komuni għas-servizzi tal-media fis-suq intern u li jemenda d-Direttiva 2010/13/UE (l-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media) (ĠU L, 2024/1083, 17.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1083/oj).</FIELD></FOOTNOTE>; ifakkar fil-ħtieġa li jissaħħu l-ġurnaliżmu investigattiv, il-verifika tal-fatti u l-litteriżmu fil-media u li jiġu indirizzati d-diskors ta’ mibegħda, id-diżinformazzjoni u l-aħbarijiet foloz; jesprimi tħassib dwar retorika inflammatorja kontra l-media li għadha tippersisti, inkluż minn politiċi ta’ livell għoli, uffiċjali pubbliċi u personalitajiet pubbliċi oħra, li tagħti spinta lill-kultura ta’ intimidazzjoni; jikkundanna bil-qawwa l-attakki verbali dejjem aktar spissi kontra l-ġurnalisti li jirrapportaw dwar kwistjonijiet tal-istat tad-dritt u l-korruzzjoni, kif ukoll il-fastidju online misoġinistiku mmirat lejn ġurnalisti nisa, kampanji ta’ malafama, vjolenza u rvellijiet, u jappella biex jiġu żgurati l-kundanni finali tal-aggressuri; jiddispjaċih li l-kodiċi kriminali ma jipprovdix protezzjoni lill-ġurnalisti kontra t-theddid u l-vjolenza, jistieden lill-awtoritajiet jadottaw qafas legali li jipproteġi b’mod effiċjenti lill-ġurnalisti, lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, lill-attivisti ambjentali u lil partijiet ikkonċernati oħra kontra ż-żieda inkwetanti ta’ kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika (SLAPPs), jiddekriminalizzaw il-malafama u jirrispettaw ir-rwol tal-ġurnaliżmu indipendenti bħala kontroll kruċjali tal-poter u jinteraġixxu mal-media b’mod li jirrispetta l-prinċipji demokratiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Ifakkar fir-responsabbiltà tal-awtoritajiet nazzjonali u lokali biex itejbu t-trasparenza, l-obbligu ta’ rendikont u l-inklużività billi jwettqu konsultazzjonijiet pubbliċi sinifikanti u regolari mal-partijiet ikkonċernati; jinnota bi tħassib li l-implimentazzjoni mill-Parlament Albaniż tal-qafas legali għall-konsultazzjonijiet pubbliċi għadha fil-biċċa l-kbira formali; jisħaq fuq il-ħtieġa għal trasparenza akbar rigward id-data pubblika u l-proġetti leġiżlattivi ewlenin; jinsisti li r-riżorsi finanzjarji, il-kapaċità amministrattiva u l-awtonomija fiskali tal-awtoritajiet lokali għandhom jittejbu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jilqa’ s-soċjetà ċivili vibranti u kostruttiva tal-Albanija, li tiżvolġi rwol kruċjali u pożittiv fil-proċess ta’ riforma; jilqa’ t-titjib tal-monitoraġġ elettorali u l-parteċipazzjoni dejjem akbar tas-soċjetà ċivili fis-sorveljanza tal-proċess demokratiku; jissottolinja li s-soċjetà ċivili hija fundamentali biex jitrawmu d-demokrazija u l-pluraliżmu u biex jiġu promossi l-governanza tajba u l-progress soċjali; iħeġġeġ lill-Gvern Albaniż isaħħaħ ir-rwol tas-soċjetà ċivili, inkluż dak tal-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tan-nisa, fil-proċess ta’ adeżjoni mal-UE, minn stadju bikri u permezz ta’ proċess leġiżlattiv trasparenti; jiddispjaċih li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili joperaw f’ambjent diffiċli u jirċievu finanzjament pubbliku limitat; jinsisti li s-sisien għal sistema effettiva ta’ eżenzjoni mill-VAT għandhom jiġu stabbiliti f’konformità mal-impenji li ħadet l-Albanija skont il-Ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Albanija u l-IPA III; iħeġġeġ lill-awtoritajiet iħaffu l-abbozzar tal-pjan direzzjonali 2024–2027 għall-politika tal-gvern lejn ambjent aktar favorevoli għall-iżvilupp tas-soċjetà ċivili u jimmonitorjaw mill-qrib l-implimentazzjoni ta’ dan il-pjan direzzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jilqa’ l-ħolqien tal-pożizzjoni l-ġdida ta’ Ministru tal-Istat għall-Amministrazzjoni Pubblika u Kontra l-Korruzzjoni u jissottolinja l-importanza tal-effikaċja tagħha u tat-twettiq ta’ riformi fl-amministrazzjoni pubblika u fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni; jibqa’ mħasseb, madankollu, li kien hemm progress limitat fir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika; jinsisti li l-awtoritajiet Albaniżi jimplimentaw b’mod effettiv id-dispożizzjonijiet dwar ir-reklutaġġ ibbażat fuq il-mertu u jirrieżaminaw l-effettività tal-istrutturi ta’ monitoraġġ attwali għall-amministrazzjoni pubblika l-ġdida u r-riformi kontra l-korruzzjoni; jissottolinja l-ħtieġa li titrawwem kultura ta’ obbligu ta’ rendikont, aċċess mhux partiġġjan għall-informazzjoni pubblika u skrutinju tal-istituzzjonijiet pubbliċi, inkluż fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Aġenda ta’ Riforma; jinnota li l-entitajiet pubbliċi jeħtieġ li jtejbu l-konformità tagħhom mar-rekwiżiti ta’ trasparenza u r-rispons tagħhom għat-talbiet għal informazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jiddispjaċih li sar progress limitat fl-allinjament tal-qafas legali għall-akkwist mal-acquis tal-UE; jesprimi tħassib dwar l-eżenzjonijiet temporanji introdotti reċentement fid-dritt dwar l-akkwist pubbliku; jistieden lill-awtoritajiet Albaniżi jtejbu l-proċeduri ta’ akkwist kompetittivi f’konformità mal-acquis tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jilqa’ l-progress li sar mill-Albanija fit-titjib tat-trażmissjoni tad-data lill-Eurostat;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Drittijiet fundamentali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jinnota li l-qafas legali tal-Albanija għall-vjolenza abbażi tal-ġeneru għadu mhuwiex allinjat bis-sħiħ mal-Konvenzjoni ta’ Istanbul; jesprimi tħassib serju li l-vjolenza kontra n-nisa għadha kwistjoni urġenti, bl-għadd ta’ femminiċidji jibqa’ għoli; jilqa’ t-twaqqif ta’ osservazzjoni tal-femminiċidju mill-Ombudsman; iħeġġeġ it-tisħiħ tas-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi, b’mod partikolari l-kura tas-saħħa, il-finanzjament tax-shelters, l-għajnuna legali mingħajr ħlas, u r-riintegrazzjoni u r-riabilitazzjoni tal-vittmi; jisħaq fuq il-ħtieġa li jingħata aktar appoġġ finanzjarju u istituzzjonali lil programmi ta’ prevenzjoni, kampanji ta’ sensibilizzazzjoni pubblika, u taħriġ speċjalizzat għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u ġudizzjarji biex jiġi żgurat approċċ iċċentrat fuq il-vittmi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar in-nuqqasijiet persistenti, bħan-nuqqas ta’ allinjament jew l-allinjament parzjali mal-acquis tal-UE, fir-rigward tal-persuni b’diżabbiltà u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri; jirrikonoxxi l-ħtieġa li l-Albanija tallinja bis-sħiħ il-qafas legali tagħha dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru mal-Konvenzjoni ta’ Istanbul; jinnota li, skont ir-Rapport Globali dwar id-Disparità bejn il-Ġeneri tal-2024 tal-Forum Ekonomiku Dinji, l-Albanija niżlet sitt postijiet biex tikklassifika fit-23 post globalment, u dan jindika disparità li qed tiżdied bejn il-ġeneri; jesprimi tħassib serju li l-vjolenza kontra n-nisa għadha kwistjoni urġenti, u l-għadd ta’ femminiċidji għadu għoli; jappella għall-implimentazzjoni sħiħa u effettiva tal-leġiżlazzjoni eżistenti, inkluż infurzar aktar strett ta’ miżuri protettivi u rispons ġudizzjarju msaħħaħ għal każijiet ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru, kif enfasizzat fir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea tal-2024 dwar l-Albanija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jilqa’ l-adozzjoni ta’ pjan ta’ azzjoni nazzjonali ġdid u ffinanzjat aħjar għall-persuni LGBTI+; jiddispjaċih, madankollu, li ma sar l-ebda progress fit-tnedija tal-leġiżlazzjoni meħtieġa f’dan il-qasam u jistieden lill-awtoritajiet jadottaw il-leġiżlazzjoni meħtieġa dwar ir-rikonoxximent tal-identità tal-ġeneru u l-karatteristiċi tas-sess, kif ukoll dwar sħubijiet/żwiġijiet bejn persuni tal-istess sess; jiddeplora l-fatt li l-persuni LGBTI+ għadhom jiffaċċjaw theddid u kampanji derogatorji tal-media, b’istituzzjonijiet pubbliċi jonqsu milli jipprovdu protezzjoni adegwata; jinnota li n-nisa li jgħixu f’żoni rurali u remoti, in-nisa Rom u Eġizzjani u l-individwi LGBTI+ għadhom jiffaċċjaw aċċess limitat għall-kura tas-saħħa primarja; iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet pubbliċi juru impenn qawwi għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-LGBTI+ u jaġixxu b’mod deċiżiv kontra lingwaġġ diskriminatorju u ta’ mibegħda lejn il-komunità LGBTI+;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jistieden lill-Albanija tirrispetta bis-sħiħ l-awtonomija tal-Knisja Awtoċefala Ortodossa tal-Albanija u żżomm lura minn kwalunkwe azzjoni li timmina l-libertà tal-espressjoni reliġjuża jew id-drittijiet tal-proprjetà tagħha; jitlob li jintemm l-indħil fil-ħatriet ekkleżjastiċi u li jkun hemm djalogu mal-awtoritajiet reliġjużi biex jiġi ssalvagwardjat il-pluraliżmu reliġjuż;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jilqa’ l-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni pendenti dwar id-drittijiet ta’ persuni li jappartjenu għal minoranzi, speċifikament dwar l-awtoidentifikazzjoni u l-użu ta’ lingwi minoritarji, inkluż fil-livell tal-unitajiet tal-awtonomija lokali, u jenfasizza li dawn il-liġijiet sekondarji għandhom jiġu implimentati bis-sħiħ u b’mod effettiv sabiex l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-minoranzi u tal-edukazzjoni jsir fattibbli fil-prattika; jistieden lill-awtoritajiet jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva tal-liġijiet sekondarji, b’mod partikolari billi jallokaw riżorsi adegwati lill-aġenziji ċentrali u lill-gvern lokali; jistieden lill-awtoritajiet jiżguraw li l-proċeduri għall-għażla tal-membri tal-Kumitat dwar il-Minoranzi Nazzjonali jiġu rieżaminati f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni u tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Konvenzjoni Qafas għall-Ħarsien tal-Minoranzi Nazzjonali; jistieden lill-awtoritajiet iżidu l-kapaċità tal-Kumitat tal-Istat għall-Minoranzi Nazzjonali u jiżguraw li dan ikun kompletament funzjonali u li jkollu riżorsi adegwati għad-dispożizzjoni tiegħu; jesprimi tħassib dwar kwistjonijiet persistenti ta’ diskriminazzjoni u esklużjoni soċjali li jaffettwaw gruppi ta’ minoranza fl-Albanija; jistieden lill-Gvern Albaniż jirrispetta u jipproteġi bis-sħiħ id-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tal-minoranzi, u jiżgura li l-allegazzjonijiet kollha ta’ abbużi tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż id-diskors ta’ mibegħda, jiġu investigati fil-pront u bir-reqqa; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Albaniżi jsaħħu l-mekkaniżmi istituzzjonali biex jipprevjenu d-diskriminazzjoni u jiżguraw il-parteċipazzjoni politika sinifikanti tal-komunitajiet kollha, f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tar-rapport tal-Kummissjoni tal-2024 dwar l-Albanija; jistieden lill-Albanija tipproteġi u tippromwovi l-wirt kulturali, il-lingwi u t-tradizzjonijiet tal-minoranzi nazzjonali tagħha; jistieden lill-Albanija tipprovdi edukazzjoni lill-minoranzi nazzjonali bil-lingwa materna tagħhom, inkluża edukazzjoni adegwata fil-livell primarju u dak sekondarju bil-Grieg f’reġjuni tradizzjonalment abitati mill-minoranza nazzjonali Griega, kif ukoll tiżgura aċċess mingħajr restrizzjonijiet għall-edukazzjoni tal-istat fil-livell primarju, sekondarju u terzjarju liċ-ċittadini kollha tagħha fil-pajjiż sħiħ, u b’hekk timplimenta għal kollox il-leġiżlazzjoni rilevanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jistieden lill-Albanija tipproteġi u tippreserva l-wirt reliġjuż u kulturali tal-minoranza Griega Ortodossa, inkluż permezz tar-restawr u tar-rikonoxximent legali tal-knejjes u ċ-ċimiterji; jistieden lill-awtoritajiet iżommu lura milli jesproprjaw jew iġarrfu proprjetajiet ta’ sinifikat storiku jew kulturali għall-minoranza Griega;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Ifakkar li l-Albanija għandha tissalvagwardja d-dritt għall-proprjetà, b’mod partikolari, billi tagħmel progress deċiżiv fl-ewwel reġistrazzjoni u l-kumpens, ittejjeb it-trasparenza tal-katast tal-istat u l-kwalità tad-data katastali tar-reġistru tal-proprjetà, u tiżgura li d-dritt għal proċess ġust u d-dritt għal rimedju effettiv jiġu rispettati f’każijiet ta’ esproprjazzjoni u tneħħija ta’ proprjetajiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jinkoraġġixxi lill-Gvern tal-Albanija jindirizza u jirrettifika l-inġustizzji kkawżati mir-reġim Komunista fuq id-denominazzjonijiet reliġjużi kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar ir-restituzzjoni bil-mod tal-proprjetajiet reliġjużi kkonfiskati mill-Komunisti; josserva bi tħassib, barra minn hekk, li minkejja l-bosta talbiet mingħand id-denominazzjonijiet reliġjużi, il-Gvern tal-Albanija ma raddx lura l-oġġetti sagri, ir-relikwji, l-ikoni u l-arkivji kollha kkonfiskati matul ir-reġim Komunista<FOOTNOTE><FIELD> https://www.state.gov/reports/2023-report-on-international-religious-freedom/albania/.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jappella għal żieda fl-investiment fil-modernizzazzjoni tas-sistema edukattiva biex jiġu żgurati l-kwalità u l-inklużività tagħha; jistieden lill-Albanija timplimenta miżuri biex trawwem opportunitajiet ta’ impjieg u edukazzjoni għall-persuni b’diżabbiltà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jilqa’ t-twettiq taċ-ċensiment tal-2023 fl-Albanija; jistieden lill-awtoritajiet jippubblikaw id-data dettaljata u l-analiżi tematika f’konformità mar-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni mniżżla fir-rapport tagħha tal-2024 dwar l-Albanija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jilqa’ l-adozzjoni tal-liġi dwar il-protezzjoni tad-data personali, immirata lejn allinjament sħiħ mal-acquis tal-UE; ifaħħar lill-awtoritajiet Albaniżi għall-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni dwar il-proċedura u l-kumpens ġust għall-użu ta’ xogħlijiet orfni u l-bażi tad-data ta’ xogħlijiet protetti mid-drittijiet tal-awtur, iżda jesprimi tħassib serju dwar it-trattament ta’ data personali u n-nuqqasijiet fis-sistemi tal-IT; jistieden lill-awtoritajiet Albaniżi jsaħħu s-salvagwardji kontra l-ksur tad-data, itejbu l-prevenzjoni u s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku, u jtejbu l-kapaċità istituzzjonali sabiex jimplimentaw b’mod effettiv il-Liġi l-ġdida dwar il-Protezzjoni tad-Data Personali; jistieden lill-Albanija tkompli tikkollabora mal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jirrikonoxxi l-kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-Albanija u l-UE fil-ġestjoni tal-flussi migratorji u l-proċessi ta’ kontroll fil-fruntieri, b’mod partikolari permezz tal-istrateġija nazzjonali l-ġdida dwar il-migrazzjoni għall-2024–2026 u l-kooperazzjoni mal-Frontex; jieħu nota tal-Memorandum ta’ Qbil bejn l-Italja u l-Albanija;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Stat tad-dritt</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jilqa’ l-progress li l-Albanija kisbet fl-implimentazzjoni tar-riformi tal-ġustizzja bl-għan li jissaħħu l-indipendenza, it-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont tal-ġudikatura, inkluż dwar il-proċess ta’ skrutinju, li tlesta fl-ewwel istanza; jilqa’ l-proċess ta’ riforma l-ġdid “Governanza tajba, l-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni għall-Albanija 2030” imniedi mill-Parlament Albaniż; jisħaq li kwalunkwe inizjattiva biex jissaħħu l-governanza, l-istat tad-dritt u l-isforzi kontra l-korruzzjoni trid tinbena fuq l-inklużività, it-trasparenza u l-kollaborazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar il-persistenza tal-interferenza politika u l-pressjoni fuq is-sistema ġudizzjarja; jinnota bi tħassib nuqqasijiet fil-ħatriet ibbażati fuq il-mertu ta’ membri mhux maġistrati tal-Kunsill Ġudizzjarju Għoli u tal-Kunsill Għoli tal-Prosekuzzjoni u l-integrità tagħhom; jiddispjaċih dwar l-isfidi persistenti rigward il-funzjonament tal-ġudikatura mniżżla fir-rapport tal-SPAK tal-2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jappella għal passi urġenti biex jiġu żgurati l-indipendenza ġudizzjarja u l-integrità istituzzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jenfasizza li l-Albanija kklassifikat fit-80 post fl-Indiċi tal-Perċezzjoni tal-Korruzzjoni tal-2024 ta’ Transparency International, li jindika l-ħtieġa għal progress sostanzjali fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni ta’ livell għoli u l-iżgurar tal-indipendenza ġudizzjarja; jissottolinja l-ħidma essenzjali tal-Istruttura Speċjali tal-Albanija Kontra l-Korruzzjoni u l-Kriminalità Organizzata (SPAK) fil-bini ta’ rekord fl-investigazzjonijiet, fil-prosekuzzjonijiet u fil-kundanni f’każijiet ta’ korruzzjoni ta’ livell għoli kif ukoll f’każijiet li jinvolvu l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE; jisħaq fuq l-importanza li tiġi żgurata l-indipendenza sħiħa tal-istituzzjonijiet kontra l-korruzzjoni u jinkoraġġixxi t-tisħiħ tal-kapaċità operattiva u investigattiva tagħhom; jilqa’ l-investigazzjonijiet u l-proċedimenti ta’ korruzzjoni ta’ livell għoli; jisħaq li ż-żieda fl-għadd ta’ kundanni finali ta’ uffiċjali ta’ livell għoli tibqa’ prijorità importanti;  iħeġġeġ lill-atturi kollha joqogħdu lura minn kwalunkwe azzjoni li timmina l-ħidma ta’ istituzzjonijiet indipendenti bħall-SPAK; jesprimi d-dispjaċir tiegħu għall-ambjent ta’ intimidazzjoni li l-ġudikatura topera fih, u għal każijiet ta’ pressjoni żejda li hija ġġarrab, li huma ta’ theddida serja għall-indipendenza ġudizzjarja; jesprimi tħassib li n-nuqqas ta’ appoġġ istituzzjonali għall-maġistrati li qed jiffaċċjaw theddid idgħajjef il-fiduċja tal-pubbliku u jipperikola serjament l-istat tad-dritt u l-proċess ta’ integrazzjoni tal-Albanija fl-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jinnota l-isfidi li jikkonċernaw il-kwalità u l-effiċjenza tas-sistema ġudizzjarja, inkluż l-għadd kbir ta’ pożizzjonijiet vakanti ġudizzjarji, il-persunal insuffiċjenti tal-qorti, il-kwalità tat-taħriġ ġudizzjarju inizjali u kontinwu, il-konsistenza tal-ġurisprudenza u n-nuqqas ta’ sistema integrata moderna ta’ ġestjoni tal-kawżi; jinnota li l-allokazzjonijiet baġitarji mhumiex biżżejjed, b’mod partikolari għall-komponent tal-qorti; jissottolinja li t-tnaqqis tax-xogħol b’lura ta’ fajls mhux ipproċessati fis-sistema ġudizzjarja għandu jibqa’ prijorità; jilqa’, madankollu, il-fatt li l-Qorti Kostituzzjonali tal-Albanija tejbet l-effiċjenza tagħha billi naqqset ix-xogħol b’lura tagħha u qed tkompli żżomm il-kontrakontrolli istituzzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jilqa’ l-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali biex tallinja mal-acquis tal-UE dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus; jinnota l-ħtieġa li jiġi stabbilit uffiċċju għall-irkupru tal-assi u li jittejbu l-proċeduri ta’ skrutinju kif ukoll il-proċessi ta’ investigazzjoni, prosekuzzjoni u kundanna ta’ każijiet ta’ korruzzjoni fil-livell għolja, inkluż permezz tal-qbid u l-konfiska finali tal-assi kriminali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jistieden lill-Albanija tkompli tallinja l-qafas legali tagħha, u b’mod partikolari l-kodiċi kriminali, mal-acquis tal-UE dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-kummerċ tad-drogi u l-armi tan-nar, kif ukoll il-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità, l-estremiżmu u t-theddid terroristiku; jibqa’ mħasseb dwar it-theddida persistenti u d-diversifikazzjoni tal-attivitajiet tal-gruppi tal-mafja Albaniżi fl-Ewropa; jiddispjaċih dwar il-fatt li, minkejja l-isforzi biex jiġu żarmati n-networks tagħhom, inkluż permezz tal-użu ta’ data mis-servizz ta’ messaġġi kriptati Sky-ECC fl-investigazzjonijiet, dawn il-gruppi kriminali għadhom xorta involuti ħafna fit-traffikar tad-droga u tal-armi, fil-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti, fit-traffikar tal-bnedmin u fil-ħasil tal-flus f’diversi Stati Membri, b’mod partikolari fin-Netherlands, fil-Belġju, fl-Italja u fi Franza; jinnota l-ħatra ta’ prosekuturi addizzjonali għall-Uffiċċju tal-Prosekuzzjoni Speċjali kif ukoll l-istabbiliment ta’ unità ta’ investigazzjoni finanzjarja; ifaħħar il-parteċipazzjoni tal-Albanija f’operazzjonijiet konġunti u l-kooperazzjoni fl-ambitu tal-Pjattaforma Multidixxiplinari Ewropea Kontra t-Theddid Kriminali (EMPACT) f’termini ta’ traffikar tad-drogi, il-ħasil tal-flus u ċ-ċiberkriminalità; jirrikonoxxi wkoll il-kooperazzjoni intensifikata mal-Europol, il-Eurojust, il-Frontex, l-INTERPOL u n-Network CARIN fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u ż-żarmar tan-networks tal-kriminalità tranżnazzjonali;; iħeġġeġ lill-Albanija ssaħħaħ il-mekkaniżmi tagħha għall-kondiviżjoni tal-intelligence mal-aġenziji tal-UE sabiex issaħħaħ l-istabbiltà reġjonali; jappella għal sforzi sostnuti biex il-politiki ta’ sigurtà tal-Albanija jiġu allinjati mal-istrateġiji tal-UE, filwaqt li jitrawwem qafas ta’ sigurtà reġjonali aktar integrat u reżiljenti; jistieden lill-Albanija ssaħħaħ il-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin f’kooperazzjoni mal-Istati Membri u l-aġenziji tal-UE; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi miġġieled il-kummerċ illegali ta’ armi ħfief u ta’ kalibru żgħir, peress li l-Albanija għadha kemm pajjiż ta’ destinazzjoni kif ukoll pajjiż ta’ tranżitu f’dan ir-rigward; jilqa’ l-adozzjoni ta’ strateġija ġdida għall-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità; jenfasizza l-importanza ta’ taħriġ kontinwu għall-persunal tal-kontroll tal-migrazzjoni biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tar-regolamenti Ewropej u rispons aktar b’saħħtu għan-networks tat-traffikar tal-bnedmin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Iħeġġeġ lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Kummissjoni jkomplu jgħinu biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-Albanija kontra t-theddid ibridu fil-qasam taċ-ċibersigurtà, il-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-protezzjoni tal-infrastruttura kritika; jistieden lill-Albanija tivvaluta r-riskji assoċjati mal-investiment dirett barrani u tiskrinja tali investiment, b’mod partikolari f’setturi strateġiċi bħall-enerġija, l-estrazzjoni minerarja u t-telekomunikazzjoni, sabiex jiġu evitati d-dipendenzi ekonomiċi u n-nases tad-dejn u jiġu protetti l-interessi nazzjonali, tissaħħaħ is-sigurtà u tiġi żgurata l-konsistenza mal-istandards tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jappella lill-UE u lill-pajjiżi kollha tal-Balkani tal-Punent jistabbilixxu qafas għal kooperazzjoni effettiva bejn l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) u l-pajjiżi tal-adeżjoni sabiex jiġu ffaċilitati l-kooperazzjoni mill-qrib u l-prosekuzzjoni f’każijiet ta’ użu ħażin tal-fondi tal-UE; jilqa’ l-fatt li l-Albanija kkonkludiet arranġament ta’ ħidma bilaterali mal-UPPE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Riformi soċjoekonomiċi</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jilqa’ l-impenn tal-Albanija fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Tkabbir tal-UE għall-Balkani tal-Punent, li jinkludi l-integrazzjoni tas-suq uniku tal-UE, l-integrazzjoni ekonomika reġjonali, ir-riformi fundamentali u aktar appoġġ finanzjarju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Itenni l-importanza li titjieb l-infrastruttura pubblika fi ħdan il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent u li tiżviluppa r-rabtiet mal-Istati Membri tal-UE; ifakkar fil-potenzjal tal-pjan ekonomiku u ta’ investiment għall-Balkani tal-Punent biex tissaħħaħ il-konnettività reġjonali permezz tal-infrastruttura ferrovjarja u tat-toroq; f’dak ir-rigward, iħeġġeġ lill-awtoritajiet fil-pajjiżi kollha jikkompletaw il-Kuritur VIII li jgħaqqad l-Albanija, il-Maċedonja ta’ Fuq u l-Bulgarija; ifakkar fl-importanza li jittejbu l-konnessjonijiet bl-ajru bejn il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent u mal-Istati Membri tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jilqa’ l-Aġenda ta’ Riforma tal-Albanija li tindirizza l-ambjent tan-negozju, il-kapital uman, id-diġitalizzazzjoni, l-enerġija u t-tranżizzjoni ekoloġika, id-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt; jilqa’, barra minn hekk, il-parteċipazzjoni tal-Albanija fil-programm Ewropa Diġitali tal-UE; jilqa’ l-fatt li l-Albanija ġiet ikklassifikata bħala mexxejja reġjonali fl-amministrazzjoni pubblika u l-akkwist pubbliku diġitali mill-programm Appoġġ għal Titjib fil-Governanza u l-Ġestjoni, immexxi mill-UE u l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Albaniżi jnaqqsu r-riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali billi jtejbu aktar l-aċċess għall-edukazzjoni u l-akkomodazzjoni, kif ukoll għas-servizzi soċjali u tal-kura tas-saħħa, speċjalment għall-popolazzjonijiet żvantaġġati u l-gruppi ta’ minoranza, inklużi r-Rom u l-Eġizzjani; jappella għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija Nazzjonali dwar il-Protezzjoni Soċjali 2024-2030 u l-Istrateġija Nazzjonali dwar l-Impjiegi u l-Ħiliet 2023-2030 tal-Albanija; jistieden lill-Albanija tadotta aktar miżuri biex tiġġieled kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ u jistieden lill-awtoritajiet Albaniżi jimplimentaw b’mod effettiv l-Aġenda Nazzjonali dwar id-Drittijiet tat-Tfal billi jipprovdu assistenza lit-tfal li jiffaċċjaw l-esklużjoni u l-faqar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Ifaħħar lill-awtoritajiet Albaniżi għall-adozzjoni ta’ atti leġiżlattivi għar-riforma tal-edukazzjoni għolja u għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija Nazzjonali għall-Edukazzjoni 2021–2026; jistieden lill-Albanija tespandi l-litteriżmu fil-media bħala suġġett ewlieni fil-kurrikuli tal-iskejjel filwaqt li tiżgura li l-għalliema jirċievu taħriġ iddedikat u riżorsi moderni biex jipprovdu programmi ta’ kwalità għolja; iħeġġeġ il-kollaborazzjoni mal-inizjattivi edukattivi tal-UE u n-networks reġjonali bħall-Osservatorju tal-Litteriżmu fil-Media tal-Balkani tal-Punent biex jiġu implimentati l-aħjar prattiki fil-ħsieb kritiku u l-edukazzjoni dwar il-litteriżmu diġitali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jilqa’ l-progress li sar mill-Albanija fil-konklużjoni ta’ ftehimiet bilaterali mal-Istati Membri tal-UE dwar is-sigurtà soċjali u fit-tħejjijiet tagħha biex tippermetti l-konnessjoni tas-sistema tas-servizzi tal-impjiegi tagħha mal-EURES, in-network Ewropew tas-servizzi tal-impjiegi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-Albanija ssieħbet fiż-Żona Unika ta’ Pagamenti bl-Euro f’Novembru 2024, u dan inaqqas l-ispejjeż għaċ-ċittadini u n-negozji u se jikkontribwixxi għall-integrazzjoni ulterjuri tal-Albanija fis-suq uniku; ifaħħar lill-awtoritajiet Albaniżi għall-allinjament mal-acquis tal-UE dwar il-pagamenti (id-Direttiva dwar il-Kontijiet ta’ Pagament<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2014/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar il-komparabbiltà tat-tariffi relatati mal-kontijiet tal-ħlas, il-bdil tal-kontijiet tal-ħlas u l-aċċess għal kontijiet tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 214). http://data.europa.eu/eli/dir/2014/92/oj).</FIELD></FOOTNOTE>) u għall-azzjonijiet tagħhom li rriżultaw fit-tneħħija tal-Albanija mil-lista griża tat-Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja; jirrikonoxxi l-isforzi tal-Albanija biex ittejjeb il-kompetittività ekonomika u jistieden lill-gvern ikompli bir-riformi strutturali biex irawwem ambjent tan-negozju aktar attraenti f’konformità mal-istandards tal-UE; jiddispjaċih li l-ineffiċjenza fl-amministrazzjoni pubblika, qafas regolatorju eċċessiv, il-korruzzjoni u l-ekonomija informali kbira jimminaw l-ambjent tan-negozju u jfixklu l-kompetizzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Ifaħħar it-titjib tal-prestazzjoni fiskali tal-Albanija; jistieden lill-awtoritajiet Albaniżi jkomplu jsaħħu l-analiżi tar-riskju fiskali billi jsaħħu d-dipartiment rilevanti tal-Ministeru għall-Finanzi; jappella għal aktar trasparenza u obbligu ta’ rendikont tal-intrapriżi tal-istat permezz ta’ rapporti finanzjarji annwali; jistieden lill-Albanija ssaħħaħ il-kontroll finanzjarju intern pubbliku tagħha u tiżgura li r-rakkomandazzjonijiet tal-Istituzzjoni Suprema tal-Awditjar (ALSAI) jiġu implimentati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jilqa’ l-allinjament ulterjuri tal-leġiżlazzjoni mal-acquis tal-UE dwar il-fondi providenti privati, l-irkupru tal-banek u l-qafas ta’ riżoluzzjoni; jistieden lill-Albanija tlesti l-allinjament tagħha mal-acquis tal-UE dwar l-assigurazzjoni, is-swieq kapitali, is-swieq tat-titoli, il-fondi ta’ investiment u l-infrastrutturi tas-suq finanzjarju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jilqa’ l-ftehim maqbul fis-Summit ta’ Tirana dwar it-tnaqqis fit-tariffi tar-roaming; f’dan ir-rigward, jistieden lill-awtoritajiet, lill-atturi privati u lill-partijiet ikkonċernati kollha jaħdmu biex jintlaħqu l-miri miftiehma biex jitnaqqsu b’mod sostanzjali t-tariffi tar-roaming għad-data u jkomplu jitnaqqsu l-prezzijiet għar-roaming bejn il-Balkani tal-Punent u l-UE għal livelli qrib il-prezzijiet lokali sal-2027; jilqa’ l-implimentazzjoni tal-ewwel fażi tal-pjan direzzjonali għar-roaming bejn il-Balkani tal-Punent u l-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jinsab imħasseb dwar in-nuqqas ta’ progress fil-leġiżlazzjoni tal-liġi tal-kumpaniji fl-Albanija; jistieden lill-awtoritajiet Albaniżi ilestu l-allinjament mal-leġiżlazzjoni tal-liġi tal-kumpaniji f’konformità mal-acquis tal-UE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ambjent, bijodiversità, enerġija u trasport, turiżmu sostenibbli</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jisħaq fuq il-fatt li l-Albanija jeħtieġ li żżid l-isforzi tagħha biex tallinja ruħha mal-acquis tal-UE dwar l-ambjent; jappella biex l-Albanija tallinja ruħha mad-direttivi tal-UE dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2011/92/oj).</FIELD></FOOTNOTE> u l-Valutazzjoni Ambjentali Strateġika<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2001 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (ĠU L 197, 21.7.2001, p. 30, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2001/42/oj).</FIELD></FOOTNOTE>; jissottolinja l-ħtieġa li tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-kriminalità ambjentali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi trasparenti u inklużivi f’konformità mal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, li jiżguraw l-involviment attiv tal-komunitajiet lokali, l-NGOs u l-istituzzjonijiet xjentifiċi fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet ambjentali, speċjalment dwar proġetti b’riperkussjonijiet ambjentali u soċjoekonomiċi kbar; iwissi li n-nuqqas ta’ involviment xieraq tal-partijiet ikkonċernati jimmina l-istandards ta’ governanza u l-konformità tal-Albanija mal-obbligi tagħha skont l-acquis tal-UE; jesprimi tħassib dwar l-impatt ekonomiku u ambjentali tal-proġetti ta’ żvilupp mhux kompetittivi b’finanzjament barrani;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Ifakkar li sforzi sostanzjali huma meħtieġa biex l-Albanija tilħaq l-għanijiet relatati mal-protezzjoni tal-klima, l-effiċjenza enerġetika, id-diversifikazzjoni u l-ekoloġizzazzjoni tal-provvista tal-enerġija u t-trasport; jinnota li l-kwalità tal-arja u tal-ilma u l-ġestjoni tal-iskart għadhom kwistjonijiet partikolarment ta’ sfida għall-pajjiż; iħeġġeġ lill-gvern ċentrali u lill-awtoritajiet lokali jżidu l-isforzi tagħhom biex itejbu l-kwalità tal-arja u jnaqqsu t-tniġġis potenzjalment letali; iħeġġeġ lill-Gvern Albaniż jagħti prijorità lill-implimentazzjoni tal-istrateġiji ta’ adattament għat-tibdil fil-klima, l-iżvilupp ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u l-modernizzazzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni tal-iskart tal-pajjiż biex jintlaħqu l-istandards tal-UE u jiġi appoġġjat it-tkabbir ekonomiku sostenibbli; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Albaniżi jsaħħu l-miżuri u l-investimenti biex jespandu s-sistemi tat-trasport pubbliku u dawk ferrovjarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jemmen bis-sħiħ li l-protezzjoni ambjentali u l-iżvilupp tat-turiżmu sostenibbli jridu jimxu id f’id; jilqa’ l-istabbiliment tal-ewwel park nazzjonali ta’ xmara mhux mittiefsa fl-Ewropa, il-Park Nazzjonali tax-Xmara mhux mittiefsa Vjosa, u jappella biex jiġu allokati biżżejjed riżorsi għall-protezzjoni tiegħu; jistieden lill-awtoritajiet jirrispettaw bis-sħiħ l-integrità ekoloġika tal-park nazzjonali u jikkunsidraw mill-ġdid il-proġetti ta’ infrastruttura, b’mod partikolari l-proġett ta’ estrazzjoni tal-ilma fuq ix-xmara Shushica, f’konformità mal-istandards internazzjonali tal-konservazzjoni tal-bijodiversità u l-aħjar prattika biex jiġi żgurat li l-bijodiversità, il-ħabitats u l-funzjonijiet ekoloġiċi tal-park jibqgħu intatti; itenni t-tħassib tiegħu dwar il-bini tal-ajruport ta’ Vlora fiż-Żona Protetta ta’ Vjosa-Narta, bi ksur tan-normi nazzjonali u internazzjonali tal-protezzjoni tal-bijodiversità, u jistieden lill-Kummissjoni tindirizza l-kwistjoni fil-kapitolu 27 tan-negozjati tal-adeżjoni; jistieden lill-awtoritajiet Albaniżi jadottaw il-leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni għal-Liġi dwar il-Wirt Kulturali u l-Mużewijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar l-emendi reċenti għal-Liġi tal-Albanija dwar iż-Żoni Protetti li jippermettu proġetti kbar ta’ infrastruttura u fil-qasam tat-turiżmu f’żoni ekoloġikament sensittivi; jappella biex dawn l-emendi leġiżlattivi jitreġġgħu lura bl-għan li tiġi żgurata konformità sħiħa u stretta mal-oqfsa legali nazzjonali u internazzjonali u mal-istandards ta’ konservazzjoni u li jiġi indirizzat it-tniġġis tal-iskart tal-baħar li jaffettwa lill-pajjiżi ġirien;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jistieden lill-awtoritajiet Albaniżi jaħtru u jimmaniġġjaw b’mod effettiv żoni protetti ewlenin għas-sopravivenza ta’ speċijiet f’periklu kritiku, b’mod partikolari l-linċi tal-Balkani, inkluż permezz ta’ programmi komprensivi ta’ monitoraġġ tal-bijodiversità, u jimplimentaw u jinfurzaw b’mod strett il-leġiżlazzjoni kontra l-kaċċa illegali; iħeġġeġ lill-Albanija tabbanduna l-pjanijiet għall-impjant idroelettriku ta’ Skavica fuq ix-xmara Drini i Zi (Black Drin), minħabba l-impatti ekoloġiċi, soċjali u kulturali severi tiegħu, inkluż l-ispostament tal-komunitajiet lokali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kooperazzjoni reġjonali u politika estera</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jilqa’ s-Sħubija għas-Sigurtà u d-Difiża bejn l-UE u l-Albanija, adottata fid-19 ta’ Novembru 2024, li tistabbilixxi pjattaforma għal djalogu u kooperazzjoni msaħħa dwar kwistjonijiet ta’ sigurtà u difiża u tirrappreżenta pass sinifikanti ’l quddiem; jisħaq fuq l-importanza li jiġi żgurat li din is-sħubija tissarraf f’azzjonijiet konkreti, inklużi inizjattivi konġunti ta’ taħriġ, kapaċitajiet ta’ intelligence kondiviżi u miżuri ta’ sigurtà tal-fruntieri msaħħa biex jiġu indirizzati l-isfidi għas-sigurtà reġjonali u globali; jissottolinja l-ħtieġa ta’ kooperazzjoni aktar profonda fil-qasam tas-sigurtà fil-Balkani tal-Punent, li trawwem koordinazzjoni aktar mill-qrib fost is-sħab reġjonali fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, it-theddid ċibernetiku, u l-isfidi ibridi; jappella għal appoġġ imsaħħaħ tal-UE għal inizjattivi ta’ sigurtà reġjonali li jsaħħu l-istabbiltà u r-reżiljenza fil-Balkani tal-Punent; jirrikonoxxi li din is-sħubija tirrappreżenta pass sinifikanti ’l quddiem fit-tisħiħ tar-rwol tal-Albanija bħala sieħba affidabbli tas-sigurtà tal-UE; jenfasizza wkoll li s-sħubija se tiffaċilita, fost affarijiet oħra, inizjattivi konġunti u sforzi għall-bini tal-kapaċità, u b’hekk tikkontribwixxi għal arkitettura tas-sigurtà aktar reżiljenti u integrata fil-Balkani tal-Punent;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jilqa’ l-adozzjoni tal-istrateġija tas-sigurtà nazzjonali fl-2024 biex jiġi miġġieled aktar it-theddid ibridu u l-liġi l-ġdida dwar iċ-ċibersigurtà; jilqa’ d-dikjarazzjoni konġunta ffirmata mill-Albanija, il-Kosovo u l-Kroazja, li għandha l-għan li ttejjeb il-kooperazzjoni u ssaħħaħ il-potenzjal tad-difiża, filwaqt li tipprovdi appoġġ sħiħ għall-integrazzjoni tad-difiża Ewro-Atlantika u reġjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar l-influwenza dejjem akbar tar-Russja fil-viċinat tal-UE; ifaħħar l-azzjonijiet li ħadet l-Awtorità tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi u Postali (AKEP) tal-Albanija f’Ottubru 2024, li wasslu biex jingħalqu 155 kont online operati mir-Russja involuti fit-tixrid ta’ diżinformazzjoni, kif ukoll tmien kontijiet marbuta ma’ gruppi tal-ispjunaġġ ċibernetiku<FOOTNOTE><FIELD> https://politiko.al/english/e-tjera/-mbyll-155-llogari-ruse-ne-internet-per-dezinformimin-ne-tirane-i517028?.</FIELD></FOOTNOTE>; jissottolinja li dawn il-miżuri jirriflettu l-isforzi li qiegħda tagħmel bħalissa l-Albanija biex ittaffi t-theddid ċibernetiku; iħeġġeġ lill-UE żżid l-appoġġ tagħha lill-Albanija fil-ġlieda kontra l-influwenza malizzjuża tar-Russja u fis-salvagwardja tal-istabbiltà reġjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Ifaħħar l-allinjament sħiħ tal-Albanija mal-politika estera u ta’ sigurtà komuni tal-UE, inkluż l-appoġġ tagħha għas-sanzjonijiet tal-UE kontra pajjiżi terzi, u l-kontribut pożittiv tagħha għall-missjonijiet tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni, b’mod partikolari l-EUFOR ALTHEA, li jissottolinja l-impenn tal-pajjiż li jikkontribwixxi għas-sigurtà u l-istabbiltà reġjonali u internazzjonali, u jilqa’ l-parteċipazzjoni tal-Albanija f’operazzjonijiet immexxija mill-UE u min-NATO, u l-kollaborazzjoni tagħha mal-Europol u l-Interpol; jappella għall-parteċipazzjoni ulterjuri tiegħu f’operazzjonijiet ta’ ġestjoni ta’ kriżijiet immexxija mill-UE u missjonijiet tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni bħall-operazzjoni tas-sigurtà marittima EUNAVFOR ASPIDES; jirrikonoxxi l-importanza strateġika tar-reġjun Adrijatiku-Joniku għas-sigurtà u l-istabbiltà ekonomika Ewropea; jistieden lill-Albanija ssaħħaħ il-kapaċitajiet tas-sigurtà marittima tagħha f’koordinazzjoni mal-UE u man-NATO;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jilqa’ l-isforzi kontinwi tal-Gvern Albaniż fil-promozzjoni ta’ relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat; ifakkar, f’dan ir-rigward, fl-importanza tal-impenn tal-Albanija li ssolvi kwalunkwe tilwim dwar il-fruntieri f’konformità mal-prinċipju tas-soluzzjoni paċifika għat-tilwim u f’konformità mal-Karta tan-NU u l-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Liġi tal-Baħar, inkluż, jekk ikun meħtieġ, billi ssegwi s-sentenzi tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja; jilqa’ l-kontribut attiv tal-Albanija għall-Proċess ta’ Berlin; iħeġġeġ ukoll impenn sostnut u kostruttiv f’inizjattivi ta’ kooperazzjoni reġjonali, f’konformità mal-valuri tal-UE u l-objettivi tat-tkabbir, peress li jikkontribwixxi għall-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà fil-Balkani tal-Punent; iwissi kontra kwalunkwe azzjoni, bħall-inizjattiva tal-Balkani Miftuħa, li tista’ timmina s-suq reġjonali komuni jew tiddevja mill-Proċess ta’ Berlin, sal-punt li toħloq ostakli għall-integrazzjoni u l-koeżjoni tal-UE, li potenzjalment jipperikolaw il-progress tal-Albanija lejn integrazzjoni reġjonali u Ewropea aktar profonda;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Jilqa’ r-ratifika mill-Albanija tal-ftehimiet bilaterali dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali mal-Kroazja, il-Montenegro u l-Bulgarija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Jenfasizza r-rwol kostruttiv tal-Albanija fil-promozzjoni tal-istabbiltà u l-kooperazzjoni fil-Balkani tal-Punent, b’mod partikolari permezz ta’ djalogu bilaterali mal-pajjiżi ġirien u l-involviment tagħha f’organizzazzjonijiet reġjonali;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika tal-Albanija.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>